Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0004

P8_TA(2015)0004 Il-possibbiltà għall-Istati Membri biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OĠM ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (10972/3/2014 – C8-0145/2014 – 2010/0208(COD)) P8_TC2-COD(2010)0208 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-13 ta' Jannar 2015, bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom

ĠU C 300, 18.8.2016, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/52


P8_TA(2015)0004

Il-possibbiltà għall-Istati Membri biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OĠM ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (10972/3/2014 – C8-0145/2014 – 2010/0208(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 300/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10972/3/2014 – C8-0145/2014),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2010 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Jannar 2011 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0375),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-10 ta' Diċembru 2014 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, f'konformità mal-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0038/2014),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 51.

(2)  ĠU C 104, 2.4.2011, p. 62.

(3)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 350.


P8_TC2-COD(2010)0208

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-13 ta' Jannar 2015, bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2015/412.)


Top