Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XG0211(02)

    Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

    ĠU C 40, 11.2.2014, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 40/4


    Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

    2014/C 40/03

    Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tiftix għall-idrokarburi fil-blokk N5, kif indikata fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling) (Staatscourant 2002, Nru 245).

    Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b'din jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokk N5 tal-blata kontinentali tal-Pajjiżi l-Baxxi, b'referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 tal-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

    Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

    L-applikazzjonijiet jintlaqgħu għal 13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

    De Minister van Economische Zaken

    ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt

    Bezuidenhoutseweg 73

    Postbus 20401

    2500 EK Den Haag

    NEDERLAND

    L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

    Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.

    Aktar tagħrif jinkiseb mingħand is-Sur E. J. Hoppel fuq dan in-numru tat-telefown: +31 703797762.


    Top