This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0744
Proposal for a COUNCIL DECISION on the position to be taken on behalf of the European Union within the Committee on Trade in Goods set up by the Free Trade Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and the Republic of Korea, of the other part, as regards the adoption of the rules on TRQ administration
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Prodotti stabbilit mill-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ amministrazzjoni tat-TRQ
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Prodotti stabbilit mill-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ amministrazzjoni tat-TRQ
/* COM/2014/0744 final - 2014/0355 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Prodotti stabbilit mill-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ amministrazzjoni tat-TRQ /* COM/2014/0744 final - 2014/0355 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Matul il-Kumitat dwar il-Kummerċ
fil-Prodotti fit-12 ta’ Settembru 2013, iż-żewġ naħat
iddiskutew ir-regoli ta' amministrazzjoni tal-Kwota tar-Rata Tariffarja
[it-"TRQ”] li għandhom jiġu applikati mill-Korea, abbażi
tal-prinċipji stabbiliti fl-Appendiċi 2-A-1 tal-Ftehim dwar
il-Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea. Il-qbil finali għandu
jintlaħaq permezz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat UE - Korea dwar
il-Kummerċ fil-Prodotti kif previst fl-Appendiċi 2-A-1. Min-naħa
tal-UE, dan jeħtieġ Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza
l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-UE. Min-naħa
tal-Korea, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (MOFA) irid jikkonsulta
l-Ministeru għal-Leġiżlazzjoni tal-Gvern li jista’
jiddeċiedi li jikkonsulta l-Assemblea Nazzjonali. Id-deċiżjoni
konġunta għandha tittieħed permezz ta’ skambju ta’ noti bejn
l-UE u l-Korea. 2. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Xejn 3. ELEMENTI MHUX OBBLIGATORJI Xejn 2014/0355 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid
tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar
il-Kummerċ fil-Prodotti stabbilit mill-Ftehim Kummerċjali bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u
r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni
tar-regoli ta’ amministrazzjoni tat-TRQ IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu
tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Il-Ftehim ta' Kummerċ
Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa
waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra[1] (“il-Ftehim”) ġie
ffirmat fis-6 ta' Ottubru 2010. (2) B’konformità mal-Artikolu
15.10.5 tiegħu, il-Ftehim ġie applikat provviżorjament mill-1
ta’ Lulju 2011 bil-konklużjoni tiegħu pendenti sakemm
il-proċeduri jiġu kompluti. (3) L-Artikolu 15.1
tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat tal-Kummerċ li, fost oħrajn,
għandu l-kompitu li jiżgura li l-Ftehim jaħdem kif suppost u li
jissorvelja l-ħidma tal-kumitati speċjalizzati kollha. (4) Skont l-Artikolu 15.2
tal-Ftehim, ġew stabbiliti kumitati speċjalizzati taħt
il-patroċinju tal-Kumitat tal-Kummerċ. Il-Kumitat tal-Kummerċ
fil-Prodotti, skont l-Artikolu 2.16 tal-Ftehim, huwa wieħed minn dawk
il-kumitati speċjalizzati. (5) Skont il-punt 2 ta’
Appendiċi 2-A-1 tal-Ftehim, il-Korea tista’ tuża sistema ta’ rkant
biex tamministra u timplimenta l-Kwoti tar-Rata Tariffarja (“TRQs”) applikat
mill-Korea għall-ħalib u l-krema, il-butir, l-għasel u l-larinġ
li joriġinaw fl-Unjoni fuq il-bażi tal-Ftehim. It-termini tas-sistema
ta’ rkant jridu jiġu stabbiliti mill-Partijiet tal-Ftehim bi ftehim
reċiproku permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ fi
Prodotti. (6) Skont il-punt 3 ta’
Appendiċi 2-A-1 tal-Ftehim, il-Korea tista’ tuża sistema ta’
liċenzji biex tamministra u timplimenta ċerti TRQs. Il-Partijiet
għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat dwar il-Kummerċ ta’
Prodotti rigward il-politiki u l-proċeduri għas-sistema ta’
liċenzji, inkluża l-eliġibbiltà sabiex jiġu rċevuti
l-kwantitajiet ta’ TRQ, u kull bidla jew emenda għal dawn. (7) Huwa meħtieġ li
tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem
l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ fi Prodotti rigward ir-regoli
ta' amministrazzjoni tat-TRQ. (8) Id-deċiżjoni
konġunta għandha tittieħed permezz ta’ skambju ta’ noti bejn
l-UE u l-Korea, li jkunu ffirmati minn rappreżentant tal-Kummissjoni
f’isem l-UE. (9) Il-pożizzjoni tal-Unjoni
fil-Kumitat tal-Kummerċ fi Prodotti għandha għalhekk tkun
imsejsa fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li trid tittieħed
f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ fil-Prodotti stabbilit
mill-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa
l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ amministrazzjoni tat-TRQ,
għandha tissejjes fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat
mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat
jistgħu jilħqu ftehim dwar bidliet minuri fl-abbozz
tad-Deċiżjoni mingħajr il-ħtieġa ta'
Deċiżjoni oħra tal-Kunsill. Artikolu 2 Wara l-adozzjoni tagħha,
id-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ fil-Prodotti tiġi
ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din
id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni
tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6. ANNESS
ABBOZZ DEĊIŻJONI Nru 1 TAL-KUMITAT
TAL-KUMMERĊ FIL-PRODOTTI UE-KOREA ta' … dwar l-adozzjoni tar-regoli ta'
amministrazzjoni u implimentazzjoni tal-Kwota tar-Rata Tariffarja IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ
FIL-PRODOTTI, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ
Ħieles bejn ir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”), minn naħa
waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa
l-oħra, (“il-Partijiet” u “il-Ftehim”) u b’mod partikolari l-Artikoli
2.16, 15.2.1 u l-punti 2 u 3 tal-Appendiċi 2-A-1 tiegħu, Billi: (1)
L-Artikolu 15.1 tal-Ftehim jistabbilixxi
Kumitat tal-Kummerċ li għandu, fost affarijiet oħra,
jiżgura li l-Ftehim jaħdem kif suppost u jissorvelja l-ħidma
tal-kumitati speċjalizzati kollha. (2)
Skont l-Artikolu 15.2 tal-Ftehim, ġew
stabbiliti kumitati speċjalizzati taħt il-patroċinju tal-Kumitat
tal-Kummerċ. Il-Kumitat tal-Kummerċ fil-Prodotti, skont
l-Artikolu 2.16 tal-Ftehim, huwa wieħed minn dawn il-kumitati
speċjalizzati. (3)
Skont il-punt 2 tal-Appendiċi 2-A-1
tal-Ftehim, il-Korea tista’ tuża sistema ta’ rkant sabiex tamministra u
timplimenta l-kwoti tar-rata tariffarja (“TRQs”) applikati mill-Korea għal
ċerti prodotti ta’ oriġini tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Ftehim.
It-termini tas-sistema ta’ rkant jridu jiġu stabbiliti bi ftehim
reċiproku tal-Partijiet permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat
tal-Kummerċ fil-Prodotti. (4)
Skont il-punt 3 tal-Appendiċi 2-A-1
tal-Ftehim, il-Korea tista’ tuża sistema ta’ liċenzji sabiex
tamministra u timplimenta ċerti TRQs. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu
fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ fil-Prodotti rigward il-politiki u
l-proċeduri għas-sistema ta’ liċenzji, inkluża
l-eliġibbiltà sabiex jiġu rċevuti l-kwantitajiet ta’ TRQ, u kull
bidla jew emenda għal dawn, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: 1.
Il-Korea għandha tamministra u timplimenta
l-kwoti tar-rata tariffarja applikati mill-Korea għal ċerti prodotti
ta’ oriġini tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Ftehim ta’ Kummerċ
Ħieles bejn ir-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-waħda, u
l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,
skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. 2.
Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fi… Magħmul fi, …..............,
.................. Għall-Kumitat
tal-Kummerċ fi Prodotti Mauro PETRICCIONE Hak-Do
KIM Direttur Direttur
Ġenerali tal-Politika tal-FTA Id-Direttorat Ġeneral
għall-Kummerċ Il-Ministeru
għall-Kummerċ, l-Industrija u l-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea tar-Repubblika
tal-Korea || Anness IR-REGOLI
GĦALL-AMMINISTRAZZJONI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KWOTI TAR-RATA TARIFFARJA Artikolu 1
L-għażla taż-żmien tal-irkantijiet u l-applikazzjoni
tal-liċenzji (1)
L-irkantijiet għal trab tal-ħalib xkumat,
trab tal-ħalib, ħalib kondensat u għasel naturali għandhom
jiġu qabel il-perjodu ta’ importazzjoni, jiġifieri f’Ġunju
għall-kwoti li jinfetħu f’Lulju. (2)
Il-linji gwida speċifiċi mill-Korea
Agro-Fisheries & Food Trade Corporation ser jipprevedu li l-avviżi
pubbliċi għall-irkantijiet ser isiru tmint ijiem kalendarji qabel
id-data tal-iskadenza tal-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni
fl-irkantijiet. (3)
Għal oġġetti ta' prodotti li
l-iskeda ta’ żmien għall-applikazzjoni għal-liċenzja
tal-kwota tagħhom mhix iffissata fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles
Korea-UE, il-linji gwida speċifiċi tal-aġenziji magħżula
biex jamministraw il-Kwoti tar-Rata Tariffarja (TRQs) (minn hawn ’il quddiem
imsejħa “l-Aġenzji Rakkomandanti”) se jipprevedu perjodu,
għat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzja, li jkun ta’
mill-inqas sebat ijiem kalendarji mill-ewwel jum ta’ xogħol tas-sena ta'
eżekuzzjoni msemmija fl-Anness 2-A, il-punt 5 tal-Ftehim ta’ Kummerċ
Ħieles Korea-UE. Artikolu 2
Depożitu u miżati (1)
Mhu ser ikun hemm l-ebda spiża amministrattiva
jew ħlasijiet imposti minbarra d-depożitu – l-ammont imħallas
minn offerenti li japplikaw għall-irkant - għal servizzi relatati ma’
applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ TRQ permezz ta’ bejgħ bl-irkant. (2)
L-istruzzjonijiet ġenerali
għall-offerenti għal kull irkant għandhom jippreskrivu li
d-depożitu jiġi rritornat lill-offerenti hekk kif il-proċeduri
tal-amministrazzjoni normali ta' wara l-irkant ikunu tlestew. (3)
L-ebda garanzija jew depożitu mhu se jkun
meħtieġ għal applikanti għal liċenzja. Artikolu 3
Ħruġ u validità ta' rakkomandazzjoni (1)
L-Aġenziji Rakkomandanti se joħorġu
Rakkomandazzjoni għat-TRQs għall-Importazzjoni tal-FTA Korea-UE (minn
hawn ’il quddiem imsejħa "Rakkomandazzjoni”) wara rkant jew
applikazzjoni għal liċenzja. (2)
Ir-rakkomandazzjonijiet lill-applikanti
għandhom jinħarġu fi żmien jumejn kalendarji sakemm
l-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tat-TRQs tkun tissodisfa r-rekwiżiti
tar-Rakkomandazzjoni. (3)
Rakkomandazzjoni għat-TRQs
għall-importazzjoni tkun valida għal 90 jum. Il-perjodu tal-validità
jista’ jiġi estiż għal 30 jum ieħor, iżda ma jistax
jaqbeż l-aħħar jum tas-sena ta' eżekuzzjoni msemmija
fl-Anness 2-A, punt5 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Korea-UE. Artikolu 4
Pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar
l-amministrazzjoni tat-TRQs (1)
Il-linji gwida tal-Ministeru tal-Agrikoltura,
l-Ikel u l-Affarijiet Rurali tal-Korea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ
"MAFRA”) u l-linji gwida speċifiċi tal-Aġenziji
Rakkomandanti se jkunu ppubblikati fuq il-websajts rispettivi tagħhom. (2)
Fuq bażi regolari, fuq il-websajts tagħhom
l-Aġenziji Rakkomandanti se jippubblikaw informazzjoni li tinkludi
avviżi pubbliċi biex jitressqu applikazzjonijiet għal
liċenzji u rkantijiet, allokazzjoni ta' liċenzji u perijodi
tal-irkant, kwantitajiet allokati, kwantitajiet li jifdal disponibbli għal
kull TRQ u d-data ppjanata tal-irkant/perjodu ta' liċenzjar li jkun imiss. (3)
Il-kriterji bażiċi għal irkantijiet
inklużi l-eliġibbiltà, il-ħlas ta’ depożitu u ta’ ritorn,
id-dati tal-irkant, il-kodiċi u l-informazzjoni tal-irkant se jkunu
inklużi fil-linji gwida speċifiċi tal-Korea Agro-Fisheries &
Food Trade Corporation jew fl-istruzzjonijiet ġenerali lill-offerenti
għal kull irkant. Artikolu 5
Regoli ta' allokazzjoni tat-TRQs Il-linji gwida tal-MAFRA jippermettu
d-distribuzzjoni tal-volum annwali tat-TRQ matul is-sena permezz ta'
diviżjoni tal-volum annwali tat-TRQ f'għadd ta' subvolumi, li s-somma
tagħhom tkun ekwivalenti għall-volum tat-TRQ annwali. Il-volum totali
ta’ TRQ għal kull sena ta’ eżekuzzjoni kif jistipula l-Ftehim ta’
Kummerċ Ħieles Korea-UE ma għandux jitnaqqas. L-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja (TRQs): Glossarju Aġenziji
rakkomandanti Aġenziji Koreani maħtura biex
jimmaniġġjaw it-TRQs: Il-Korea Dairy Industries Association, il-Korea
Agro-Fisheries & Food Trade Corporation, il-Korea Feed Ingredients
Association u l-Korea Feed Milk Replacer Association Websajts: Il-Korea Dairy Industries Association
(verżjoni bil-Korean biss hija disponibbli): http://www.koreadia.or.kr/ Il-Korea Agro-Fisheries & Food Trade
Corporation: http://www.at.or.kr/home/apen000000/index.action Il-Korea
Feed Ingredients Association (verżjoni bil-Korean biss hija disponibbli): http://www.kfeedia.org/main.html Il-Korea
Feed Milk Replacer Association (verżjoni bil-Korean biss hija
disponibbli): http://milkreplacer.or.kr/ Depożitu Ammont
imħallas mill-offerenti li japplikaw għal irkant. Id-depożitu
jiġi rritornat lil kull offerent immedjatament wara r-rakkomandazzjoni
tal-kwota. Rakkomandazzjoni Ħruġ
ta' TRQ għall-importazzjoni wara rkant jew applikazzjoni għal
liċenzja. Perjodu
ta’ validità Il-perjodu li matulu tkun valida rakkomandazzjoni
għal TRQ għall-importazzjoni. Sena
ta' eżekuzzjoni Perjodu ta' 12-il xahar bejn anniversarji
konsekuttivi tal-FTA (l-1 ta' Lulju) li huwa stabbilit għalihom fl-FTA Korea-UE
volum annwali ta' TRQ.