Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0597

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina

/* COM/2014/0597 final - 2014/0279 (COD) */

52014PC0597

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina /* COM/2014/0597 final - 2014/0279 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina kellu japplika sakemm it-Titolu IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament. Kien maħsub li Regolament (UE) Nru 374/2014 ma jibqax japplika wara l-1 ta’ Novembru 2014.

Fid-Dikjarazzjoni Ministerjali Konġunta dwar l-Implimentazzjoni tal-AA/DCFTA bejn l-UE u l-Ukraina tat-12 ta’ Settembru 2014 wara konsultazzjonijiet trilaterali bejn l-Unjoni Ewropea, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina, in-naħa tal-UE qablet li tipproponi bħala parti minn proċess komprensiv ta’ paċi tal-UE fl-Ukraina, lill-Istati Membri tal-UE li jipposponu sal-31 ta’ Diċembru 2015 l-applikazzjoni proviżorja tad-DCFTA filwaqt li jkomplu l-miżuri kummerċjali awtonomi tal-UE għall-benefiċċju tal-Ukraina matul dan il-perjodu. Konsegwentement, sabiex tappoġġja l-istabilità politika u ekonomika tal-Ukraina, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-estensjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina sal-31 ta’ Diċembru 2015.

L-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Ukraina jipprevedi li r-rispett għall-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett għall-prinċipju tal-istat tad-dritt, il-promozzjoni tar-rispett għall-prinċipji ta’ sovranità u integrità territorjali, l-invjolabbiltà tal-fruntieri u l-indipendenza, kif ukoll il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, materjali relatati u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom jikkostitwixxu elementi essenzjali ta’ dan il-Ftehim. Il-preferenzi awtonomi previsti skont ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 huma suġġetti għar-rispett ta’ dawn l-istess prinċipji mill-Ukraina. Volumi/dazji mogħtija mill-UE skont ir-Regolament ATMs fl-2014 jibqgħu japplikaw għall-2015.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Mhux applikabbli.

3.           L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Il-bażi ġuridika għall-proposta hija l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.           L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-Unjoni Ewropea se tara telf ta’ dħul doganali li jikkorrispondi għal EUR 487 miljun (gross) kull sena. Madankollu, dawn iċ-ċifri huma estimi, li jikkunsidraw is-sitwazzjoni ekonomika tal-Ukraina u jistgħu jinbidlu.

2014/0279 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,

Billi:

(1)       L-Ukraina hija pajjiż sieħeb ta' prijorità fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u s-Sħubija tal-Lvant. L-Unjoni Ewropea ilha tfittex relazzjoni aktar mill-viċin mal-Ukraina fid-dawl tal-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika tal-Ukraina mal-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina fl-2007-2011 innegozjaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), li kien ġie inizjalat miż-żewġ partijiet fis-27 ta' Ġunju 2014. Skont id-dispożizzjonijiet tad-DCFTA, l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina għandhom jistabbilixxu żona ta’ kummerċ ħieles tul perjodu tranżitorju ta’ massimu ta' 10 snin li jibda mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, skont l-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994.

(2)       Fid-dawl ta’ sfidi għas-sigurtà, politiċi u ekonomiċi mingħajr preċedent li qed tiffaċċja l-Ukraina, u biex jingħata appoġġ lill-ekonomija tagħha, ġie deċiż li l-implimentazzjoni tal-Iskeda tal-Konċessjonijiet stabbilita fl-Anness I-A tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina tiġi antiċipata permezz tal-preferenzi kummerċjali awtonomi previsti fir-Regolament (UE) Nru 374/2014. Fid-dawl tal-isfidi li l-Ukraina għadha qed tiffaċċja, l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2015. Għall-fini ta’ prevedibbiltà, id-dazji doganali u l-aċċess għall-kwoti tariffarji wara l-estensjoni għandhom jibqgħu l-istess bħal dawk għall-2014.

(3)       L-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Ukraina jipprevedi li r-rispett għall-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett għall-prinċipju tal-istat tad-dritt, il-promozzjoni tar-rispett għall-prinċipji ta’ sovranità u integrità territorjali, l-invjolabbiltà tal-fruntieri u l-indipendenza, kif ukoll il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, materjali relatati u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom jikkostitwixxu elementi essenzjali ta’ dan il-Ftehim. Preferenzi awtonomi previsti taħt ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 huma wkoll soġġetti għar-rispett ta’ dawn l-istess prinċipji mill-Ukraina. Bil-għan li r-Regolament (UE) Nru 374/2014 jiġi allinjat mal-prattika kummerċjali tal-Unjoni u strumenti ta’ politika oħra tal-UE, huwa xieraq li tiddaħħal il-possibbiltà li l-preferenzi jiġu temporanjament sospiżi f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-Ukraina.

(4)       Fid-dawl tal-urġenza tal-kwistjoni, jeħtieġ li jsir provvediment għal eċċezzjoni fuq il-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)          L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Arranġamenti preferenzjali

Dazji doganali fuq prodotti li joriġinaw fl-Ukraina jitnaqqsu jew jiġu eliminati skont l-Anness I. Fejn f’dan l-Anness issir referenza għal kategoriji tal-fażijiet, ir-rata bażika tad-dazji għall-2014 u l-2015 tiġi eliminata f’każ ta’ kategorija tal-fażi 0 u titnaqqas b’25 % fil-każ ta’ kategorija tal-fażi 3, b’16,7 % fil-każ ta’ kategorija tal-fażi 5 u b’12,5 % għal kategorija tal-fażi 7.”;

(2)          Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e) ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett tal-prinċipju tal-istat tad-dritt previsti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Ukraina.”;

(3)          Fl-Artikolu 7, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Huwa japplika sal-31 ta' Diċembru 2015.

(4)          L-Annessi II u III huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament rispettivament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mit-2 ta' Novembru 2014.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I

"ANNESS II

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, filwaqt li l-iskop tal-iskema preferenzjali jkun deċiż, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Nru ta' Ordni || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31.12.2014 (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor) || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015 (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3050 || 0204 22 50 0204 22 90 0204 23 0204 42 30 0204 42 50 0204 42 90 0204 43 10 0204 43 90 || Saqajn tan-nagħaġ, qatgħat oħrajn bl-għadam magħhom (eskluż karkassi u nofs karkassi, kwarti ta' quddiem qosra u qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar trufijiet tal-ħaruf), frisk jew imkessaħ Laħam tan-nagħaġ mingħajr għadam, frisk jew imkessaħ, Qatgħat tan-nagħaġ iffriżat, bl-għadam (eskluż karkassi u nofs karkassi, u kwarti ta' quddiem qosra) Laħam tal-ħaruf iffriżat, mingħajr għadam laħam tan-nagħaġ iffriżat, mingħajr għadam || 1 500 || 1 500

09.3051 || 0409 || Għasel naturali || 5 000 || 5 000

Nru ta' Ordni || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31.12.2014 (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015 (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3052 || 1701 12 1701 91 1701 99 1702 20 10 1702 90 30 1702 90 50 1702 90 71 1702 90 75 1702 90 79 1702 90 80 1702 90 95 || Zokkor tal-pitravi mhux raffinat li ma fihx ħwawar miżjudin jew materjal biex jagħti l-kulur Zokkor ieħor minbarra zokkor mhux raffinat Zokkor tal-aġġru f’forma solida, li fih ħwawar miżjudin jew materjal li jagħti l-kulur Isoglukosju f'għamla solida, li fl-istat xott fih 50 % tal-piż fruttosju Maltodestrina f'għamla solida u ġulepp tal-maltodestrina, li fl-istat xott fiha 50 % tal-piż fruttosju Karamella Ġulepp tal-inulina Oħrajn, inklużi zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta’ ġulepp taz-zokkor li fl-istat xott fihom 50 % tal-piż fruttosju || 20 070 || 20 070

09.3053 || 1702 30 1702 40 1702 60 || Glukosju u ġulepp tal-glukosju, li ma fihomx fruttosju jew li fl-istat xott fihom anqas minn 50 % tal-piż fruttożju Fruttosju ieħor u ġulepp tal-fruttosju, li fl-istat xott fihom aktar minn 50 % tal-piż fruttosju, eskluż zokkor invertit || 10 000 || 10 000

09.3054 || 2106 90 30 2106 90 55 2106 90 59 || Ġuleppijiet tal-isoglukosju mħawwrin jew ikkuluriti Ġulepp tal-glukosju mħawwar jew ikkulurit u ġulepp tal-maltodestrina Ġuleppijiet taz-zokkor imħawwrin jew ikkuluriti (eskluż isoglukosju, lattosju, glukosju u ġuleppijiet tal-maltodestrina) || 2 000 || 2 000

Nru ta' Ordni || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31.12.2014 (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015 (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3055 || Ex 1103 19 20 1103 19 90 1103 20 90 1104 19 10 1104 19 50 1104 19 61 1104 19 69 1104 29 1104 30 || Barli mitħun Tħin (groats) u pasta taċ-ċereali (eskluż qamħ, segala, ħafur, qamħirrum, ross u barli) Gerbub taċ-ċereali, (eskluż qamħ, segala, ħafur, qamħirrum, ross u barli) Ħbub tal-qamħ imremblin jew imqattgħin irqaq Ħbub tal-qamħirrum imremblin jew imqattgħin irqaq Ħbub tal-barli imremblin Ħbub tal-barli imqattgħin Ħbub maħdumin (pereżempju, imfesdqa, perlati, imfella jew mitħuna fi frak oħxon), minbarra ħafur, ta' segala jew qamħirrum Nibbieta taċ-ċereali, sħiħa, irrumblata, mqatta’ irqiq jew mitħuna || 6 300 || 6 300

09.3056 || 1107 1109 || Malt, kemm jekk inkaljat jew le Gluteina tal-qamħ, kemm jekk imnixxfa jew le || 7 000 || 7 000

09.3057 || 1108 11 1108 12 1108 13 || Lamtu tal-qamħ Lamtu tal-qamħirrum Lamtu tal-patata || 10 000 || 10 000

09.3058 || 3505 10 10 3505 10 90 3505 20 30 3505 20 50 3505 20 90 || Destrini u lamti oħra mmodifikati (eskluż lamtijiet, esterifikati jew eterifikati) Kolla li jkun fiha, bil-piż, 25 % jew aktar ta' lamti jew destrini jew lamti oħrajn immodifikati || 1 000 || 1 000

Nru ta' Ordni || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31.12.2014 (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor) || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015 (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3059 || 2302 10 2302 30 2302 40 10 2302 40 90 2303 10 11 || Granza, dqiq inferjuri (sharps) u residwi oħra, kemm jekk fl-għamla ta' pritkuni jew le, ġejjin mill-għarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta' ċereali (esklużi dak tar-ross) Residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrum (esklużi l-likuri kkonċentrati li jkunu mgħaddsa fihom), b'kontenut ta' proteina, ikkalkulat fuq il-prodott niexef li jkun aktar minn 40 % bil-piż || 16 000 || 16 000

09.3060 || 0711 51 2003 10 || Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus ippriservat b’mod provviżorju (eż. permezz tal-gass tad-dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f’soluzzjonijiet priservattivi oħra), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għall-konsum immedjat Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus, ippreparat jew ippriservat mod ieħor milli fil-ħall jew fl-aċtu aċetiku || 500 || 500

09.3061 || 0711; 51 || Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus ippriservat b’mod provviżorju (eż. permezz tal-gass tad-dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f’soluzzjonijiet priservattivi oħra), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għall-konsum immedjat || 500 || 500

09.3062 || 2002 || Tadam ippreparat jew ippriservat mod ieħor milli fil-ħall jew fl-aċtu aċetiku || 10 000 || 10 000

Nru ta' Ordni || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31.12.2014 (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015 (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3063 || 2009 61 90 2009 69 11 2009 69 71 2009 69 79 2009 69 90 2009 71 2009 79 || Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għenba), b'valur Brix li ma jeċċedix 30, ta' valur li jeċċedi EUR 18 għal kull 100 kg ta' piż nett Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għenba), b'valur Brix li jeċċedi 67,ta' valur li ma jeċċedix EUR 22 għal kull 100 kg ta' piż nett Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għenba), b'valur Brix li jeċċedi 30 iżda li ma jeċċedix 67, ta' valur li ma jeċċedix EUR 18 għal kull 100 kg ta' piż nett Meraq tat-tuffieħ || 10 000 || 10 000

09.3064 || 0403 10 51 0403 10 53 0403 10 59 0403 10 91 0403 10 93 0403 10 99 0403 90 71 0403 90 73 0403 90 79 0403 90 91 0403 90 93 0403 90 99 || Xorrox tal-butir, ħalib u krema mbaqqta, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew aċidifikati, ikkonċentrati jew le, li fihom sustanza ta' ħlewwa miżjuda jew li jkun fihom frott, lewż jew kawkaw miżjuda || 2 000 || 2 000

09.3065 || 0405 20 10 0405 20 30 || Prodotti li jindilku (spreads), b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, ta’ 39 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 75 % || 250 || 250

09.3066 || 0710 40 0711 90 30 2001 90 30 2004 90 10 2005 80 || Qamħirrum (sweetcorn) || 1 500 || 1 500

Nru ta' Ordni || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31.12.2014 (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor) || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015 (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3067 || 1702 50 1702 90 10 Ex 1704 90 99 1806 10 30 1806 10 90 Ex 1806 20 95 Ex 1901 90 99 2101 12 98 2101 20 98 3302 10 29 || Fruttosju kimikament pur Maltosju kimikament pur Ħelu taz-zokkor ieħor li ma fihx kawkaw, li fih 70 % jew aktar tal-piż ta' sukrosju Trab tal-kawkaw, li fih 65 % jew aktar tal-piż sukrosju jew isoglukosju imfisser bħala sukrosju Preparazzjonijiet oħrajn fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu aktar minn 2 kg jew f’għamla likwida, pejst, trab, granulari jew f’xi għamla oħra bl-ingrossa ġo kontenituri jew pakki diretti, b’kontenut jeċċedi ż-2 kg, li fihom inqas minn 18% tal-piż butir tal-kawkaw u 70 % jew aktar tal-piż sukrosju Preparazzjonijiet oħra tal-ikel tad-dqiq, xgħir, qamħ mitħun mhux raffinat, lamtu jew estratt tax-xgħir (malt), li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % f’piż ta’ kawkaw, ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li fihom 70% jew aktar f’piż ta’ sukrosju Preparazzjonijiet b’bażi ta’ kafè, te jew maté Taħlit ta’ sustanzi bir-riħa u taħlit b’bażi ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom is-sustanzi kollha li jagħtu t-togħma lil xorb partikolari, ta’qawwa alkoħolika attwali b’volum li ma jeċċedix 0,5% || 2 000 || 2 000

Nru ta' Ordni || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31.12.2014 (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor) || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015 (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3068 || 1903 1904 30 || Tapjoka u sostituti tagħha magħmula mill-lamtu, f’forma ta’ troffi, frott taċ-ċereali, ta’ qtar jew boċċi, mgħarbla jew għamliet simili oħra Qamħ bulgur || 2 000 || 2 000

09.3069 || 1806 20 70 2106 10 80 2202 90 99 || Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata Konċentrati ta' proteini oħrajn u sustanzi ta’ proteini b'konsistenza Xorb mhux alkoħoliku minbarra ilma, li fih 2% jew aktar piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti ta’ titoli 0401 sa 0404 || 300 || 300

09.3070 || 2106 90 98 || Preparati tal-ikel oħra mhux speċifikati jew inklużi band'oħra || 2 000 || 2 000

09.3071 || 2207 10 2208 90 91 2208 90 99 2207 20 || Alkoħol etiliku mhux naturat Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ liema qawwa tkun || 27 000 || 27 000

09.3072 || 2402 10 2402 20 90 || Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom it-tabakk Sigarretti li fihom it-tabakk, mhux li fihom l-imsiemer tal-qronfol || 2 500 || 2 500

Nru ta' Ordni || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31.12.2014 (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor) || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015 (piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3073 || 2905 43 2905 44 3824 60 || Mannite D-gluċitol (sorbitol) Sorbitol ħlief dak tas-subintestatura 2905 44 || 100 || 100

09.3074 || 3809 10 10 3809 10 30 3809 10 50 3809 10 90 || Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (pereżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, b’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi || 2 000 || 2 000

09.3075 || 0703 20 || Tewm, frisk jew imkessaħ || 500 || 500

09.3076 || 1004 || Ħafur || 4 000 || 4 000

ANNESS II

"ANNESS III

Kwoti tar-rata tariffarja għall-prodotti agrikoli speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(3)

Prodott || Klassifikazzjoni tariffarja || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31.12.2014 || Kwantità għall-perjodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

Laħam taċ-ċanġa || 0201.10.(00) 0201.20.(20-30-50-90) 0201.30.(00) 0202.10.(00) 0202.20.(10-30-50-90) 0202.30.(10-50-90) || 12 000 tunnellati metriċi/sena espressi f'piż nett || 12 000 tunnellati metriċi/sena espressi f'piż nett

Laħam tal-majjal || 0203.11.(10) 0203.12.(11-19) 0203.19. (11-13-15-55-59) 0203.21.(10) 0203.22.(11-19) 0203.29. (11-13-15-55-59) || 20 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett + 20 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett (għall-kodiċi NM 0203.11.(10) 0203.12.(19) 0203.19.(11-15-59) 0203.21.(10) 0203.22.(19) 0203.29.(11-15-59)) || 20 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett + 20 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett (għall-kodiċi NM 0203.11.(10) 0203.12.(19) 0203.19.(11-15-59) 0203.21.(10) 0203.22.(19) 0203.29.(11-15-59))

Laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur || 0207.11.(30-90) 0207.12.(10-90) 0207.13.(10-20-30-50-60-99) 0207.14.(10-20-30-50-60-99) 0207.24.(10-90) 0207.25.(10-90) 0207.26.(10-20-30-50-60-70-80-99) 0207.27.(10-20-30-50-60-70-80-99) 0207.32. (15-19-51-59-90) 0207.33.(11-19-59-90) 0207.35.(11-15-21-23-25-31-41-51-53-61-63-71-79-99) 0207.36.(11-15-21-23-31-41-51-53-61-63-79-90) 0210.99.(39) 1602.31.(11-19-30-90) 1602.32.(11-19-30-90) 1602.39.(21) || 16 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett + 20 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett (għall-kodiċi NM 0207.12. (10-90)) || 16 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett + 20 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett (għall-kodiċi NM 0207.12. (10-90))

Ħalib, krema, ħalib ikkondensat u jogurts || 0401.10.(10-90) 0401.20.(11-19-91-99) 0401.30.(11-19-31-39-91-99) 0402.91.(10-30-51-59-91-99) 0402.99. (10-31-39-91-99) 0403.10.(11-13-19-31-33-39) 0403.90.(51-53-59-61-63-69) || 8 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett || 8 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett

Trab tal-ħalib || 0402.10.(11-19-91-99) 0402.21. (11-17-19-91-99) 0402.29. (11-15-19-91-99) 0403.90.(11-13-19-31-33-39) 0404.90.(21-23-29-81-83-89) || 1 500 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett || 1 500 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett

Butir u pejsts magħmula mill-ħalib || 0405.10. (11-19-30-50-90) 0405.20.(90) 0405.90.(10-90) || 1 500 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett || 1 500 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett

Bajd u abjad tal-bajd || 0407.00.(30) 0408.11.(80) 0408.19.(81-89) 0408.91.(80) 0408.99.(80) 3502.11.(90) 3502.19.(90) 3502.20.(91-99) || 1 500 tunnellata metrika/sena espressi f'ekwivalenti ta’ qxur tal-bajd + 3 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett (għall-kodiċi NM 0407.00.(30)) || 1 500 tunnellata metrika/sena espressi f'ekwivalenti ta’ qxur tal-bajd + 3 000 tunnellata metrika/sena espressi f’piż nett (għall-kodiċi NM 0407.00.(30))

Qamħ komuni, dqiq, u gerbub || 1001.90.(99) 1101.00.(15-90) 1102.90.(90) 1103.11.(90) 1103.20.(60) || 950 000 tunnellata metrika/sena || 950 000 tunnellata metrika/sena

Barli, dqiq u gerbub || 1003.00.(90) 1102.90.(10) 1103.20.(20) || 250 000 tunnellata metrika/sena || 250 000 tunnellata metrika/sena

Qamħirrum, dqiq u gerbub || 1005.90.(00) 1102.20.(10-90) 1103.13.(10-90) 1103.20.(40) 1104.23.(10-30-90-99) || 400 000 tunnellata metrika/sena || 400 000 tunnellata metrika/sena

Top