This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0539
Proposal for a COUNCIL DECISION establishing the position to be taken by the European Union within the Committee on Government Procurement on the withdrawal of the Union objections to the delisting of three entities from Japan's Annex 3 to Appendix I to the Agreement on Government Procurement
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar l-irtirar tal-oġġezzjonijiet tal-Unjoni għat-tneħħija mill-elenkar ta' tliet entitajiet mill-Anness 3 tal-Ġappun fl-Appendiċi I tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar l-irtirar tal-oġġezzjonijiet tal-Unjoni għat-tneħħija mill-elenkar ta' tliet entitajiet mill-Anness 3 tal-Ġappun fl-Appendiċi I tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi
/* COM/2014/0539 final - 2014/0249 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar l-irtirar tal-oġġezzjonijiet tal-Unjoni għat-tneħħija mill-elenkar ta' tliet entitajiet mill-Anness 3 tal-Ġappun fl-Appendiċi I tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi /* COM/2014/0539 final - 2014/0249 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Fl-2001 il-Ġappun nnotifika
lis-Segretarjat tal-GPA l-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-kamp ta'
applikazzjoni tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) tad-WTO lit-tliet
kumpaniji tal-Japanese Railway (JR) ta' Honshu, jiġifieri l-East Japan
Railway Company, is-Central Japan Railway Company u l-West Japan Railway
Company, li huma kumpaniji ferrovjarji li qabel il-gvern Ġappuniż
kien proprjetarju tagħhom b'maġġoranza. F’dak iż-żmien l-UE u Partijiet oħra
ppreżentataw oġġezzjonijiet għat-tneħħija
mill-elenkar ta' dawn il-kumpaniji, li ġew irtirati bejn l-2002 u l-2006. Saru diversi konsultazzjonijiet bejn l-UE u
l-Ġappun, madankollu kien fadal tħassib min-naħa tal-UE, filwaqt
li l-partijiet l-oħra tal-GPA irtiraw l-oġġezzjonijiet
tagħhom. Meta jittieħed kont ta' din is-sitwazzjoni, l-Anness 3
tal-iskeda tal-Ġappun skont il-GPA rivedut ma jelenkax it-tliet kumpaniji,
iżda jinkludi nota li tispeċifika li l-kumpaniji madankollu se
jibqgħu meqjusin inklużi sakemm l-UE tirtira l-oġġezzjoni
kontra t-tneħħija mill-elenkar ta’ dawn il-kumpaniji. Matul l-eżerċizzju dwar il-kamp ta'
applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u
l-Ġappun, l-UE esprimiet ir-rieda tagħha li tneħħi
l-oġġezzjoni għat-tneħħija mill-elenkar tat-tliet
kumpanniji Ġappuniżi, fil-kuntest tan-negozjati tal-FTA dwar
l-akkwist pubbliku mill-gvern. Dan kien l-approċċ adottat
mill-Kunsill fil-Pjan Direzzjonali dwar il-Ferroviji u t-Trasport Urban li huwa
approva flimkien mad-direttivi ta’ negozjar. Abbażi tal-iżvilupp pożittiv
tan-negozjati tal-FTA dwar l-akkwist ferrovjarju, b’mod partikulari l-konferma
mill-Ġappun li għandu l-intenzjoni li jirrevedi b’mod sinifikanti
l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tar-riżerva tal-GPA tiegħu
għall-ferroviji (“il-Klawsola dwar s-Sikurezza Operazzjonali” kif
stipulata fin-Nota 4 tal-Anness 2 u n-Nota 3 (a)
tal-Anness 3 tal-Ġappun) u li jippromwovi prattiki ta’ akkwist
trasparenti u mhux diskriminatorji mit-tliet kumpaniji tal-JR ta' Honshu,
l-Unjoni Ewropea tista’ tirtira l-oġġezzjonijiet tagħha
għat-tneħħija mill-elenkar ta’ dawn il-kumpanniji mill-kamp ta'
applikazzjoni tal-GPA tal-Ġappun. 2. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Kemm il-GPA[1]
tal-1994 kif ukoll dak rivedut jistabbilixxu l-proċeduri ssimplifikati
għat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jiġu mmodifikati
l-listi tal-entitajiet ta’ kull parti kontraenti (“t-tneħħija
mill-elenkar”). Dawn il-modifiki jseħħu permezz tal-Kumitat tal-GPA,
bħala l-korp responsabbli mill-operat tal-GPA. Meta fil-Kumitat tal-GPA ma
titressaq l-ebda oġġezzjoni għall-modifika proposta, il-bidliet
fl-iskedi tal-Partijiet tal-GPA jiġu aċċettati. Din
id-deċiżjoni jkollha effetti legali għall-Partijiet tal-GPA
kkonċernati minħabba li tbiddel id-drittijiet u l-obbligi
tal-partijiet stabbiliti skont il-Ftehim. Fil-każ tat-tneħħija mill-elenkar tat-tliet kumpaniji
ferrovjarji propost mill-Ġappun, il-Partijiet Kontraenti kollha
aċċettaw il-modifika billi astjenew milli jikkomunikaw
oġġezzjonijiet lill-Kumitat, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ
partijiet tal-GPA oħra, li sussegwentement irtiraw
l-oġġezzjonijiet tagħhom permezz ta’ notifiki. Għaldaqstant, il-partijiet kontraenti kollha, ħlief l-UE,
ħadu pożizzjoni pożittiva fil-kuntest tal-Kumitat tal-GPA (jew
billi astjenew milli jifformulaw oġġezzjonijiet jew billi
neħħew l-oġġezzjonijiet). Dan ifisser
l-aċċettazzjoni tal-modifika proposta mill-Ġappun. Madankollu,
ġaladarba l-UE żammet l-oġġezzjoni tagħha, ma jistax
jingħad li l-Kumitat nnifsu aċċetta l-modifika. Biex dan
iseħħ, l-UE trid tieħu pożizzjoni pożittiva
fil-kuntest tal-Kumitat tal-GPA, ladarba l-partijiet kontraenti l-oħra
diġà għamlu dan. Il-GPA rivedut jinkludi dispożizzjoni tranżitorja sabiex
tiġi indirizzata s-sitwazzjoni fil-Kumitat tal-GPA. Din hija n-Nota 5
tal-Anness 3 tal-skeda tal-Ġappun fl-Appendiċi I tal-GPA.
Bis-saħħa ta' din in-nota, it-tliet kumpaniji ferrovjarji jiġu
meqjusa inklużi provviżorjament bħala entitajiet koperti
mill-GPA. Madankollu, in-nota ma tibqax fis-seħħ meta l-UE
tinnotifika lill-kumitat tal-GPA li hija tirtira l-oġġezzjoni
tagħha. Għalhekk hemm tkomplija bejn l-avvenimenti tal-Kumitat
tal-GPA qabel mal-GPA rivedut daħal fis-seħħ u wara li
daħal fis-seħħ. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' oġġezzjoni
minn partijiet kontraenti oħra ġiet ikkonfermata meta l-pakkett
tal-GPA rivedut ġie aċċettat skont kif kien adottah il-Kumitat
tal-GPA. Il-possibilità ta' notifika lill-Kumitat tal-GPA sabiex jiġu
rtirati l-oġġezzjonijiet għandha għalhekk titqies
bħala bidla tal-pożizzjoni tal-UE (li sa issa oġġezzjonat
għal modifika tal-Ġappun) fil-Kumitat tal-GPA. In-notifika tal-UE
tikkostitwixxi l-aħħar rekwiżit sabiex tintemm il-proċedura
tal-Kumitat tal-GPA bl-aċċettazzjoni kollettiva tal-modifika
tal-Ġappun, li jkollha effetti ġuridiċi fuq il-partijiet
kontraenti tal-GPA kollha, mhux biss fuq l-UE. Ladarba tidħol in-notifika tal-UE, il-kwistjoni tkun fuq
l-aġenda tal-laqgħa tal-Kumitat tal-GPA. F’din il-laqgħa,
il-kumitat tal-GPA ikun mistenni li jieħu azzjoni dwar il-kwistjoni biex
juri li abbażi tal-bidla fil-pożizzjoni tal-UE rigward il-kumpaniji
ferrovjarji, in-Nota 5 tal-Anness 3 tal-iskeda tal-Ġappun ma
tibqax fis-seħħ, u li jiddikjara t-tmiem tal-“proċedura
tat-tneħħija mill-elenkar”. Aktar tard, il-Kumitat għandu
jirċievi kopja awtentika ċċertifikata tal-Anness 3
tal-iskeda tal-Ġappun mis-Segretarjat tal-GPA, li tkun tirrifletti
s-sitwazzjoni l-ġdida. L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni
Ewropea (TFUE) jistipula li meta deċiżjoni li għandha effett
legali teħtieġ li tittieħed f’korp imwaqqaf minn ftehim
internazzjonali, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta
d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha
tiġi adottata f’isem l-Unjoni. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq,
it-tneħħija tal-oġġezzjonijiet tal-Unjoni
għall-irtirar tat-tliet entitajiet mill-Anness 3 tal-Ġappun
fl-Appendiċi I tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi taqa’
taħt din id-dispożizzjoni billi d-deċiżjoni tittieħed
f’korp imwaqqaf minn ftehim internazzjonali li jaffettwa d-drittijiet u
l-obbligi tal-UE. 2014/0249 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li
għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Akkwist
Pubbliku mill-Gvern dwar l-irtirar tal-oġġezzjonijiet tal-Unjoni
għat-tneħħija mill-elenkar ta' tliet entitajiet mill-Anness 3
tal-Ġappun fl-Appendiċi I tal-Ftehim dwar l-Akkwisti
Pubbliċi IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu
tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fid-29 ta’ Awwissu 2001,
in-notifika tal-Ġappun marbuta mal-irtirar ta’ East Japan Railway Company,
Central Japan Railway Company u West Japan Railway Company mill-Anness 3
tal-Appendiċi I tal-Ġappun, ġiet iċċirkolata
lill-Partijiet tal-GPA skont l-Artikolu XXIV:6(b) tal-Ftehim dwar
l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern tal-1994 (“il-GPA”). (2) Fl-1 ta’ Ottubru 2001,
minħabba t-tħassib tal-bidu, l-Unjoni Ewropea oġġezzjonat
skont l-Artikolu XXIV:6(b) tal-GPA tal-1994 għall-modifiki proposti
kif innotifikati mill-Ġappun sabiex teżamina bir-reqqa
r-raġunijiet għat-tneħħija mill-elenkar intenzjonata ta’
dawn l-entitajiet. (3) Minkejja d-diversi
konsultazzjonijiet li saru bejn l-Unjoni u l-Ġappun, l-Unjoni ma rtiratx
l-oġġezzjonijiet tagħha, b'kuntrast mal-partijiet l-oħra
kollha li oġġezzjonaw. (4) Matul ir-reviżjoni
tal-GPA tal-1994, ittieħed kont ta’ din is-sitwazzjoni. Il-Ġappun ma
elenkax it-tliet kumpaniji kkonċernati fl-Anness 3 tiegħu,
iżda inkluda nota li tispeċifika li l-kumpaniji għandhom
jitqiesu inklużi fl-Anness 3 tiegħu dejjem jekk l-Unjoni Ewropea ma
tirtirax l-oġġezzjoni tagħha kontra t-tneħħija
mill-elenkar ta’ dawn il-kumpaniji. (5) Fil-qafas
tal-eżerċizzju dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim ta’
Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Ġappun, u f’konformità
mal-approċċ adottat mill-Kunsill rigward il-Pjan Direzzjonali dwar
il-Ferroviji u t-Trasport Urban, u bla ebda ħsara għal kull
valutazzjoni dwar il-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq ferrovjarju
Ġappuniż, l-Unjoni esprimiet li kienet lesta li tirtira
l-oġġezzjoni għat-tneħħija mill-elenkar tat-tliet
kumpaniji Ġappuniżi, skont in-negozjati tal-FTA dwar l-akkwist
pubbliku mill-gvern. (6) Ladarba l-Ġappun
ikkonferma li għandu l-intenzjoni li jirrevedi b’mod sinifikanti
l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-klawsola dwar is-sikurezza
operazzjonali kif stipulata fin-nota 4 tal-Anness 2 u
n-nota 3(a) tal-Anness 3 fl-iskeda tal-Ġappun
fl-Appendiċi I tal-GPA, u li jippromwovi prattiki ta’ akkwist
trasparenti u mhux diskriminatorji mit-tliet kumpaniji ferrovjarji, l-Unjoni
Ewropea għandha tirtira l-oġġezzjonijiet tagħha għat-tneħħija
mill-elenkar ta’ dawn il-kumpanniji. (7) L-irtirar
tal-oġġezzjonijiet għandu jkun bla ħsara
għall-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-GPA dwar
id-deċiżjoni fuq il-kriterji indikattivi li juru effettivament
l-eliminazzjoni tal-kontroll jew tal-influwenza tal-gvern fuq l-akkwist kopert
ta' entità, skont l-Artikolu XIX (8) tal-GPA rivedut, b’mod partikolari
jekk il-kontroll jew l-influwenza tal-gvern ikunu effettivament eliminati meta
l-entitajiet ikkonċernati mhumiex joperaw f’ambjent kompetittiv. (8) Huwa xieraq, għalhekk,
li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed
mill-Unjoni fil-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern fir-rigward
tal-irtirar tal-oġġezzjonijiet, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha
tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku
tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hija li l-Unjoni Ewropea tirrevoka
l-oġġezzjonijiet kontra l-irtirar ta’ East Japan Railway Company,
Central Japan Railway Company u West Japan Railway Company mill-Anness 3
tal-Ġappun fl-Appendiċi I tal-Ftehim dwar l-Akkwisti
Pubbliċi. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] 2014/115/EU: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni
tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern,
ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1–1.