This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0519
Proposal for a COUNCIL DECISION on the signing, on behalf of the European Union, and provisional application of a Sustainable Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Republic of Senegal and the Implementation Protocol thereto
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu
/* COM/2014/0519 final - 2014/0239 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu /* COM/2014/0519 final - 2014/0239 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea
tinnegozja, f’isem l-Unjoni Ewropea, it-tiġdid tal-Ftehim bejn il-Gvern
tar-Repubblika tas-Senegal u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar is-sajd lil hinn
mill-kosta tas-Senegal li daħal fis-seħħ
fl-1 ta’ Ġunju 1981, u Protokoll li jistabbilixxi
l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja relatata
magħhom. Wara dawn in-negozjati, fil-25 ta’ April 2014
in-negozjaturi inizjalaw abbozz ta’ Ftehim ġdid u abbozz ta’ Protokoll.
Il-Ftehim il-ġdid iħassar u jieħu post il-Ftehim eżistenti
u jkopri perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ
tiegħu u jiġġedded b’mod taċitu. Il-Protokoll il-ġdid
ikopri perjodu ta’ ħames snin li jibda mid-data tal-applikazzjoni
provviżorja tiegħu stipulata fl-Artikolu 12 tiegħu,
jiġifieri mid-data meta l-Partijiet jiffirmawh.– L-għan ewlieni tal-Protokoll il-ġdid
huwa li jipprovdi qafas aġġornat, li jqis il-prijoritajiet
tal-politika komuni tas-sajd riveduta u tad-dimensjoni esterna tagħha,
bil-għan li tinħoloq sħubija strateġika bejn l-Unjoni
Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal fil-qasam tas-sajd. L-għan tal-Protokoll huwa li joffri
opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet
tas-Senegal filwaqt li jitqiesu l-valutazzjonijiet xjentifiċi disponibbli,
b’mod speċjali dawk tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku
Ċentrali tal-Lvant (CECAF), u skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u
r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni
tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fil-limiti tal-kwantità żejda disponibbli.
Il-Kummissjoni sejset il-pożizzjoni tagħha, fost l-oħrajn, fuq
ir-riżultati ta’ valutazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni, li
saret minn esperti esterni, dwar jekk għandhomx jiġu konklużi
Ftehim ġdid u Protokoll. L-għan huwa wkoll li
tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tas-Senegal sabiex jiġu promossi politika tas-sajd sostenibbli u
l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żoni tas-sajd
tas-Senegal, fl-interess taż-żewġ partijiet. Il-protokoll jipprevedi opportunitajiet
tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin: - 28 bastiment tas-sajd
għat-tonn bit-tartaruni; - 8 bastimenti tas-sajd
bil-qasab u x-xlief; - 2 bastimenti tat-tkarkir (li
jintużaw għas-sajd għall-merluzz l-iswed, li huwa speċi ta’
ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond). Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qed
tipproponi li l-Kunsill jawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni
provviżorja ta’ dan il-Ftehim il-ġdid u tal-Protokoll ta’
Implimentazzjoni tiegħu. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Saru konsultazzjonijiet mal-partijiet
interessati fil-kuntest tal-valutazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni
dwar jekk għandux jintlaħaq ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn
l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal. Saru konsultazzjonijiet ukoll
mal-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Minn dawn
il-konsultazzjonijiet ħareġ li jkun ta’ benefiċċju li
jiġġedded il-Ftehim dwar is-Sajd mar-Repubblika tas-Senegal u li
jiġi konkluż Protokoll tas-Sajd magħha. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Din il-proċedura qed tinbeda b’mod
parallel mal-proċeduri marbutin mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li
tawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’
Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni
tiegħu, kif ukoll ma’ dawk marbutin mar-Regolament tal-Kunsill dwar
l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri tal-Unjoni
Ewropea. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali hija ta’
EUR 1 808 000 għall-ewwel sena, ta’
EUR 1 738 000 għat-tieni, it-tielet u r-raba’ sena u ta’
EUR 1 668 000 għall-ħames sena, abbażi ta’: a) tunnellaġġ ta’ referenza ta’
14 000 tunnellata għat-tonn u ammont awtorizzat ta’ qbid ta’
2 000 tunnellata għall-merluzz l-iswed, u l-ammonti marbutin ma’
dan l-aċċess huma ta’ EUR 1 058 000 għall-ewwel
sena, ta’ EUR 988 000 għat-tieni, it-tielet u r-raba’ sena u ta’
EUR 918 000 għall-ħames sena; u b) appoġġ għall-iżvilupp
tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tas-Senegal li jammonta
għal EUR 750 000 fis-sena. Dan l-appoġġ huwa konformi
mal-għanijiet tal-politika nazzjonali tas-sajd u b’mod partikulari
mal-ħtiġijiet tar-Repubblika tas-Senegal fir-rigward
tal-appoġġ għar-riċerka xjentifika,
għall-monitoraġġ u l-ġlieda kontra s-sajd illegali u
għas-sajd fuq skala żgħira, fosthom għar-riabilitazzjoni
ta’ ekosistemi li jkunu ġew iddegradati sabiex l-istokkijiet ta’ ħut
li jkun għadu qed jikber ikunu jistgħu jirkupraw. 2014/0239 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u
l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd
Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll
ta’ Implimentazzjoni tiegħu IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43
tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) L-Unjoni Ewropea u
r-Repubblika tas-Senegal innegozjaw Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd
Sostenibbli (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim
ta’ Sħubija”) u Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu li
jagħtu opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li jaqgħu
fis-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tas-Senegal f’dak li
għandu x’jaqsam mas-sajd. (2) Il-Protokoll ġie
inizjalat fil-25 ta’ April 2014 wara li ntemmu dawn
in-negozjati. (3) Il-Ftehim ta’ Sħubija
jħassar il-Ftehim preċedenti li ġie konkluż bejn il-Gvern
tar-Repubblika tas-Senegal u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar is-sajd lil hinn
mill-kosta tas-Senegal u li daħal fis-seħħ
fl-1 ta’ Ġunju 1981. (4) L-Artikolu 17 tal-Ftehim
ta’ Sħubija u l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni jipprevedu,
rispettivament, l-applikazzjoni provviżorja tagħhom mid-data
tal-iffirmar tagħhom. (5) Il-Ftehim ta’ Sħubija u
l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu ffirmati. (6) Sabiex ikun żgurat li
l-bastimenti tal-Unjoni jkomplu għaddejjin bl-attivitajiet tas-sajd
tagħhom, il-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni
tiegħu għandhom jiġu applikati b’mod provviżorju sa ma
jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom, (7) ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar
is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u
tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu f’isem l-Unjoni b’dan huwa
awtorizzat, dejjem jekk dan il-Ftehim u dan il-Protokoll ikunu ġew konklużi.
It-test tal-Ftehim u dak tal-Protokoll huma
mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
għandu jistabbilixxi l-istrumenti ta’ setgħa sħiħa li
jawtorizzaw lill-persuni li n-negozjatur tal-Ftehim u tal-Protokoll ikun indika
biex jiffirmaw il-Ftehim u l-Protokoll, dejjem jekk dawn ikunu ġew
konklużi. Artikolu 3 Skont
l-Artikolu 17 tiegħu, il-Ftehim għandu japplika b’mod
provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu sa ma jitlestew
il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 4 Skont
l-Artikolu 12 tiegħu, il-Protokoll għandu japplika b’mod
provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu sa ma jitlestew
il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 5 Din
id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak
tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. IL-QAFAS
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 1.1. Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva 1.2. Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat(i)
fl-istruttura tal-ABM/ABB 1.3. In-natura tal-proposta/tal-inizjattiva 1.4. L-għan/l-għanijiet 1.5. Ir-raġunijiet
għall-proposta/għall-inizjattiva 1.6. It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju 1.7. Il-metodu/i ta’ ġestjoni previst(i) 2. IL-MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u
tal-irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3.1. L-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u
l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati 3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.2. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet
ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Il-kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
mingħand terzi persuni 3.3. L-impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1. Titlu
tal-proposta/tal-inizjattiva Proposta
għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim
ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tas-Senegal u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu. 1.2. Il-qasam/l-oqsma tal-politika
kkonċernati fl-istruttura tal-ABM/ABB[1]
11.
– L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 11.03
– Kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-organizzazzjonijiet reġjonali
tal-ġestjoni tas-sajd u għal organizzazzjonijiet internazzjonali
oħrajn u għall-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli (SFAs) 1.3. In-natura
tal-proposta/tal-inizjattiva ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni
preparatorja[2] X Il-proposta/l-inizjattiva
hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4. L-għanijiet 1.4.1. L-għanijiet
strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/tal-inizjattiva In-negozjar
u l-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli ma’ pajjiżi
terzi jilħqu l-għan ġenerali li jkun permess l-aċċess
għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għal żoni tas-sajd
li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta’ pajjiżi
terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma’ dawn il-pajjiżi
bil-għan li jissaħħaħ l-użu sostenibbli
tar-riżorsi tas-sajd barra l-ilmijiet tal-UE. Il-ftehimiet
ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs) jiżguraw ukoll
il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u
l-impenji meħudin skont politiki Ewropej oħrajn (l-użu
sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra
s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (l-IUU), l-integrazzjoni
tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali u governanza politika u
finanzjarja aħjar tas-sajd). 1.4.2. L-għanijiet
speċifiċi u l-attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernati L-għanijiet speċifiċi Sabiex
jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex
tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet
imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u
tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi ftehimiet ta’
sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ Stati kostali, b’mod li jkun
konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn. L-attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernati L-affarijiet
marittimi u s-sajd, l-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza
għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terżi (SFAs) (il-linja
baġitarja 11.0301) 1.4.3. Ir-riżultati u l-impatt
mistennija Speċifika
l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira. Il-konklużjoni
tal-ftehim se tgħin biex jiġi stabbilit qafas ta’ sħubija
strateġika fil-qasam tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tas-Senegal, filwaqt li l-konklużjoni tal-protokoll se tgħin biex
jinżammu l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej
fiż-żona tas-sajd tas-Senegal. Il-protokoll
se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar
tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju
(appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi
adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, u b’mod
partikulari fir-rigward tal-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/tal-inizjattiva. Ir-rata
tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
użati bħala perċentwali tad-disponibbiltà skont il-protokoll); il-ġbir
u l-analiżi ta’ dejta dwar il-qabdiet u l-valur kummerċjali
tal-Ftehim; il-kontribuzzjoni
għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u
għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (flimkien ma’ SFPAs oħrajn); l-għadd
ta’ laqgħat tekniċi u ta’ laqgħat tal-Kumitati Konġunti. 1.5. Ir-raġunijiet
għall-proposta/għall-inizjattiva 1.5.1. Ir-rekwiżiti li jridu
jiġu ssodisfati fuq medda qasira jew twila taż-żmien Il-Ftehim
bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Senegal u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar
is-sajd lil hinn mill-kosta tas-Senegal li daħal fis-seħħ
fl-1 ta’ Ġunju 1981 jifforma parti mill-ftehimiet dwar
is-sajd imsejħin “il-ftehimiet tal-ewwel ġenerazzjoni” u ma jinkludix
il-prinċipji li ħarġu mir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd u
tad-dimensjoni esterna tagħha (l-importanza tal-bażi xjentifika,
it-trasparenza, l-esklużività, eċċ.). Għalhekk hemm
bżonn li dan jiġi aġġornat. L-aħħar protokoll li
sar ta’ dan il-Ftehim skada fit-30 ta’ Ġunju 2006.
Il-Protokoll il-ġdid għandu jibda japplika b’mod provviżorju
mid-data tal-iffirmar tiegħu. Sabiex ma jibqax jittawwal il-perjodu ta’
sospensjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd, ingħata bidu għal
proċedura sabiex il-Kunsill jadotta deċiżjoni dwar l-iffirmar u
l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim u tal-protokoll b’mod parallel ma’
din il-proċedura. Il-Protokoll
il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta
Ewropea fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, u se jawtorizza lis-sidien
tal-bastimenti Ewropej jitolbu liċenzji tas-sajd li jawtorizzawhom jistadu
fl-ilmijiet tas-Senegal. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid
isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u s-Senegal bil-għan li
jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. Dan jipprevedi, b’mod partikulari, il-monitoraġġ
tal-bastimenti permezz tal-VMS u t-trażmissjoni b’mezzi elettroniċi
tad-dejta dwar il-qabdiet. L-appoġġ settorjali
ssaħħaħ sabiex ir-Repubblika tas-Senegal tingħata
għajnuna fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd tagħha,
inkluża fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-Unjoni Ewropea F’dak
li għandu x’jaqsam ma’ dan il-Ftehim il-ġdid u dan il-Protokoll,
in-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-UE jippermetti l-ħolqien ta’
ftehimiet privati li ma jkunux jistgħu jiżguraw sajd sostenibbli.
L-Unjoni Ewropea tittama wkoll li, permezz ta’ dan il-Protokoll, ir-Repubblika
tas-Senegal tkompli tikkoopera b’mod effettiv mal-UE b’mod partikulari f’dak li
għandu x’jaqsam mal-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.5.3. Tagħlim miksub minn
esperjenzi simili fl-imgħoddi L-analiżi
tal-qabdiet li saru fis-Senegal fl-imgħoddi u tal-qabdiet li saru dan
l-aħħar fil-qafas ta’ protokolli simili f’dan ir-reġjun, kif
ukoll il-valutazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli wasslu biex
il-partijiet jistabbilixxu tunnellaġġ ta’ referenza għat-tonn u
ammont awtorizzat ta’ qbid għall-merluzz l-iswed (ta’
14 000 tunnellata fis-sena u ta’ 2 000 tunnellata fis-sena
rispettivament). L-appoġġ settorjali relattivament għoli li
ngħata jqis il-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali f’dak li
għandu x’jaqsam mas-sajd, kif ukoll il-ħtiġijiet f’termini
tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni tas-sajd
tas-Senegal. 1.5.4. Koerenza u sinerġija
possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn Il-fondi
mħallsin skont is-SFPAs jikkostitwixxu dħul funġibbli
fil-baġits tal-pajjiżi terzi sħab. Madankollu, l-allokazzjoni
ta’ wħud minn dawk il-fondi għall-implimentazzjoni ta’ miżuri
bħala parti mill-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni
għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tas-SFPAs. Dawn
ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi ta’ fondi oħrajn
minn donaturi internazzjonali oħrajn tal-fondi biex jitwettqu
proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd. 1.6. It-tul ta’ żmien u
l-impatt finanzjarju X Proposta/inizjattiva ta’ tul
ta’ żmien limitat –
X Proposta/inizjattiva fis-seħħ
għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-iffirmar –
X Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2018 ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’
żmien mhux limitat –
Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn [SSSS] sa
[SSSS], –
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa. 1.7. Il-metodi ta’ ġestjoni
previsti[3] Mill-baġit tal-2014 X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni: –
X mid-dipartimenti tagħha, inkluż
mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; –
¨ mill-aġenziji eżekuttivi; ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni indiretta b’delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit: –
¨ pajjiżi terzi jew il-korpi li huma jkunu ħatru; –
¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li
għandhom jiġu speċifikati); –
¨ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment; –
¨ il-korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament
Finanzjarju; –
¨ korpi tal-liġi pubblika; –
¨ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku
safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati
bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji
finanzjarji adegwati; –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi
fil-PESK skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u
identifikati fl-att bażiku rilevanti. – Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’
ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima
tal-“Kummenti”. Kummenti 2. IL-MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli
tal-monitoraġġ u tar-rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli. Il-Kummissjoni
(id-DĠ AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd
tagħha bbażat fis-Senegal u mad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
f’Dakar) se tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni
ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu
tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f’termini tad-dejta dwar
il-qabdiet. Barra
minn hekk, is-SFPA jipprevedi mill-inqas laqgħa waħda annwali
tal-Kumitat Konġunt, li fiha l-Kummissjoni u r-Repubblika tas-Senegal
jiltaqgħu sabiex jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll
tiegħu u, fejn ikun meħtieġ, jaġġustaw l-ipprogrammar
u, fejn ikun xieraq, il-kontribuzzjoni finanzjarja. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
ta’ kontroll 2.2.1. Ir-riskji identifikati Jeżistu
ċertu riskji fit-twaqqif ta’ protokoll dwar is-sajd, b’mod partikulari
f’dak li għandu x’jaqsam mal-ammonti maħsubin għall-finanzjament
tal-politika settorjali tas-sajd (is-sottopprogrammar). 2.2.2. Informazzjoni dwar is-sistema
ta’ kontroll interna stabbilita Qed
jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni
tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. L-analiżi
konġunta tar-riżultati, imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Protokoll,
ukoll tifforma parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll. Barra
minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll jinkludu klawżoli speċifiċi
għas-sospensjoni tagħhom, skont ċertu kundizzjonijiet u
f’ċertu ċirkustanzi. 2.2.3. Stima tal-ispejjeż u
tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni
tar-riskju ta’ żball 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew dawk
previsti. Il-Kummissjoni
tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku u kooperazzjoni regolari
mar-Repubblika tas-Senegal bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni
tal-Ftehim u tal-Protokoll u biex jissaħħaħ il-kontribut tal-UE
għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. F’kull każ, kull
pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ SFPA huwa suġġett
għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard
tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikulari, li jiġu identifikati
bis-sħiħ il-kontijiet bankarji tal-Istati terzi li fihom
jitħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Għal dan il-Protokoll
partikulari, l-Artikolu 3(9) jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja
kollha għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku tas-Senegal
jew f’kont ta’ depożitu miftuħ fil-kotba tat-Teżor Pubbliku
tas-Senegal. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3.1. L-intestaturi tal-qafas
finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati · Linji baġitarji eżistenti Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………...……………] || AD/AMD ([4]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[5] || mill-pajjiżi kandidati[6] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju 2 || 11.03 01 L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terżi (SFAs) || AD || LE || LE || IVA || LE · Linji baġitarji ġodda mitlubin (mhux applikabbli) Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………………………] || AD/AMD || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju || [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara
l-punt deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || In-numru 2 || It-tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali Id-DĠ AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD || || || L- 2014 || L- 2015 || L- 2016 || L- 2017 || L- 2018 || daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || Numru tal-linja baġitarja 11.0301 || Impenji || (1) || 1.808 || 1.738 || 1.738 || 1.738 || 1.668 || || || 8.690 Pagamenti || (2) || 1.808 || 1.738 || 1.738 || 1.738 || 1.668 || || || 8.690 Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || || || || || || Pagamenti || (2a) || || || || || || || || Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi[7] || || || || || || || || Numru tal-linja baġitarja 11 010401 || || (3) || 0.053 || 0.053 || 0.053 || 0.053 || 0.113 || || || 0.325 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD || Impenji || =1+1a +3 || 1.861 || 1.791 || 1.791 || 1.791 || 1.781 || || || 9.015 Pagamenti || =2+2a +3 || 1.861 || 1.791 || 1.791 || 1.791 || 1.781 || || || 9.015 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 1.808 || 1.738 || 1.738 || 1.738 || 1.668 || || || 8.690 Pagamenti || (5) || 1.808 || 1.738 || 1.738 || 1.738 || 1.668 || || || 8.690 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 0.053 || 0.053 || 0.053 || 0.053 || 0.113 || || || 0.325 TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 1.861 || 1.791 || 1.791 || 1.791 || 1.781 || || || 9.015 Pagamenti || =5+ 6 || 1.861 || 1.791 || 1.791 || 1.791 || 1.781 || || || 9.015 Jekk iżjed minn intestatura waħda hija
affettwata mill-proposta/mill-inizjattiva: MHUX APPLIKABBLI TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || || Pagamenti || (5) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || || Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || Nefqa amministrattiva f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara
l-punt deċimali) || || || L- 2014 || L- 2015 || L- 2016 || L- 2017 || L- 2018 || daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI DĠ: AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD || Riżorsi umani || 0.113 || 0.113 || 0.113 || 0.113 || 0.113 || || || 0.565 Nefqa amministrattiva oħra || 0.006 || 0.006 || 0.006 || 0.006 || 0.006 || || || 0.030 TOTAL TAD-DĠ AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD || Approprjazzjonijiet || 0.119 || 0.119 || 0.119 || 0.119 || 0.119 || || || 0.595 TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0.119 || 0.119 || 0.119 || 0.119 || 0.119 || || || 0.595 f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara
l-punt deċimali) || || || L- 2014 || L- 2015 || L- 2016 || L- 2017 || L- 2018 || daħħal is-snin kollha meħtieġa... || L-AMMONT TOTALI TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 1.980 || 1.910 || 1.910 || 1.910 || 1.900 || || || 9.610 Pagamenti || 1.980 || 1.910 || 1.910 || 1.910 || 1.900 || || || 9.610 3.2.2. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operattivi –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali –
x Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’
Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || L- 2014 || L- 2015 || L- 2016 || L- 2017 || L- 2018 || daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI IR-RIŻULTATI (outputs) Tip[8] || Spiża medja || Għadd || Spiża || Għadd || Spiża || Għadd || Spiża || Għadd || Spiża || Għadd || Spiża || Għadd || Spiża || Għadd || Spiża || Għadd totali || Spiża totali L-GĦAN SPEĊIFIKU NUMRU 1[9]… || || || || || || || || || || || || || || || || - liċenzji tal-vapuri || tunnellati fis-sena || [10] || || 1.058 || || 0.988 || || 0.988 || || 0.988 || || 0.918 || || || || || || 4.940 - appoġġ settorjali || annwali || 0.750 || || 0.750 || || 0.750 || || 0.750 || || 0.750 || || 0.750 || || || || || || 3.750 || || || || || || || || || || || || || || || || || || Is-subtotal għall-għan speċifiku numru 1 || || 1.808 || || 1.738 || || 1.738 || || 1.738 || || 1.668 || || || || || || 8.690 L-GĦAN SPEĊIFIKU NUMRU 2… || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Is-subtotal għall-għan speċifiku numru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || L-ISPIŻA TOTALI || || 1.808 || || 1.738 || || 1.738 || || 1.738 || || 1.668 || || || || || || 8.690 3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet
ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva –
x Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn
taħt: f’miljuni ta’ Euro
(sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) || L- 2014 || L- 2015 || L- 2016 || L- 2017 || L- 2018 || daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI L-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || 0.113 || 0.113 || 0.113 || 0.113 || 0.113 || || || 0.565 Nefqa amministrattiva oħra || 0.006 || 0.006 || 0.006 || 0.006 || 0.006 || || || 0.030 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.119 || 0.119 || 0.119 || 0.119 || 0.119 || || || 0.595 Riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali[11] || || || || || || || || Riżorsi umani || 0.041 || 0.041 || 0.041 || 0.041 || 0.041 || || || 0.205 Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || 0.012 || 0.012 || 0.012 || 0.012 || 0.072 || || || 0.120 Subtotal tar-riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.053 || 0.053 || 0.053 || 0.053 || 0.113 || || || 0.325 L-AMMONT TOTALI || 0.172 || 0.172 || 0.172 || 0.172 || 0.232 || || || 0.928 L-approprjazzjonijiet
ta’ natura amministrattiva meħtieġa se jagħmlu tajjeb
għalihom l-approprjazzjonijiet tad-DĠ li huma diġà assenjati
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà tqassmu mill-ġdid
fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni
addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni
skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl
tar-restrizzjonijiet baġitarji. 3.2.3.2. Stima tar-riżorsi
umani meħtieġa –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani –
x Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tingħata
f’unitajiet ekwivalenti għal full-time || || L- 2014 || L- 2015 || L- 2016 || L- 2017 || L- 2018 || Karigi previsti fil-pjan ta’ twaqqif (uffiċjali u aġenti temporanji) || || || 11 01 01 01 (fil-kwartieri ġenerali u fl-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.95 || 0.95 || 0.95 || 0.95 || 0.95 || XX 01 01 02 (fid-delegazzjonijiet) || || || || || || XX 01 05 01 (għar-riċerka indiretta) || || || || || || 10 01 05 01 (għar-riċerka diretta) || || || || || Persunal estern (f’ekwivalenti għal full-time - FTE)[12] || || || XX 01 02 01 (AK, ENS, INT mill-“pakkett globali”) || || || || || || XX 01 02 02 (AK, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || 11 01 04 01 [13] || - fil-Kwartieri ġenerali || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || XX 01 05 02 (AK, ENS, INT għar-riċerka indiretta) || || || || || || 10 01 05 02 (AK, ENS, INT għar-riċerka diretta) || || || || || || Linji baġitarji oħrajn (speċifika) || || || || || || L-AMMONT TOTALI || || || || || XX huwa l-qasam politiku jew it-titolu
baġitarju kkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jagħmel tajjeb għalihom il-persunal tad-DĠ
li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li
diġà tqassam mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun
meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’
tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura
ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li għandhom jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || L-implimentazzjoni amministrattiva u baġitarja tal-ftehim (il-liċenzji, il-monitoraġġ tal-qabdiet, il-pagamenti u l-appoġġ settorjali), it-tħejjija tal-Kumitati Konġunti u tan-negozjati tal-Protokoll sussegwenti u l-parteċipazzjoni fihom, it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-atti leġiżlattivi, il-korrispondenza u l-appoġġ tekniku u xjentifiku. Uffiċjal + assistent finanzjarju + segretarjat + kap tal-unità (jew viċi kap) + appoġġ xjentifiku u tekniku u l-ġbir tad-dejta dwar il-liċenzji u dwar il-qabdiet: 0.95 FTE imqassmin f’0.75 FTE b’132 000 Euro fis-sena u 0.2 FTE b’70 000 Euro fis-sena. Persunal estern || Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-appoġġ settorjali. Stima ta’ 0.33 FTE b’125 000 Euro fis-sena. 3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
x Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega x’tip ta’ pprogrammar mill-ġdid huwa
meħtieġ u speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[14]. Spjega x’inhu meħtieġ u speċifika
l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti
korrispondenti. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
mingħand terzi persuni –
Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix
il-kofinanzjament mingħand terzi persuni. –
Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi
l-kofinanzjament stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (sa
tliet ċifri wara l-punt deċimali) || Is-sena N || Is-sena N+1 || Is-sena N+2 || Is-sena N+3 || daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-ammont totali Speċifika l-entità ta’ kofinanzjament || || || || || || || || L-approprjazzjonijiet TOTALI kkofinanzjati || || || || || || || || 3.3. L-impatt stmat fuq
id-dħul –
x Il-proposta/l-inizjattiva m’għandha l-ebda
impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: ¨ fuq ir-riżorsi proprji ¨ fuq id-dħul mixxellanju f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara
l-punt deċimali) Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali || Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva[15] Is-sena N || Is-sena N+1 || Is-sena N+2 || Is-sena N+3 || daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) L-Artikolu …………. || || || || || || || || Għad-dħul
mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linji baġitarji tan-nefqa
affettwati. Speċifika l-metodu
tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. [1] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività
(“Activity-Based Management”) – ABB: Baġit Ibbażat fuq
l-Attività (“Activity-Based Budgeting”). [2] Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [3] Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u
r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit tal-internet
tal-baġit (BudgWeb) li ġej: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [4] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati/AMD =
Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [5] EFTA = l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [6] Il-pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli,
il-pajjiżi li huma kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [7] L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li
tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet
tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u
r-riċerka diretta. [8] Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li
għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ta’
studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija,
eċċ.). [9] Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “L-għanijiet
speċifiċi”. [10] Għat-tonn, il-prezz għal kull tunnellata
(b’tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 14 000 tunnellata
fis-sena) huwa ta’ EUR 55 fl-ewwel sena, EUR 50 fit-tliet snin
ta’ wara u EUR 45 fl-aħħar sena; u għall-merluzz l-iswed,
il-prezz totali (b’ammont awtorizzat ta’ qbid ta’ 2 000 tunnellata
fis-sena) huwa ta’ EUR 228 000 fis-sena. [11] L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li
tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet
tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u
r-riċerka diretta. [12] AK = aġent kuntrattwali; AL = aġent lokali; ENS
= espert nazzjonali ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija
(“Intérimaire”); JED = espert żgħir fid-delegazzjonijiet (“Jeune
Expert en Délégation”). [13] Sublimitu massimu għall-persunal estern iffinanzjat
mill-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu l-linji “BA”). [14] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali
(għall-perjodu mill-2007 sal-2013). [15] F’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi proprji tradizzjonali
(id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu
ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu
25 % għall-ispejjeż tal-ġbir. Anness I FTEHIM ta’ Sħubija dwar is-Sajd
Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem
imsejħa “l-Unjoni”, u R-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL, minn hawn ’il
quddiem imsejħa “is-Senegal”, minn hawn ’il quddiem imsejħin
“il-Partijiet”, FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta’
ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u s-Senegal, speċjalment fil-kuntest
tal-Ftehim ta’ Cotonou, u x-xewqa tagħhom it-tnejn li jsaħħu dik
ir-relazzjoni, WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni
tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar id-Dritt tal-Baħar u l-Ftehim
tal-1995 dwar l-Istokkijiet ta’ Ħut Transżonali, DETERMINATI li japplikaw
id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet meħudin
mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti li
l-Partijiet huma membri tagħhom, KONXJI mill-importanza
tal-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Mġiba dwar is-Sajd
Responsabbli li ġie adottat mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura
tan-Nazzjonijiet Uniti (l-FAO) fl-1995, DETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess
reċiproku tagħhom, għall-istabbiliment ta’ sajd responsabbli
biex jiġi żgurat l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi
bijoloġiċi tal-baħar u l-konservazzjoni fit-tul tagħhom, KONVINTI li din il-kooperazzjoni
għandha tissejjes fuq il-kumplimentarjetà tal-inizjattivi u l-azzjonijiet
imwettqin kemm b’mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-Partijiet
billi jiġu żgurati l-koerenza tal-politiki u s-sinerġija
tal-isforzi, DEĊIŻI, għall-finijiet
ta’ kooperazzjoni bħal din, li l-Partijiet għandhom jistabbilixxu
d-djalogu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-politiki tas-sajd
tas-Senegal billi jinvolvu lill-operaturi tas-soċjetà ċivili, u b’mod
partikulari lill-industrija tas-sajd, ĦERQANA biex jistabbilixxu
t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd
tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-Senegal, minn naħa
waħda, u li jirregolaw l-appoġġ mogħti mill-Unjoni
għall-iżvilupp tas-sajd sostenibbli f’dawk l-ilmijiet, min-naħa
l-oħra; DEĊIŻI li jikkooperaw
mill-qrib mil-lat ekonomiku fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati
magħha billi jħeġġu l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji
miż-żewġ Partijiet, FTEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 – Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim: a) “l-awtoritajiet tas-Senegal” tfisser
il-Ministeru tar-Repubblika tas-Senegal li huwa responsabbli għall-qasam
tas-sajd; b) “l-awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser
il-Kummissjoni Ewropea; c) “attività tas-sajd” tfisser it-tiftix
għall-ħut, it-tfigħ il-baħar, il-kalar, it-tkarkir u
l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord,
it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord,
it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, is-simna u l-ħatt
l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd; d) “bastiment tas-sajd” tfisser kull
bastiment jew dgħajsa oħra użata għas-sajd jew
mgħammra biex tintuża għal hekk, jew li tkun ta’ tip li s-soltu
jintuża għal hekk skont il-liġijiet tas-Senegal; e) “bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser
kull bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE u li huwa
rreġistrat fl-Unjoni; f) “ilmijiet tas-Senegal” tfisser
l-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni
tas-Senegal; g) “Ftehim” tfisser il-Ftehim, il-Protokoll
u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu; h) “forza maġġuri” tfisser
avvenimenti li jseħħu f’daqqa waħda, li ma jistgħux
jiġu previsti u li ma jistgħux jiġu evitati, li jistgħu
jipperikolaw jew jipprevjenu l-attivitajiet normali tas-sajd fl-ilmijiet
tas-Senegal. Artikolu 2 - Is-suġġett Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji,
ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw: (a)
il-kundizzjonijiet li bihom il-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tas-Senegal
fil-limiti tal-ammonti żejda disponibbli; (b)
il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u
xjentifika fis-settur tas-sajd, bil-għan li jiġi promoss is-sajd
sostenibbli fl-ilmijiet tas-Senegal u li jiġi żviluppat is-settur
tas-sajd tas-Senegal; (c)
il-kooperazzjoni dwar il-metodi ta’ kontroll
tas-sajd fl-ilmijiet tas-Senegal sabiex jiġu żgurati l-konformità
mar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq, l-effikaċja
tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tar-riżorsi
tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat. Artikolu 3 – Prinċipji 1.
Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd
responsabbli fl-ilmijiet tas-Senegal skont il-Kodiċi ta’ Mġiba dwar
is-Sajd Responsabbli tal-FAO. 2.
Is-Senegal jintrabat li ma joffrix kundizzjonijiet
iktar favorevoli minn dawk previsti f’dan il-Ftehim lil partijiet minn flotot
barranin oħrajn li jkun hemm fl-ilmijiet tiegħu li l-bastimenti
tagħhom ikollhom l-istess karatteristiċi bħal dawk imsemmija
f’dan il-Ftehim u li jkunu qed jistadu għall-istess speċijiet. 3.
Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan
il-Ftehim jiġi implimentat skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou
dwar l-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem,
mal-prinċipji demokratiċi u mal-Istat tad-dritt u dwar l-element
fundamentali marbut mal-amministrazzjoni t-tajba, skont il-proċedura
stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu. 4.
Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan
il-Ftehim jiġi implimentat skont skont il-prinċipji
tal-amministrazzjoni ekonomika u soċjali t-tajba, u b’mod li titħares
il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd. 5.
Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni
Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar id-drittijiet u l-prinċipji
fundamentali fuq il-post tax-xogħol tapplika kollha kemm hi
għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni. Dan għandu x’jaqsam l-iktar mal-libertà
tal-assoċjazzjoni, mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema
għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni
marbuta mal-impjiegi u mal-professjoni. 6.
Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom
qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni li tista’ taffettwa
l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 4 – Aċċess
għall-ilmijiet tas-Senegal 7.
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu
jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet tas-Senegal biss jekk ikollhom
awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont dan il-Ftehim u ma jistgħu
jwettqu l-ebda attività oħra tas-sajd li mhix fil-kuntest ta’ dan
il-Ftehim. 8.
L-awtoritajiet tas-Senegal jistgħu
joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim biss u dawn il-bastimenti ma tista’ tinħarġilhom
l-ebda awtorizzazzjoni oħra lil hinn minn dan il-kuntest, b’mod
partikulari fil-forma ta’ liċenzji privati. Artikolu 5 – Il-liġi applikabbli
u implimentazzjoni 9.
Mingħajr ħsara
għad-dispożizzjonijiet previsti f’dan il-Ftehim, l-attivitajiet
tas-sajd irregolati minn dan il-Ftehim għandhom jaqgħu taħt
il-liġijiet tas-Senegal. 10.
L-awtoritajiet tas-Senegal għandhom
jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Unjoni bi kwalunkwe emenda
fil-liġijiet li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni. Dawn il-liġijiet għandhom japplikaw għal dawn
il-bastimenti mis-sittin jum minn meta l-awtoritajiet tal-Unjoni jirċievu
n-notifika. 11.
Is-Senegal jintrabat li jieħu l-passi x-xierqa
kollha biex jiżgura li l-miżuri ta’ kontroll tas-sajd previsti f’dan
il-Ftehim jiġu applikati b’mod effettiv. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-Senegal li għandhom
ir-responsabbiltà jwettqu dawn il-kontrolli. 12.
L-Unjoni tintrabat li tieħu l-passi x-xierqa
kollha biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jħarsu
d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-leġiżlazzjoni
tas-Senegal rilevanti. 13.
L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom
jgħarrfu lill-awtoritajiet tas-Senegal bi kwalunkwe emenda
fil-liġijiet li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 6 – Kontribuzzjoni
finanzjarja 14.
Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, l-Unjoni
għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lis-Senegal sabiex: (a)
tiffinanzja parti mill-ispejjeż
tal-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għar-riżorsi
tas-sajd tas-Senegal, irrispettivament mill-parti mill-ispejjeż
tal-aċċess li jridu jħallsu s-sidien tal-bastimenti; (b)
issaħħaħ il-kapaċità
tas-Senegal li jfassal u jimplimenta politika sostenibbli tas-sajd permezz
tal-appoġġ settorjali. 15.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja
għall-appoġġ settorjali għandha tkun separata
mill-ħlasijiet marbutin mal-ispejjeż tal-aċċess. Din
tiddependi fuq il-kisba tal-għanijiet tal-politika settorjali tas-sajd
tas-Senegal skont il-proċeduri previsti fil-Protokoll ta’ dan l-Ftehim u
skont il-programmazzjoni annwali u pluriennali ta’ implimentazzjoni u tiġi
stabbilita abbażi ta’ dan. 16.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija
mill-Unjoni għandha titħallas kull sena, skont il-proċeduri
stabbiliti fil-Protokoll. L-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni jista’ jinbidel
fil-każijiet li ġejjin: (c)
f’każ ta’ forza maġġuri; (d)
f’każ ta’ tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd
mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, b’mod partikulari huma u
jiġu applikati miżuri ta’ ġestjoni tal-istokkijiet
ikkonċernati, li jitqiesu bħala meħtieġa
għall-konservazzjoni u għall-isfruttament sostenibbli
tar-riżorsi abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli; (e)
f’każ ta’ żieda fl-opportunitajiet
tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jekk il-qagħda
tar-riżorsi tas-sajd tkun tippermetti dan skont l-aqwa parir xjentifiku
disponibbli; (f)
f’każ ta’ evalwazzjoni mill-ġdid
tal-kundizzjonijiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ
settorjali, meta r-riżultati tal-programmazzjoni annwali u pluriennali
osservati mill-Partijiet jiġġustifikaw dan; (g)
f’każ li dan il-Ftehim jiġi sospiż
skont l-Artikolu 13 tiegħu; (h)
f’każ li dan il-Ftehim jintemm skont
l-Artikolu 14 tiegħu. Artikolu 7 – Kumitat Konġunt 17.
Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt
magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Unjoni u
tas-Senegal, li jkollu r-responsabbiltà jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan
il-Ftehim. Barra minn hekk, il-Kumitat jista’ jadotta emendi
għall-Protokoll, għall-Anness u għall-Appendiċi. 18.
Sabiex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim,
il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq b’mod partikulari dan li ġej: (i)
għandu jimmonitorja t-twettiq ta’ dan
il-Ftehim u l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tiegħu u, b’mod
partikulari, id-definizzjoni tal-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija
fl-Artikolu 6(2) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha; (j)
għandu jiżgura l-komunikazzjoni u
l-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni
fil-qasam tas-sajd; (k)
iservi ta’ forum sabiex jissolvew b’mod amikevoli
l-kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew
l-implimentazzjoni tal-Ftehim. 19.
Ir-rwol ta’ teħid tad-deċiżjonijiet
tal-Kumitat Konġunt jikkonsisti fl-approvazzjoni tal-emendi
għall-Protokoll ta’ dan il-Ftehim u għall-Anness u l-Appendiċi
tiegħu li għandhom x’jaqsmu ma’ dan li ġej: (l)
ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u
b’hekk tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti; (m)
il-proċeduri tal-appoġġ settorjali; (n)
il-kundizzjonijiet li bihom il-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom. Id-deċiżjonijiet
għandhom jittieħdu b’kunsens u għandhom jitniżżlu
f’anness mal-minuti tal-laqgħa. 20.
Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq
ħidmietu skont l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u skont ir-regoli
rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd. 21.
Dan il-Kumitat għandu jiltaqa’ tal-inqas darba
f’sena, sena fis-Senegal u s-sena ta’ wara fl-Unjoni, jew f’post ieħor
magħżul bi ftehim reċiproku, u għandu jkun presedut
mill-Parti ta’ fejn tkun qed issir il-laqgħa. Dan għandu jiltaqa’
b’mod straordinarju fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet. Artikolu 8 - Kooperazzjoni fil-qasam
tas-sorveljanza u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux
regolat Il-Partijiet jintrabtu li jikkollaboraw
mill-qrib fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat
sabiex ikun hemm sajd responsabbli u sostenibbli. Artikolu 9 – Kooperazzjoni fil-qasam
tax-xjenza 22.
Il-Partijiet se jippromwovu l-kooperazzjoni
fil-qasam tax-xjenza sabiex ikun żgurat monitoraġġ aħjar
tal-qagħda tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar
fl-ilmijiet tas-Senegal. 23.
Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom,
l-iktar fi ħdan grupp ta’ ħidma konġunta xjentifika, kif ukoll
fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, bil-għan li
jsaħħu l-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi
bijoloġiċi fl-Oċean Atlantiku, u li jikkooperaw b’rabta
mar-riċerka xjentifika rilevanti. Artikolu 10 – Kooperazzjoni bejn
l-organizzazzjonijiet professjonali tas-sajd, is-settur privat u s-soċjetà
ċivili 24.
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni
ekonomika u teknika fis-settur tas-sajd u fis-setturi marbutin miegħu.
Huma jistgħu jikkonsultaw bejniethom sabiex jiffaċilitaw u
jikkoordinaw l-azzjonijiet differenti li jistgħu jiġu previsti
għal dan il-għan. 25.
Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju
tal-informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’
konservazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd. 26.
Il-Partijiet għandhom jagħmlu
ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet adattati
għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom
fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi
jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli
għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investiment. Meta jkun xieraq, huma
għandhom jippromwovu t-twaqqif ta’ kumpaniji konġunti. Artikolu 11 – Iż-żona ta’
applikazzjoni Dan il-Ftehim
għandu japplika għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar
l-Unjoni Ewropea skont il-kundizzjonijiet previsti f’dak it-Trattat, minn
naħa waħda, u għas-Senegal, min-naħa l-oħra. Artikolu 12 - It-tul ta’ żmien Dan il-Ftehim
għandu japplika għal perjodu ta’ ħames snin minn meta
jidħol fis-seħħ u għandu jiġġedded b’mod
taċitu sakemm ma jintemmx skont l-Artikolu 14. Artikolu 13 - Sospensjoni 27.
L-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’
tiġi sospiża b’mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet
fil-każijiet li ġejjin: (o)
f’każ ta’ forza maġġuri; (p)
f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet
dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew l-implimentazzjoni tiegħu; (q)
f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim minn waħda mill-Partijiet, b’mod partikulari
tal-Artikolu 3(3) dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. 28.
Għandha tintbagħat notifika bil-miktub
dwar is-sospensjoni tal-Ftehim lill-Parti l-oħra u s-sospensjoni
għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal din
in-notifika. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom hekk kif tasal
in-notifika tas-sospensjoni sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għal din
is-sitwazzjoni fi żmien tliet xhur. Dawn il-konsultazzjonijiet
jistgħu jibqgħu għaddejjin anki wara li tidħol
fis-seħħ is-sospensjoni. Jekk tinstab soluzzjoni amikevoli għal
din is-sitwazzjoni, il-Ftehim jerġa’ jibda jiġi implimentat
mingħajr dewmien u l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 6 jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Artikolu 14 – Terminazzjoni 29.
Dan il-Ftehim jista’ jintemm b’mod unilaterali minn
waħda mill-Partijiet fil-każijiet li ġejjin: (r)
f’każ ta’ forza maġġuri; (s)
f’każ ta’ degradazzjoni tal-istokkijiet
ikkonċernati skont l-aqwa parir xjentifiku indipendenti u affidabbli
disponibbli; (t)
f’każ ta’ nuqqas ta’ użu
tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni; (u)
f’każ ta’ ksur tal-impenji li daħlu
għalihom il-Partijiet fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux
rappurtat u mhux regolat. 30.
Għandha tintbagħat notifika bil-miktub
dwar it-terminazzjoni tal-Ftehim lill-Parti l-oħra u t-terminazzjoni
għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal din
in-notifika, sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom li jtawlu dan
il-perjodu. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom hekk kif tasal
in-notifika tat-terminazzjoni sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għal din
is-sitwazzjoni fi żmien sitt xhur. Jekk tinstab soluzzjoni amikevoli
għal din is-sitwazzjoni, il-Ftehim jerġa’ jibda jiġi implimentat
mingħajr dewmien u l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 6 jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Artikolu 15 – Tħassir Il-Ftehim bejn
il-Gvern tar-Repubblika tas-Senegal u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar is-sajd
lil hinn mill-kosta tas-Senegal li daħal fis-seħħ
fl-1 ta’ Ġunju 1981 b’dan qed jitħassar. Artikolu 16 – Id-dħul
fis-seħħ Dan il-Ftehim qed jitfassal f’żewġ
kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan,
bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg,
bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat. bil-Latvjan,
bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż,
bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u kull
wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod. Dan jidħol fis-seħħ fid-data
meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri
meħtieġa għal dak il-għan. Artikolu 17 – Applikazzjoni
provviżorja L-iffirmar
ta’ dan il-Ftehim min-naħa tal-Partijiet iwassal għall-applikazzjoni
provviżorja tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. ANNESS II PROTOKOLL
dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal Artikolu 1
Il-kamp ta’ applikazzjoni 31.
Qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd
li ġejjin għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni: –
għall-ispeċijiet tal-ħut li jpassi
ħafna (imniżżlin fl-Anness I tal-Konvenzjoni
tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar id-Dritt tal-Baħar), ħlief
għall-ispeċijiet li huma protetti jew ipprojbiti mill-Kummissjoni
Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT): (a)
28 bastiment tas-sajd għat-tonn
bit-tartaruni mgħammra bi friża; (b)
8 bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief; –
għall-ħut tal-qiegħ li jgħix
f’baħar fond: (c)
2 bastimenti tat-tkarkir. Dan il-paragrafu
għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5 u 6 ta’ dan
il-Protokoll. 32.
L-opportunitajiet tas-sajd deskritti fl-ewwel
paragrafu għandhom x’jaqsmu biss maż-żoni tas-sajd tas-Senegal
li l-koordinati ġeografiċi tagħhom huma mogħtija fl-Anness. Artikolu 2
It-tul ta’ żmien Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom
japplikaw għal perjodu ta’ ħames snin minn meta jidħol
fis-seħħ il-Protokoll, jew minn meta dan jibda jiġi applikat
b’mod provviżorju. Artikolu 3
Kontribuzzjoni finanzjarja 33.
Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 2,
il-valur totali stmat tal-Protokoll huwa ta’ EUR 13 930 000. Dan
l-ammont huwa mqassam kif ġej: 33.1.
EUR 8 690 000 bħala
l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim, li
għandhom jiġu allokati kif ġej: (2)
ammont annwali ta’ EUR 1 058 000 għall-ewwel
sena, ta’ EUR 988 000 għat-tieni, it-tielet u r-raba’ sena u ta’
EUR 918 000 għall-ħames sena bħala kumpens finanzjarju
għall-aċċess għar-riżorsi, inkluż ammont ekwivalenti
għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 14 000 tunnellata
fis-sena għall-ispeċijiet ta’ ħut li jpassi ħafna; (3)
ammont speċifiku ta’ EUR 750 000
fis-sena għal ħames snin bħala appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tas-Senegal; 33.2.
EUR 5 240 000 li jikkorrispondu
għall-ammont stmat tal-imposti li s-sidien tal-bastimenti jridu
jħallsu għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin huwa u
jiġi applikat l-Artikolu 4 tal-Ftehim u skont il-proċeduri
previsti fil-punt 3 tal-Kapitolu II. 34.
Il-paragrafu 1 għandu japplika
suġġett għall-Artikoli 5, 6, 7 u 8 ta’ dan il-Protokoll u għall-Artikoli 13
u 14 tal-Ftehim. 35.
Is-Senegal għandu jiżgura
l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
fiż-żoni tas-sajd tiegħu sabiex tkun żgurata ġestjoni
xierqa tat-tunnellaġġ ta’ referenza stabbilit fil-paragrafu 1.1(1)
għall-ispeċijiet ta’ ħut li jpassi ħafna u tal-qabdiet
totali permissibbli għall-ispeċijiet ta’ ħut tal-qiegħ
imniżżlin fl-iskeda teknika korrispondenti mogħtija
fl-Appendiċi tal-Anness ta’ dan il-Protokoll, filwaqt li jqis
il-qagħda tal-istokkijiet u kwalunkwe ammont żejjed disponibbli. Huwa
u jwettaq dan il-monitoraġġ, is-Senegal għandu jgħarraf
lill-awtoritajiet tal-Unjoni hekk kif il-livell ta’ qabdiet tal-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni li jkunu jinsabu fiż-żoni tas-sajd tiegħu
jilħaq it-80% tat-tunnellaġġ ta’ referenza jew it-80%
tal-qabdiet totali permissibbli għall-ispeċijiet tal-ħut
tal-qiegħ. Malli tirċievi din in-notifika, l-Unjoni għandha
tgħarraf lill-Istati Membri tagħha biha. 36.
Malli l-livell ta’ qabdiet jilħaq it-80%
tat-tunnellaġġ ta’ referenza jew it-80% tal-qabdiet totali
permissibbli stabbiliti għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ,
is-Senegal għandu jiżgura l-monitoraġġ ta’ kull xahar
tal-qabdiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dan il-monitoraġġ għandu
jseħħ kuljum ladarba tiġi implimentata s-sistema ta’ rappurtar
elettroniku msemmija fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness ta’ dan
il-Protokoll. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-awtoritajiet tal-Unjoni
malli jintlaħaq il-livell tat-tunnellaġġ ta’ referenza jew tal-qabdiet
totali permissibbli msemmi hawn fuq. Malli tirċievi din in-notifika,
l-Unjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri tagħha biha wkoll. 37.
Jekk il-kwantità annwali tal-ispeċijiet ta’
ħut li jpassi ħafna maqbudin mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
fl-ilmijiet tas-Senegal taqbeż il-livell annwali tat-tunnellaġġ
ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1.1(1), l-ammont totali
tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiżdied b’55 Euro
għall-ewwel sena, b’50 Euro għat-tieni, it-tielet u r-raba’ sena
u b’45 Euro għall-ħames sena għal kull tunnellata
addizzjonali maqbuda. 38.
Il-qabdiet totali permissibbli
għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ imniżżlin
fl-iskeda teknika korrispondenti mogħtija fl-Appendiċi tal-Anness ta’
dan il-Protokoll jikkorrispondu għall-ammont massimu tal-qabdiet ta’ dawn
l-ispeċijiet awtorizzati. Jekk il-kwantità totali ta’ qabdiet ta’ dawn
l-ispeċijiet taqbeż il-limitu permissibbli, l-imposta
mniżżla fl-iskeda teknika li s-sidien tal-bastimenti biss iridu
jħallsu għandha tiżdied b’50% għall-qabdiet li jaqbżu
l-limitu. 39.
Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas
mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat
fil-paragrafu 1.1(1). Meta l-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju
ta’ dan l-ammont, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan
il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara. 40.
L-Unjoni għandha tħallas
il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.1(1)
għall-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
għar-riżorsi tas-sajd tas-Senegal sa mhux aktar tard minn
disgħin (90) jum mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll
għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju
tal-iffirmar tal-Protokoll għas-snin ta’ wara. 41.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.1(1)
għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku tas-Senegal.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.1(2) u maħsuba
għall-appoġġ settorjali għandha titqiegħed
għad-dispożizzjoni tad-Direttorat tas-Sajd Marittimu f’kont
tad-depożitu miftuħ fil-kotba tat-Teżor Pubbliku. L-awtoritajiet
tas-Senegal għandhom jgħarrfu kull sena lill-Kummissjoni Ewropea
bin-numri tal-kontijiet tal-bank rilevanti. Artikolu 4
Appoġġ settorjali 42.
Sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara li
jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll jew, fejn ikun applikabbli,
wara li jibda japplika b’mod provviżorju, il-Kumitat Konġunt
għandu jiddeċiedi fuq programm settorjali pluriennali kif ukoll fuq
il-proċeduri ta’ implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikulari fuq dan
li ġej: (2)
il-linji gwida annwali u pluriennali
għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 3(1.1)(2); (3)
il-miri annwali u pluriennali li għandhom
jintlaħqu sabiex biż-żmien ikun hemm sajd sostenibbli u
responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet imsemmija mis-Senegal
fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u f’politiki oħrajn marbutin
mal-istabbiliment ta’ sajd responsabbli u sostenibbli jew li għandhom
impatt fuqu, speċjalment fir-rigward tal-appoġġ għas-sajd
artiġjanali u tas-sorveljanza, tal-kontroll u tal-ġlieda kontra
s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (is-sajd IUU), kif ukoll
il-prijoritajiet marbutin mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet
xjentifiċi tas-Senegal fis-settur tas-sajd; (4)
il-kriterji u l-proċeduri li għandhom
jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin fuq bażi
annwali, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji. 43.
Il-Kumitat Konġunt għandu jidentifika
l-għanijiet u għandu jagħmel valutazzjoni tal-impatt li
l-proġetti mistennija jkollhom sabiex japprova l-allokazzjoni tal-ammonti
tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali
min-naħa tas-Senegal. 44.
Kull sena, is-Senegal għandu jibgħat
rapport dwar il-progress li jkun sar fuq il-proġetti implimentati
bil-finanzjament tal-appoġġ settorjali, li għandu jiġi
eżaminat mill-Kumitat Konġunt, fil-forma ta’ rapport annwali
tar-riżultati miksubin. Is-Senegal għandu jagħmel ukoll rapport
finali qabel ma jiskadi l-Protokoll. 45.
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja
għall-appoġġ settorjali għandu jsir f’serje ta’
ħlasijiet parzjali, abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq
l-analiżi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ
settorjali u tal-bżonnijiet identifikati matul il-programmazzjoni.
L-Unjoni tista’ tissospendi parti mill-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja
speċifika prevista fl-Artikolu 3(1.1)(2) ta’ dan il-Protokoll, jew
tissospendih kollu kemm hu, fil-każijiet li ġejjin: 45.1.
meta r-riżultati miksubin ma jkunux konformi
mal-programmazzjoni wara li l-Kumitat Konġunt iwettaq evalwazzjoni; 45.2.
f’każ li din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma
tintużax skont il-programmazzjoni maqbula. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja
għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet u ftehim
bejniethom, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja
msemmija fil-paragrafu 4 jiġġustifikawh. Madankollu,
il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista
fl-Artikolu 3(1.1)(2) ma jistax isir wara perjodu ta’ sitt (6) xhur minn
meta jiskadi dan il-Protokoll. 46.
Il-Kumitat Konġunt għandu japprova
kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali. Artikolu 5
Kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza 47.
Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu, fil-livell
tar-reġjun tal-Afrika tal-Punent, il-kooperazzjoni b’ rabta mas-sajd
responsabbli. Il-Partijiet jintrabtu li jħarsu r-rakkomandazzjonijiet u
r-riżoluzzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Internazzjonali
għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u li jqisu l-pariri
xjentifiċi ta’ organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti oħrajn
bħall-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant
(CECAF). 48.
Il-Partijiet jintrabtu li jlaqqgħu b’mod
regolari u meta jkun hemm bżonn il-grupp ta’ ħidma xjentifika
konġunta sabiex jeżamina kull kwistjoni xjentifika li għandha
x’taqsam mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt
jistabbilixxi l-mandat, il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ dan il-grupp
ta’ ħidma xjentifika konġunta. 49.
Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u
r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa parir
xjentifiku disponibbli, bħal dak tas-CECAF u, fejn ikun xieraq,
tar-riżultati tal-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma xjentifika
konġunta, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta miżuri biex
tkun żgurata l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut
koperti minn dan il-Protokoll u li jikkonċernaw l-attivitajiet
tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Artikolu 6
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd 50.
Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi
l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, sakemm
ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u
l-opinjonijiet tas-CECAF jikkonfermaw li din ir-reviżjoni tiżgura
l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut imsemmija f’dan
il-Protokoll u suġġetti għal validazzjoni mill-grupp ta’
ħidma xjentifika. 51.
F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja
msemmija fl-Artikolu 3(1.1)(1) għandha tiġi riveduta b’mod
proporzjonat u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont totali annwali
tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallas mill-Unjoni ma jistax ikun
ogħla mid-doppju tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 3(1.1)(1). Artikolu 7
Opportunitajiet ġodda tas-sajd u sajd sperimentali 52.
F’każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
jkunu interessati f’attivitajiet tas-sajd li mhumiex previsti
fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi
ħdan il-Kumitat Konġunt biex tinħareġ awtorizazzjoni
eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. Fejn ikun xieraq,
il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar il-kundizzjonijiet li
japplikaw għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u, jekk ikun
hemm bżonn, jemenda dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu. 53.
L-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’
attivitajiet ġodda tas-sajd għandha tinħareġ filwaqt li
jitqiesu l-aqwa pariri xjentifiċi u, fejn ikun xieraq, abbażi
tar-riżultati ta’ kampanji xjentifiċi vvalidati mill-grupp ta’ ħidma
xjentifika konġunta. 54.
Wara l-konsultazzjonijiet imsemmija
fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt jista’ jawtorizza kampanji
tas-sajd sperimentali fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal sabiex jiġu
ttestjati l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika tal-attivitajiet
tas-sajd il-ġodda. Għal dan il-għan, u fuq talba tas-Senegal,
il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi, każ b’każ,
l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kwalunkwe parametru ieħor
rilevanti. Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont
il-kundizzjonijiet li jkun stabbilixxa l-grupp ta’ ħidma xjentifika
konġunta. Artikolu 8
Sospensjoni L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas
tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista’ tiġi sospiża b’mod unilaterali
minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet imniżżlin
fl-Artikolu 13 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih. Artikolu 9
Terminazzjoni Dan il-Protokoll jista’ jintemm b’mod unilaterali minn waħda
mill-Partijiet fil-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 14
tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih. Artikolu 10
Kompjuterizzazzjoni tal-iskambji 55.
Is-Senegal u l-Unjoni Ewropea jintrabtu li
jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi kompjuterizzati
meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u
d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. 56.
Il-verżjoni elettronika ta’ kwalunkwe dokument
f’kull każ għandha titqies li hija ekwivalenti
għall-verżjoni stampata tiegħu. 57.
Is-Senegal u l-Unjoni Ewropea għandhom
jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull ħsara fis-sistema
kompjuterizzata. F’dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni
tal-Ftehim għandha teħdilhom posthom b’mod awtomatiku l-verżjoni
stampata tagħhom. Artikolu 11
Il-kunfidenzjalità tad-dejta 58.
Is-Senegal u l-Unjoni Ewropea jintrabtu li
jittrattaw f’kull ħin id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti Ewropej
u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim
strettament skont il-prinċipji rispettivi tagħhom tal-kunfidenzjalità
u tal-protezzjoni tad-dejta. 59.
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-dejta
aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd
tas-Senegal biss titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku,
skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-ICCAT u
tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd
l-oħrajn. Id-dejta li tista’ titqies bħala kunfidenzjali għandha
tintuża mill-awtoritajiet kompetenti biss għall-implimentazzjoni
tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-kontroll u
tas-sorveljanza. Artikolu 12
Applikazzjoni provviżorja Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi
tiegħu għandhom japplikaw b’mod provviżorju minn meta
ż-żewġ Partijiet jiffirmawh. Artikolu 13
Id-dħul fis-seħħ Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi
tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data meta
l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri
meħtieġa għal dak il-għan. ANNESS
TAL-PROTOKOLL IL-KUNDIZZJONIJIET
LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA
FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAS-SENEGAL Kapitolu I – Dispożizzjonijiet
ġenerali
60.
Ħatra tal-awtorità kompetenti Għall-finijiet
ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza
għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għar-Repubblika tas-Senegal
(is-Senegal) bħala awtorità kompetenti għandha tfisser: - għall-UE:
il-Kummissjoni Ewropea, fejn ikun applikabbli permezz
tad-delegazzjoni tal-UE fis-Senegal; -
għar-Repubblika tas-Senegal: il-Ministeru għas-Sajd u l-Affarijiet
Marittimi. 61.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni
tad-dispożizzjonijiiet ta’ dan l-Anness, it-terminu “awtorizzazzjoni
tas-sajd” huwa ekwivalenti għat-terminu “liċenzja” kif iddefinit fil-liġijiet
tas-Senegal. 62.
Żoni tas-sajd Iż-żoni
tas-sajd tas-Senegal huma l-partijiet mill-ilmijiet tas-Senegal li fihom
is-Senegal jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jwettqu attivitajiet
tas-sajd skont l-Artikolu 5.1 tal-Ftehim. 62.1.
Il-koordinati ġeografiċi
taż-żoni tas-sajd tas-Senegal u tal-linji ta’ bażi huma
mogħtija fl-Appendiċi 4 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. 62.2.
Bl-istess mod, iż-żoni li fihom ma jistax
isir sajd skont il-liġijiet nazzjonali fis-seħħ,
bħall-parks nazzjonali, iż-żoni protetti tal-baħar u
ż-żoni ta’ trobbija tal-ħut, u ż-żoni li fihom ma
jistax isir tbaħħir huma mogħtija fl-Appendiċi 4
tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. 62.3.
Is-Senegal għandu jgħarraf lis-sidien
tal-bastimenti bil-koordinati taż-żoni tas-sajd u taż-żoni
pprojbiti meta joħorġilhom l-awtorizzazzjoni tas-sajd. 62.4.
Is-Senegal għandu jgħarraf
lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe bidla f’dawn iż-żoni tal-inqas
xahrejn qabel ma din tibda tapplika. 63.
Perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal
raġunijiet bijoloġiċi Il-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jwettqu l-attivitajiet tagħhom
skont dan il-Protokoll għandhom iħarsu kwalunkwe perjodu ta’ waqfien
mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi stabbilit
mil-leġiżlazzjoni tas-Senegal. 64.
Ħatra ta’ destinatarju Kull bastiment
tas-sajd tal-Unjoni li jkun beħsiebu jħott il-ħut l-art jew
jittrasbordah f’port tas-Senegal għandu jiġi rrappreżentat minn
destinatarju li jkun residenti fis-Senegal. 65.
Ikklerjar tal-ħlasijiet tas-sidien
tal-bastimenti Qabel ma jidħol fis-seħħ il-Protokoll, is-Senegal
għandu jgħarraf lill-UE bid-dettalji tal-kont tat-Teżor pubbliku
li fih għandhom jiġu ddepożitati l-ammonti finanzjarji li
l-bastimenti tal-UE għandhom iħallsu skont il-Ftehim. Sidien
il-bastimenti għandhom iħallsu l-ispejjeż marbutin ma’ dawn
it-trasferimenti bankarji. 66.
Kuntatti Id-dettalji ta’
kuntatt tal-Ministeru għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, kif ukoll dawk
tad-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd (DPSP)
tas-Senegal huma mogħtija fl-Appendiċi 7.
Kapitolu II –
Awtorizzazjonijiet tas-sajd 1. Prerekwiżiti
biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd – il-bastimenti eliġibbli L-awtorizzazzjonijiet
tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim għandhom
jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun imniżżel
fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u li jkunu ntlaħqu
l-obbligi preċedenti kollha marbutin ma’ sid il-bastiment, mal-kaptan jew
mal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd
tagħhom fis-Senegal skont il-Ftehim. 2. Talba
għal awtorizzazzjoni tas-sajd 67.
L-awtoritajiet kompetenti tal-UE għandhom
iressqu, b’mod elettroniku, talba għal kull bastiment li jixtieq jistad
skont dan il-Ftehim, lill-Ministeru għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, u jibagħtu kopja tagħha
lid-Delegazzjoni tal-UE fis-Senegal, mill-inqas għoxrin (20) jum
tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub. L-awtoritajiet kompetenti tal-UE se
jibagħtu t-talbiet oriġinali direttament lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu (DPM)
permezz tad-Delegazzjoni tal-UE. 68.
It-talbiet għandhom jintbagħtu
lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu fuq formoli mfasslin skont il-mudell
mogħti fl-Appendiċi 1. 69.
Kull talba għal awtorizzazzjoni
tas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin: –
prova li tħallas l-avvanz b’rata fissa
għall-perjodu tal-validità tagħha; –
ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment,
meħud mill-ġenb. 70.
Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd
skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu,
it-talba għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova
tal-ħlas tal-imposta. 3. Imposta
b’rata fissa/avvanzi 71.
L-ammont tal-imposta għall-ispeċijiet
tal-ħut tal-qiegħ huwa mniżżel fl-iskeda teknika
mogħtija fl-Appendiċi 2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
għandhom jinħarġu wara li l-avvanz indikat f’din l-iskeda
teknika jkun tħallas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. 72.
L-imposta għall-bastimenti tas-sajd
għat-tonn bit-tartaruni u għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u
x-xlief, f’Euro għal kull tunnellata ta’ ħut maqbuda
fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, għandha tkun kif ġej: EUR 55
għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni; EUR 60
għat-tieni u t-tielet sena ta’ applikazzjoni; EUR 65
għar-raba’ sena ta’ applikazzjoni; EUR 70
għall-ħames sena ta’ applikazzjoni. L-awtorizzazzjonijiet
tas-sajd għandhom jinħarġu wara li jkunu tħallsu lill-awtoritajiet
nazzjonali kompetenti l-imposti b’rata fissa li ġejjin: - għall-bastimenti tas-sajd
għat-tonn bit-tartaruni: - EUR 13 750
għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal
250 tunnellata fis-sena għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll; - EUR 15 000
għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal
250 tunnellata fis-sena għat-tieni u t-tielet sena ta’ applikazzjoni
tal-Protokoll; - EUR 16 250
għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal
250 tunnellata fis-sena għar-raba’ sena ta’ applikazzjoni
tal-Protokoll; - EUR 17 500
għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal
250 tunnellata fis-sena għall-ħames sena ta’ applikazzjoni
tal-Protokoll; - għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief: - EUR 8 250
għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal
150 tunnellata fis-sena għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni
tal-Protokoll; - EUR 9 000
għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal
150 tunnellata fis-sena għat-tieni u t-tielet sena ta’ applikazzjoni
tal-Protokoll; - EUR 9 750
għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal
150 tunnellata fis-sena għar-raba’ sena ta’ applikazzjoni
tal-Protokoll; - EUR 10 500
għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal
150 tunnellata fis-sena għall-ħames sena ta’ applikazzjoni
tal-Protokoll. 73.
L-ammont tal-imposta b’rata fissa jinkludi t-taxxi
nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż
għall-provvista tas-servizzi. 74.
Meta l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni
tas-sajd ikun ta’ inqas minn sena, b’mod partikulari minħabba perjodu ta’
waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi, l-ammont
tal-imposta b’rata fissa għandu jiġi adattat b’mod proporzjonat
għall-perjodu ta’ validità mitlub. 4. Ħruġ
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd u lista provviżorja tal-bastimenti
awtorizzati li jistadu 75.
Ladarba jirċievi t-talbiet
għall-awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-paragrafi 2.2 u 2.3,
is-Senegal għandu jistabbilixxi, fi żmien ħamest ijiem,
għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista provviżorja ta’
bastimenti awtorizzati li jistadu. 76.
Din il-lista għandha tintbagħat minnufih
lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE. 77.
L-UE għandha tgħaddi l-lista
provviżorja lil sid il-bastiment jew lid-destinatarju. Jekk
l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqin, is-Senegal jista’
jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment jew
lir-rappreżentant tiegħu u jibgħat kopja lill-UE. 78.
Il-bastimenti għandhom ikunu awtorizzati
jistadu hekk kif jitniżżlu fil-lista provviżorja. Dawn il-bastimenti
għandhom dejjem iżommu kopja tal-lista provviżorja abbord sa ma
tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd tagħhom. 79.
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu lis-sidien
tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom permezz
tad-Delegazzjoni tal-UE fis-Senegal mid-Direttorat tas-Sajd Marittimu fi
żmien għoxrin (20) jum tax-xogħol minn meta jaslu d-dokumenti
kollha msemmija fil-punt 2.3. 80.
Fl-istess ħin, sabiex ma jkunx hemm dewmien
fil-possibbiltà tal-bastimenti li jistadu fiż-żona, għandha
tintbagħat kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd lis-sidien tal-bastimenti
b’mezzi elettroniċi. Din il-kopja tista’ tintuża għal perjodu
massimu ta’ 60 jum mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni
tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja se titqies bħala ekwivalenti
għall-oriġinal. 81.
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha
tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr ħsara
għall-punti 4 u 6 ta’ din it-Taqsima. 5. Trasferiment
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd 82.
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha
tinħareġ f’isem bastiment speċifiku u ma tistax tiġi
ttrasferita. 83.
Madankollu, fuq talba tal-UE u f’każ ta’ prova
ta’ forza maġġuri, b’mod partikulari f’każ ta’ telf ta’
bastiment jew ta’ nuqqas ta’ użu fit-tul tiegħu minħabba
ħsara teknika gravi, l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandha
tinbidel b’awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida maħruġa f’isem
bastiment ieħor tal-istess kategorija bħal dik tal-bastiment li
għandu jinbidel, mingħajr ma jkun hemm bżonn titħallas
imposta ġdida. 84.
F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell
tal-qabdiet biex jiġi stabbilit kwalunkwe ħlas addizzjonali eventwali
għandu jqis l-għadd tal-qabdiet totali taż-żewġ
bastimenti. 85.
Is-sid tal-bastiment li għandu jinbidel, jew
ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura
l-awtorizzazzjoni mħassra tas-sajd lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu
permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fis-Senegal. 86.
Id-data tad-dħul fis-seħħ
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tkun dik li fiha
l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra tkun ingħatat lura lid-Direttorat
tas-Sajd Marittimu. Id-Delegazzjoni tal-UE għandha tiġi mgħarrfa
bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. 6. Perjodu
ta’ validità tal-liċenzja 87.
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u
għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief jinħarġu għal
perjodu ta’ sena. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti
tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix
f’baħar fond għandhom jinħarġu għal perjodu ta’ tliet
xhur. 88.
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu
jistgħu jiġġeddu. 89.
Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perjodu ta’
validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd: –
“perjodu ta’ sena” għandha tfisser, matul
l-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data
tad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-31 ta’ Diċembru
tal-istess sena; fis-snin ta’ wara, kull sena kalendarja sħiħa; u
fl-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn
l-1 ta’ Jannar u d-data meta jiskadi l-Protokoll; –
“perjodu ta’ tliet xhur” għandha tfisser, meta
jidħol fis-seħħ il-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tad-dħul
fis-seħħ tiegħu u d-data meta jibda l-perjodu ta’ tliet xhur ta’
wara, li dejjem jibda fl-1 ta’ Jannar, fl-1 ta’ April,
fl-1 ta’ Lulju u fl-1 ta’ Ottubru; wara, kull perjodu
sħiħ ta’ tliet xhur; u fi tmiem l-applikazzjoni tal-Protokoll,
il-perjodu bejn tmiem l-aħħar perjodu sħiħ ta’ tliet xhur u
d-data meta jiskadi l-Protokoll. 7. Bastimenti
ta’ appoġġ 90.
Fuq talba tal-UE, is-Senegal għandu jawtorizza
l-bastimenti tas-sajd tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex
jiġu megħjuna minn bastimenti ta’ appoġġ. 91.
It-tali appoġġ la jista jinkludi
l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trasbord tal-qabdiet. 92.
Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom
itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE, u ma jistgħux ikunu
mgħammra għas-sajd. 93.
Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom
ikunu suġġetti għall-istess proċedura
għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd
imsemmija fil-Kapitolu II, safejn din tkun tapplika għalihom. 94.
Is-Senegal għandu jistabbilixxi l-lista
tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u jibgħatha minnufih lill-awtorità
nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE.
Kapitolu III –
Miżuri tekniċi Il-miżuri
tekniċi li japplikaw għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd
għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond li jkollhom
awtorizzazzjoni għas-sajd, marbutin maż-żona, mal-irkaptu
tas-sajd u mal-qabdiet inċidentali, huma ddefiniti fl-iskeda teknika
mogħtija fl-Appendiċi 2. Il-bastimenti
tas-sajd għat-tonn għandhom iħarsu r-rakkomandazzjonijiet u
r-riżoluzzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT.
Kapitolu IV – Kontroll,
monitoraġġ u sorveljanza Taqsima 1: Skema
tar-rappurtar tal-qabdiet 1. Ġurnal
ta’ abbord tas-sajd 95.
Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkun qed
jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd,
li l-mudell tiegħu għal kull kategorija tas-sajd jinsab
fl-Appendiċi 3a u 3b ta’ dan l-Anness. 96.
Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu
jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun
fiż-żona tas-sajd tas-Senegal. 97.
Fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kaptan
għandu jikteb kuljum il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata
bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma abbord,
mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun
meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull
speċi ewlenija, il-kaptan għandu jagħmel nota wkoll meta ma jinqabad
xejn minnha. 98.
Jekk ikun il-każ, fil-ġurnal ta’ abbord
tas-sajd, il-kaptan għandu jikteb ukoll kuljum il-kwantitajiet ta’ kull
speċi mormija lura l-baħar, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż
ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut
individwali. 99.
Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu
jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi
ffirmat mill-kaptan. 100.
Il-kaptan għandu jkun responsabbli
għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’
abbord tas-sajd. 2. Rappurtar
tal-qabdiet 101.
Il-kaptan għandu jirrapporta l-qabdiet
tal-bastiment billi jibgħat lis-Senegal il-ġurnali ta’ abbord
tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti
fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal. 102.
Sa meta tiddaħħal is-sistema elettronika
ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd imsemmija fil-punt 4 ta’ din
it-Taqsima, il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu
b’wieħed mill-modi li ġejjin: i.
meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn port tas-Senegal, il-kopja
oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha
tingħata lir-rappreżentant lokali tas-Senegal, li għandu
jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument;
ii. meta bastiment tas-sajd ikun ħiereġ miż-żoni tas-sajd
tas-Senegal mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port tas-Senegal,
il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha
tintbagħat: (a)
bil-posta elettronika, fil-forma ta’ dokument
skennjat, fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mis-Senegal. Is-Senegal
għandu jikkonferma minnufih li rċieva dan id-dokument permezz ta’
tweġiba mibgħuta bil-posta elettronika; jew, f’każijiet eċċezzjonali: (b)
permezz ta’ feks, lin-numru mogħti
mis-Senegal; jew (c)
permezz ta’ ittra mibgħuta bil-posta
lis-Senegal fi żmien 14-il jum mill-wasla fil-port, u f’kull każ
fi żmien 45 jum mill-ħruġ miż-żona tas-Senegal. 103.
Il-kaptan għandu jibgħat kopja
tal-ġurnali kollha ta’ abbord tas-sajd lill-UE. Fil-każ
tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, il-kaptan għandu jibgħat
ukoll kopja tal-ġurnali kollha ta’ abbord tas-sajd lil wieħed
mill-istituti xjentifiċi li ġejjin: (i) l-IRD (l-“Institut de recherche pour le
développement”); (ii) l-IEO (l-“Instituto Español de
Oceanografía”); jew (iii) l-INIAP (l-“Instituto Nacional de
Investigaçao Agrária y das Pescas”);
kif ukoll liċ-ċentru li ġej: (v) il-CRODT (“Centre de Recherche
Océanographique de Dakar Thiaroye”). 104.
Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tas-sajd
tas-Senegal fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu
għandu jwassal għal rappurtar ġdid tal-qabdiet. 105.
F’każ li ma jitħarsux
id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qabdiet, is-Senegal jista’
jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm
jinkiseb ir-rapport dwar il-qabdiet li jkun nieqes u jista’ jippenalizza lil
sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet previsti għal dan il-għan
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat
jiġi ripetut, is-Senegal jista’ jirrifjuta li jġedded
l-awtorizzazzjoni tas-sajd. 106.
Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE
minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest. 3. Rappurtar
kull tliet xhur tal-qabdiet fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir Sa meta tiddaħħal is-sistema elettronika ta’ rappurtar
tad-dejta dwar is-sajd imsemmija fil-punt 4 ta’ din it-Taqsima,
il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lid-Direttorat tas-Sajd
Marittimu qabel tmiem it-tielet xahar ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur,
bil-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti tat-tkarkir fil-perjodu ta’ tliet
xhur ta’ qabel, billi tuża l-mudell mogħti fl-Appendiċi 3c
ta’ dan l-Anness. 4. Tranżizzjoni
għal sistema elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd (ERS) Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jiżguraw
it-tranżizzjoni għal sistema elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar
is-sajd abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ddefiniti
fl-Appendiċi 6. Il-Partijiet jaqblu li jiddefinixxu l-proċeduri
komuni sabiex din it-tranżizzjoni tkun tista’ sseħħ malajr kemm
jista’ jkun. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE hekk kif
jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal din it-tranżizzjoni. Ġie
maqbul perjodu ta’ xahrejn mid-data meta tintbagħat din l-informazzjoni
sabiex matulu ssir kompletament operattiva. 5. Kalkolu
tal-imposti għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn 107.
Dikjarazzjoni annwali 107.1.
Għandha tintbagħat dikjarazzjoni annwali
tal-qabdiet ibbażata fuq il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd u fuq
l-informazzjoni mogħtija mill-kaptan lill-istituti xjentifiċi
msemmija hawn fuq għall-validazzjoni. 107.2.
Ladarba tiġi vvalidata, din id-dikjarazzjoni
tintbagħat lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu, lid-Direttorat
għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd u lis-CRODT
għall-verifika. 107.3.
Is-Senegal jgħarraf malajr lill-UE
bir-riżultat ta’ din il-verifika. 107.4.
L-UE se tikkuntattja lill-istituti xjentifiċi
tagħha jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar kjarifiki, u mbagħad
tgħaddi dawn il-kjarifiki lis-Senegal. Dawn in-notifiki għandhom
isiru b’mezzi elettroniċi. 107.5.
Jekk ikun hemm bżonn, jiltaqa’ wkoll il-grupp
ta’ ħidma xjentifika konġunta. 107.6.
Jistgħu jinbdew aktar diskussjonijiet dwar
il-proċess ta’ verifika jekk ikun hemm bżonn u, f’każ ta’
bżonn, tista’ ssir laqgħa wkoll li fiha jieħdu sehem l-istituti
xjentifiċi kollha. 108.
Kalkolu finali 108.1.
Abbażi tar-rappurtar tal-qabdiet tiegħu
kkonfermat miċ-ċentru u mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn
fuq, għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn, l-UE għandha
tistabbilixxi kalkolu finali tal-imposti li jridu jitħallsu mill-bastiment
għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’
qabel. 108.2.
L-UE għandha tibgħat dan il-kalkolu
finali lis-Senegal u lil sid il-bastiment qabel il-15 ta’ Lulju
tas-sena ta’ wara s-sena li fiha jkunu saru l-qabdiet. 108.3.
Meta l-kalkolu finali jkun ikbar mill-imposta
b’rata fissa prevista mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd,
sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lis-Senegal
qabel it-30 ta’ Awwissu tas-sena li tkun għaddejja. Meta
l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b’rata fissa mistennija, l-ammont li
jifdal ma jistax jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid il-bastiment. Taqsima 2: Dħul fl-ilmijiet tas-Senegal u ħruġ
minnhom 1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw
fl-ilmijiet tas-Senegal fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandhom
jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal, tal-inqas sitt (6)
sigħat bil-quddiem, li huma jkun beħsiebhom jidħlu fl-ilmijiet
tas-Senegal jew joħorġu minnhom. 2. Meta jkunu qed jinnotifikaw id-dħul
tagħhom fl-ilmijiet tas-Senegal jew il-ħruġ tagħhom
minnhom, il-bastimenti għandhom jibagħtu wkoll il-pożizzjoni
tagħhom, kif ukoll il-qabdiet li diġà jkollhom maqbudin u
miżmumin abbord, identifikati bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO
tagħhom, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun
meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali, mingħajr
ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2
tal-Appendiċi 6. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat
permezz tal-posta elettronika jew permezz ta’ feks fl-indirizzi mogħtija
fl-Appendiċi 7. 3. Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma
jkun avża lill-awtorità kompetenti tas-Senegal għandu jitqies
bħala bastiment mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd u għalhekk
jistgħu jsirulu s-sanzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali. 4. L-indirizz tal-posta elettronika, in-numru
tal-feks u tat-telefown, u l-koordinati tar-radju tal-awtoritajiet kompetenti
tas-Senegal għandhom jinhemżu mal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Taqsima 3: Trasbord u ħatt l-art 109.
Il-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief
għandhom iħottu l-art il-ħut li jkunu qabdu fiż-żoni
tas-sajd tas-Senegal fil-port ta’ Dakar u jistgħu jbigħuhom
lill-intrapriżi lokali bi prezzijiet tas-suq internazzjonali ddefiniti
abbażi ta’ negozjati bejn l-operaturi. 110.
Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jopera
fl-ilmijiet tas-Senegal fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll li jagħmel
operazzjoni ta’ trasbord fl-ilmijiet tas-Senegal għandu jagħmel dan
fil-port ta’ Dakar, bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti tas-Senegal. 111.
Is-sidien ta’ dawn il-bastimenti li jħottu
l-ħut l-art jew jittrasbordawh, jew ir-rappreżentanti tagħhom,
għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal tal-inqas
72 siegħa bil-quddiem, it-tagħrif li ġej: 111.1.
isem il-bastimenti tas-sajd li se jħottu
l-ħut l-art jew jittrasbordawh; 111.2.
isem il-bastimenti tal-merkanzija jew isem
il-port tal-ħatt l-art; 111.3.
it-tunnellaġġ, għal
kull speċi, li jkun se jiġi ttrasbordat jew li jkun se
jinħatt l-art; 111.4.
il-jum tat-trasbord jew tal-ħatt l-art; 111.5.
id-destinazzjoni tal-qabdiet li jkunu se jiġu
ttrasbordati jew li jkunu se jinħattu l-art. 112.
It-trasbord u l-ħatt l-art jitqiesu bħala
ħruġ mill-ilmijiet tas-Senegal. Il-bastimenti għandhom
jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal ir-rapporti dwar
il-qabdiet tagħhom u javżawhom jekk humiex beħsiebhom ikomplu
jistadu fl-ilmijiet tas-Senegal, jew jekk humiex beħsiebhom
joħorġu minnhom. 113.
Kwalunkwe operazzjoni ta’ trasbord jew ta’
ħatt l-art ta’ qabdiet li mhix imsemmija fil-punti t’hawn fuq hija
pprojbita fl-ilmijiet tas-Senegal. Kwalunkwe persuna li tikser din
id-dispożizzjoni jistgħu jsirulha s-sanzjonijiet previsti
fir-regolamenti tas-Senegal li jkunu fis-seħħ. Taqsima 4: Sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS) 1. Messaġġi
dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS 114.
Il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni
tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ
bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti – VMS) li
tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni
tagħhom, kull sagħtejn, liċ-ċentru għall-kontroll
tas-sajd (iċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd –
iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom. 115.
Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni: i. għandu jinkludi: (d)
l-identifikazzjoni tal-bastiment; (e)
il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti
tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball
tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’
fiduċja ta’ 99%; (f)
id-data u l-ħin li fihom tkun ġiet
irreġistrata l-pożizzjoni; (g)
il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha
jkun qed jivvjaġġa; ii. għandu jiġi kkonfigurat skont
il-format mogħti fl-Appendiċi 5 ta’ dan l-Anness. 116.
L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara
d-dħul fiż-żona tas-Senegal għandha tiġi identifikata
bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom
jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel
pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona
tas-Senegal, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. 117.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu
jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni
elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni.
Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu
rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu
ta’ tliet snin. 2. Trażmissjoni
min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS 118.
Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin
li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem
bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed
jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera. 119.
F’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS
tal-bastiment, din is-sistema għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien
xahar. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad
fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal. 120.
Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu
fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal b’sistema tal-VMS difettuża
għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni
tagħhom permezz ta’ ittra elettronika, bir-radju jew permezz ta’ feks
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba’ sigħat, u
għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha mniżżla
fil-paragrafu 1.2(i) ta’ din it-Taqsima. 3. Komunikazzjoni
sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lis-Senegal 121.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu
jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni
tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tas-Senegal. Iċ-ĊMS
tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tas-Senegal għandhom jiskambjaw
l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom
jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi. 122.
It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar
il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS
tas-Senegal għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura
tal-komunikazzjoni. 123.
Iċ-ĊMS tas-Senegal għandu
jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE minnufih
b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar
il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta
l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu
miż-żoni tas-sajd tas-Senegal. 4. Funzjonament
ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni 124.
Is-Senegal għandu jiżgura li
t-tagħmir elettroniku tiegħu ikun kompatibbli ma’ dak
taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE
minnufih b’kull nuqqas ta’ funzjonament fil-komunikazzjoni u l-wasla
tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab
soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. 125.
Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi
kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan. 126.
Il-kaptan għandu jitqies responsabbli
għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li
jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi
tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun
suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni
tas-Senegal li tkun fis-seħħ. 5. Bidla
fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni 127.
Abbażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova
ksur, is-Senegal jista’ jistaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera,
filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, li jnaqqas l-intervall biex
il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni
tiegħu għal kull siegħa għall-perjodu stabbilit
tal-investigazzjoni. 128.
Is-Senegal għandu jibgħat din l-evidenza
dokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. 129.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu
jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lis-Senegal
skont il-frekwenza mnaqqsa. 130.
Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni,
is-Senegal għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u
lill-UE b’kull monitoraġġ li jista’ jkun meħtieġ. 6. Validità
tal-messaġġ tal-VMS f’każ ta’ tilwim Id-dejta dwar il-pożizzjoni mogħtija
mis-sistema tal-VMS biss għandha titqies bħala awtentika f’każ
ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet. Taqsima 5: Osservaturi 131.
Osservazzjoni tal-attivitajiet
tas-sajd 131.1.
Il-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd
għandhom ikunu suġġetti għal skema ta’ osservazzjoni
tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim. 131.2.
Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd
għat-tonn, l-iskema ta’ osservazzjoni għandha tkun konformi
mad-dispożizzjonijiet previsti fir-rakkomandazzjonijiet adottati
mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn
tal-Atlantiku). 132.
Bastimenti u osservaturi
magħżulin 132.1.
Meta joħroġ l-awtorizzazzjonijiet
tas-sajd, is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE u lil sid il-bastiment,
jew lid-destinatarju tiegħu, bil-bastimenti li fuqhom ikun irid jittella’
abbord osservatur, kif ukoll bil-ħin li matulu l-osservatur ikun se jkun
abbord kull bastiment. 132.2.
Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE u lil
sid il-bastiment li fuqu jkun irid jittella’ abbord osservatur, jew
lid-destinatarju tiegħu, b’isem l-osservatur magħżul għal
dak il-bastiment sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista
għall-imbark. Is-Senegal għandu jgħarraf minnufih lill-UE u lil
sid il-bastiment, jew lid-destinatarju tiegħu, bi kwalunkwe bidla
fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżulin. 132.3.
Is-Senegal għandu jagħmel ħiltu
sabiex ma jagħżilx osservaturi għall-bastimenti li diġà
jkollhom osservatur abbord jew li diġà jkunu obbligati formalment li
jtellgħu abbord osservatur waqt l-istaġun tas-sajd ikkonċernat
fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom f’żoni oħrajn tas-sajd
minbarra dawk tas-Senegal. 132.4.
Għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd
għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond,
iż-żmien tal-osservatur abbord ma jistax jaqbeż xahrejn.
L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord
il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom. 133.
Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata
fissa 133.1.
Meta jibagħtu l-ħlas tal-imposta annwali,
is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi
friża u tal-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief għandhom
jibagħtu wkoll somma fissa ta’ EUR 400 għal kull bastiment
lid-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd
għall-funzjonament tajjeb tal-programm tal-osservaturi. 133.2.
Meta jibagħtu l-ħlas tal-imposta ta’ kull
tliet xhur, sidien il-bastimenti tat-tkarkir għandhom jibagħtu wkoll
somma fissa ta’ EUR 100 għal kull bastiment lid-Direttorat
għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd għall-funzjonament
tajjeb tal-programm tal-osservaturi. 134.
Il-paga tal-osservatur Is-Senegal għandu
jħallas il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur. 135.
Il-kundizzjonijiet tal-imbark 135.1.
Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod
partikulari t-tul ta’ żmien tiegħu abbord, għandhom jiġu
ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew id-destinatarju
tiegħu u s-Senegal. 135.2.
Meta jkun abbord, l-osservatur għandu
jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-ilqugħ
tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment. 135.3.
Sid il-bastiment għandu jħallas
l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord il-bastiment. 135.4.
Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri
kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura
s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur. 135.5.
L-osservatur għandu jingħata
l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu. Huwa
għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni,
għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod
partikulari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u l-ġurnal tan-navigazzjoni,
kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod dirett ma’ dmirijietu. 136.
L-obbligi tal-osservatur 136.1.
Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu: 136.2.
jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma
jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd; 136.3.
jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun
hemm abbord; 136.4.
jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull
dokument tal-bastiment. 137.
L-imbark u l-iżbark
tal-osservatur 137.1.
L-osservatur għandu jimbarka f’port
magħżul minn sid il-bastiment. 137.2.
Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant
tiegħu għandu jinnotifika lis-Senegal, b’perjodu ta’ notifika ta’
għaxart ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port
tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka f’pajjiż barrani,
sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż
tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark. 137.3.
Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark fi żmien
12-il siegħa mid-data u l-ħin previsti, sid il-bastiment għandu
jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jippermetti
lill-osservatur jimbarka. Huwa għandu jkun ħieles li jħalli
l-port u li jibda l-operazzjonijiet tas-sajd tiegħu. 137.4.
Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port
tas-Senegal, sid il-bastiment għandu jiżgura r-ritorn tal-osservatur
lura lejn is-Senegal mill-aktar fis possibbli, u għandu jagħmel dan
bi spejjeż tiegħu. 138.
Kompiti tal-osservatur L-osservatur għandu
jwettaq il-kompiti li ġejjin: 138.1.
josserva l-attivitajiet tas-sajd
tal-bastiment; 138.2.
jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment
waqt l-attivitajiet tas-sajd tiegħu; 138.3.
jieħu kampjuni bijoloġiċi bħala
parti minn programm xjentifiku; 138.4.
jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd
użat; 138.5.
jivverifika d-dejta dwar il-qabdiet li jkunu
saru fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal u li jkunu rrappurtati
fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd; 138.6.
jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet
inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet mormija lura l-baħar; 138.7.
jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu
bir-radju, b’feks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba
fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żoni
tas-sajd tas-Senegal, inkluż il-kwantità ta’ qabdiet ewlenin u
inċidentali abbord. 139.
Ir-rapport tal-osservatur 139.1.
Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur
għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan
tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt jagħmel
kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat
mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja
tar-rapport tal-osservatur. 139.2.
L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport
tiegħu lis-Senegal, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-UE
fi żmien tmint ijiem mill-iżbark tal-osservatur. Taqsima 6:
Spezzjoni fuq il-baħar u fil-port 140.
Spezzjoni fuq il-baħar 140.1.
L-ispezzjoni fuq il-baħar, fiż-żoni
tas-sajd tas-Senegal, tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom
awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi
tas-Senegal li jkunu identifikati b’mod ċar bħala bastimenti u spetturi
maħturin sabiex iwettqu verifiki tas-sajd. 140.2.
Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi
tas-Senegal għandhom iwissu lill-bastiment tal-UE bid-deċiżjoni
tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux
iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u l-pożizzjoni
uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. 140.3.
L-ispetturi tas-Senegal għandhom jibqgħu
abbord il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ
sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Huma għandhom
iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tagħha fuq
il-bastiment u fuq l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu. 140.4.
Is-Senegal jista’ jawtorizza lill-UE tieħu
sehem fl-ispezzjoni fuq il-baħar bħala osservatur. 140.5.
Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni
għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi tas-Senegal u għandu
jiffaċilitalhom xogħolhom. 140.6.
Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tas-Senegal
għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd
tal-Unjoni għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport
tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat
mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd
tal-Unjoni. 140.7.
L-ispetturi tas-Senegal għandhom jagħtu
kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni
qabel ma jħallu l-bastiment. Is-Senegal għandu jibgħat kopja
tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien tmint ijiem mill-ispezzjoni. 141.
Spezzjoni fil-port 141.1.
L-ispezzjoni fil-port ta’ bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni li jħottu l-art jew jittrasbordaw, fl-ilmijiet ta’ port
tas-Senegal, qabdiet li huma jkunu għamlu fiż-żona tas-Senegal,
għandha ssir minn spetturi awtorizzati. 141.2.
L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn
żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u
l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma
jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tas-Senegal għandhom jibqgħu abbord
il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex
iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu
l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tagħha fuq
il-bastiment, fuq il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trasbord u fuq
il-merkanzija. 141.3.
Is-Senegal jista’ jawtorizza lill-UE tieħu
sehem fl-ispezzjoni fil-port bħala osservatur. 141.4.
Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni
għandu jiffaċilita xogħol l-ispetturi tas-Senegal. 141.5.
Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispettur tas-Senegal
għandu jfassal rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd
tal-Unjoni għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport
tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat
mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd
tal-Unjoni. 141.6.
Malli tintemm l-ispezzjoni, l-ispettur tas-Senegal
għandu jagħti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan
tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni. Is-Senegal għandu jibgħat kopja
tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien tmint ijiem mill-ispezzjoni. Taqsima 7:
Ksur tar-regoli 142.
Trattament tal-ksur 142.1.
Kull ksur imwettaq minn bastiment tas-sajd
tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan l-Anness għandu
jissemma f’rapport tal-ispezzjoni. Dan ir-rapport għandu jintbagħat
lill-UE u lill-Istat tal-bandiera mill-aktar fis possibbli. 142.2.
L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa
tal-kaptan għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt ta’ sid
il-bastiment li jiddefendi ruħu mill-akkuża tal-ksur. 143.
Detenzjoni tal-bastiment –
Laqgħa ta’ informazzjoni 143.1.
Meta l-leġiżlazzjoni tas-Senegal li tkun
fis-seħħ dwar il-ksur tippermetti dan, kull bastiment tas-sajd
tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf
l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn il-port ta’ Dakar, f’każ
li jkun qed ibaħħar. 143.2.
Is-Senegal għandu jinnotifika lill-UE fi
żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tas-sajd
tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Din in-notifika għandu
jkollha magħha evidenza dokumentata tal-ksur allegat. 143.3.
Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura kontra
l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief
għal miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, is-Senegal
għandu jorganizza, fuq talba tal-UE, fi żmien jum wieħed
tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’
informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu
għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni
oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera
tal-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni. 144.
Pieni għall-ksur –
Proċedura ta’ kompromess 144.1.
Is-Senegal għandu jistabbilixxi l-piena
għall-ksur allegat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu
fis-seħħ. 144.2.
Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi
proċeduri legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur
ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta’
kompromess bejn is-Senegal u l-UE sabiex jiġu stabbiliti t-termini
tal-piena u l-livell tagħha. Il-proċedura ta’ kompromess għandha
tintemm sa mhux aktar tard minn tlett ijiem min-notifika tad-detenzjoni
tal-bastiment. 144.3.
Rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera
tal-bastiment u tal-UE jistgħu jieħdu sehem f’din il-proċedura
ta’ kompromess. 145.
Proċeduri legali - Garanzija bankarja 145.1.
Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u
l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq
il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank
magħżul mis-Senegal, li l-ammont tagħha, kif stabbilit
mis-Senegal, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment,
il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista’ jkun hemm ’il quddiem.
Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew
konklużi l-proċeduri legali. 145.2.
Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata
u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li
tinqata’ s-sentenza: –
a) kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet
imposta l-ebda piena; –
b) skont l-ammont tal-bilanċ li jkun għad
fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija
bankarja. 145.3.
Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE
bir-riżultat tal-proċeduri legali fi żmien tmint ijiem minn meta
tingħata s-sentenza. 146.
Rilaxx tal-bastiment u
tal-ekwipaġġ Il-bastiment u
l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati
jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta’
kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata. Taqsima 8:
Sorveljanza parteċipattiva marbuta mal-ġlieda kontra s-sajd illegali,
mhux rappurtat u mhux regolat (is-sajd IUU) 147.
L-għan Bil-għan li
tissaħħaħ is-sorveljanza tas-sajd fl-ibħra miftuħa u
li tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni għandhom javżaw bil-preżenza ta’ kull
bastiment fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal li ma jkunx fil-lista
tal-bastimenti barranin awtorizzati jistadu fis-Senegal mogħtija
mis-Senegal. 148.
Il-proċedura 2.1. Jekk il-kaptan ta’
bastiment tas-sajd tal-UE josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet li
jistgħu jkunu attivitajiet tas-sajd IUU, huwa jista’ jiġbor l-akbar
ammont ta’ informazzjoni possibbli dwar din l-osservazzjoni. 148.1.
Ir-rapporti ta’ osservazzjoni għandhom
jintbagħtu minnufih u fl-istess ħin lill-awtoritajiet tas-Senegal u
lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun wettaq
l-osservazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom
lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-organizzazzjoni li din tkun
għażlet. 148.2.
Il-Kummissjoni Ewropea mbagħad għandha
tibgħat din l-informazzjoni lis-Senegal. 149.
Reċiproċità Is-Senegal għandu
jibgħat lill-UE, mill-aktar fis possibbli, kull rapport ta’ osservazzjoni
li jkollu fil-pussess tiegħu dwar bastimenti tas-sajd li jkunu qed iwettqu
attivitajiet li jistgħu jkunu attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żoni
tas-sajd tas-Senegal.
Kapitolu V – Imbark
tal-baħrin 1. Sidien il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu qed
joperaw fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandhom jimpjegaw ċittadini
mill-pajjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin: - għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn
bit-tartaruni, mill-inqas 20% tal-baħrin li jittellgħu abbord matul
l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tas-Senegal
għandhom ikunu ġejjin mis-Senegal jew possibbilment minn pajjiż
AKP; - għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-qasab u
x-xlief, mill-inqas 20% tal-baħrin li jittellgħu abbord matul l-istaġun
tas-sajd fiż-żona tas-sajd tas-Senegal għandhom ikunu
ġejjin mis-Senegal jew possibbilment minn pajjiż AKP; - għall-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd
għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond, mill-inqas
20% tal-baħrin li jittellgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd
fiż-żona tas-sajd tas-Senegal għandhom ikunu ġejjin
mis-Senegal jew possibbilment minn pajjiż AKP. 2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu
ħilithom biex itellgħu abbord baħrin li jkunu ġejjin
mis-Senegal. 3. Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali
tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq
il-post tax-xogħol għandha tapplika kollha kemm hi
għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni. Dan għandu x’jaqsam l-iktar mal-libertà
tal-assoċjazzjoni, mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema
għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni
marbuta mal-impjiegi u max-xogħol. 4. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin li jkunu
ġejjin mis-Senegal u mill-pajjiżi AKP, li kopja tagħhom
għandha tintbagħat lill-firmatarji tagħhom u lill-Aġenzija
nazzjonali tal-Affarijiet Marittimi, għandhom jiġu stabbiliti bejn
ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins
tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti
għandhom jiżguraw, għall-baħrin, il-kopertura fis-sistema
tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, skont
il-leġiżlazzjoni applikabbli, inkluża l-assigurazzjoni fuq
il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-mard u l-inċidenti. 5. Il-pagi tal-baħrin mill-pajjiżi AKP
għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Dawn il-pagi
għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn sidien
il-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins
tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu,
il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin m’għandhomx ikunu
agħar minn dawk tal-ekwipaġġi tal-pajjiżi rispettivi
tagħhom u, fi kwalunkwe każ, m’għandhomx ikunu agħar minn
dawk stabbiliti fl-istandards tal-ILO. 6. Kull baħri impjegat mill-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet
id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma
jitfaċċax fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, sid
il-bastiment għandu jinħeles b’mod awtomatiku mill-obbligu tiegħu
li jtella’ lil dan il-baħri abbord. Appendiċijiet 1 – Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd 2 – L-iskeda teknika 3 – Mudelli tal-ġurnal ta’ abbord
tas-sajd u tar-rappurtar tal-qabdiet 4 – Koordinati ġeografiċi
taż-żoni tas-sajd 5 – Komunikazzjoni tal-messaġġi
tal-VMS lis-Senegal – format tad-dejta tal-VMS - rapport dwar
il-pożizzjoni 6 – Linji gwida għall-implimentazzjoni
tas-sistema elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd
(is-sistema ERS) 7 – Id-dettalji ta’ kuntatt tas-Senegal Appendiċi 1 FTEHIM DWAR
IS-SAJD BEJN L-UNJONI EWROPEA U S-SENEGAL TALBA GĦAL
AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD I-
L-APPLIKANT 1. Isem sid
il-bastiment: ...................................................Nazzjonalità:
........................................................................ 2. Indirizz ta’
sid il-bastiment:
........................................................................................................................ 3. Isem l-assoċjazzjoni
jew ir-rappreżentant ta’ sid il-bastiment: ..................................................................... 3. Indirizz tal-assoċjazzjoni
jew tar-rappreżentant ta’ sid il-bastiment:
................................................................ 4. Numru tat-telefown:................................................... Numru tal-feks:
................................... Indirizz tal-posta elettronika: …………… 5. Isem il-kaptan:
......................................... Nazzjonalità: .................
Indirizz tal-posta elettronika: ………………………… II-
IL-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU 1. Isem
il-bastiment:
............................................................................................................................................... 2. Pajjiż
tal-bandiera: ....................................................................................................................... 3. Numru
tar-reġistrazzjoni estern:
………….................................................................................... 4. Port
tar-reġistrazzjoni: …………………. MMSI: ………….……Numru tal-OMI:…….…….… 5. Id-data
li fiha nkisbet il-bandiera attwali: ........../........./..............
Il-bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm): ………... 6. Sena
u post tal-kostruzzjoni: ....../......./.......... fi…………........ Sinjal
tas-sejħa bir-radju: ............................... 7. Frekwenza
tas-sejħa bir-radju: ………….............. Numru tat-telefown
bis-satellita: ……………..…………...…… 8. Tip
ta’ buq: tal-azzar ¨ tal-injam ¨ tal-poliester
¨ ta’ materjal ieħor ¨ ……………………………. III-
KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U TAT-TAGĦMIR 1. It-tul totali:
.................................................. Il-wisa’:
....................................... Il-fundar tal-baħar:…. 2. Tunnellaġġ
gross (mogħti f’TG): .................................. Tunnellaġġ nett: ……………….…………… 3. Qawwa
tal-magna ewlenija f’KW: .......................Ditta:
................................. Tip:
…..................... 4. Tip
ta’ bastiment: ¨ Bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni ¨Bastiment tas-sajd
bil-qasab u x-xlief ¨Bastiment tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut
tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond 5. Irkaptu
tas-sajd: ...................................... 6. Żoni tas-sajd:
……………………………………… 7. Speċijiet fil-mira:
………………………………. 8. Port magħżul
għall-ħatt l-art: ………………………………….……………………… 9. Għadd
totali ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord:
.................................................................................................................... 10. Metodu
ta’ konservazzjoni abbord: Żamma
għall-frisk ¨ Żamma
fil-friġġ ¨ Metodu mħallat ¨ Żamma
fil-friża ¨ 11. Kapaċità
tal-friża kull 24 siegħa (f’tunnellati):
.................Kapaċità tal-istivi: ............... Għadd: ..... 12. Transponder tal-VMS: Manifattur: …………………… Mudell:
…………………. Numru tas-serje: ………………… Verżjoni tas-softwer:
...........................................................
Operatur tas-satellita: ……………….. Jien,
il-firmatarju t’hawn taħt, niċċertifika li t-tagħrif
mogħti f’din it-talba huwa veru u ġenwin. Magħmul
fi ...............................................,
il-...................................... Firma
tal-applikant
................................................................... Appendiċi 2 L-iskeda
teknika għall-ispeċijiet tal-ħut li jgħix f’baħar fond (1) Speċijiet fil-mira: L-ispeċijiet fil-mira huma l-ispeċijiet tal-merluzz l-iswed imsejħin Merluccius senegalensis u Merluccius polli. (2) Żona tas-sajd: Iż-żona tas-sajd awtorizzata hija ddefinita kif ġej[1]: a) fil-Punent tal-lonġitudni 016° 53' 42" W bejn il-fruntiera tas-Senegal mal-Mawritanja u l-latitudni 15° 40' 00" N; b) lil hinn minn 15-il mil nawtiku mil-linja ta’ referenza ta’ bejn il-latitudni 15° 40' 00" N u l-latitudni 15° 15' 00" N; c) lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja ta’ referenza tal-latitudni 15° 15' 00" N sal-latitudni 15° 00' 00" N; d) lil hinn minn 8 mili nawtiċi mil-linji ta’ referenza tal-latitudni 15° 00' 00" N sal-latitudni 14° 32' 30" N; e) fil-Punent tal-lonġitudni 017° 30' 00" W, fiż-żona ta’ bejn il-latitudni 14° 32' 30" N u l-latitudni 14° 04' 00" N; f) fil-Punent tal-lonġitudni 017° 22' 00" W, fiż-żona ta’ bejn il-latitudni 14° 04' 00" N u l-fruntiera tat-Tramuntana tas-Senegal mal-Gambja; g) fil-Punent tal-lonġitudni 017° 35' 00" W, fiż-żona ta’ bejn il-fruntiera tan-Nofsinhar tas-Senegal mal-Gambja u l-latitudni 12° 33' 00" N; h) fin-Nofsinhar tal-ażimut 137° impenġi mill-punt P9 (li jinsab fi 12° 33' 00" N u 017° 35' 00'' W) sal-intersezzjoni mal-ażimut 220° impenġi minn Cabo Roxo, sabiex jitqies il-ftehim ta’ ġestjoni u kooperazzjoni bejn is-Senegal u l-Ginea Bissaw. (3) Irkaptu awtorizzat: Xbieki tat-tkarkir konvenzjonali tal-qiegħ jew xbieki tat-tkarkir għall-merluzz, b’daqs minimu tal-malji ta’ 70 mm. L-użu ta’ kwalunkwe mezz jew tagħmir ieħor li jimblokka l-malji tax-xbieki jew li jnaqqas l-azzjoni selettiva tagħhom huwa pprojbit. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat li x-xbieki jitherrew jew jiċċarrtu, huwa permess li jitwaħħlu biss sottovesti ta’ protezzjoni magħmulin mix-xibka jew minn materjal ieħor taħt il-parti ta’ isfel tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. Dawn is-sottovesti għandhom jitwaħħlu biss mal-parti ta' quddiem u mal-ġnub tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir. Għall-parti ta’ fuq tax-xbieki tat-tkarkir, jista’ jintuża apparat ta’ protezzjoni biss jekk dan ikun magħmul minn biċċa waħda tax-xibka biss, magħmula mill-istess materjal tal-manka, li l-malji tagħha jkunu tal-anqas ta’ 300 mm meta d-drapp ikun stirat. Mhux permess l-irduppjar tal-ħajt sempliċi jew immaljat tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir. (4) Qabdiet inċidentali[2]: 7% ta’ ċefalopodi, 7% ta’ krustaċji u 15% ta’ speċijiet oħrajn ta’ ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond. Il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali stabbiliti hawn fuq għandhom jiġu kkalkulati fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd, skont il-piż totali tal-qabda, skont ir-regolamenti tas-Senegal. Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trasbord, il-ħatt l-art, il-ħażna u l-bejgħ tal-ħut qarmuċ tas-sottoklassi Chondrichthyes kollu jew parti minnu li huwa protett minn miżuri ta’ protezzjoni meħudin fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-klieb il-baħar, kif ukoll fil-qafas ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd kompetenti – b’mod partikulari tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus), tat-tawru seta (Carcharhinus falciformis), tal-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), tal-gabdoll (Cetorhinus maximus), tal-pixxiplamtu (Lamna nasus), tal-pixxivolpi t’għajnu kbira (Alopias superciliosus), tal-ixkatlu komuni (Squatina squatina), tal-manta ġganta (Manta birostris) u tal-ispeċijiet tal-familja tal-kurazza komuni (Sphyrnidae). Meta bi żball jinqabdu speċijiet tal-ħut qarmuċ tas-sottoklassi Chondrichthyes li ma jistgħux jinżammu abbord, m’għandhiex issirilhom ħsara. Il-ħut minn dawn l-ispeċijiet maqbud għandu jintefa’ lura l-baħar minnufih. (5) Qabdiet totali permissibbli/Imposti: Ammont ta’ qabdiet awtorizzat: || 2 000 tunnellata fis-sena Imposta: || EUR 90 għal kull tunnellata L-imposta għandha tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta’ tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dak il-perjodu. Il-liċenzja tingħata biss jekk isir ħlas bil-quddiem ta’ EUR 500 għal kull bastiment, li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tal-imposta u li għandu jitħallas fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd. – Għadd ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu || 2 bastimenti – Tip ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu || Bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond – Imbark ta’ baħrin li jkunu ġejjin mis-Senegal jew minn pajjiżi AKP oħrajn || 20% tal-ekwipaġġ – Perjodu annwali ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi || Mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju[3] Appendiċi 3a Speċijiet tal-ħut li jpassi ħafna: ġurnal ta’ abbord tas-sajd – mudell stabbilit mill-ICCAT || || || Konz Lixka ħajja Purse seine Xibka tat-tkarkir Irkaptu ieħor || || || || || || || || || || || || || Isem il-bastiment: ……………………………………………………………………. || Tunnellaġġ gross: …………………………………………………............................. || TLUQ tal-bastiment: RITORN tal-bastiment: || Xahar || Jum || Sena || Port || || || Pajjiż tal-bandiera: ……………………………………………………………………........................... || Kapaċità – (f’TM): ……………………………………………........ || || || || || || || || Numru tar-reġistrazzjoni: ………………………………………………………………................................... || Kaptan: ……………………………………………………….... || || || || Sid il-bastiment: ………………………………………………………….......................... || Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ: ….…………………………………………………........................ || || || || || || || || Indirizz: ………………………………………………………………………….... || Data tar-rapport: ………………………………………………...... || || || || (Awtur tar-rapport): ………………………………………………................................. || Għadd ta’ jiem fuq il-baħar: || || Għadd ta’ jiem ta’ sajd: Għadd ta’ rimjiet: || || Numru tas-sajda: || || || || || || Data || Żona || Temperatura ta’ wiċċ il-baħar (fi °C) || Sforz tas-sajd Għadd ta’ snanar użati || Capturas (Qabdiet) || Isco usado na pesca (Lixka użata) || Xahar || Jum || Latitudni T/N || Lonġitudni L/P || Tonn Thunnus thynnus jew maccoyi || Tonn isfar Thunnus albacares || (Tonn obeż) Thunnus Obesus || (Alonga) Thunnus alalunga || (Pixxispad) Xiphias gladius || (Marlin) (Marlin abjad) Tetraptunus audax jew albidus || (Marlin iswed) Makaira indica || (Sailfish) Istiophorus albicane jew platypterus || Palamit Katsuwonus pelamis || (Qabdiet imħalltin) || Ammont totali ta’ kuljum (il-piż f’kg biss) || Kastardella || Klamari || Lixka ħajja || (Lixka oħra) || || || || || || || Għadd || Il-piż f’kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || IL-KWANTITAJIET LI NĦATTU L-ART (F’KG) || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || Kummenti || || || || || 1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum. || || 2 - “Jum” tfisser il-jum li fih jintrama l-konz. || 4 - L-aħħar ringiela (il-kwantitajiet li nħattu l-art) m’għandhiex timtela qabel ma tintemm is-sajda. Għandu jingħata l-piż reali fil-mument tal-ħatt l-art. || || || || 3 - Iż-żona tas-sajd tirreferi għall-pożizzjoni tal-bastiment. Agħti l-minuti sal-eqreb minuta sħiħa u indika l-grad tal-latitudni u tal-lonġitudni. Qis li tindika T/N (Tramuntana/Nofsinhar) u L/P (Lvant/Punent). || || 5 - L-informazzjoni kollha mogħtija hawnhekk se tibqa’ strettament kunfidenzjali. || || || Appendiċi 3b
Speċijiet tal-ħut li jgħix f’baħar fond: ġurnal ta’
abbord tas-sajd – mudell stabbilit mill-UE (l-Anness VI tar-Regolament
(UE) Nru 404/2011)[4] Numru......... || ĠURNAL TA’ ABBORD TAS-SAJD TAL-UNJONI EWROPEA || Jum Xahar Siegħa Sena, 20-- , Tluq (4Ì 1-------1 1----------1 1---------1 minn 1-------------------------1 Ritorn (5) 1--------1 1---------1 1----------1 lejn 1 -------------------------1 Ħatt l-art (6) 1---------1 1----------1 1----------1 fi 1--------1 Isem il-bastiment(i) (1) Marki ta’ identifikazzjoni esterni (2) _______________________________ __________________________ Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS) (1) || Isem il-kaptan(i) (3) --------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------1 Indirizz(i) 1----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------1 Irkaptu (8) Daqs tal-malji (9) Daqs (10) 1------------------1 1-------------------1 1-----------------1 || F’każ ta’ trasbord (7) Jum 1--------1 Xahar 1------------------1 1----------1 || Isem u sinjal tas-sejħa bir-radju (jekk ikun hemm)----------------------------- Marki ta’ identifikazzjoni esterni----------------------------------------------------------- Nazzjonalità tal-bastiment tas-sajd li jkun qed jirċievi l-ħut--------------------------------------- Data (11) || Għadd ta’ operazzjonijiet tas-sajd (12) || Ħin ta’ sajd (13) || Pożizzjoni (14) || Qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew fl-għadd ta’ unitajiet (15)² || || || Rettangolu statistiku || Żona tal-ICES/ tan-NAFO/ tas-CECAF/ tal-GFCM || Żona tas-sajd ta’ stati li mhumiex Stati Membri tal-UE || || || || || || || || || || || || Agħti l-piż tal-unità f’piż ħaj tal-ispeċi kkonċernata || Inizjali || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || Preżentazzjoni tal-ħut (17) Kwantità (19) Preżentazzjoni tal-ħut (17) Kwantità (19) Preżentazzjoni tal-ħut (17) Kwantità (19) Preżentazzjoni tal-ħut (17) Kwantità (19) || Żona tal-ICES/ tan-NAFO/ tas-CECAF/ tal-GFCM (22) || Żona tas-sajd ta’ stati li mhumiex Stati Membri tal-UE (22) || || || || || || || || || || || || Stima tal-ħut kollu mormi lura l-baħar (16) Dikjarazzjoni tal-ħatt l-art/tat-trasbord (*) / (18) f’kilogrammi jew fl-unità użata: daqs …………….. kilogrammi || || || || || || || || || || || || || Firma Kaptan/Aġent Π (20) Isem l-aġent u l-indirizz tiegħu (fejn applikabbli) (21) Isem l-aġent u l-indirizz tiegħu (fejn applikabbli) (21) || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ■ || || || || (*)
Ħassar liema ma tapplikax skont il-bżonn. Appendiċi 3c Appendiċi 4 Koordinati ġeografiċi Żoni tas-sajd u żoni li fihom ma jistax isir sajd fis-Senegal Qabel ma jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, is-Senegal
għandu jinnotifika l-koordinati taż-żoni tas-sajd tiegħu u
l-koordinati taż-żoni li fihom ma jistax isir tbaħħir u
sajd. Appendiċi 5 KOMUNIKAZZJONI
TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LIS-SENEGAL FORMAT TAD-DEJTA
TAL-VMS - RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI Element tad-dejta || Kodiċi || Obbligatorju/Fakultattiv || Kontenut Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni Destinatarju || AD || O || Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166) Mingħand || FR || O || Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166) Stat tal-bandiera || FS || O || Detall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166) Tip ta’ messaġġ || TM || O || Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI) Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS) || RC || O || Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS) Numru ta’ referenza intern tal-parti kontraenti || IR || F || Dettall dwar il-bastiment – in-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru. Numru tar-reġistrazzjoni estern: || XR || O || Dettall dwar il-bastiment – in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) Latitudni || LT || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/- GG.ggg (WGS84) Lonġitudni || LG || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/- GGG.ggg (WGS84) Rotta || CO || O || Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°grad Veloċità || SP || O || Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi Data || DA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ) Ħin || TI || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM) Tmiem ir-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni It-trażmissjoni tad-dejta hija
strutturata kif ġej: il-karattri użati jridu jkunu konformi
mal-istandard tal-ISO 8859.1; linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw
il-bidu tal-messaġġ; kull element tad-dejta jiġi identifikat
mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra
tad-dejta permezz ta’ linja mmejla doppja (//); linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi
minn mad-dejta; il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja
(//) jindika tmiem il-messaġġ; l-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom
jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ. Appendiċi 6 Linji gwida għall-implimentazzjoni
tas-sistema elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd
(is-sistema ERS)
1.
Dispożizzjonijiet ġenerali
(1)
Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jkun
mgħammar b’sistema elettronika, minn hawn ’il quddiem imsejħa “s-sistema
ERS”, li tkun kapaċi tirreġistra u tibgħat dejta marbuta
mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, minn hawn ’il quddiem imsejħa
“dejta tal-ERS”, kull meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tas-Senegal. (2)
Bastiment tal-UE li ma jkunx mgħammar
b’sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem,
mhuwiex awtorizzat jidħol fl-ilmijiet tas-Senegal biex iwettaq
attivitajiet tas-sajd fihom. (3)
Id-dejta tal-ERS tintbagħat skont
il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel
tintbagħat liċ-Ċentru għas-Sorveljanza tas-Sajd (minn hawn
’il quddiem imsejjaħ “ĊSS”) tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura
li din titqiegħed b’mod awtomatiku għad-dispożizzjoni
tad-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd (DPSP)
tas-Senegal. (4)
L-Istat tal-bandiera u s-Senegal għandhom
jiżguraw li ċ-ĊSS tagħhom ikunu mgħammra
bit-tagħmir tal-informatika u bis-softwer meħtieġa biex
isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta tal-ERS fil-format
XML u li dawn għandhom proċedura ta’ salvagwardja li kapaċi
tirreġistra u taħżen id-dejta tal-ERS f’forma li tista’ tinqara
minn kompjuter għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin. (5)
It-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS għandha
sseħħ bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni
mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-UE, identifikati
bħala “DEH” (“Data Exchange Highway”). (6)
L-Istat tal-bandiera u s-Senegal għandhom
jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li jkun il-punt ta’
kuntatt. (a)
Il-korrispondenti tal-ERS għandhom
jinħatru għal perjodu minimu ta’ sitt xhur. (b)
Iċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera u
ċ-ĊSS tas-Senegal għandhom jibagħtu lil xulxin id-dettalji
ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS rispettivi tagħhom (l-ismijiet,
l-indirizzi, in-numri tat-telefown, in-numri tal-feks u l-indirizzi tal-posta
elettronika tagħhom) qabel ma l-fornitur jibda jipproduċi
s-sistemi ERS. (c)
Għandha ssir notifika minnufih dwar kull
emenda fid-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS.
2.
Produzzjoni u trażmissjoni tad-dejta
tal-ERS
(7)
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom: (a)
jibagħtu d-dejta tal-ERS kuljum għal kull
jum li jqattgħu fl-ilmijiet tas-Senegal; (b)
jirreġistraw, għal kull operazzjoni
tas-sajd, il-kwantitajiet ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord
bħala speċi fil-mira jew bħala qabda inċidentali, u dawk
mormija lura l-baħar; (c)
jiddikjaraw ukoll, għal kull speċi
identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mis-Senegal, meta ma
jinqabad xejn minn dik l-ispeċi; (d)
jidentifikaw kull speċi bil-kodiċi
alfa-3 tal-FAO tagħha; (e)
jagħtu l-kwantitajiet f’kilogrammi ta’
piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut
individwali; (f)
jirreġistraw fid-dejta tal-ERS, għal
kull speċi, il-kwantitajiet li ġew ittrasbordati u/jew li nħattu
l-art; (g)
jirreġistraw fid-dejta tal-ERS, kull
darba li jidħlu fl-ilmijiet tas-Senegal u kull darba li joħorġu
minnhom (fil-messaġġ COE u fil-messaġġ COX rispettivament),
messaġġ speċifiku li jkun fih, għal kull speċi
identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd maħruġa mis-Senegal,
il-kwantitajiet li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta’ kull
dħul/ħruġ; (h)
jibagħtu kuljum id-dejta tal-ERS
liċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera, fil-format mogħti
fil-punt (4) tal-paragrafu 1 t’hawn fuq, sa mhux aktar tard min-23:59
UTC. (8)
Il-kaptan huwa responsabbli
għall-preċiżjoni tad-dejta tal-ERS irreġistrata u
mibgħuta. (9)
Iċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera għandu
jibgħat b’mod awtomatiku u mingħajr dewmien id-dejta tal-ERS
liċ-ĊSS tas-Senegal. (10)
Iċ-ĊSS tas-Senegal għandu
jikkonferma li tkun waslitlu d-dejta tal-ERS permezz ta’ messaġġ ta’
ritorn u għandu jittratta d-dejta kollha tal-ERS b’mod kunfidenzjali.
3.
Nuqqas fis-sistema ERS abbord il-bastiment
u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u
ċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera
(11)
L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf
mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera
tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b’kull nuqqas tekniku
fis-sistema ERS installata abbord il-bastiment jew b’xi nuqqas fil-funzjonament
tat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊSS
tal-Istat tal-bandiera. (12)
L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf
lis-Senegal bin-nuqqas innutat u bil-miżuri korrettivi li jkunu
ttieħdu. (13)
F’każ ta’ ħsara fis-sistema ERS abbord
il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li
l-ħsara tissewwa jew li s-sistema ERS tinbidel fi żmien għaxart
ijiem. Jekk il-bastiment jidħol f’xi port matul dan il-perjodu ta'
għaxart ijiem, huwa ma jkunx jista’ jkompli bl-attivitajiet tas-sajd
tiegħu fl-ilmijiet tas-Senegal sakemm is-sistema ERS tiegħu ma tkunx
qed taħdem b’mod perfett, ħlief jekk is-Senegal jagħtih awtorizzazzjoni
biex jagħmel dan. (a)
Bastiment tas-sajd ma jistax jitlaq minn port wara
li jkollu nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu qabel ma s-sistema
ERS tiegħu tkun qed taħdem mill-ġdid, b’mod li jissodisfa
lill-Istat tal-bandiera tiegħu u lis-Senegal, jew (b)
sakemm ma jirċevix awtorizzazzjoni biex
jagħmel dan mill-Istat tal-bandiera tiegħu. F’dan il-każ,
l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lis-Senegal
bid-deċiżjoni tiegħu qabel ma l-bastiment jitlaq mill-port. (14)
Kull bastiment tal-UE li jopera fl-ilmijiet tas-Senegal
b’sistema ERS difettuża għandu jibgħat kuljum u sa mhux aktar
tard min-23:59 UTC, id-dejta kollha tal-ERS liċ-ĊSS tal-Istat
tal-bandiera bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika
disponibbli li jkun aċċessibbli għaċ-ĊSS tas-Senegal. (15)
Id-dejta tal-ERS li ma tkunx setgħet
titqiegħed għad-dispożizzjoni tas-Senegal permezz tas-sistema
ERS minħabba nuqqas fis-sistema għandha tintbagħat
liċ-ĊSS tas-Senegal miċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera b'mezz
ieħor elettroniku maqbul b’mod reċiproku. Din it-trażmissjoni
alternattiva għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jiġi
mifhum li jista’ jkun li ma jkunux jistgħu jitħarsu l-iskadenzi li
s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni. (16)
Jekk iċ-ĊSS tas-Senegal ma jirċevix
id-dejta tal-ERS mingħand bastiment għal tlett ijiem konsekuttivi,
is-Senegal jista’ joħroġ struzzjonijiet lill-bastiment biex imur
immedjatament f’port magħżul mis-Senegal għall-investigazzjoni.
4.
Nuqqas min-naħa taċ-ĊSS -
Iċ-ĊSS tas-Senegal ma jkunx qed jirċievi d-dejta tal-ERS
(17)
Meta ĊSS ma jkunx qed jirċievi d-dejta
tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu jgħarraf
minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊSS l-ieħor u, jekk ikun
meħtieġ, għandu jikkollabora miegħu sabiex tiġi solvuta
l-problema. (18)
Iċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera u
ċ-ĊSS tas-Senegal għandhom jaqblu b’mod reċiproku qabel
it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi
alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni
tad-dejta tal-ERS f’każ li jkun hemm nuqqas min-naħa
taċ-ĊMS, u għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih b’kull
emenda fihom. (19)
Meta ċ-ĊSS tas-Senegal javża li ma
jkunx irċieva d-dejta tal-ERS, iċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera
għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u għandu jieħu
l-miżuri x-xierqa biex isolvi l-problema. Iċ-ĊSS tal-Istat
tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊSS tas-Senegal u lill-UE
bir-riżultati u bil-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien
24 siegħa minn meta jkun ġie nnutat in-nuqqas. (20)
Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar minn
24 siegħa biex tissolva l-problema, iċ-ĊSS tal-Istat
tal-bandiera għandu jibgħat minnufih id-dejta tal-ERS li tkun nieqsa
liċ-ĊSS tas-Senegal billi juża wieħed mill-mezzi
elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (5) tal-paragrafu 3. (21)
Is-Senegal għandu javża lis-servizzi ta’
kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux
miċ-ĊSS tas-Senegal bħala bastimenti li qed iwettqu ksur
minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba
nuqqas min-naħa ta’ wieħed miċ-ĊSS.
5.
Manutenzjoni ta’ ĊSS
(22)
ĊSS għandu jiġi mgħarraf
bl-operazzjonijiet ippjanati ta’ manutenzjoni taċ-ĊSS l-ieħor
(programm ta’ manutenzjoni) li jistgħu jaffettwaw l-iskambju tad-dejta
tal-ERS, mill-inqas 72 siegħa qabel, b’indikazzjoni, jekk ikun
possibbli, tad-data tal-manutenzjoni u tat-tul ta’ żmien tagħha.
Għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma jkunux ippjanati, din
l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊSS l-ieħor
mill-aktar fis possibbli. (23)
Matul l-operazzjoni ta’ manutenzjoni,
id-disponibbiltà tad-dejta tal-ERS tista’ titpoġġa fi stat ta’
stennija sakemm is-sistema terġa’ ssir operattiva. Imbagħad, id-dejta
tal-ERS ikkonċernata terġa’ titpoġġa
għad-dispożizzjoni immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta’
manutenzjoni. (24)
Jekk l-operazzjoni ta’ manutenzjoni ddum iktar minn
24 siegħa, id-dejta tal-ERS għandha tintbagħat
liċ-ĊSS l-ieħor b’wieħed mill-mezzi elettroniċi
alternattivi msemmija fil-punt (5) tal-paragrafu 3. (25)
Is-Senegal għandu javża lis-servizzi ta’
kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qed
iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-dejta tal-ERS
minħabba operazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ ĊMS. Appendiċi 7 ID-DETTALJI TA’ KUNTATT TAS-SENEGAL 1. Id-Direttorat tas-Sajd Marittimu (DPM) Indirizz: Place du
Tirailleur, 1 rue Joris, BP 289 Dakar Indirizz tal-posta
elettronika: infos@dpm.sn; cjpmanel@gmail.com Numru tat-telefown:
+ 221 338230137 Numru tal-feks:
+ 221 338214758 2. Għat-talbiet għal
awtorizzazzjoni tas-sajd Indirizz: Place du
Tirailleur, 1 rue Joris, BP 289 Dakar Indirizz tal-posta
elettronika: infos@dpm.sn; cjpmanel@gmail.com Numru tat-telefown:
+ 221 338230137 Numru tal-feks:
+ 221 338214758 3. Id-Direttorat għall-Protezzjoni u
għas-Sorveljanza tas-Sajd (DPSP) u n-notifika ta’ dħul u
ħruġ Isem
iċ-ĊSS (il-kodiċi tas-sejħa): Papa Sierra Dettalji tar-radju: VHF: F1
l-istazzjon 16; F2 l-istazzjon 71 HF: F1
5.283 MHZ; F2 7.3495 MHZ Indirizz: Indirizz tal-posta
elettronika: crrsdpsp@gmail.com Indirizz tal-posta
elettronika (alternattiv): surpeche@hotmail.com Numru tat-telefown:
+ 221 338602465 Numru tal-feks:
+ 221 338603119 4. Iċ-Ċentru ta’ riċerka
oċeanografika ta’ Dakar Thiaroye (CRODT) Indirizz: Pôle de
Recherches de Hann Sis au Laboratoire National d'Elevage et de Recherches
vétérinaires (PRH/LNERV) BP 2241 Dakar Indirizz tal-posta
elettronika: massal.fall@gmail.com Numru tat-telefown:
+ 221 773339289 / 776483936 Numru tal-feks:
+ 221 338328265 [1] Fejn ikun xieraq, iż-żona tas-sajd tista’
tiġi ddefinita permezz ta’ koordinati li jistabbilixxu l-konfini
tal-poligonu li fih huwa permess is-sajd. L-awtoritajiet tas-Senegal
għandhom jibagħtu dawn il-koordinati lill-Kummissjoni Ewropea qabel
ma jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll. [2] Din id-dispożizzjoni se tiġi analizzata
mill-ġdid sena wara li tibda tiġi applikata. [3] Il-perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal
raġunijiet bijoloġiċi, l-istess bħal miżuri
tekniċi ta’ konservazzjoni oħrajn, se jiġi evalwat sena wara li
l-Protokoll jibda jiġi implimentat, u ’l quddiem jista’ jiġi adattat,
fuq rakkomandazzjoni tal-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunta, sabiex
titqies il-qagħda tal-istokkijiet. [4] L-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 404/2011
jistabbilixxi l-istruzzjonijiet mogħtija lill-kaptani tal-bastimenti
tas-sajd tal-UE biex iniżżlu l-informazzjoni meħtieġa
fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.