Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0485

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    /* COM/2014/0485 final - 2014/0222 (NLE) */

    52014PC0485

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2014/0485 final - 2014/0222 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrument legali għall-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (min issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Protokoll").

    Skont l-Att ta' Adeżjoni, il-Kroazja, ir-Repubblika tal-Kroazja taċċedi għall-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha permezz ta’ Protokoll għal ma' dawk il-ftehimiet.

    Il-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", ġie ffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2012. Il-Ftehim bħalissa għaddej minn ratifika u għadu ma daħalx fis-seħħ.

    B'segwitu għad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' ….2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll ġie ffirmat fi … fi ….

    Il-Protokoll propost jinkorpora lir-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti għall-Ftehim u jorbot lill-UE biex tipprovdi l-verżjoni awtentika tal-Ftehim bil-lingwa Kroata.

    Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex jikkonkludi, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll.

    Il-Parlament Ewropew se jissejjaħ biex jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Protokoll.

    2014/0222 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207 u 209 flimkien mal-Artikolu 218 (6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)       Skont it-termini tal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), irid jiġi miftiehem permezz ta' protokoll ma' dan il-Ftehim. F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni, għandha tapplika proċedura simplifikata għal adeżjoni bħal din, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati.

    (2)       Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati[1]. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fi […] fi […].

    (3)       Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1:           Il-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    2:           It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill jinnomina lill-persuna bis-setgħa li tagħti, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, in-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    [1]               Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (id-dokument tal-Kunsill 13351/12 RISTRETT).

    ANNESSI

    għall-

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnamm, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM QAFAS KOMPRENSIV DWAR IS-SĦUBIJA U L-KOOPERAZZJONI bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Vjetnam min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA' SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

    IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

    IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

    Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u

    L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Unjoni Ewropea",

    min-naħa l-waħda, u

    IR-REPUBBLIKA SOĊJALISTA TAL-VJETNAM, minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Vjetnam"

    min-naħa l-oħra,

    minn issa 'l quddiem imsejħa '"l-Partijiet Kontraenti" għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll,

    WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,

    BILLI l-Ftehim Qafas Komprensiv dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-"Ftehim"), ġie ffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2012;

    BILLI t-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea minn hawn 'il quddiem imsejjaħ it-“Trattat tal-Adeżjoni,” ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta’ Diċembru 2011;

    BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tagħha mal-ftehim għandha tiġi miftiehma bil-konklużjoni ta' protokoll mal-Ftehim;

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan qed taderixxi bħala Parti mal-Ftehim Qafas Komprensiv dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell, fis-27 ta’ Ġunju 2012, u rispettivament tadotta u tieħu nota, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet tiegħu.

    Artikolu 2

    Fi żmien debitu wara l-inizjalar ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea tikkomunika lill-Istati Membri tagħha u lir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, il-verżjoni tal-Ftehim bil-lingwa Kroata. Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-verżjoni tal-lingwa msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan l-Artikolu ssir awtentika bl-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Russa, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    Dan il-Protokoll jifforma parti integrali mill-Ftehim.

    Artikolu 4

    (1) Dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Unjoni Ewropea, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri u mill-Vjetnam skont il-proċeduri tagħhom. Il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dan l-għan. L-istrumenti ta’ approvazzjoni jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2) Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni, iżda mhux qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    Artikolu 5

    Dan il-Protokoll huwa abbozzat f'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Vietnamita, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

    B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, mogħtija s-setgħa għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Protokoll.

    Magħmul fi …, fi … tas-sena ...

    GĦALL-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA

    GĦAR-REPUBBLIKA SOĊJALISTA TAL-VJETNAM

    Top