This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0457
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Regulation (EU) No 1343/2011 of the European Parliament and of the Council of 13 December 2011 on certain provisions for fishing in the GFCM (General Fisheries Commission for the Mediterranean) Agreement area
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)
/* COM/2014/0457 final - 2014/0213 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) /* COM/2014/0457 final - 2014/0213 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-proposta għandha l-għan li
tittrasponi f'liġijiet tal-Unjoni għadd ta’ miżuri li ġew
adottati mill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM)
waqt is-sessjonijiet annwali tagħha tal-2011, l-2012 u l-2013. Il-GFCM
hija Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd stabbilita skont
l-Artikolu XIV tal-Kostituzzjoni tal-FAO; li l-għanijiet ewlenin
tagħha huma li tippromwovi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni
razzjonali u l-aqwa użu tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u
l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fil-Mediterran, fil-Baħar
l-Iswed u fl-ilmijiet ta' konnessjoni. Il-GFCM għandha l-awtorità tadotta
deċiżjonijiet obbligatorji ("rakkomandazzjonijiet")
fil-qasam ta' kompetenza tagħha; dawn l-atti huma essenzjalment
indirizzati lill-Partijiet Kontraenti, iżda jistgħu jinkludu wkoll
obbligi għall-operaturi (eż. il-kaptan tal-bastiment).
Ir-rakkomandazzjonijiet isiru vinkolanti fi żmien 120 jum wara d-data
tal-ewwel notifika tagħhom, sakemm ma titressaq ebda oġġezzjoni.
L-UE u għaxar Stati Membri (il-Bulgarija,
il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, is-Slovenja,
Spanja u r-Rumanija) huma Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-GFCM. Sal-punt sa
fejn il-kontenut tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM mhuwiex kopert jew huwa biss
parzjalment kopert mil-liġijiet eżistenti tal-Unjoni,
it-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-GFCM hija
meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn tal-aħħar
jiġu applikati b'mod uniformi u effettiv fl-Unjoni Ewropea kollha. L-aħħar traspożizzjoni ta'
deċiżjonijiet tal-GFCM saret permezz tar-Regolament (UE)
Nru 1343/2011[1].
Din il-proposta se ddaħħal f'dak l-att leġislattiv
il-miżuri li għandhom jiġu trasposti permezz ta’ emendi. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Ma kienx hemm bżonn ta’ konsultazzjoni
mal-partijiet interessati jew ta’ valutazzjoni tal-impatt. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta tinkludi miżuri tekniċi
għall-isfruttar sostenibbli tal-qroll aħmar, għall-mitigazzjoni
ta’ qabdiet aċċidentali ta’ għasafar tal-baħar, ta' fkieren
tal-baħar u ta' ċetaċji u għall-konservazzjoni tal-foki
monaka, tal-klieb il-baħar u tar-raj fiż-żona tal-Ftehim GFCM[2]. Dawn il-miżuri
jmorru lil hinn mill-protezzjoni li diġà ġiet żgurata
fir-rigward ta' dawn l-ispeċijiet fil-livell tal-UE permezz tad-Direttiva
dwar il-Ħabitats u atti oħra tal-Unjoni[3], u jinkludu obbligi ta'
reġistrazzjoni u ta' rappurtar kemm għall-operaturi kif ukoll
għall-Istati Membri. Barra minn hekk, il-proposta timplimenta f'liġi
tal-Unjoni ċerti miżuri tas-sajd għal stokkijiet
pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku[4]. Bażi legali L-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ fi ħdan il-kompetenza
esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Prinċipju ta’ proporzjonalità It-test propost għandu jiżgura li
l-miżuri rilevanti tal-GFCM jiġu trasposti fil-liġijiet
tal-Unjoni mingħajr ma jsir aktar milli hu meħtieġ biex
jintlaħaq l-għan mixtieq. L-għażla ta’ strument L-istrument li qed jiġi propost:
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament
eżistenti. Mezz ieħor kieku ma jkunx xieraq,
minħabba din ir-raġuni: Regolament irid jiġi emendat permezz ta'
Regolament. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Din il-miżura ma tinvolvi l-ebda nefqa
addizzjonali għall-Unjoni. 2014/0213 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar
ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim
tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġislattiva ordinarja, Billi: (1) Il-Ftehim dwar it-twaqqif
tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran ("il-Ftehim
dwar il-GFCM") jipprovdi qafas adattat għall-kooperazzjoni
multilaterali sabiex jiġu promossi l-iżvilupp, il-konservazzjoni,
il-ġestjoni razzjonali u l-aqwa użu tar-riżorsi ħajjin
tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f’livelli li huma
kkunsidrati sostenibbli u b’riskju baxx ta’ kollass. (2) L-Unjoni Ewropea, kif ukoll
il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru,
Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja huma partijiet kontraenti tal-Ftehim tal-GFCM. (3) Ir-Regolament (UE) Nru
1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6]
jistipula ċerti dispożizzjonijiet dwar is-sajd fiż-żona
tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran
("GFCM"). Dan huwa l-att leġiżlattiv xieraq
għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM li l-kontenut
tagħhom għadu mhuwiex kopert mil-liġijiet tal-Unjoni. Fil-fatt,
ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 jista’ jiġi emendat biex jinkludi
l-miżuri li jinsabu fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM. (4) Waqt is-Sessjonijiet Annwali
tagħha tal-2011 u tal-2012, il-GFCM adottat miżuri sabiex l-isfruttament
sostenibbli tal-qroll aħmar fiż-żona ta' kompetenza tagħha
jiġi implimentat fil-liġijiet tal-Unjoni. Waħda minn dawk
il-miżuri tikkonċerna l-użu ta’ Vetturi ta' taħt l-ilma li
Jitħaddmu mill-Bogħod (ROVs). Il-GFCM iddeċidiet li l-ROVs
f’żoni li jinsabu taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali
esklussivament għal għanijiet ta' osservazzjoni u esplorazzjoni
b'rabta mal-qroll aħmar fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni
GFCM/35/2011/2 m’għandhomx jibqgħu jkunu permessi wara l-2014. Skont
miżura oħra stabbilita fir-rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/1,
il-qabdiet ta' qroll aħmar għandhom jinħattu l-art biss
f’għadd limitat ta’ portijiet b’faċilitajiet portwarji xierqa, u
l-listi ta’ portijiet nominati għandhom jiġu komunikati lis-Segretarjat
tal-GFCM. Kwalunkwe bidliet li jistgħu jaffettwaw il-listi tal-portijiet
nominati mill-Istati Membri għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni
Ewropea għal trażmissjoni ulterjuri lis-Segretarjat tal-GFCM. (5) Waqt is-Sessjonijiet Annwali
tagħha tal-2011 u tal-2012, il-GFCM adottat ir-rakkomandazzjonijiet
GFCM/35/2011/3, GFCM/35/2011/4, GFCM/35/2011/5 u GFCM/36/2012/2 li
jistabbilixxu miżuri għall-mitigazzjoni ta’ qabdiet
aċċidentali ta’ għasafar tal-baħar, ta' fkieren
tal-baħar, ta' foki monaka u ta' ċetaċji f’attivitajiet tas-sajd
fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM li għandhom jiġu implimentati
fil-liġijiet tal-Unjoni. Dawk il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni,
mill-1 ta’ Jannar 2015, tal-użu ta' għeżula tal-qiegħ
b’monofilament jew bi spag usa' minn 0.5 mm, bil-għan li jiġu
mitigati l-qabdiet inċidentali taċ-ċetaċji. Din
il-projbizzjoni diġà tinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1967/2006 li, madankollu, ikopri l-Baħar Mediterran biss.
Għalhekk, għandha tiġi inkluża f’dan ir-Regolament sabiex
tapplika wkoll għall-Baħar l-Iswed. (6) Waqt is-Sessjoni Annwali
tagħha tal-2012, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/3
li tistabbilixxi miżuri maħsuba biex jiġi żgurat li
fiż-żona ta' kompetenza tagħha jkun hemm livell għoli ta’
protezzjoni għall-klieb il-baħar u r-raj minn attivitajiet tas-sajd,
u b’mod partikolari għall-ispeċijiet ta' klieb il-baħar u raj
elenkati bħala li jinsabu fil-periklu jew taħt theddida skont
l-Anness II tal-Protokoll dwar Żoni Protetti b'mod Speċjali u
d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran[7]
tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona[8].
Skont miżura tal-GFCM, attivitajiet tas-sajd li jsiru bi xbieki
tat-tkarkir għandhom jiġu pprojbiti f'żoni anqas minn 3 mili
nawtiċi mill-kosta, sakemm ma jintlaħaqx l-isobat ta' 50 metru, jew fl-isobat
ta' 50 metru fejn il-fond ta’ 50 metru jintlaħaq f’distanza iqsar
mill-kosta. Din il-projbizzjoni diġà tinsab fir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1967/2006 li, madankollu, ikopri l-Baħar Mediterran biss.
Għalhekk, għandha tiġi inkluża f’dan ir-Regolament sabiex
tapplika wkoll għall-Baħar l-Iswed. Ċerti miżuri oħra
mmirati lejn l-identifikazzjoni xierqa tal-klieb il-baħar inklużi
f’dik ir-rakkomandazzjoni, li mhumiex koperti mir-Regolament (KE)
Nru 1185/2003[9]
jew minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom jiġu
inklużi f’dan ir-Regolament sabiex ikunu jistgħu jiġu
implimentati bis-sħiħ fil-liġi tal-Unjoni. (7) Waqt is-Sessjoni Annwali
tagħha tal-2013 u tal-2014, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjonijiet
GFCM/37/2013/1 u GFCM/38/2014/1 li jistipulaw miżuri għal sajd li
jisfrutta stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar
Adrijatiku li għandhom jiġu implimentati fil-liġijiet
tal-Unjoni. Dawn il-miżuri jikkonċernaw il-ġestjoni
tal-kapaċità tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi
żgħar fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, fuq
il-bażi tal-kapaċità ta’ referenza tas-sajd stabbilita permezz
tal-lista ta’ bastimenti li kellha tiġi komunikata lis-Segretarjat
tal-GFCM sat-30 ta’ Novembru 2013, b’konformità mal-paragrafu 22
tar-Rakkomandazzjoni GFCM/37/2013/1. Dik il-lista tinkludi l-bastimenti kollha
mgħammra bi xbieki tat-tkarkir, b'kalamenti jew b'tipi oħra ta'
xbieki tat-tidwir mingħajr kalament, li huma awtorizzati mill-Istati
Membri kkonċernati biex jistadu għal stokkijiet pelaġiċi
żgħar u rreġistrati fil-portijiet li jinsabu fis-Subżoni
Ġeografiċi 17 u 18, jew li joperaw fis-Subżona Ġeografika
17 u/jew fis-Subżona Ġeografika 18 għalkemm reġistrati
f'portijiet li jinsabu f'Subżoni Ġeografiċi oħra fid-data
tal-31 ta' Ottubru 2013. Kwalunkwe bidliet li jistgħu jaffettwaw il-lista
msemmija hawn fuq għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni Ewropea
hekk kif iseħħu, għal trażmissjoni ulterjuri
lis-Segretarjat tal-GFCM. Il-miżura tal-GFCM tinkludi wkoll projbizzjoni
taż-żamma abbord jew fuq l-art, li għandha tiġi implimentata
fil-liġijiet tal-UE b’konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament
(UE) Nru 1380/2013[10]. (8) Sabiex tiżgura
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' ċerti
dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha
tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet
jikkonċernaw: il-format u t-trażmissjoni tat-talba għal deroga
minn fond minimu għall-ġbir tal-qroll aħmar jew mid-dijametru
tal-bażi minimu ta' kolonji ta' qroll aħmar; il-format u
t-trażmissjoni tar-riżultati ta' valutazzjonijiet xjentifiċi
taż-żoni soġġetti għal deroga minn fond minimu
għall-ġbir tal-qroll aħmar; il-format u t-trażmissjoni ta'
dejta dwar il-ġbir tal-qroll aħmar; informazzjoni relatata ma'
qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar, fkieren tal-baħar,
foki monaka, ċetaċji, klieb il-baħar u raj, bidliet fil-listi
tal-portijiet nominati għall-ħatt l-art ta' qroll aħmar,
l-impatti ta' ċerti bastimenti tas-sajd fuq il-popolazzjonijiet
taċ-ċetaċji u bidliet f'mapep u f'listi ta' żoni
ġeografiċi li jidentifikaw il-postijiet fejn jinsabu l-għerien
tal-foki monaka. Dawn is-setgħat għandhom jiġu
eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 182/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[11].
(9) Sabiex jiġi żgurat
li l-Unjoni tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Ftehim tal-GFCM,
is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat
għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta'
awtorizzazzjonijiet għal derogi mill-projbizzjoni tal-ġbir tal-qroll
aħmar f’ilmijiet ta' inqas minn 50 metru u ta' devjazzjoni
mid-dijametru tal-bażi minimu ta’ kolonji ta' qroll aħmar. Huwa ta’
importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul
il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.
Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati,
għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta ta’
dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (10) Għalhekk, ir-Regolament
(UE) Nru 1343/2011 għandu jiġi emendat skont dan, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Emendi għar-Regolament (UE) Nru
1343/2011 Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 huwa
emendat kif ġej: (1)
għandu jiddaħħal l-Artikolu 15a
li ġej: "Artikolu
15a “L-użu
ta’ sajd bi xbieki tat-tkarkir u ta' sajd bl-għeżula fil-Baħar
l-Iswed 1. L-użu ta' xbieki
tat-tkarkir għandu jiġi pprojbit f'żoni anqas minn 3 mili
nawtiċi mill-kosta, sakemm ma jintlaħaqx l-isobat ta' 50 metru, jew fl-isobat
ta' 50 metru fejn il-fond ta’ 50 metru jintlaħaq f’distanza iqsar
mill-kosta. 2. Sa mill-1 ta' Jannar 2015, id-dijametru ta' monofilament
jew spag tal-għeżula tal-qiegħ ma għandux ikun akbar minn
0.5 mm." (2)
fit-Titolu II, qed jiġu miżjuda
l-Kapitoli IV, V u VI li ġejjin: "Kapitolu IV Il-konservazzjoni u l-isfruttar
sostenibbli tal-qroll aħmar Artikolu 16a Kamp
ta’ applikazzjoni Id-dispożizzjonijiet ta’ dan
il-Kapitolu għandhom japplikaw mingħajr ħsara
għall-Artikolu 4(2) u għall-Artikolu 8(1), (e) u (g)
tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, jew għal kwalunkwe miżuri
aktar stretti li joħorġu mid-Direttiva 92/43/KEE*. Artikolu 16b Fond minimu għall-ġbir 1. Il-ġbir tal-qroll
aħmar f’ilmijiet ta' fond ta' inqas minn 50 m għandu jkun
ipprojbit. 2. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu
27 sabiex tagħti derogi mill-paragrafu 1. Dawk l-atti delegati
għandhom jinkludu regoli li jiżguraw li titwettaq valutazzjoni
xjentifika taż-żoni li huma soġġetti għal derogi. 3. Id-derogi li ssir referenza
għalihom fil-paragrafu 2 jistgħu jingħataw biss jekk jiġu
ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ikun hemm fis-seħħ qafas ta’
ġestjoni nazzjonali xieraq, inkluż skema ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd
f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009**; (b) ikunu twettqu studji riċenti dwar
l-abbundanza u d-distribuzzjoni spazjali tal-kolonji tal-qroll aħmar
f'livell nazzjonali; (c) permezz ta' għeluq spazjotemporali,
jiġi żgurat li jkun qed jiġi sfruttat biss għadd limitat
ta' kolonji ta' qroll aħmar; kif ukoll (d) l-Istat Membru rilevanti jwettaq
valutazzjoni xjentifika taż-żoni li jkunu soġġetti
għal deroga. 4. L-Istati Membri li jkun
beħsiebhom jitolbu deroga kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandhom
jippreżentaw lill-Kummissjoni: (a) il-ġustifikazzjonijiet
xjentifiċi u tekniċi; (b)
il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati jwettqu l-attivitajiet ta’
ġbir tal-qroll aħmar f’fond ta' inqas minn 50 m u (c) il-lista
taż-żoni tas-sajd fejn dik l-attività hija awtorizzata, kif
identifikat permezz ta' koordinati ġeografiċi kemm fuq l-art kif
ukoll fuq il-baħar. 5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta
atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format u t-trażmissjoni
tat-talba għal deroga msemmija fil-paragrafu 4 u tar-riżultati
tal-valutazzjoni xjentifika msemmija fil-paragrafu 2. Dawn l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura
ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2). 6. Il-Kummissjoni għandha
tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar id-deċiżjonijiet
meħuda skont il-paragrafu 2 u rigward ir-riżultati tal-valutazzjoni
xjentifika msemmija f’dak il-paragrafu. Artikolu 16c Id-dijametru tal-bażi minimu tal-kolonji 1. Qroll aħmar minn kolonji
ta’ qroll aħmar li d-dijametru tal-bażi taz-zokk tiegħu,
imkejjel minn ċentimetru 'l bogħod mill-bażi tal-kolonja, huwa
iżgħar minn 7 mm, ma għandux jinġabar, jinżamm
abbord, jiġi ttrażbordat, jinħatt l-art, jiġi ttrasferit,
jinħażen, jinbiegħ jew jintwera jew jiġi offrut
għall-bejgħ bħala prodott mhux ipproċessat. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa,
b’konformità mal-Artikolu 27, tadotta atti delegati biex tawtorizza,
permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, limitu massimu ta’ tolleranza ta’
10 % tal-piż ħaj ta’ kolonji ta’ qroll aħmar ta' daqs
żgħir (< 7 mm). 3. Id-derogi li ssir referenza
għalihom fil-paragrafu 2 jistgħu jingħataw biss jekk jiġu
ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ikun hemm fis-seħħ
qafas ta’ ġestjoni nazzjonali, inkluż skema ta’ awtorizzazzjoni
tas-sajd b’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; (b) ikun
hemm fis-seħħ programmi speċifiċi ta’ monitoraġġ
u kontroll li jiddikjaraw li l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-punti ta’
riferiment għall-attivitajiet ta’ spezzjoni jinsabu fis-seħħ. 4. L-Istati Membri li jitolbu
deroga skont il-paragrafu 2 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni
l-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi għal dik
id-deroga. 5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta
atti ta’ implimentazzjoni dwar il-format u t-trażmissjoni
tal-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi msemmija
fil-paragrafu 4. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu
25(2). 6. Il-Kummissjoni għandha
tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar id-deċiżjonijiet
meħuda skont il-paragrafu 2. Artikolu 16d Irkaptu u tagħmir 1. Għall-ġbir
tal-qroll aħmar, l-uniku tagħmir permess għandu jkun martell
użat manwalment minn sajjieda professjonali. 2. L-użu ta’ Vetturi ta'
taħt l-ilma li Jitħaddmu mill-Bogħod għall-isfruttament
tal-qroll aħmar għandu jkun ipprojbit. Dik il-projbizzjoni
għandha tkopri, sa mill-1 ta’ Jannar 2015, l-użu ta’ Vetturi ta'
taħt l-ilma li Jitħaddmu mill-Bogħod li jistgħu jkunu
ġew awtorizzati mill-Istati Membri f’żoni li jinsabu taħt
il-ġuriżdizzjoni nazzjonali esklussivament għal skopijiet ta'
osservazzjoni u esplorazzjoni b'rabta mal-qroll aħmar fuq il-bażi
tal-paragrafu 3(a) jew tal-paragrafu 3(b) tar-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/2. Kapitolu V It-tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet
tas-sajd fuq ċerti speċijiet tal-baħar Artikolu 16e Kamp
ta’ applikazzjoni Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom
japplikaw mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżuri aktar
stretti li joħorġu mid-Direttiva 92/43/KEE jew mid-Direttiva
2009/147/KE***, u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003****. Artikolu 16f Qbid
inċidentali ta’ għasafar tal-baħar fl-irkaptu tas-sajd Il-kaptani
tal-bastimenti tas-sajd għandhom jeħilsu għasafar tal-baħar
li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd b'mod inċidentali fil-pront. Artikolu 16g Qbid inċidentali ta’ fkieren
tal-baħar f'attivitajiet tas-sajd 1. Il-kaptani ta’ bastimenti
tas-sajd għandhom fil-pront jeħilsu fil-baħar fkieren
tal-baħar ħajjin u mhux imweġġgħin li jinqabdu
fl-irkaptu tas-sajd b'mod inċidentali. 2. Il-kaptani ta’ bastimenti
tas-sajd ma għandhomx iniżżlu l-art fkieren tal-baħar,
sakemm mhux bħala parti minn programm ta’ salvataġġ
speċifiku, u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati
ma jkunux ġew debitament u uffiċjalment infurmati qabel id-dħul
lura fil-port. 3. Bastimenti li jużaw kalamenti
għal speċijiet pelaġiċi żgħar, jew xbieki
tat-tidwir mingħajr kalament għal speċijiet pelaġiċi,
ma għandhomx jiċċirkondaw lill-fkieren tal-baħar. 4. Bastimenti li jużaw
konzijiet u għeżula tal-qiegħ għandhom iġorru abbord
tagħmir li permezz tiegħu jkunu jistgħu jimmaniġġjaw,
jirrilixxaw u jeħilsu b'mod sikur il-fkieren tal-baħar li
jitħabblu fix-xbieki, biex dawn jiġu mmaniġġjati u
rrilaxxati b’mod li jimmassimizza l-probabbiltà tas-sopravivenza tagħhom Artikolu 16h Qbid aċċidentali ta’ foki
monaka (Monachus monachus) 1. Il-kaptani ta’ bastimenti
tas-sajd m’għandhomx jieħdu abbord, jittrażbordaw u jħottu
l-art foki monaka, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex tiġi
żgurata l-assistenza għall-irkupru ta’ annimali individwali mweġġgħin
u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati ma jkunux
ġew debitament u uffiċjalment infurmati qabel id-dħul lura
fil-port. 2. Il-kaptani ta' bastimenti
tas-sajd li jaqbdu foki monaka b'mod inċidentali fl-irkaptu tagħhom
tas-sajd għandhom jeħilsuhom fil-pront, ħajjin u mingħajr
ma ssirilhom ħsara. Iġsma ta' foki monaka mejta għandhom
jitniżżlu l-art, fejn għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet
nazzjonali biex jinqerdu. Artikolu 16i Qbid inċidentali ta'
ċetaċji Il-kaptani
tal-bastimenti tas-sajd għandhom fil-pront jeħilsu ċetaċji li
jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd b'mod inċidentali. Artikolu 16j Klieb il-baħar u raj protetti 1. Speċijiet ta' klieb
il-baħar u ta' raj li huma inklużi fl-Anness II tal-Protokoll li
jikkonċerna Żoni Protetti b’Mod Speċjali u d-Diversità
Bijoloġika fil-Mediterran***** ma għandhomx jinżammu abbord,
jiġu ttrażbordati, jinħattu l-art, jiġu ttrasferiti,
jinħażnu, jinbiegħu jew jintwerew jew jiġu offruti
għall-bejgħ. 2. Bastimenti tas-sajd li jkunu
qabdu, b'mod inċidentali, speċijiet ta' klieb il-baħar u ta' raj
inklużi fl-Anness II tal-Protokoll li Jikkonċerna Żoni Protetti
b’Mod Speċjali u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran għandhom
jeħilsuhom fil-pront, ħajjin u mingħajr ma ssirilhom ħsara.
Artikolu 16k L-identifikazzjoni tal-klieb il-baħar Qtugħ
ir-ras u s-slieħ tal-klieb il-baħar abbord u qabel il-ħatt l-art
għandhom ikunu pprojbiti. Klieb il-baħar bla ras u misluħa ma
jistgħux jiġu kkummerċjalizzati fi swieq tal-ewwel bejgħ
wara li jinħattu l-art. Kapitolu VI Miżuri għal sajd għal
stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku Artikolu 16l Ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd 1. Għall-finijiet
ta’ dan l-Artikolu, il-kapaċità ta’ referenza tas-sajd għal
stokkijiet pelaġiċi żgħar hija dik stabbilita fuq
il-bażi tal-listi ta’ bastimenti tal-Istati Membri kkonċernati
komunikati lis-Segretarjat tal-GFCM skont il-paragrafu 22 tar-rakkomandazzjoni
GFCM/37/2013/1. Dawk il-listi jinkludu l-bastimenti kollha mgħammra bi
xbieki tat-tkarkir, b'kalamenti jew b'tipi oħra ta' xbieki tat-tidwir
mingħajr kalamenti, li huma awtorizzati biex jistadu għal stokkijiet
pelaġiċi żgħar u rreġistrati fil-portijiet li jinsabu
fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 kif imsemmi fl-Anness I, jew li
joperaw fis-Subżona Ġeografika 17 u/jew fis-Subżona
Ġeografika 18 għalkemm reġistrati f'portijiet li jinsabu
f'Subżona Ġeografika oħra fid-data tal-31 ta' Ottubru 2013. 2. Irrispettivament
mit-tul ġenerali tagħhom, bastimenti mgħammra bi xbieki
tat-tkarkir u b'kalamenti huma klassifikati bħala li jistadu b’mod attiv
għal stokkijiet pelaġiċi żgħar meta s-sardin
u/l-inċova jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-qabdiet f’piż
ħaj fi kwalunkwe vjaġġ tas-sajd. 3. L-Istati
Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità totali tal-flotta
tal-bastimenti mgħammra bi xbieki tat-tkarkir jew b'kalamenti li jistadu
għal stokkijiet pelaġiċi żgħar b’mod attiv
fis-Subżona Ġeografika 17, kemm f’termini ta’ tunnellaġġ
gross (TG) u/jew tunnellaġġ gross reġistrat (TGR) u f’termini
ta’ qawwa tal-magna (kW), kif irreġistrati fir-reġistri tal-flotot
nazzjonali u tal-UE, ma taqbiżx, fi kwalunkwe ħin, il-kapaċità
ta’ referenza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar
imsemmija fil-paragrafu 1. 4. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li bastimenti mgħammra bi xbieki tat-tkarkir u b'kalamenti għas-sajd
ta' stokkijiet pelaġiċi żgħar kif identifikati fil-paragrafu 2
ma joperawx għal aktar minn 20 jum ta' sajd kull xahar, u li ma
jaqbżux il-180 jum ta' sajd fis-sena. 5. Kwalunkwe bastiment
li mhuwiex inkluż fil-lista tal-bastimenti awtorizzati msemmija
fil-paragrafu 1 m’għandux jitħalla jistad għal, jew, permezz ta’
deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013,
iżomm abbord jew iħott l-art kwalunkwe kwantità akbar minn 20 %
ta’ inċova u/jew sardin jekk il-bastiment ikun qiegħed fuq
vjaġġ tas-sajd fis-Subżona Ġeoġrafika 17 u/jew
fis-Subżona Ġeografika 18. 6. L-Istati Membri
għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe żieda għal,
kwalunkwe tnaqqis minn u/jew modifika fil-lista tal-bastimenti awtorizzati
msemmija fil-paragrafu 1, hekk kif dawn iseħħu. Dawn il-bidliet
huma mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta’ referenza
tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi
dik l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM. *
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni
tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa
(ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). **
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009
tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja
ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika
Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE)
Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE)
Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE)
Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE)
Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti
(KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006
(ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1). ***
Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni
tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 147, 01.07.2013,
p. 1). ****
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta'
Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb
il-baħar abbord ta' bastimenti (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 1). *****
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 99/800/KE
tat-22 ta' Ottubru 1999 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll
li jikkonċerna żoni protetti b'mod speċjali u d-diversità
bijoloġika fil-Mediterran, u dwar l-aċċettazzjoni tal-annessi
ta' dak il-Protokoll (il-Konvenzjoni ta' Barċellona) (ĠU L 322,
14.12.1999, p. 1)." (3)
Fit-Titolu III jiddaħħal il-Kapitolu Ia
li ġej: “KAPITOLU Ia Obbligi ta' reġistrazzjoni Artikolu 17 a Il-ġbir tal-qroll aħmar Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati
li jiġbru qroll aħmar għandu jkollhom abbord ġurnal ta’
abbord li fih jiġu rrappurtati l-qabdiet ta’ kuljum ta’ qroll aħmar u
l-attivitajiet tas-sajd skont iż-żona u l-fond, inkluż
l-għadd ta’ jiem ta’ sajd u ta' għadis. Dik l-informazzjoni
għandha tiġi komunikata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mingħajr
dewmien. Artikolu 17b Qbid aċċidentali ta’
ċerti speċijiet tal-baħar 1. Fil-ġurnal ta’ abbord
tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009,
il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jirreġistraw
l-informazzjoni li ġejja: (a) kull każ ta’ qbid inċidentali u ta'
rilaxx ta’ għasafar tal-baħar; (b) kull każ ta’ qbid inċidentali u ta'
rilaxx ta’ fkieren tal-baħar, fejn jiġi indikat tal-anqas it-tip ta’
rkaptu tas-sajd, il-ħinijiet, it-tul ta' żmien ta' kemm l-irkaptu dam
fl-ilma, il-fond tal-ilma u l-postijiet tas-sajd, l-ispeċijiet fil-mira,
l-ispeċijiet ta' fkieren tal-baħar u tagħrif dwar jekk
l-individwi ġewx mormija mejtin jew mitluqa ħajjin; (c) kull każ ta’ qbid inċidentali u ta'
rilaxx ta’ foki monaka; (d) kull każ ta’ qbid inċidentali u
rilaxx ta’ ċetaċji, fejn jiġi indikat tal-anqas is-sajd
ikkonċernat, il-karatteristiċi tat-tip ta’ rkaptu, il-ħinijiet,
il-postijiet (billi jiġu indikati s-Subżoni Ġeografiċi jew
permezz ta' rettangoli statistiċi, kif definit fl-Anness I) u l-ispeċijiet
ta' ċetaċji affettwati; (e) kull każ ta’ qbid inċidentali u
rilaxx ta’ speċijiet ta' klieb il-baħar u ta' raj elenkati fl-Anness
II jew fl-Anness III tal-Protokoll li jikkonċerna Żoni Protetti b'mod
Speċjali u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran. 2. Sa mhux aktar tard mill-31
ta’ Diċembru 2014, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli
dwar ir-reġistrazzjoni ta' qabdiet inċidentali msemmija fil-paragrafu
1 mill-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd li mhumiex soġġetti
għaż-żamma ta' ġurnal ta’ abbord tas-sajd skont
l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.” (4)
Jiddaħħlu l-Artikoli 23a u 23b li
ġejjin: "Artikolu 23a Ir-rappurtar ta’ dejta rilevanti
lill-Kummissjoni 1. Sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, l-Istati Membri
għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni: (a) id-dejta dwar il-qroll aħmar imsemmija
fl-Artikolu 17a; (b) fil-forma ta' rapport elettroniku, ir-rati ta’ qabdiet
inċidentali u ta' rilaxx ta’ għasafar tal-baħar, fkieren
tal-baħar, foki monaka, ċetaċji u klieb il-baħar u raj, kif
ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti rrappurtata skont
l-Artikolu 17b(1)(a), (b), (c), (d) u (e) rispettivament. 2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni
msemmija fil-paragrafu 1 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM sa mhux aktar
tard mill-15 ta' Diċembru ta' kull sena. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni
kwalunkwe bidliet li jsiru fil-lista tal-portijiet nominati
għall-ħatt l-art tal-qabdiet ta’ qroll aħmar skont il-paragrafu
5 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/1. 4. L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni
affidabbli dwar l-impatti fuq il-popolazzjonijiet taċ-ċetaċji
fil-Baħar l-Iswed ta’ bastimenti li jistadu għall-mazzola griża
b’għeżula tal-qiegħ, u għandhom jippreżentawha
lill-Kummissjoni. 5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni
dwar kwalunkwe bidliet li jsiru fil-mapep u fil-listi tal-pożizzjonijiet
li jidentifikaw il-postijiet fejn jinsabu l-għerien tal-foki monaka u li
huma msemmija fil-paragrafu 6 tar-rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/5. 6. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti minnufih l-informazzjoni
msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM. 7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni
fir-rigward tal-format u t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija
fil-paragrafi 1, 3, 4 u 5. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 25(2). Artikolu 23b Kontroll, monitoraġġ u
sorveljanza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar
fil-Baħar Adrijatiku 1. Qabel tmiem Settembru ta’ kull sena, l-Istati Membri
għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet u l-programmi
tagħhom sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità
mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16l permezz ta’
monitoraġġ u rappurtar xieraq, b’mod partikolari rigward il-qabdiet
ta’ kull xahar u l-isforz tas-sajd użat. 2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-informazzjoni
msemmija fil-paragrafu 1 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM sa mhux aktar
tard mit-30 ta' Ottubru ta' kull sena." (5)
Fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2), “19 ta’
Jannar 2012” għandha tinbidel bi “[DATE OF ENTRY INTO FORCE OF THIS
REGULATION TO BE INSERTED]”. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar
ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim
tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar
Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar
miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’
riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.
44). [2] Ir-rakkomandazzjonijiet GFCM/35/2011/2 u GFCM/36/2012/1;
GFCM/35/2011/3; GFCM/35/2011/4; GFCM/36/2012/2 u GFCM/37/2013/2;
GFCM/35/2011/5; GFCM/36/2012/3. [3] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’
Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora
selvaġġa, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill
2006/105/KE; Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija
tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti, kif emendat bir-Regolament
(UE) Nru 605/2013;
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li
jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta'
ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KC)
Nru 88/98; Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità għall-Konservazzjoni u
l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar (COM(2009) 40 final);
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar pjan
ta’ azzjoni sabiex jonqos il-qbid inċidentali ta’ għasafar
tal-baħar fl-irkapti tas-sajd (COM(2012) 665 finali). [4] Ir-rakkomandazzjonijiet GFCM/37/2013/1 u GFCM/38/2014/1;
Din tal-aħħar hija mistennija li tidħol fis-seħħ
dalwaqt. [5] ĠU C , , p. . [6] Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti
dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM
(il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li
jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’
ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd
fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44). [7] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru
1999 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jikkonċerna żoni
protetti b’mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran, u
dwar l-aċċettazzjoni tal-annessi ta’ dak il-Protokoll (il-Konvenzjoni
ta’ Barċellona) (ĠU L 322, 14.12.1999, p. 1). [8] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju 1977
li tikkonkludi l-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-Baħar Mediterran
mit-tniġġis u l-Protokoll għall-prevenzjoni
tat-tniġġis tal-Baħar Mediterran bir-rimi tal-iskart minn
bastimenti u vetturi tal-ajru, (ĠU L 240, 19.09.1977, p. 1) [9] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26
ta’ Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb
il-baħar abbord ta' bastimenti (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 1) kif
emendat bir-Regolament (UE) Nru 605/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-12 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 1). [10] Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li
jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li
jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) u Nru
639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354,
28.12.2013, p. 22). [11] Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi
r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll
mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat
ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p 13).