This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0366
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund (EGF/2014/000 TA 2014 - Technical assistance at the initiative of the Commission)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2014/000 TA 2014 — Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2014/000 TA 2014 — Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)
/* COM/2014/0366 final - 2014/ () */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2014/000 TA 2014 — Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) /* COM/2014/0366 final - 2014/ () */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Ir-regoli li japplikaw
għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huma stipulati fir-Regolament
(KE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru
2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
(2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) 1927/2006 [1]. TAQSIRA TAL-APPLIKAZZJONI U
TAL-ANALIŻI Dejta ewlenija: Nru ta’ Referenza tal-FEG EGF/2014/000 Il-Kummissjoni Ewropea Għajnuna
teknika Nefqa amministrattiva: baġit f'EUR 330 000 % ta' nefqa amministrattiva
(limitu: 0,5 %) 0,21 % Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament
(UE) Nru 1309/2013, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni kull sena jista'
jiġi allokat 0,5 % tal-ammont annwali massimu tal-FEG għall-għajnuna
teknika. Għajnuna teknika li se tiġi
ffinanzjata u rendikont tal-ispejjeż stmati tagħha 1. Il-kontribuzzjoni se
tintuża għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 11(1) u (4) kif ukoll
fl-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, kif spjegat
hawn taħt. Ta’ min jinnota li fl-2014 in-nefqa tnaqqset sal-minimu
għaliex il-fondi mhumiex se jingħaddew fil-linja baġitarja
tal-FEG rilevanti qabel ma l-Parlament Ewropew jerġa' jibda jiltaqa' wara
l-waqfa minħabba l-elezzjoni. 2. Monitoraġġ u
ġbir ta’ dejta: Il-Kummissjoni se tiġbor id-dejta dwar
l-applikazzjonijiet li jkunu waslulha, dwar dawk imħallsa u dawk ta’
stralċ, kif ukoll dwar il-miżuri proposti u implimentati. Din
id-dejta se titqiegħed fis-sit elettroniku u se tkun fl-għamla ta’
ritratt statistiku (Statistical Portrait) aġġornat. B'mod li
wieħed ikompli jibni fuq ix-xogħol ta’ dawn l-aħħar snin,
il-biċċa l-kbira ta’ dan jista’ jsir bir-riżorsi amministrattivi
normali tal-Kummissjoni, iżda biex jitjiebu u jiġu żgurati
l-funzjonalitajiet tal-bażi tad-dejta tal-FEG skont is-sejbiet
tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni se jkun meħtieġ xi ftit
tal-għarfien espert estern. Hu stmat li l-ispiża għal dawn
l-azzjonijiet tiswa EUR 20,000. 3. Informazzjoni: Is-sit
dwar il-FEG[2],
li l-Kummissjoni waqqfet fil-qasam tagħha tal-Impjiegi, l-Affarijiet
Soċjali u l-Inklużjoni, u li qed tieħu ħsiebu skont kif
mitlub mill-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, se jkun
aġġornat u mkabbar b’mod regolari, u kull element ġdid se jkun
tradott ukoll fil-lingwi kollha tal-UE. Se tingħata informazzjoni dwar
ir-Regolament tal-FEG il-ġdid, u se tingħata wkoll il-gwida
meħtieġa. Se jiġi inkoraġġit l-għarfien
ġenerali tal-FEG u anki l-viżibilità tiegħu. Se jiġi
stampat għadd żgħir tal-valutazzjoni ex-post tal-FEG u jkun
disponibbli flimkien ma’ pubblikazzjoni onlajn. Il-FEG se jiġi ttrattat
f'diversi pubblikazzjonijiet u attivitajiet awdjoviżivi tal-Kummissjoni
kif previst fl-Artikolu 11(4) tar- Regolament (UE) Nru 1309/2013. Hu
stmat li fl-2014 l-ispejjeż ta’ dawn l-azzjonijiet kollha se jkunu ta'
EUR 20 000 u dan minħabba l-limitazzjonijiet ta’ żmien u
huma mistennija jiżdiedu b’mod sinifikanti fl-2015. 4. Il-ħolqien ta'
bażi tal-għarfien / interfaċċja tal-applikazzjoni:
Il-Kummissjoni għadha għaddejja bil-ħidma tagħha
bil-ħsieb li toħloq formola elettronika għall-applikazzjoni u
tistabbilixxi proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet
tal-FEG; dan se jippermetti li l-applikazzjonijiet fil-kuntest tar-Regolament
il-ġdid ikunu ssimplifikati, li l-ipproċessar tagħhom
jitħaffef u r-rapporti jinħarġu aktar faċilment skont
il-bżonnijiet varji. Għadhom għaddejjin tħejjijiet
bil-għan li l-FEG jiġi integrat fis-SFC. L-istandardizzazzjoni
tar-rapporti finali għadha għaddejja wkoll, bl-għan li tnaqqas
il-piż amministrattiv tal-Istati Membri. Hu stmat li dawn l-azzjonijiet jiġu jiswew
EUR 100 000. 5. Għajnuna
amministrattiva u teknika: Il-Grupp ta' Esperti tal-Persuni ta' Kuntatt
tal-FEG, b’membru wieħed minn kull Stat Membru, se jkun qed isejjaħ
żewġ laqgħat (fi tmiem l-2014 / l-ewwel nofs tal-2015), u li
flimkien huma stmati li se jiswew EUR 70 000. 6. Barra minn hekk,
il-Kummissjoni se torganizza netwerking fost l-Istati Membri, b’żewġ
seminars ta’ korpi ta’ implimentazzjoni tal-FEG fl-Istati Membri bejn
wieħed u ieħor fl-istess dati, u fejn se tkun qed tiffoka fuq
kwistjonijiet relatati mal-interpretazzjoni tar-Regolament il-ġdid
tal-FEG, b’mod partikolari rigward l-inklużjoni possibbli ta’ NEETs
fil-miżuri. L-ispiża għal dan hi stmata li se tkun ta'
EUR 120 000. 7. Evalwazzjoni: Mhux se
jkun hemm għalfejn jingħataw fondi għall-evalwazzjonijiet
fl-2014. L-akkwist pubbliku għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu se
jiġi varat fl-2015, bil-ħsieb li l-evalwazzjoni titlesta sat-30 ta’
Ġunju 2017, kif mitlub mill-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (UE)
1309/2013. Azzjonijiet || Għadd stmat || Stima tal-ispiża għal kull azzjoni (f'EUR) || Spejjeż totali (f'EUR) Monitoraġġ u ġbir ta’ dejta || Varji || Varji || 20 000 Attivitajiet ta' informazzjoni || Varji || Varji || 20 000 Ħolqien ta' bażi ta' għarfien / interfaċċja tal-applikazzjoni || Varji || Varji || 100 000 Għajnuna amministrattiva u teknika: Laqgħat tal-Grupp ta' Esperti tal-Persuni ta' Kuntatt tal-FEG || 2 || 35 000 || 70 000 Għajnuna amministrattiva u teknika: Seminars ta' netwerking dwar l-implimentazzjoni tal-FEG || 2 || 60 000 || 120 000 Evalwazzjoni || 0 || 0 || 0 Total tal-istima tal-ispejjeż || || 330 000 Finanzjament 8. Il-baġit massimu annwali
għall-FEG hu EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat
fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013
tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali
għas-snin 2014-2020[3]. 9. L-Artikolu 11(1)
tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jgħid li fuq l-inizjattiva
tal-Kummissjoni kull sena jista' jiġi allokat 0,5 % ta' dan l-ammont
(jiġifieri EUR 750 000 fi prezzijiet tal-2011)
għall-għajnuna teknika. Fil-preżent, għad hemm disponibbli
l-ammont sħiħ allokat għall-2014; għadu ma ġie allokat
xejn għall-għajnuna teknika. 10. Id-deċiżjoni
proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG se tittieħed b'mod konġunt
bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13 tal-Ftehim
Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni
fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba[4]. Atti relatati 11. Fl-istess żmien li se
tkun qed tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni biex
jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġu trasferiti EUR 330
000 fil-linja baġitarja rilevanti. Sors tal-approprjazzjonijiet
tal-pagament 12. Mil-linja baġitarja
tal-FEG se jintużaw approprjazzjonijiet biex ikopru l-ammont ta'
EUR 330 000 meħtieġ għall-għajnuna teknika. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2014/000 TA 2014 —
Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE)
Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[5],
u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura stabbilita fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2
ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet
baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba[6], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) kien stabbilit biex
isostni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li
jaħdmu għal rashom u li jkunu waqqfu l-attività tagħhom
b'riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji
minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta’ kontinwazzjoni tal-kriżi
finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE)
Nru 546/2009, jew b'riżultat ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja
globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid
tagħhom fis-suq tax-xogħol. (2) Il-FEG ma għandux
jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet
tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE,
Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali
għas-snin 2014-2020[7]. (3) Ir-Regolament (UE)
Nru 1309/2013 jipprevedi li fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni kull sena
jista' jintuża 0,5 % tal-ammont massimu annwali
għall-għajnuna teknika. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li
jiġi mobilizzat l-ammont ta' EUR 330 000. (4) Il-FEG għandu,
għaldaqstant, jiġi mmobilizzat biex jipprovdi għajnuna teknika
fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi
mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 330 000
f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855. [2] http://ec.europa.eu/egf [3] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884. [4] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. [5] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855. [6] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. [7] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.