This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0267
Proposal for a COUNCIL DECISION establishing the position to be adopted on behalf of the European Union with regard to proposals for amendment of the Appendices of the Convention on the conservation of migratory species of wild animals with a view to the eleventh meeting of the Conference of the Parties
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-proposti għal emendi tal-Appendiċi tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ispeċijiet migratorji ta’ annimali selvaġġi fil-kuntest tal-ħdax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-proposti għal emendi tal-Appendiċi tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ispeċijiet migratorji ta’ annimali selvaġġi fil-kuntest tal-ħdax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet
/* COM/2014/0267 final - 2014/0139 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-proposti għal emendi tal-Appendiċi tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ispeċijiet migratorji ta’ annimali selvaġġi fil-kuntest tal-ħdax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet /* COM/2014/0267 final - 2014/0139 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. L-għan tal-Konvenzjoni dwar
il-konservazzjoni tal-ispeċijiet migratorji tal-annimali
selvaġġi (magħrufa wkoll bħala s-CMS jew il-Konvenzjoni ta’
Bonn) hu li jiġu kkonservati l-ispeċijiet migratorji tal-art, tal-baħar
u avjarji matul il-medda migratorja kollha tagħhom. Huwa trattat
intergovernattiv, konkluż taħt il-patroċinju tal-Programm
tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, li jittratta l-konservazzjoni
tal-ħajja selvaġġa u l-ħabitats fuq skala dinjija. L-Unjoni
Ewropea ilha Parti mis-CMS mill-1 ta’ Novembru 1983[1]. 2. L-ispeċijiet migratorji li
għandhom jiġu kkonservati huma elenkati fl-Appendiċi I
(speċijiet fil-periklu li jinqerdu ) u II (speċijiet li
għandhom ikunu s-suġġetti ta' ftehimiet) tal-Konvenzjoni. 3. Il-Konferenza tal-Partijiet (Conference of
the Parties) korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Konvenzjoni u
għandha s-setgħat li tivvaluta l-istat ta’ konservazzjoni
tal-ispeċijiet migratorji u, sussegwentement, li temenda l-Appendiċi I
u II tal-Konvenzjoni. 4. F'konformità mal-Artikolu XI
tal-Konvenzjoni, kwalunkwe Parti tista' tressaq proposti għal emenda.
Emenda tal-Appendiċi tidħol fis-seħħ għall-Partijiet
kollha disgħin jum wara l-laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet li fiha
tiġi adottata, ħlief għal dawk il-Partijiet li jagħmlu xi
riżerva. 5. Il-ħdax-il laqgħa tal-Konferenza
tal-Partijiet fil-Konvenzjoni se ssir fi Quito (l-Ekwador) mill-4
sad-9 ta' Novembru 2014. Għal din il-laqgħa, qed
jiġi propost li l-Unjoni tagħmel proposti biex temenda l-Appendiċi I
tal-Konvenzjoni biex iżżid il-protezzjoni tal-ispeċi ta' baleni
tas-subpopolazzjoni Mediterranea Ziphius cavirostris u l-speċi ta'
għasafar Coracias garrulus, matul il-medda migratorja kollha
tagħhom, inkluż barra mill-Unjoni Ewropea, abbażi
tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: (1) l-inklużjoni ta' dawn
l-ispeċijiet hija xjentifikament soda; (2) din l-inklużjoni hija
konsistenti mal-leġiżlazzjoni tal-UE; u (3) l-Unjoni hija impenjata
f'kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tal-bijodiversità. Dawn
il-proposti ma jeħtieġu l-ebda bidla fil-liġi tal-Unjoni,
minħabba li jikkonċernaw speċijiet li diġà jibbenefikaw
minn protezzjoni xierqa mil-liġi tal-Unjoni, inklużi d-Direttivi dwar
l-Għasafar[2]
u dwar il-Ħabitats. [3] 6. Għal din il-laqgħa, qed jiġi
wkoll propost li l-Unjoni tagħmel proposti biex temenda
l-Appendiċi II tal-Konvenzjoni biex iżżid il-protezzjoni
ta' tliet speċijiet ta' pixxivolpi, jiġifieri l-Alopias
superciliosus, l-Alopias vulpinus u l-Alopias pelagicus,
matul il-medda migratorja kollha tagħhom, inkluż barra mill-Unjoni
Ewropea, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: (1)
l-inklużjoni ta' dawn l-ispeċijiet hija xjentifikament soda; (2) din
l-inklużjoni hija konsistenti mal-leġiżlazzjoni tal-UE u (3)
l-Unjoni hija impenjata f'kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni
tal-bijodiversità. Mingħajr ma teħtieġ l-ebda bidla
fil-liġi tal-Unjoni, il-proposta tipprovdi appoġġ addizzjonali
għall-introduzzjoni ta’ ġestjoni kollaborattiva ta’ dawn l-ispeċijiet
permezz tas-CMS innifsu u permezz tal-inklużjoni possibbli tal-ispeċi
fil-Memorandum ta’ Ftehim (MoU) tas-CMS globali dwar il-konservazzjoni
tal-klieb il-baħar migratorji, li tagħha l-Unjoni hija Parti. Se
tikkomplementa u tinkoraġġixxi wkoll sforzi aħjar għall-ġestjoni
tas-sajd fi ħdan Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni
tas-Sajd. 7. Għalhekk huwa meħtieġ li
l-Kunsill jieħu deċiżjoni bl-għan li tkun stabbilta
l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni
fil-kuntest tal-ħdax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet rigward
il-proposti għal emenda; 8. Is-Segretarjat tal-Konvenzjoni,
f'konformità mal-Artikolu XI (3), stabbilixxa d-data
tas-6 ta' Ġunju 2014 bħala l-iskadenza
għall-preżentazzjoni tal-proposti għal emenda. 9. Qabel il-ħdax-il laqgħa
tal-Konferenza tal-Partijiet, is-Segretarjat tal-Konvenzjoni jista' jikkomunika
proposti li jkunu saru minn Partijiet oħrajn sabiex jiġu emendati
l-Appendiċi I u II tal-Konvenzjoni, li jistgħu jirrikjedu
wkoll deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha
tkun adottata f'isem l-Unjoni rigward dawk il-proposti. 2014/0139 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li
għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward
tal-proposti għal emendi tal-Appendiċi tal-Konvenzjoni dwar
il-konservazzjoni tal-ispeċijiet migratorji ta’ annimali
selvaġġi fil-kuntest tal-ħdax-il laqgħa tal-Konferenza
tal-Partijiet IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1)
flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Bħala Parti mill-Konvenzjoni
dwar il-konservazzjoni ta' speċijiet migratorji ta' annimali
selvaġġi ("Il-Konvenzjoni") kif approvat
bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/461/KEE[4],
l-Unjoni tista' tipproponi emendi tal-Appendiċi tal-Konvenzjoni li
jelenkaw l-ispeċijiet li għandhom ikunu kkonservati. (2) Il-Konferenza tal-Partijiet
korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Konvenzjoni u għandha
s-setgħat li tivvaluta l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet
migratorji u, sussegwentement, li temenda l-Appendiċi I u II
tal-Konvenzjoni. (3) Jidher li l-inklużjoni
tal-ispeċijiet Coracias garrulus u s-subpopolazzjoni Mediterranea
tal-ispeċi Ziphius cavirostris fl-Appendiċi I
għandha bażi xjentifka soda f'konformità mal-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni u mal-impenn tal-Unjoni fil-kooperazzjoni internazzjonali
għall-protezzjoni tal-bijodiversità. (4) Jidher li l-inklużjoni
tal-ispeċijiet Alopias superciliosus, Alopias vulpinus u Alopias
pelagicus fl-Appendiċi II għandha bażi xjentifka soda
f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-impenn tal-Unjoni
fil-kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tal-bijodiversità. (5) Fil-kuntest tal-ħdax-il
laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet li se ssir fi Quito (l-Ekwador) mill-4
sad-9 ta' Novembru 2014, l-Unjoni għandha tagħmel
proposti biex temenda l-Appendiċi I biex iżżid
l-ispeċi Coracias garrulus u s-subpopolazzjoni Mediterranea
tal-ispeċi Ziphius cavirostris, u temenda l-Appendiċi II biex
iżżid l-ispeċijiet Alopias superciliosus, Alopias vulpinus u
Alopias pelagicus. (6) Dawn il-proposti se jkunu
kkomunikati lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu Waħdieni Fil-kuntest tal-ħdax-il laqgħa
tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni
tal-ispeċijiet migratorji tal-annimali selvaġġi, il-Kummissjoni
hija b’dan awtorizzata biex tissottometti, f’isem l-Unjoni Ewropea, proposta
għal emenda tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni
ta’ speċijiet migratorji ta’ annimali selvaġġi sabiex jinkludi
l-ispeċijiet Coracias garrulus u s-subpopolazzjoni Mediterranea
tal-ispeċi Ziphius cavirostris u proposta għal emenda
tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni sabiex jinkludi l-ispeċijiet Alopias
superciliosus, Alopias vulpinus u Alopias pelagicus. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawn
il-proposti lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 82/461/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1982, li
tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni ta'
l-ispeċje migratorji tal-annimali selvaġġi, ĠU L 210,
24.6.1982, p. 10. [2] Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE
tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar
selvaġġi, ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. [3] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE
tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat
naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ĠU L 206,
22.7.1992, p. 7. [4] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/461/KEE
tal-24 ta’ Ġunju 1982, li tirrigwarda l-konklużjoni
tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji tal-annimali
selvaġġi, (ĠU L 210, 24.6.1982, p. 10).