This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0208
Proposal for a COUNCIL DECISION on the position to be adopted on behalf of the European Union at the International Maritime Organization during the 93rd session of the Maritime Safety Committee on the adoption of amendments to SOLAS Regulations II-2/1, 2/3, 2/9.7, 2/13.4, 2/18, 2/20-1, 2/29, chapter III, the Life Saving Appliances Code and the 2011 Enhanced Survey Programme Code
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali matul it-93 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima dwar l-adozzjoni tal-emendi tar-Regolamenti SOLAS II-2/1, 2/3, 2/9.7, 2/13.4, 2/18, 2/20-1, 2/29, tal-kapitolu III, tal-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ u tal-Kodiċi tal-Programm Imtejjeb ta' Stħarriġ tal-2011
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali matul it-93 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima dwar l-adozzjoni tal-emendi tar-Regolamenti SOLAS II-2/1, 2/3, 2/9.7, 2/13.4, 2/18, 2/20-1, 2/29, tal-kapitolu III, tal-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ u tal-Kodiċi tal-Programm Imtejjeb ta' Stħarriġ tal-2011
/* COM/2014/0208 final - 2014/0119 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali matul it-93 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima dwar l-adozzjoni tal-emendi tar-Regolamenti SOLAS II-2/1, 2/3, 2/9.7, 2/13.4, 2/18, 2/20-1, 2/29, tal-kapitolu III, tal-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ u tal-Kodiċi tal-Programm Imtejjeb ta' Stħarriġ tal-2011 /* COM/2014/0208 final - 2014/0119 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. INTRODUZZJONI Din il-proposta tal-Kummissjoni
tikkonċerna l-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fit-93 sessjoni
tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-OMI (l-Organizzazzjoni Marittima
Internazzjonali) relatata mas-seba' emendi stabbiliti b'mod individwali
fis-subintestaturi li ġejjin: 1.1. Emendi tar-regolamenti SOLAS
II-2/3 u II-2/9.7 li jikkonċernaw ir-reżistenza għan-nar
tat-tubi ta' vetilazzjoni għal bastimenti ġodda Dawn l-emendi tal-Kapitolu II-2 tal-Konvenzjoni
SOLAS jintroduċu rekwiżiti ġodda għas-sistemi ta'
ventilazzjoni fil-bastimenti. Dawn għandhom l-għan li jikkjarifikaw
ir-rekwiżiti għall-immuntar ta' umidifikaturi tan-nirien u
tad-duħħan u għall-umidifikaturi tan-nirien ikkontrollati
mill-bogħod. Barra minn hekk, żdiedu xi definizzjonijiet ġodda
għall-umidifikaturi tan-nirien u tad-duħħan. Dawn il-bidliet huma stipulati fl-Anness 13
tad-dokument MSC 92/26/Add.1. Il-Paragrafu 8.6 tar-rapport
MSC 92 (MSC 92/26) jindika li dawn l-emendi se jiġu adottati fit-93
sessjoni tal-MSC. 1.2. Emendi tar-regolament SOLAS
II-2/13.4 li jikkonċernaw mezzi addizzjonali ta' evakwazzjoni minn spazji
tal-makkinarju għal bastimenti ġodda tal-passiġġieri u
tal-merkanzija Il-Kapitolu II-2 tal-Konvenzjoni SOLAS jinkludi
rekwiżiti għall-mezzi ta' evakwazzjoni f'każ ta' nirien. Dawn
l-emendi tar-rekwiżiti tas-SOLAS għandhom l-għan li
jiżguraw li s-slielem u t-turġien ta' skalapiżi fl-ispazji
tal-makkinarju li huma parti minn passaġġ tas-salvataġġ u
li ma jinsabux fi spazju magħluq protett, ikunu magħmula mill-azzar.
Barra minn hekk, ġew introdotti rekwiżiti
għall-passaġġi tas-salvataġġ minn bini fejn isir
ix-xogħol fl-ispazji tal-makkinarju. Dawn il-bidliet huma stipulati fl-Anness 13
tad-dokument MSC 92/26/Add.1. Il-Paragrafu 8.17 tar-rapport
MSC 92 (MSC 92/26) jindika li dawn l-emendi se jiġu adottati fit-93
sessjoni tal-MSC. 1.3. Emendi tar-regolament SOLAS
II-2/18 li jikkonċernaw żoni għall-inżul ta'
ħelikopter fuq bastimenti tal-passiġġieri ro-ro għal
bastimenti ġodda Il-Kapitolu II-2 tal-Konvenzjoni SOLAS jinkludi
rekwiżiti għall-faċilitajiet tal-ħelikopter. Dawn l-emendi
tal-Konvenzjoni SOLAS għandhom l-għan li
mit-22 ta' Ġunju 2012 jintroduċu ċ-Ċirkolari
tal-OMI MSC.1/Circ.1431 - Linji gwida għall-approvazzjoni ta' tagħmir
għat-tifi tan-nar bir-ragħwa għall-ħelikopters.
Għaldaqstant, jeħtieġ li s-sistema ta' applikazzjoni
tar-ragħwa tkun f'konformità ma' dawn il-linji gwida. Dawn il-bidliet huma stipulati fl-Anness 13
tad-dokument MSC 92/26/Add.1. Il-Paragrafu 8.30 tar-rapport MSC 92
(MSC 92/26) jindika li dawn l-emendi se jiġu adottati fit-93 sessjoni
tal-MSC. 1.4. Emendi tal-kapitolu III ta'
SOLAS u tar-rekwiżiti assoċjati għar-reviżjoni u
l-manutenzjoni perjodika tad-dgħajjes ta' salvataġġ u
d-dgħajjes ta' emerġenza għall-bastimenti kollha Il-Kapitolu III tal-Konvenzjoni SOLAS jinkludi
rekwiżiti għat-tagħmir ta' salvataġġ. Dawn l-emendi
tal-Konvenzjoni SOLAS għandhom l-għan li jagħmlu obbligatorji
r-reviżjoni u l-manutenzjoni perjodika tad-dgħajjes ta'
salvataġġ u d-dgħajjes ta' emerġenza. Dawn il-bidliet huma stipulati fl-Anness 31
f’MSC 92/26/Add.2. Il-Paragrafu 13.16 tar-rapport MSC 92 (MSC
92/26) jindika li dawn l-emendi se jiġu adottati fit-93 sessjoni tal-MSC. 1.5. Emendi tal-Kodiċi
tat-Tagħmir ta' Salvataġġ (LSA) li jikkonċernaw l-Apparat
tal-Ittestjar ta' Referenza (RTDs) tal-ġgieget ta' salvataġġ -
b'Rakkomandazzjonijiet Riveduti assoċjati dwar l-ittestjar ta'
tagħmir ta' salvataġġ u Linji Gwida għall-ivvalidar
tal-kostruzzjoni ta' apparat tal-ittestjar ta' referenza komplut ta' adult Il-Kodiċi tat-Tagħmir ta'
Salvataġġ tal-OMI (LSA) jinkludi rekwiżiti
għat-tagħmir ta' salvataġġ. Dawn l-emendi tal-Kodiċi
tal-LSA jintroduċu rekwiżiti ġodda għall-Apparat
tal-Ittestjar ta' Referenza tal-ġgieget ta' salvataġġ. Dawn il-bidliet huma stipulati fl-Anness 34
f’MSC 92/26/Add.2. Il-Paragrafu 13.27.1 tar-rapport MSC 92 (MSC
92/26) jindika li dawn l-emendi se jiġu adottati fit-93 sessjoni tal-MSC. 1.6. Emendi tar-regolament SOLAS
II-1/29 li jikkonċernaw ir-rekwiżiti għall-provi tal-apparat ta'
tmexxija Il-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni SOLAS jinkludi
rekwiżiti għall-apparat ta' tmexxija u jistabbilixxi l-mezzi li bihom
tista' tintwera l-konformità. Dawn l-emendi tas-SOLAS jipprovdu mezz
alternattiv biex tintwera l-konformità, meta ma jkunx prattiku li din issir bi
provi fil-baħar bil-bastiment fil-fundar l-aktar profond meta jkun qed
ibaħħar. . Dawn il-bidliet huma stipulati fl-Anness 35
f’MSC 92/26/Add.2. Il-Paragrafu 13.29 tar-rapport MSC 92 (MSC
92/26) jindika li dawn l-emendi se jiġu adottati fit-93 sessjoni tal-MSC. 1.7. Emendi tal-Kodiċi
tal-Programm Imtejjeb ta' Stħarriġ tal-2011 (Enhanced Survey
Programme - ESP), b'mod partikolari biex dan ikun konformi mal-prattiki
tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni/tal-Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti. L-Iskema ta' Valutazzjoni tal-Kondizzjoni
(Condition Assessment Scheme - CAS) tistabbilixxi l-qafas għal spezzjoni
intensifikata ta’ bastimenti aktar qodma. Il-Programm Imtejjeb ta’
Spezzjonijiet matul stħarriġ ta’ Bastimenti ta' Tagħbija bl-Ingrossa
u ta’ Tankers taż-Żejt jew il-Programm Imtejjeb ta’
Stħarriġ (ESP) jispeċifika kif issir l-ispezzjoni intensifikata.
Peress li l-CAS tuża l-ESP biex tikseb l-għan tagħha, il-CAS
tirreferi għall-ESP bħala għodda biex tagħmel dan. Dawn
l-emendi tal-Kodiċi ESP għandhom l-għan li l-ESP jikkonforma
mal-prattiki attwali. Dawn il-bidliet huma stipulati fl-Anness 36
f’MSC 92/26/Add.2. Il-Paragrafu 13.33 tar-rapport MSC 92 (MSC
92/26) jindika li dawn l-emendi se jiġu adottati fit-93 sessjoni tal-MSC. 2. ADOZZJONI TAL-EMENDI TAL-OMI 2.1. Adozzjoni tal-emendi
tar-Regolamenti SOLAS II-2/1, 2/3, 2/9.7, 2/13.4, 2/18, 2/20-1, 2/29,
tal-kapitolu III, tal-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ
u tal-Kodiċi tal-Programm Imtejjeb ta' Stħarriġ tal-2011 Dawn l-emendi ġew approvati waqt
it-92 Sessjoni tal-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima li
saret bejn it-12 u l-21 ta’ Ġunju 2013 u għandhom
jitressqu għall-adozzjoni fit-93 sessjoni ta’ dik il-laqgħa
tal-Kumitat li se ssir bejn l-14 u t-23 ta' Mejju 2014. 2.2. Aċċettazzjoni u
dħul fis-seħħ. Ladarba jiġu approvati u adottati minn dan
il-Kumitat, l-emendi msemmija hawn fuq se jitressqu quddiem il-partijiet
kontraenti rispettivi sabiex dawn jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu
bl-emendi msemmija. 3. LEĠIŻLAZZJONI U
KOMPETENZI RILEVANTI TAL-UE 3.1. Emendi tar-regolamenti SOLAS
II-2/3 u II-2/9.7 li jikkonċernaw ir-reżistenza għan-nar
tat-tubi ta' ventilazzjoni għal bastimenti ġodda L-Unjoni diġà adottat rekwiżiti dwar
il-protezzjoni, id-detezzjoni u t-tifi tan-nar permezz tal-Kapitolu II-2
tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE[1]
dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri.
Ir-Regolament 12 tal-parti A ta' dan il-Kapitolu jistipula rekwiżiti
speċifiċi għat-tubi ta' ventilazzjoni, li huma derivati
mill-istess dispożizzjonijiet SOLAS li issa huma mistennija li jiġu
emendati. Barra minn hekk, ir-Regolament 9 tal-Kapitolu II-2, il-parti B,
tal-Anness imsemmi hawn fuq, jistipula rekwiżiti komprensivi u dettaljati
li jikkonċernaw il-materjali ta' kostruzzjoni li jridu jintużaw
għat-tubi ta' ventilazzjoni f'partijiet differenti tal-bastiment
tal-passiġġieri skont il-klassi tiegħu. Dawn l-emendi
tar-Regolament 9 SOLAS tal-Kapitolu II-2, il-parti C, jibdlu l-paragrafu 7
kollu dwar is-sistemi ta' ventilazzjoni, billi jkopru kemm id-definizzjoni kif
ukoll l-ittestjar għall-penetrazzjonijiet ta' tubi, li jinkludu
arranġamenti speċjali għall-bastimenti tal-passiġġieri
li jġorru aktar minn 36 passiġġier. B'riżultat ta' dan, ir-rekwiżiti
stipulati fid-Direttiva 2009/45/KE dwar it-tubi ta' ventilazzjoni se
jkollhom bżonn li jiġu riveduti sabiex jiġu adottati l-emendi
msemmija hawn fuq. Dan jikkonċerna, pereżempju,
id-dispożizzjonijiet dwar il-penetrazzjoni ta' tubi fil-parti A
tar-Regolament 12 tal-Anness 1 tal-Kapitolu II-2, u s-sistemi ta' ventilazzjoni
għall-bastimenti li jġorru aktar minn 36 passiġġier
fil-parti B tar-Regolament 9. Għalhekk, l-emendi ta' SOLAS li jridu
jiġu adottati jistgħu jaffettwaw ir-rekwiżiti stipulati
fid-Direttiva 2009/45/KE dwar it-tubi ta' ventilazzjoni. 3.2. Emendi tar-regolament SOLAS
II-2/13.4 li jikkonċernaw mezzi addizzjonali ta' evakwazzjoni minn spazji
tal-makkinarju għal bastimenti ġodda tal-passiġġieri u
tal-merkanzija L-Unjoni, permezz tal-Kapitolu II-2
tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE, diġà adottat
rekwiżiti dwar il-mezzi ta' evakwazzjoni minn spazji tal-makkinarju
għal bastimenti tal-passiġġieri, b'mod partikolari
r-Regolament 6 tal-Parti B (Miżuri tas-Sikurezza Kontra n-Nirien) ta'
dan il-kapitolu, li huma derivati mill-istess dispożizzjonijiet SOLAS li
issa huma mistennija li jiġu emendati. B'riżultat ta' dan, ir-rekwiżiti
stipulati fid-Direttiva 2009/45/KE dwar il-mezzi ta' evakwazzjoni, se
jkollhom bżonn li jiġu riveduti sabiex jiġu adottati l-emendi
msemmija hawn fuq, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet
speċifiċi applikabbli għall-gverta tal-paratija u dwar
l-evakwazzjoni mill-kmamar ta' kontroll tal-makkinarju. Għalhekk, l-emendi ta' SOLAS li jridu
jiġu adottati jistgħu jaffettwaw ir-rekwiżiti stipulati
fid-Direttiva 2009/45/KE dwar il-mezzi ta' evakwazzjoni minn spazji
tal-makkinarju għal bastimenti ġodda tal-passiġġieri. 3.3. Emendi tar-regolament SOLAS II-2/18 li jikkonċernaw żoni għall-inżul ta'
ħelikopter fuq bastimenti tal-passiġġieri ro-ro għal
bastimenti ġodda L-Unjoni, permezz tal-Kapitolu II-2 tal-Anness 1
tad-Direttiva 2009/45/KE, diġà adottat rekwiżiti dwar
id-dispożizzjoni ta' żoni għall-inżul ta' ħelikopters.
B'mod partikolari, ir-Regolament 18, il-parti B ta' dan il-kapitolu tistipula
li "vapuri mgħammra bil-pjattaforma għall-ħelikopters
għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament 18 ta’ Parti G
tas-SOLAS il-Kapitolu II-2, kif rivedut fl-1 ta’ Jannar 2003". Dawn
ir-rekwiżiti issa huma mistennija li jiġu emendati. B'riżultat ta' dan, ir-rekwiżiti stipulati
fid-Direttiva 2009/45/KE dwar żoni għall-inżul ta'
ħelikopter fuq bastimenti tal-passiġġieri ro-ro għal
bastimenti ġodda se jkollhom bżonn li jiġu riveduti sabiex
jiġu adottati l-emendi msemmija hawn fuq. Għalhekk, l-emendi ta' SOLAS li jridu
jiġu adottati jistgħu jaffettwaw ir-rekwiżiti stipulati
fid-Direttiva 2009/45/KE dwar iż-żoni għall-inżul ta'
ħelikopters, billi titfassal kwalunkwe reviżjoni ta' dawn ir-regoli. 3.4. Emendi tal-kapitolu III ta'
SOLAS u tar-rekwiżiti assoċjati għar-reviżjoni u l-manutenzjoni
perjodika tad-dgħajjes ta' salvataġġ u d-dgħajjes ta'
emerġenza għall-bastimenti kollha L-Unjoni, permezz tar-Regolament 12 tal-Kapitolu
III tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta'
sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri, diġà adottat
rekwiżiti dwar il-prontezza għat-tħaddim, il-manutenzjoni u
l-ispezzjonijiet tat-tagħmir ta' salvataġġ. Ir-Regolament 12.2
jistipula li "il-manutenzjoni u l-ispezzjonijiet tat-tagħmir
tas-salvataġġ għandhom isiru f’konformità mar-rekwiżiti
tar-Regolament III/20 SOLAS." Għaldaqstant, id-Direttiva
teħtieġ li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta'
SOLAS li issa huma mistennija li jiġu emendati u li kwalunkwe bidla se
jkollha effett dirett fuq il-liġi tal-UE. Għalhekk, l-emenda proposta tad-dispożizzjonijiet
rilevanti ta' SOLAS se taffettwa r-rekwiżiti stipulati
fid-Direttiva 2009/45/KE dwar il-prontezza għat-tħaddim,
il-manutenzjoni u l-ispezzjonijiet tat-tagħmir ta' salvataġġ. 3.5. Emendi tal-Kodiċi
tat-Tagħmir ta' Salvataġġ (LSA) li jikkonċernaw l-Apparat
tal-Ittestjar ta' Referenza (RTDs) tal-ġgieget ta' salvataġġ -
b'Rakkomandazzjonijiet Riveduti assoċjati dwar l-ittestjar ta' tagħmir ta' salvataġġ u Linji Gwida
għall-ivvalidar tal-kostruzzjoni ta' apparat tal-ittestjar ta' referenza komplut
ta' adult L-Unjoni, permezz tal-Kapitolu III tal-Anness 1
tad-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta' sigurtà għal
vapuri tal-passiġġieri, diġà adottat rekwiżiti dwar
it-tagħmir ta' salvataġġ. B'mod partikolari, ir-Regolament 2.2
ta' dan il-kapitolu jindika li dan it-tagħmir kollu "għandu
jikkonforma...mal-Kodiċi LSA". Barra minn hekk, l-Artikolu 5(1)
tad-Direttiva 96/98/KE[2]
dwar it-tagħmir marittimu jistipula li "It-tagħmir
imniżżel fl-Anness A.1 li jitqiegħed abbord bastiment
tal-Komunità ...għandu jħares ir-rekwiżiti applikabbli
tal-istrumenti internazzjonali msemmija f'dan l-Anness". Il-punt
A.1.1.4 fit-tabella tal-Anness A.1, l-istandard applikabbli
għall-ġgieget tas-salvataġġ huwa r-Riżoluzzjoni
tal-OMI MSC 48(66) (il-Kodiċi LSA) u l-istandards ta' ttestjar applikabbli
huma dawk stipulati fir-Riżoluzzjoni tal-OMI A.689(17) kif emendati. Għaldaqstant, iż-żewġ
Direttivi jeħtieġu konformità mad-dispożizzjonijiet ta' SOLAS li
issa huma mistennija li jiġu emendati u li kwalunkwe bidla f'dawn
ir-regoli se jkollha effett dirett fuq il-liġi tal-UE. Għalhekk, l-emendi proposti tal-Kodiċi
LSA se jaffettwaw ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2009/45/KE u
d-Direttiva 96/98/KE. 3.6. Emendi tar-regolament SOLAS
II-1/29 li jikkonċernaw ir-rekwiżiti għall-provi tal-apparat ta'
tmexxija L-Unjoni, permezz tar-Regolamenti 6 u 7
tal-Kapitolu II-1, il-Parti C tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE,
diġà adottat rekwiżiti għall-provi tal-apparat ta' tmexxija, li
huma derivati minn u jirreplikaw l-istess dispożizzjonijiet ta' SOLAS li
issa huma mistennija li jiġu emendati. B'riżultat ta' dan, ir-rekwiżiti
tad-Direttiva 2009/45/KE dwar l-apparat ta' tmexxija prinċipali u
awżiljarji se jkollhom bżonn li jiġu riveduti sabiex jiġu
adottati l-emendi msemmija hawn fuq, filwaqt li jitqiesu
id-dispożizzjonijiet il-ġodda ta' SOLAS. Għalhekk, l-emendi ta' SOLAS li jridu
jiġu adottati jistgħu jaffettwaw ir-rekwiżiti stipulati
fid-Direttiva 2009/45/KE. 3.7. Emendi tal-Kodiċi
tal-Programm Imtejjeb ta' Stħarriġ tal-2011 (ESP), b'mod partikolari
biex dan ikun konformi mal-prattiki tas-soċjetajiet ta'
klassifikazzjoni/tal-Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti. Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012[3] dwar l-introduzzjoni
aċċellerata ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn
ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed għandu
l-għan li jistabbilixxi skema aċċellerata
għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn
ekwivalenti ta’ MARPOL 73/78, kif definiti fl-Artikolu 3 ta’ dan
ir-Regolament, għat-tankers taż-żejt li għandhom buq
wieħed, u li jiġi pprojbit it-trasport lejn u minn portijiet
tal-Istati Membri ta’ żejt tqil f’tankers taż-żejt b’buq wieħed. Dan ir-Regolament jagħmel obbligatorju l-applikazzjoni
ta’ Skema ta' Valutazzjoni tal-Kondizzjoni tal-IMO (CAS) għat-tankers
taż-żejt b’buq wieħed li għandhom aktar minn
ħmistax-il sena. L-Artikolu 5 jeħtieġ li dawn it-tankers
jikkonformaw mal-CAS, li mbagħad hija ddefinita fl-Artikolu 6
bħala l-Iskema ta' Valutazzjoni tal-Kondizzjoni adottata permezz
tar-Riżoluzzjoni MEPC 94(46) tas-27 ta’ April 2001 kif
emendata bir-Riżoluzzjoni MEPC 99(48)
tal-11 ta’ Ottubru 2002 u bir-Riżoluzzjoni
MEPC 112(50) tal-4 ta’ Diċembru 2003. Il-Programm
Imtejjeb ta’ Spezzjonijiet matul stħarriġ ta’ Bastimenti ta'
Tagħbija bl-Ingrossa u ta’ Tankers taż-Żejt jew il-Programm
Imtejjeb ta’ Stħarriġ (ESP) jispeċifika kif issir l-ispezzjoni
intensifikata. Peress li l-CAS tuża l-ESP bħala għodda biex
tikseb l-għan tagħha, kwalunkwe bidla fl-ispezzjonijiet ESP se tkun
applikabbli direttament u awtomatikament permezz tar-Regolament (UE)
Nru 530/2012. Għaldaqstant, l-emendi li jridu jiġu
adottati f'MSC 93, li jintroduċu bidliet fil-Kodiċi ESP, se
jaffettwaw il-liġi tal-UE, permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE)
Nru 530/2012. 3.8. Sommarju Fid-dawl tal-leġiżlazzjoni rilevanti
tal-UE ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-adozzjoni tas-seba' emendi
msemmija hawn fuq u li mistennija jiġu adottati fit-93 sessjoni
tal-MSC jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-UE, li
l-Unjoni kisbet permezz tal-Artikolu 3(2) tat-TFUE, sakemm l-adozzjoni
tal-istrumenti internazzjonali kkonċernati tista' taffettwa r-regoli
komuni jew tibdel l-iskop tagħhom. B'konsistenza ma’ ġurisprudenza konsolidata
b’mod tajjeb, anke jekk l-Unjoni mhijiex membru tal-IMO, l-Istati Membri
mhumiex awtorizzati li jieħdu obbligi li x’aktarx se jaffettwaw regoli
tal-UE li ġew adottati għall-ksib tal-għanijiet tat-Trattati,
sakemm dawn ma jkunux awtorizzati li jagħmlu dan permezz ta’
Deċiżjoni tal-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni. 4. KONKLUŻJONI Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha
tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi msemmija
fil-paragrafi 1.1 sa 1.7 ta' hawn fuq u li għandhom jiġu adottati
fit-93 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima rispettivament. 2014/0119 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid tiġi
adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali
matul it-93 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima dwar l-adozzjoni
tal-emendi tar-Regolamenti SOLAS II-2/1, 2/3, 2/9.7, 2/13.4, 2/18, 2/20-1,
2/29, tal-kapitolu III, tal-Kodiċi tat-Tagħmir ta'
Salvataġġ u tal-Kodiċi tal-Programm Imtejjeb ta'
Stħarriġ tal-2011 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) u
l-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) L-azzjoni mill-Unjoni Ewropea
fis-settur tat-trasport marittimu għandu jkollha l-għan li ttejjeb
is-sikurezza marittima. (2) Waqt it-92 sessjoni
tal-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima (MSC) tal-OMI ġew
approvat emendi tar-Regolamenti SOLAS II-2/1, 2/3 2/9.7, 2/13.4, 2/18, 2/20-1,
2/29, tal-Kapitolu III, tal-Kodiċi tat-Tagħmir ta'
Salvataġġ u tal-Kodiċi tal-Programm Imtejjeb ta'
Stħarriġ tal-2011. Dawk l-emendi huma mistennija li jiġu
adottati fit-93 sessjoni tal-MSC, li se ssir f’Mejju 2014. (3) L-emendi tar-regolamenti
SOLAS II-2/3 u II-2/9.7 li jikkonċernaw ir-reżistenza għan-nar
tat-tubi ta' ventilazzjoni għal bastimenti ġodda se jintroduċu
rekwiżiti ġodda għas-sistemi ta' ventilazzjoni fil-bastimenti,
inklużi dawk il-bastimenti tal-passiġġieri li jġorru aktar
minn 36 passiġġier. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 12,
il-Parti A u tar-Regolament 9, il-Parti B tal-Kapitolu II-2 tal-Anness 1
tad-Direttiva 2009/45/KE[4]
dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri
dwar dispożizzjonijiet għall-penetrazzjoni tat-tubi ta' ventilazzjoni
u dwar is-sistemi ta' ventilazzjoni għal bastimenti li jġorru aktar
minn 36 passiġġier ikopru dawn il-kwistjonijiet u huma derivati
minn dawn id-dispożizzjonijiet SOLAS li issa huma mistennija li jiġu
emendati. (4) L-emendi tar-Regolament SOLAS
II-2/13.4 se jintroduċu mezzi addizzjonali ta' evakwazzjoni minn spazji
tal-makkinarju għal bastimenti ġodda tal-passiġġieri u
tal-merkanzija. Id-dispożizzjonijeit tar-Regolament 6, il-Parti B, il-Kapitolu
II-2 tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE (Mezzi ta' evakwazzjoni) ikopru
dawn il-kwistjonijiet u huma derivati mid-dispożizzjonijiet SOLAS li issa
huma mistennija li jiġu emendati. (5) L-emendi tar-Regolament SOLAS
II-2/18 li jikkonċernaw żoni għall-inżul ta'
ħelikopter fuq bastimenti tal-passiġġieri ro-ro għal
bastimenti ġodda se jinkludu rekwiżit għal sistemi ta'
applikazzjoni tat-tifi tan-nar bir-ragħwa li jkunu konformi
maċ-Ċirkolari tal-OMI MSC.1/Circ.1431
tat-22 ta' Ġunju 2012 dwar Linji Gwida
għall-approvazzjoni ta' tagħmir għat-tifi tan-nar
bir-ragħwa għall-ħelikopters. Ir-Regolament 18, il-Parti B,
il-Kapitolu II-2 tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE jistipula li
bastimenti mgħammra bil-pjattaforma għall-ħelikopters
għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-regolament SOLAS kif rivedut
fl-1 ta’ Jannar 2003 li issa huma mistennija li jiġu
emendati. (6) L-emendi tal-kapitolu III ta'
SOLAS, ir-Regolament 20 u r-rekwiżiti assoċjati
għar-reviżjoni u l-manutenzjoni perjodika tad-dgħajjes ta' salvataġġ
u d-dgħajjes ta' emerġenza għall-bastimenti kollha għandhom
l-għan li jagħmlu dawn ir-rekwiżiti ddettaljati obbligatorji.
Il-Kapitolu III tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE jistipula li l-manutenzjoni
u l-ispezzjonijiet tat-tagħmir ta' salvataġġ iridu jitwettqu
f'konformità mal-istess rekwiżiti tar-Regolament III/20 SOLAS, li issa
huma mistennija li jiġu emendati. (7) L-emendi
għall-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ (LSA) li
jikkonċernaw l-Apparat tal-Ittestjar ta' Referenza (RTDs) tal-ġgieget
ta' salvataġġ se jintroduċu rekwiżiti ġodda
għall-RTDs. Ir-Regolament 2.2 tal-Kapitolu III
tad-Direttiva 2009/45/KE jindika li dan it-tagħmir kollu ta'
salvataġġ jikkonforma mal-Kodiċi LSA. Barra minn hekk,
l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 96/98/KE[5]
dwar it-tagħmir marittimu jistipula li t-tagħmir imniżżel
fl-Anness A.1 tiegħu u li jitqiegħed abbord bastiment tal-Komunità
għandu jħares ir-rekwiżiti applikabbli tal-istrumenti
internazzjonali msemmija f'dak l-Anness. Fit-tabella tal-Anness A.1,
l-annotazzjoni A.1.1.4, l-istandard applikabbli għall-ġgieget
tas-salvataġġ huwa r-Riżoluzzjoni tal-OMI MSC 48(66) -
il-Kodiċi LSA, li issa huwa mistenni li jiġi emendat. (8) L-emendi tar-regolament SOLAS
II-1/29 jikkonċernaw ir-rekwiżiti għall-provi tal-apparat ta'
tmexxija se jintroduċu aktar rekwiżiti biex juru konformità matul
il-provi fil-baħar. Ir-Regolamenti 6 u 7, il-Parti C, il-Kapitolu II-1
tal-Anness 1 tad-Direttiva 2009/45/KE huma derivati minn u jirreplikaw
l-istess dispożizzjonijiet ta' SOLAS fil-Kapitolu II-1, il-Parti C
tar-Regolament 29 dwar ir-rekwiżiti għall-apparat ta' tmexxija
prinċipali u awżiljarji li issa huma mistennija li jiġu
emendati. (9) L-emendi tal-Kodiċi
tal-Programm Imtejjeb ta' Stħarriġ tal-2011 (ESP) jikkonformaw
mal-prattiki tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni. L-Artikoli 5 u 6
tar-Regolament (UE) Nru 530/2012[6]
dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju
jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq
wieħed jagħmlu obbligatorja l-applikazzjoni tal-Iskema ta' Valutazzjoni
tal-Kondizzjoni tal-OMI (CAS) għat-tankers taż-żejt b’buq
wieħed li għandhom aktar minn ħmistax-il sena. Il-Programm
Imtejjeb ta’ Spezzjonijiet matul stħarriġ ta’ Bastimenti ta'
Tagħbija bl-Ingrossa u ta’ Tankers taż-Żejt jew il-Programm
Imtejjeb ta’ Stħarriġ (ESP) jispeċifika kif issir l-ispezzjoni
intensifikata. Peress li l-CAS tuża l-ESP bħala għodda biex
tikseb l-għan tagħha, kwalunkwe bidla fl-ispezzjonijiet ESP se tkun
applikabbli awtomatikament permezz tar-Regolament (UE) Nru 530/2012. (10) L-Unjoni la hija Membru
tal-OMI u lanqas parti kontraenti għall-konvenzjonijiet u
l-kodiċijiet konċernati. Huwa għalhekk meħtieġ li
l-Kunsill jawtorizza lill-Istati Membri biex jesprimu l-pożizzjoni
tal-Unjoni u biex jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu b’dawn l-emendi. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Il-pożizzjoni tal-Unjoni
fit-93 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-OMI għandha
tkun li taqbel mal-adozzjoni tal-emendi tar-Regolamenti II-2/3, 2/9.7, 2/13.4 u
2/18 SOLAS kif stipulati fl-Anness 13 tad-dokument tal-OMI MSC 92/26.Add.1 u
mal-adozzjoni tal-emendi tar-Regolamenti SOLAS II-2/20-1 u 2/29, tal-kapitolu
III, tal-Kodiċi tat-Tagħmir ta' Salvataġġ u tal-Kodiċi
tal-Programm Imtejjeb ta' Stħarriġ tal-2011 kif stipulati fl-Annessi
31, 34, 35 u 36 rispettivament tad-dokument tal-OMI MSC 92/26/Add.2. 2. Il-pożizzjoni tal-Unjoni
kif stipulata fil-paragrafu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati
Membri li huma membri tal-OMI, billi jaġixxu b’mod konġunt
fl-interess tal-Unjoni. 3. Jista’ jsir qbil dwar bidliet
formali u minuri għal din il-pożizzjoni mingħajr ma jkun hemm
bżonn li tiġi emendata dik il-pożizzjoni. Artikolu 2 L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati li
jagħtu l-kunsens tagħhom li jintrabtu, fl-interess tal-Unjoni,
bl-emendi msemmija fl-Artikolu 1(2). Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1 [2] ĠU L 46, 17.2.97, p.25 [3] ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3 [4] ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1 [5] ĠU L 46, 17.2.97, p.25 [6] ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3