This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0054
Proposal for a COUNCIL IMPLEMENTING DECISION approving the update of the macroeconomic adjustment programme of Portugal
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li tapprova l-aġġornament tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Portugall
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li tapprova l-aġġornament tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Portugall
/* COM/2014/054 final - 2014/0027 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li tapprova l-aġġornament tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Portugall /* COM/2014/054 final - 2014/0027 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Fuq talba
tal-Portugall, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lill-Portugall
fis-17 ta' Mejju 2011 (Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni
tal-Kunsill 2011/344/UE) bħala sostenn għal programm ta' riforma
ekonomika ambizzjuż bil-għan li terġa' tinkiseb il-fiduċja,
li jiġi faċilitat ir-ritorn tal-ekonomija lejn tkabbir sostenibbli u
li tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja fil-Portugall,
fiż-żona tal-euro u fl-UE. F'konformità mal-Artikolu 3(10)
tad-Deċiżjoni 2011/344/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond
Monetarju Internazzjonali (FMI) u f'kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali
Ewropew (BĊE), wettqet l-għaxar rieżami biex tivvaluta
l-progress li sar fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma kif ukoll
l-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. Filwaqt li qieset l-informazzjoni li waslet
sadanittant, permezz tal-proposta [daħħal ir-referenza],
il-Kummissjoni pproponiet li tiġi emendata
d-Deċiżjoni 2011/344/UE. Hija meħtieġa deċiżjoni
addizzjonali, wara d-dħul fis-seħħ tat-“two-pack”
(speċifikament, ir-Regolament (UE) Nru 472/2013) li tiddixxiplina
wkoll kif għandha tiġi modifikata l-kundizzjonalità politika li
ssostni programm ta’ aġġustament ekonomiku. Ir-Regolament (UE)
Nru 472/2013, sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu,
japplika għall-programmi eżistenti ta’ aġġustament
makroekonomiku li qegħdin fis-seħħ u li, konsegwentement,
jirrikjedu li jsiru l-aġġustamenti skont il-proċedura
tal-Artikolu 7(5). 2014/0027 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li tapprova l-aġġornament
tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Portugall IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament (UE)
Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza
ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li
jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà
finanzjarja tagħhom[1],
u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Ir-Regolament (UE)
Nru 472/2013 japplika għal Stati Membri li, fil-mument tad-dħul
fis-seħħ tiegħu, diġà jkunu qed jirċievu assistenza
finanzjarja, inkluż mill-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabilizzazzjoni
finanzjarja (EFSM) u/jew il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja
(EFSF). (2) Ir-Regolament (UE)
Nru 472/2013 jistabbilixxi r-regoli għall-approvazzjoni ta’ programmi
ta’ aġġustament makroekonomiku għall-Istati Membri li
jirċievu tali għajnuna finanzjarja, li jeħtieġ li jiġu
applikati flimkien mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE)
Nru 407/2010[2]
li jistabbilixxi l-EFSM meta l-Istat Membru kkonċernat jirċievi
assistenza kemm mill-EFSM kif ukoll minn sorsi oħra. (3) Il-Portugall ingħata
assistenza finanzjarja kemm mill-EFSM, permezz tad-Deċiżjoni ta’
Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE[3],
kif ukoll mill-EFSF. (4) Għal raġunijiet ta’
konsistenza, l-approvazzjoni tal-aġġornament tal-programm ta’
aġġustament makroekonomiku għall-Portugall, skont ir-Regolament
(UE) Nru 472/2013, għandha ssir b’referenza
għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni
2011/344/UE. (5) F’konformità mal-Artikolu 3(10)
tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE, il-Kummissjoni,
flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew,
wettqet l-għaxar rieżami biex tivvaluta l-progress li sar
mill-awtoritajiet Portugiżi fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri
miftiehma skont il-programm ta' aġġustament makroekonomiku, kif ukoll
l-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. Bħala
konsegwenza ta’ dan ir-rieżami, jeħtieġ li jsiru xi bidliet
fil-programm ta’ aġġustament makroekonomiku eżistenti. (6) Dawn il-bidliet huma
stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni ta’
Implimentazzjoni 2011/344/UE, kif emendata mid-Deċiżjoni ta’
Implimentazzjoni tal-Kunsill [daħħal ir-referenza] ta’
[daħħal id-data/daħħal ir-referenza], ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-miżuri stipulati fl-Artikolu 3(8)
u (9) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE li għandhom
jittieħdu mill-Portugall bħala parti mill-programm ta’
aġġustament makroekonomiku tiegħu, huma b’dan approvati. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Portugall. Artikolu 3 Din
id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1. [2] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010
tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew
ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1). [3] Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill
2011/344/UE tas-17 ta’ Mejju 2011 dwar l-għoti ta’
assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (ĠU L 159,
17.6.2011, p. 88).