This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0032
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Regulation (EU) No 1308/2013 and Regulation (EU) No 1306/2013 as regards the aid scheme for the supply of fruit and vegetables, bananas and milk in the educational establishments
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi
/* COM/2014/032 final - 2014/0014 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi /* COM/2014/032 final - 2014/0014 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Kuntest ġenerali Ir-Regolament (UE)
Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Regolament dwar
l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Unika)[1]
jipprevedi qafas legali u finanzjarju li jirregola d-distribuzzjoni ta’
prodotti agrikoli magħżulin lit-tfal fl-iskejjel permezz tal-Iskema
tal-Ħalib għall-Iskejjel u l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel. Iż-żewġ skemi ġew
żviluppati b’mod indipendenti u f’perjodi ta’ żmien differenti.
L-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel tmur lura għall-ħolqien
tal-Organizzazzjoni tas-Suq Komuni għall-ħalib fl-1968 u
effettivament ilha implimentata mill-1977. L-Iskema
tal-Frott għall-Iskejjel hija programm iktar riċenti li oriġina
bħala impenn politiku fil-kuntest tar-riforma tal-2007 tal-Organizzazzjoni
tas-Suq Komuni għall-frott u l-ħaxix. L-iskemi attwali joperaw
f’oqsma legali u finanzjarji differenti, u għandhom xi differenzi
importanti fit-tfassil u l-funzjonament tagħhom. Iż-żewġ skemi
għall-iskejjel kienu stabbiliti sabiex jippromwovu l-konsum tal-frott u
l-ħxejjex u l-prodotti tal-ħabib, li huma setturi importanti
għall-agrikoltura Ewropea, b’kull wieħed minnhom li
jirrappreżenta madwar 15 % tal-valur tal-produzzjoni agrikola
tal-Unjoni Ewropea (UE). Minbarra l-importanza ekonomika
tagħhom, huma ta’ benefiċċju fil-kuntest tas-saħħa
pubblika u huma xierqa għad-distribuzzjoni lit-tfal tal-iskejjel. Ir-raġunament li
wassal għall-istabbiliment taż-żewġ skemi tal-iskejjel
għadu rilevanti fil-kuntest attwali tal-konsum li qiegħed jonqos ta’
frott u ħaxix u prodotti tal-ħalib. Minkejja d-diversi sforzi
għall-promozzjoni tas-saħħa u l-agrikoltura, kemm fil-livell
nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE biex jiżdied il-konsum, ix-xejriet
ta’ tnaqqis baqgħu kif kienu, b’mod partikolari għall-frott u
l-ħaxix frisk u l-ħalib tax-xorb. Din is-sitwazzjoni hija aggravata
fost l-oħrajn mix-xejriet ta’ konsum moderni lejn ikel ipproċessat
ħafna li spiss ikollu livell għoli ta’ zokkor, melħ u xaħam
miżjud, u li jissaħħu mill-gruppi ta’ età iżgħar. Minkejja l-inkorporazzjoni
pożittiva tal-iskemi attwali fl-iskejjel u l-għarfien tar-rilevanza
tagħhom, il-konklużjonijiet meħuda minn rapporti differenti u
evalwazzjonijiet esterni jixħtu dawl fuq ċerti nuqqasijiet fit-tifsila
tagħhom u ineffiċjenzi fil-funzjonament tagħhom. Il-PAK 2020 diġà
fiha elementi importanti li huma mistennija li jsolvu xi wħud
mill-problemi identifikati, b’mod partikolari permezz ta’ bidliet sinifikanti
fil-finanzjament tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u t-tisħiħ
tad-dimensjoni edukattiva tagħha. Ir-rekwiżit il-ġdid taħt
l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel li l-Istati Membri
parteċipanti għandhom ifasslu strateġija ser jgħin jiffoka
l-implimentazzjoni tal-iskema, bħalma huwa diġà l-każ
għall-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel. Madankollu, il-proposta
tal-PAK 2020 tal-Kummissjoni ġiet adottata qabel ma
l-evalwazzjonijiet esterni tal-iskemi attwali ġew iffinalizzati u
ppreċediet ukoll ir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn ’il
quddiem il-QEA). Objettivi
tal-proposta Il-proposta mhux biss għandha l-għan
li tindirizza l-problemi endoġeni inerenti għall-funzjonament
tal-iskemi sabiex iżżid l-effiċjenza u l-effikaċja
tagħhom, iżda għandha wkoll l-għan li tipprovdi rispons
politiku aktar magħqud biex tiżgura li jkunu jistgħu jissodisfaw
l-objettivi fuq żmien twil u jwieġbu b’mod effettiv għall-isfidi
esterni. Dan huwa konformi mar-rakkomandazzjoni
tal-QEA li “għandu jkun hemm aktar koordinazzjoni u sinerġija bejn
iż-żewġ skemi sabiex jiġi żgurat approċċ
globalment konsistenti ta’ nutrizzjoni u li l-programmi jiġu ġestiti
b’mod effiċjenti”. B’din il-proposta, il-Kummissjoni twieġeb ukoll
għall-obbligu ta’ rapportar li joriġina mill-Artikolu 225(c)
tar-Regolament li jikkonċerna l-possibbiltà li jiġi estiż
il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskemi għall-iskejjel biex jinkludu
ż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ li
jittiekel. L-ewwel nett, il-proposta għandha
l-għan li tiffoka mill-ġdid il-konfigurazzjoni attwali lejn
l-objettivi fuq żmien twil, bil-għan li ssaħħaħ
id-dimensjonijiet edukattivi taż-żewġ skemi, u biex
tikkontribwixxi biex tqarreb mill-ġdid liċ-ċittadini
żgħażagħ u l-ikel u s-sorsi tiegħu, u b’hekk
issaħħaħ il-perċezzjonijiet tal-agrikoltura u l-prodotti
tagħha, il-PAK u l-UE. Bħalissa, hemm
diskrepanza bejn it-tfassil tal-iskemi u dawn l-objettivi, peress li dawn
tal-aħħar huma indirizzat b’mod differenti fiż-żewġ
skemi. Id-dimensjoni edukattiva kienet inkorporata fl-Iskema tal-Frott
għall-Iskejjel sa mill-bidu nett, filwaqt li l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel
ma tobbligax lill-Istati Membri jużaw miżuri edukattivi
speċifiċi, u dan jagħmel ir-rabta bejn il-prodotti distribwiti u
l-iskema waħda batuta. Barra minn hekk, is-sistema ta’ evalwazzjoni u
monitoraġġ tal-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel hija
dgħajfa, filwaqt li s-sistema tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel
teħtieġ titjib, li huwa importanti biex titkejjel l-effikaċja
tagħhom għal żmien medju sa twil. It-tieni nett, il-mira hija li jingħaqdu
u jiġu kkonsolidati l-oqsfa legali u finanzjarji separati attwali u
tiżdied il-viżibbiltà tal-intervent tal-UE, sabiex jiġi
żgurat approċċ tal-PAK globalment konsistenti
għad-distribuzzjoni fl-iskejjel u tiġi massimizzata l-effiċjenza
fil-ġestjoni. Peress li l-iskemi attwali
ġew żviluppati indipendentement u f’perjodi taż-żmien
differenti, hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni u konsistenza bejniethom, minkejja
li għandhom objettivi u gruppi fil-mira simili. Is-sistema frammentata
attwali tinvolvi numru kbir ta’ approċċi u messaġġi
differenti, li jistgħu jħallu impatt negattiv fuq l-effettività
tar-reġim kollu kemm hu. Din il-problema toriġina mill-oqsfa legali u
finanzjarji differenti, id-differenzi fis-suq bejn il-prodotti involuti u
d-deċiżjonijiet fil-livell tal-Istati Membri dwar kif għandhom
jiġu implimentati ż-żewġ skemi. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas,
hemm ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa ddedikata
għall-promozzjoni tal-konsum tal-prodotti agrikoli fl-iskejjel, fejn
il-potenzjal finanzjarju tal-iskemi jkun immirat aħjar biex jimmassimizza
l-impatt tagħhom u l-infiq effettiv tad-distribuzzjoni jiżdied. Uħud min-nuqqasijiet attwali huma komuni (bħal
piż amministrattiv u organizzazzjonali qawwi), filwaqt li oħrajn huma
speċifiċi għall-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel (b’mod
partikolari s-sottoeżekuzzjoni ta’ madwar 30 % tal-potenzjal
tagħha kif ukoll disparitajiet kbar fl-ispejjeż għall-prodotti
involuti fid-distribuzzjoni) jew għall-Iskema tal-Ħalib
għall-Iskejjel (effett deadweight potenzjali, proporzjon
kostijiet-benefiċċji baxx). 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Ir-reviżjoni tal-iskemi
għall-iskejjel bdiet f’Ottubru 2012. Matul il-proċess ta’ Valutazzjoni
tal-Impatt, twettqet konsultazzjoni pubblika, li stiednet lill-partijiet
interessanti sabiex jikkontribwixxu fir-reviżjoni. Il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika kien imsejjes fuq dokument
ta’ konsultazzjoni li kien strutturat fuq 9 mistoqsijiet miftuħa.
Il-konsultazzjoni damet għaddejja għal 12-il ġimgha u
twettqet fuq il-bażi ta’ kwestjonarju online. Barra minn hekk, ġew
organizzati laqgħat u seduti separati matul il-proċess, inkluża
l-laqgħa tal-partijiet interessati fil-15 ta’ Marzu 2013. It-tliet xenarji żviluppati
fil-Valutazzjoni tal-Impatt huma 1) l-għażla “status quo” li
żżomm l-oqfsa separati għad-distribuzzjoni fl-iskejjel iżda
tintegra t-titjib li sar fl-iskemi tal-iskejjel mill-PAK 2020; 2) xenarju
ta’ “aġġustament” li jesplora jekk l-objettivi tar-reviżjoni
jistgħux jintlaħqu fil-konfigurazzjoni separata attwali iżda
permezz tal-miżuri/bidliet li għandhom l-għan li jimlew il-vojt
fid-dimensjonijiet edukattivi tal-iskemi attwali, li jżidu
s-sinerġiji bejn iż-żewġ skemi, li jtejbu u jissimplifikaw
aktar il-programmi lil hinn mill-PAK 2020; u 3) xenarju ta’ “qafas
ġdid” li jinvolvi bidla politika konsiderevoli fl-għamla tal-qafas
legali u finanzjarju għad-distribuzzjoni ta’ numru ristrett ta’ prodotti,
flimkien mal-orjentazzjoni lejn l-objettivi fuq żmien twil permezz
tad-dimensjoni edukattiva msaħħa tal-iskema. Fuq il-bażi tal-evalwazzjonijiet
tal-oqsfa politiċi attwali u l-analiżi tal-isfidi u
l-ħtiġijiet tal-ġejjieni, il-valutazzjoni tal-impatt tevalwa u
tqabbel l-impatti ta’ dawn it-tliet xenarji politiċi alternattivi meta
mqabbla mal-potenzjal tagħhom li jilħqu dawn l-objettivi, u f’termini
ta’ effikaċja, effiċjenza u koerenza tal-objettivi ġenerali: –
Ix-xenarju status quo, bi skema
msaħħa ta’ Frott għall-Iskejjel, ikompli jaggrava d-diskrepanzi
eżistenti fid-dimensjoni edukattiva bejn l-Iskema tal-Frott
għall-Iskejjel u l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel u ma jrendix
wisq f’termini tal-effiċjenza tal-ġestjoni. Jagħti
ukoll kontribut limitat fil-forniment ta’ intervent uniformi u viżibbli
tal-UE. Filwaqt li huwa newtrali f’termini tal-baġit, jinkludi ċerta
inċertezza baġitarja mingħajr ebda limitazzjoni fuq
il-finanzjament tal-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel. Iżomm
il-livell għoli ta’ piż amministrattiv meta mqabbel
mal-benefiċċji (proporzjon kostijiet-benefiċċji baxx),
varjazzjonijiet qawwija fl-effiċjenza minħabba disparitajiet
għolja fl-ispejjeż ta’ produzzjoni għall-Iskema tal-Frott
għall-Iskejjel u effett deadweight potenzjali issoktat fl-Iskema
tal-Ħalib għall-Iskejjel. Hemm dubju jekk din l-għażla
tistax tipprovdi rispons xieraq għal uħud mill-isfidi li qegħdin
ifeġġu b’rabta mal-mudelli ta’ konsum u domanda għall-prodotti
agrikoli friski. Din tqieset bħal kontribuzzjoni limitata
għall-objettivi orizzontali ta’ regolamentazzjoni u simplifikazzjoni
aħjar, filwaqt li għandha valur aħjar bil-potenzjal tagħha
fil-kontribuzzjoni għall-objettivi tas-saħħa pubblika biex
jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa permezz tal-istrateġiji u
l-immirar. –
Min-naħa l-oħra, l-impatti ewlenin li
joriġinaw mill-għażla ta’ aġġustament huma mistennija
li jiġu permezz tat-tisħiħ tad-dimensjoni edukattiva u
s-sinerġiji tal-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel
fl-implimentazzjoni taż-żewġ skemi, filwaqt li jinżamm
l-issettjar separat attwali. Dan jipprovdi
kontribuzzjoni aħjar għall-objettivi fuq żmien twil biex
tiżdied b’mod sostenibbli d-domanda għal dawn il-prodotti agrikoli u
t-tiswir ta’ drawwiet ta’ dieta aktar sani. Hija pożittiva fir-rigward
tas-sinerġiji miżjuda iżda dawn huma limitati minħabba
arranġamenti finanzjarji differenti bejn l-iskemi. Piż amministrattiv
aktar baxx iġib miegħu aktar benefiċċji, kumplessità aktar
baxxa permezz ta’ sinerġiji u proċeduri komuni. –
L-għażla ta’ qafas ġdid tmexxi
l-fokus tar-reġim attwali tal-iskejjel lejn struttura b’miżuri li
jissodisfaw aħjar l-objettivi fuq żmien twil tal-iskemi u telimina
d-diskrepanzi fit-tfassil li jeżistu attwalment bejn
iż-żewġ skemi. Barra minn hekk,
tagħti aktar flessibbiltà lill-Istati Membri biex jimmaniġġjaw
il-programm tal-iskejjel u jiffokaw l-azzjonijiet tagħhom fuq il-bażi
tal-ħtiġijiet ta’ prijorità, bi flessibbiltà baġitarja
meħtieġa biex ikunu jistgħu joperaw bejn drittijiet finanzjarji
differenti u jwieġbu għas-sitwazzjonijiet li dejjem jinbidlu. Barra
minn hekk, hija mfassla biex tagħti l-akbar impatt fl-intervent
fl-iskejjel fi ħdan baġit fiss. Telimina l-inċertezzi marbuta
mal-baġit tal-UE, peress li tistabbilixxi limitu annwali fiss
għall-intervent fl-iskejjel, li tirrifletti l-potenzjal ta’ assorbiment
(PAK 2020) attwali. B’arranġamenti u kundizzjonijiet finanzjarji
mtejba għall-parteċipazzjoni, il-potenzjal eżistenti jista’
jintuża b’mod aktar effiċjenti. Fuq il-bażi ta’ dan, il-Valutazzjoni
tal-Impatt tikkonkludi li x-xenarju tal-”qafas il-ġdid” huwa l-aktar
wieħed ibbilanċjat għall-fokus mill-ġdid b’mod progressiv
tar-reġim ta’ skemi għall-iskejjel lejn miri fuq żmien twil, u
dan jippermettilhom li jwieġbu aħjar għall-problemi
ġenerali tal-konsum li dejjem qed jonqos ta’ frott u ħaxix u
tal-ħalib u ż-żieda fl-obesità, u jistabbilixxi rabta importanti
mal-agrikoltura u firxa tal-prodotti tagħha. Is-simplifikazzjoni kienet kunsiderazzjoni
importanti matul il-proċess kollu u għandha tittejjeb b’diversi modi,
li l-biċċa l-kbira tagħhom ser jiġu b’mod partikolari
permezz tas-simplifikazzjoni fuq il-bażi tal-atti tal-Kummissjoni fejn
ċerti rekwiżiti ser jingħaqdu flimkien jew jitneħħew. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Huwa propost li jiġi stabbilit qafas
legali u finanzjarju komuni għad-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix u
l-ħalib lit-tfal fl-iskejjel, appoġġjat minn miżuri
edukattivi msaħħa biex tiġi affermata mill-ġdid ir-rabta
mal-agrikoltura u varjetà mill-prodotti tagħha, kif ukoll kwistjonijiet
usa’ bħal kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa pubblika. Il-qafas il-ġdid ikun newtrali f’termini
tal-baġit u jopera fi ħdan il-baġit previst għall-iskemi
tal-iskejjel taħt il-PAK 2020. L-istruttura tal-iskema l-ġdida
hija mibnija prinċipalment fuq l-elementi eżistenti
taż-żewġ skemi li huma kkunsidrati bħala li jiffunzjonaw
sew u b’mod effiċjenti. Il-proposta hija msejsa fuq l-Artikoli 42
u 43(2) tat-Trattat. Tikkonforma mal-prinċipji
ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità hekk kif il-qafas għall-azzjoni u
l-prinċipji bażiċi huma stabbiliti fil-livell tal-UE, filwaqt li
l-Istati Membri għad għandhom il-libertà li jfasslu l-iskema fuq
il-bażi tal-prijoritajiet tagħhom u f’konformità mal-ispeċifiċitajiet
nazzjonali/reġjonali, u biex jistabbilixxu l-miri u l-modalitajiet ta’
implimentazzjoni tagħhom. L-elementi ewlenin tal-proposta l-ġdida
huma dawn li ġejjin: –
Fokus mill-ġdid tad-distribuzzjoni: huwa
propost li d-distribuzzjoni tiġi ffokata fuq il-prodotti fl-iskejjel
għal żewġ “prodotti ewlenin”: il-frott u l-ħaxix frisk
(inkluża l-banana) u l-ħalib tax-xorb biss, bil-kontenut ta’
xaħam tal-ħalib tax-xorb li għandu jiġi deċiż
mill-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa. Dan
il-fokus ser ikun ta’ benefiċċju għal bosta raġunijiet,
speċjalment peress li d-distribuzzjoni ssir fi ħdan baġit fiss,
inaqqas il-piż organizzazzjonali għall-iskejjel, u huwa konformi
mal-ħtieġa ta’ għajnuna biex jinqelbu x-xejriet ta’ tnaqqis
fil-konsum għal dawn iż-żewġ tipi ta’ prodotti. Barra minn
hekk, dan ikun konformi mal-prattika globali, peress li l-frott u l-ħaxix
u l-ħalib tax-xorb huma l-prodotti l-aktar distribwiti taħt l-iskemi
attwali. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jinkludi wkoll varjetà usa’
ta’ prodotti agrikoli fil-qafas tal-miżuri edukattivi tematiċi. –
Unifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet
finanzjarji u titjib tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament sabiex tiżdied
l-effiċjenza fl-infiq: –
Fid-dawl tad-differenzi bejn il-prodotti u
l-ktajjen tal-provvista tagħhom, kif ukoll is-sitwazzjoni ta’ konsum
differenti madwar l-Istati Membri, jiġu allokati “pakketti” separati
lill-Istati Membri għall-frott u l-ħaxix (inkluża l-banana) u
l-ħalib. Pakkett għall-frott u l-ħaxix
f’konformità mal-baġit tal-PAK 2020 (EUR 150 miljun) u
pakkett għall-ħalib li jikkorrispondi għall-użu previst
mill-fondi (EUR 80 miljun). Tiġi prevista ċerta
flessibbiltà, li biha l-Istati Membri jkunu jistgħu jittrasferixxu
partijiet limitati mill-allokazzjonijiet tagħhom bejn il-pakketti
abbażi tal-ħtiġijiet tagħhom (prijoritizzazzjoni ta’
intervent permezz tal-istrateġiji). Fi ħdan dawn il-pakketti,
jiġu stabbiliti livelli limitu biex jiġu appoġġjati
l-miżuri u miżuri eliġibbli oħra, bħall-evalwazzjoni,
il-monitoraġġ u l-komunikazzjoni. –
Fuq il-bażi tal-esperjenza li kien hemm
s’issa, il-livell ta’ kontribuzzjoni tal-UE għall-prezz tal-prodotti jkun
limitat permezz ta’ għajnuna massima tal-UE għal kull porzjon
għall-frott u l-ħaxix u għall-ħalib, u mhux permezz
tal-livelli ta’ kofinanzjament tal-UE bħalma kien il-każ tal-Iskema
tal-Frott għall-Iskejjel. Dan ikun element
ġdid għall-frott u l-ħaxix, li jgħin inaqqas
id-disparitajiet kbar fil-prezz għall-prodotti distribwiti u jimplika
simplifikazzjoni fit-termini ta’ ġestjoni. Il-livell ta’ sussidju tal-UE
għall-ħalib jiżdied sabiex jitnaqqas l-effett deadweight (billi
tkun tista’ ssir distribuzzjoni mingħajr ħlas jew kważi b’xejn)
u jiżdied il-proporzjon kostijiet-benefiċċji tad-distribuzzjoni.
Dawn l-elementi tal-proposta jirrispondu għall-impenn meħud
mill-Kummissjoni[2]
fil-kuntest tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013[3] biex jiġu
rriveduti l-arranġamenti finanzjarji tal-iskemi attwali, jiġifieri
l-għajnuna għad-distribuzzjoni tal-ħalib kif ukoll
il-kofinanzjament tal-ispejjeż tal-iskema tal-frott għall-iskejjel. L-Istati Membri ser ikunu jistgħu jipprovdu
żidiet nazzjonali jew jattiraw il-finanzjament privat sabiex iwessgħu
l-kamp ta’ applikazzjoni u/jew l-intensità tal-intervent tagħhom
tal-iskemi għall-iskejjel. –
Tisħiħ tad-dimensjoni edukattiva:
l-appoġġjar ta’ miżuri edukattivi jsir rekwiżit anki
għad-distribuzzjoni tal-ħalib, u b’hekk jimtela l-vojt bejn l-iskemi
attwali. Dawn il-miżuri jkollhom dimensjoni edukattiva
b’saħħitha, b’fokus fuq kwistjonijiet agrikoli, ta’
nutrizzjoni/saħħa (dieti bbilanċjati) u kwistjonijiet
ambjentali. Barra minn hekk, jipprovdu strument
essenzjali biex it-tfal (jerġgħu) jitqarrbu lejn l-ikel,
il-produzzjoni agrikola u l-bdiewa. Il-miżuri edukattivi għandhom
ikunu mmirati lejn il-popolazzjoni tal-iskejjel u jekk ikun possibbli jinvolvu
l-familja u l-komunità kif ukoll jindirizzaw il-kwistjoni usa’ tal-offerta
eżistenti ta’ għażliet aktar bnini ta’ ikel u xorb fl-iskejjel.
Huma siewja peress li l-evidenza turi li ħafna tfal jikbru mingħajr
ma jkunu jafu minn fejn ġej l-ikel tagħhom - fejn u kif ġie
prodott u x’inhuma l-prodotti ta’ ċerti staġuni. Għalhekk,
l-Istati Membri jistgħu jagħżlu miżuri edukattivi
tematiċi li xi drabi jistgħu jinkludu wkoll prodotti agrikoli,
għajr iż-żewġ prodotti ewlenin, bħal pereżempju
l-jogurts, il-frott u l-ħaxix ipproċessati, l-għasel,
iż-żejt taż-żebbuġa, u prodotti simili. Il-lista
tal-prodotti kollha forniti bl-iskema u l-aspetti nutrizzjonali tagħhom
iridu jiġu approvati mill-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa.
Il-miżuri edukattivi ta’ sostenn ikunu jridu jintrabtu direttament
mal-objettivi agrikoli tal-iskema u jkunu konformi mal-objettiv tal-promozzjoni
ta’ dieti bnini. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA L-impatt tal-proposta huwa newtrali f’termini
tal-baġit meta mqabbel mal-istatus quo. Għall-frott
u l-ħaxix, il-livell massimu tal-baġit li huwa stabbilit
bħalissa fir-Regolament Nru 1308/2013 (EUR 150 miljun
għal kull sena skolastika) jinżamm f’din il-proposta.
Għall-ħalib, il-proposta tinkludi pakkett ta’ EUR 80 miljun
għal kull sena skolastika, li jikkorrispondi għall-implimentazzjoni
tal-baġit mistennija u b’konformità mal-ammonti globali għan-nefqa
relatata mas-suq u għajnuniet diretti meħuda f’konsiderazzjoni
fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. Fir-rigward tad-distribuzzjoni tan-nefqa,
l-akbar appoġġ ser jingħata għad-distribuzzjoni u s-sostenn
tal-miżuri edukattivi. Spejjeż oħrajn,
bħall-evalwazzjoni, il-monitoraġġ u l-komunikazzjoni, ser ikunu
eliġibbli sa ċertu punt iktar limitat. Il-limiti
għall-ispejjeż għall-miżuri edukattivi ta’ sostenn u
għal spejjez oħrajn relatati ser jiġu stabbiliti
mill-Kummissjoni fid-dawl tal-esperjenza bil-programmi attwali. Id-dettalji tal-implikazzjonijiet
baġitarji u finanzjarji huma pprovduti fid-dikjarazzjoni finanzjarja
leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta. 2014/0014 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013
u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema
għall-għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħaxix, banana u
ħalib fl-istabbilimenti edukattivi IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u
l-Artikolu 43(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw
il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni
tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw
l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[5], Waqt li jaġixxu skont il-proċedura
ordinarja leġiżlattiva, Billi: (1) It-Taqsima 1
tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE)
Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6] tipprevedi skema
tal-frott u l-ħaxix għall-iskejjel inkluża l-banana u skema
tal-ħalib għall-iskejjel. (2) L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni
tal-iskemi attwali, flimkien mal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet
esterni u l-analiżi sussegwenti tal-għażliet politiċi
differenti, jindikaw il-konklużjoni li r-raġunament li wassal
għall-istabbiliment taż-żewġ skemi għall-iskejjel
għadu rilevanti. Għalhekk, fil-kuntest
attwali ta’ konsum dejjem jonqos ta’ frott u ħaxix inkluż il-banana u
l-prodotti tal-ħalib, li iggrava, fost affarijiet oħra, mix-xejra
moderna għal konsum ta’ ikel ipproċessat ħafna li, barra minn
hekk, ta’ spiss ikollu livell għoli ta’ zokkor, melħ u xaħam
miżjud, l-għajnuna tal-Unjoni li tiffinanzja l-provvista lit-tfal
fl-istabbilimenti edukattivi ta’ prodotti agrikoli magħżula
għandha tibqa’ teżisti. (3) L-analiżi ta’
għażliet politiċi differenti tindika li approċċ unifikat
taħt qafas finanzjarju u legali komuni huwa aktar xieraq u effettiv
fl-ilħuq tal-objettivi speċifiċi li l-Politika Agrikola Komuni
qiegħda timmira li tikseb permezz tal-iskemi għall-iskejjel. Dan jippermetti lill-Istati Membri sabiex iżidu kemm
jistgħu l-impatt tad-distribuzzjoni b’baġit kostanti u jżidu
l-effiċjenza tal-ġestjoni. Madankollu, sabiex jitqiesu d-differenzi
bejn il-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-prodotti tal-ħalib
u l-ktajjen tal-provvista tagħhom, ċerti elementi għandhom
jibqgħu separati, bħall-pakketti baġitarji rispettivi. Fid-dawl
tal-esperjenza bl-iskemi attwali, il-parteċipazzjoni fl-iskema
għandha tibqa’ fuq bażi volontarja għall-Istati Membri. Filwaqt
li jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ konsum differenti madwar l-Istati Membri,
għandha tingħata l-possibbiltà lill-Istati Membri parteċipanti
biex jagħżlu jekk iridux iqassmu l-prodotti kollha jew wieħed
minnhom eliġibbli għall-provvista lit-tfal fl-istabbilimenti
edukattivi. (4) Ġiet identifikata xejra
ta’ konsum dejjem jonqos b’mod partikolari ta’ frott u ħaxix frisk,
inklużi l-banana u l-ħalib tax-xorb. Għalhekk,
xieraq li d-distribuzzjoni skont l-iskemi għall-iskejjel tiġi ffokata
fuq dawn il-prodotti. Min-naħa tagħha, din tgħin biex jonqos
il-piż organizzattiv għall-iskejjel, iżżid l-impatt
tad-distribuzzjoni b’baġit limitat u tkun konformi mal-prattika attwali,
peress li dawn il-prodotti huma distribwiti l-iktar spiss. (5) Hemm bżonn miżuri
edukattivi li jappoġġjaw id-distribuzzjoni, sabiex l-iskema tkun
effettiva fl-ilħuq tal-objettivi fuq żmien qasir u twil tagħha
li żżid il-konsum ta’ prodotti agrikoli magħżula u ssawwar
dieti aktar bnini. Fid-dawl tal-importanza
tagħhom, dawn il-miżuri għandhom jappoġġjaw kemm
il-frott kif ukoll il-ħaxix inkluż id-distribuzzjoni tal-banana u l-ħalib.
Għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni.
Bħala miżuri ta’ appoġġ, dawn jirrappreżentaw
għodda essenzjali biex jerġgħu jqarrbu lit-tfal lejn
l-agrikoltura u l-prodotti differenti tagħha u biex jilħqu
l-objettivi li qiegħda ssegwi l-iskema, l-Istati Membri għandhom
ikunu jistgħu jinkludu firxa usa’ ta’ prodotti agrikoli fil-miżuri
tematiċi tagħhom. Madankollu, sabiex jiġu promossi drawwiet ta’
dieta bnina, l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa għandhom ikunu
involuti f’dan il-proċess u japprovaw il-lista ta’ dawn il-prodotti, kif
ukoll iż-żewġ gruppi ta’ prodotti eliġibbli
għad-distribuzzjoni, u jiddeċiedu dwar l-aspetti nutrizzjonali
tagħhom. (6) Sabiex tiġi żgurata
ġestjoni baġitarja tajba, għandu jkun previst limitu fiss
tal-għajnuna mill-Unjoni lejn id-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix
inklużi l-banana u l-ħalib, li jappoġġja l-miżuri
edukattivi u l-ispejjeż relatati. Dan il-limitu
għandu jirrifletti s-sitwazzjoni attwali. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba
u bil-għan li tiġi ssimplifikata l-ġestjoni, il-mudelli ta’
finanzjament għandhom jiġu approssimati u bbażati fuq
approċċ uniku fir-rigward tal-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja
tal-Unjoni. Għalhekk, xieraq li jiġi limitat il-livell ta’ għajnuna
mill-Unjoni lejn il-prezz tal-prodotti permezz ta’ għajnuna massima
tal-Unjoni għal kull porzjon għall-frott u l-ħaxix inklużi
l-banana u l-ħalib u jiġi abolit il-prinċipju ta’ kofinanzjament
obbligatorju għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana.
Minħabba l-volatilità tal-prezz tal-prodotti inkwistjoni, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward
tal-miżuri li jfasslu l-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni fir-rigward
tal-prezz ta’ porzjon mill-prodotti u li tistabbilixxi d-definizzjoni ta’
porzjon. (7) Sabiex jiġi żgurat
l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jistabbilixxu
l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna mill-Unjoni lil kull Stat
Membru u l-metodi għar-riallokazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati
Membri fuq il-bażi tat-talbiet għall-għajnuna rċevuti. L-allokazzjonijiet indikattivi għandhom jiġu
stabbiliti b’mod separat għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana
u l-ħalib b’konformità mal-approċċ volontarju
għad-distribuzzjoni. L-iskema ta’ allokazzjoni għall-frott u
l-ħaxix inkluża l-banana għandha tirrifletti l-allokazzjonijiet
attwali mill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi
tan-numru ta’ tfal fil-grupp ta’ età ta’ bejn sitta sa għaxar snin
bħala sehem mill-popolazzjoni, filwaqt li jitqies ukoll l-istat ta’
żvilupp tar-reġjuni kkonċernati. Sabiex l-Istati Membri jkunu
jistgħu jżommu l-iskala tal-programmi attwali tagħhom u
bil-għan li jitħeġġu oħrajn sabiex jieħdu sehem
fid-distribuzzjoni tal-ħalib, xieraq li tintuża t-taħlita ta’
żewġ skemi għall-allokazzjoni tal-fondi għall-ħalib,
jiġifieri l-użu storiku tal-fondi mill-Istati Membri taħt
l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel u l-kriterji oġġettivi
tan-numru ta’ tfal fil-grupp ta’ età ta’ bejn sitta sa għaxar snin
bħala sehem mill-popolazzjoni użata għall-frott u l-ħaxix
inkluża l-banana. Sabiex jinstab is-sehem it-tajjeb għal dawn
iż-żewġ skemi, il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli
addizzjonali li jikkonċernaw il-bilanċ bejn iż-żewġ
kriterji. Barra minn hekk, minħabba l-bidliet rikorrenti fis-sitwazzjoni
demografika jew tal-iżvilupp tar-reġjuni fl-Istati Membri,
il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti
atti fir-rigward tal-valutazzjoni kull tliet snin dwar jekk l-allokazzjonijiet
tal-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji, għadhomx
aġġornati. (8) Sabiex l-Istati Membri b’daqs
demografiku limitat ikunu jistgħu jimplimentaw skema kosteffikaċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta ċerti atti fir-rigward tal-istabbiliment tal-ammont minimu
tal-għajnuna mill-Unjoni li l-Istati Membri għandhom dritt
jirċievu għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u
l-ħalib. (9) Fl-interess ta’
amministrazzjoni u ġestjoni tal-baġit tajba, l-Istati Membri li
jixtiequ jieħdu sehem fid-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix
inklużi l-banana u/jew il-ħalib għandhom japplikaw kull sena
għall-għajnuna mill-Unjoni. Bil-għan
li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u l-ġestjoni, din
l-applikazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta’ talbiet għal
għajnuna separati. Wara t-talbiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni
għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjonijiet definittivi
għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib fl-approprjazzjonijiet
disponibbli fil-baġit u wara li tqis trasferimenti limitati bejn
l-allokazzjonijiet tagħhom, li jħeġġu l-prijoritizzazzjoni
tad-distribuzzjoni fuq il-bażi tal-ħtiġijiet nutrizzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti
atti fir-rigward tal-miżuri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-limiti
li jikkonċernaw dawn it-trasferimenti. (10) L-istrateġija nazzjonali
għandha titqies bħala l-kundizzjoni għall-parteċipazzjoni
tal-Istat Membru fl-iskema u bħala dokument strateġiku pluriennali li
jistabbilixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu mill-Istati Membri u
l-prijoritajiet tagħhom. L-Istati Membri
għandhom ikunu jistgħu jaġġornawhom b’mod regolari, b’mod
partikolari fid-dawl tal-evalwazzjonijiet u l-valutazzjoni mill-ġdid
tal-prijoritajiet jew il-miri. (11) Sabiex tiġi żgurata
l-viżibbiltà tal-iskema, l-Istati Membri għandhom jispjegaw
fl-istrateġija tagħhom kif ser jiggarantixxu l-valur miżjud
tal-iskemi tagħhom, speċjalment fejn il-prodotti ffinanzjati
taħt l-iskema tal-Unjoni jiġu kkunsmati fl-istess ħin bħal
ikliet oħrajn li jingħataw lit-tfal f’istituzzjoni edukattiva. Sabiex jiġi żgurat li jinkiseb l-iskop edukattiv
tal-iskema tal-Unjoni u li dan ikun effettiv, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tar-regoli
li jikkonċernaw id-distribuzzjoni tal-prodotti ffinanzjati taħt
l-iskema tal-Unjoni fir-rigward tal-provvista ta’ ikliet oħra
fl-istabbilimenti edukattivi u l-preparazzjoni tagħhom. (12) Sabiex jiġi żgurat
li l-prezz tal-prodott mogħti lit-tfal taħt l-iskema jirrifletti b’mod
sħiħ l-ammont tal-għajnuna pprovduta u li l-prodotti sussidjati
ma jiżvijawx mill-użu maħsub tagħhom, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta ċerti atti fir-rigward tal-istabbiliment
tal-monitoraġġ tal-prezzijiet fl-iskema. (13) Peress li l-prinċipju ta’
kofinanzjament huwa abolit għad-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix,
hemm bżonn li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet xierqa
tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013[7]. (14) Ir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013
u (UE) Nru 1306/2013 għandhom jiġu emendati kif xieraq.
Għalhekk, sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-perjodiċità
tas-sena skolastika, ir-regoli l-ġodda għandhom jibdew japplikaw
mill-1 ta’ Awwissu 20XX, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Emenda
għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni
tas-swieq fil-prodotti agrikoli Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat
kif ġej: (1) It-titolu tat-Taqsima 1
tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II huwa sostitwit b’dan
li ġej: “GĦAJNUNA GĦALL-PROVVISTA TA’ PRODOTTI
AGRIKOLI FL-ISTABBILIMENTI EDUKATTIVI” (2) l-intestatura “Sottotaqsima 1”
u t-titolu “Skemi tal-frott u l-ħaxix għall-iskejjel” huma
mħassra; (3) L-Artikolu 23 huwa sostitwit
b’dan li ġej: "Artikolu 23 Għajnuna
għall-provvista tal-frott u l-ħaxix, il-banana u l-ħalib, miżuri edukattivi ta’ sostenn u spejjeż relatati 1. L-għajnuna mill-Unjoni għandha
tingħata fir-rigward tat-tfal fl-istabbilimenti edukattivi msemmija
fl-Artikolu 22: (a) għall-provvista tal-ikel u
l-ħaxix, il-banana, u l-ħalib; (b) għall-miżuri
edukattivi ta’ sostenn; u (c) biex jiġu koperti ċerti
spejjeż relatati marbuta mal-loġistika u d-distribuzzjoni,
it-tagħmir, il-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. 2. L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu
sehem fl-iskema ta’ għajnuna stabbilita fil-paragrafu 1 (“l-iskema
għall-iskejjel”) jistgħu jqassmu l-frott jew il-ħaxix inklużi l-banana jew il-ħalib li
jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0401, jew it-tnejn li huma. 3. Bħala kundizzjoni
għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema għall-iskejjel,
l-Istati Membri għandhom ifasslu, qabel il-parteċipazzjoni
tagħhom fl-iskema għall-iskejjel, u mbagħad kull 6 snin,
fil-livell nazzjonali jew reġjonali, strateġija
għall-implimentazzjoni tal-iskema. L-istrateġija
tista’ tiġi emendata minn Stat Membru, b’mod partikolari fid-dawl
tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. L-istrateġija tal-inqas
għandha tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jiġu
ssodisfati, il-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet f’termini ta’
prijoritajiet, il-popolazzjoni fil-mira, ir-riżultati mistennija u l-miri
kwantifikati li għandhom jinkisbu fir-rigward tas-sitwazzjoni inizjali, u
jistabbilixxu l-istrumenti u l-azzjonijiet l-aktar xierqa biex jintlaħqu
dawk l-objettivi. 4. L-Istati Membri, sabiex jagħmlu
l-iskema għall-iskejjel effettiva, għandhom jipprovdu wkoll
għall-miżuri edukattivi ta’ sostenn, li jistgħu jinkludu
miżuri u attivitajiet immirati sabiex iqarrbu lit-tfal lejn l-agrikoltura
u firxa usa’ ta’ prodotti agrikoli, l-edukazzjoni dwar kwistjonijiet relatati,
bħal drawwiet ta’ dieta bnina, il-ġlieda kontra l-ħela ta’ ikel,
il-ktajjen alimentari lokali jew il-biedja organika. 5. Meta jfasslu l-istrateġiji
tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ prodotti
agrikoli, minbarra l-frott u l-ħaxix, il-banana u l-ħalib, li
jistgħu xi kultant jiġu inklużi mal-miżuri edukattivi ta’
sostenn. 6. L-Istati Membri għandhom
jagħżlu l-prodotti li għandhom jiġu inkorporati
fid-distribuzzjoni jew li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri
edukattivi ta’ sostenn fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jistgħu
jinkludu kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u ambjentali,
l-istaġjonalità, il-varjetà, jew id-disponibbiltà ta’ prodotti lokali, u
jagħtu prijorità sa fejn huwa prattikabbli għall-prodotti li
joriġinaw fl-Unjoni, b’mod partikolari għax-xiri lokali, il-prodotti
organiċi, il-ktajjen tal-provvista qosra jew il-benefiċċji
ambjentali. 7. Sabiex jippromwovu drawwiet ta’ dieta
bnina, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet
tas-saħħa kompetenti tagħhom japprovaw il-lista tal-prodotti
forniti taħt l-iskema tal-iskejjel u jiddeċiedu dwar l-aspetti nutrizzjonali tagħhom." (4) Huwa mdaħħal
l-Artikolu 23a: "Artikolu 23a Dispożizzjonijiet finanzjarji 1. L-għajnuna mill-iskema
għall-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti,
il-miżuri edukattivi ta’ sostenn u l-ispejjeż relatati msemmija
fl-Artikolu 23(1), u mingħajr ħsara
għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 4, ma għandhiex
taqbeż: (a) għall-frott u l-ħaxix u
l-banana: EUR 150 miljun għal kull
sena skolastika; (b) għall-ħalib: EUR 80 miljun għal kull sena skolastika. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li
jistabbilixxi l-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni li tista’ titħallas
għall-prezz tal-porzjon ta’ frott u ħaxix inklużi
l-banana u l-ħalib distribwiti u li jistabbilixxi d-definizzjoni ta’ porzjon.
Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti
ddelegati f’konformità mal-Artikolu 227 li jistabbilixxi ammont minimu u
ammont massimu għall-finanzjament ta’ miżuri edukattivi ta’ sostenn
mill-allokazzjonijiet definittivi annwali tal-Istati Membri. 2. L-għajnuna
msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi allokata lil kull Stat
Membru, filwaqt li jitqies dan li ġej: (a) għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana: il-kriterji
oġġettivi bbażati fuq: (i) in-numru ta’ tfal bejn sitta sa
għaxar snin bħala proporzjon mill-popolazzjoni, (ii) il-grad ta’ żvilupp
tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru sabiex tiġi żgurata
għajnuna akbar lir-reġjuni li għadhom lura skont it-tifsira
tal-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-Regolament, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda
elenkati fl-Artikolu 349 tat-Trattat jew/u l-gżejjer minuri
tal-Eġew skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE)
Nru 229/2013, u (b) għall-ħalib: l-użu storiku
tal-fondi taħt l-iskemi preċedenti għall-provvista
tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib lit-tfal u l-kriterji
oġġettivi fuq il-bażi tal-proporzjon tagħhom ta’ tfal ta’
bejn sitta sa għaxar snin. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta tal-inqas
kull tliet snin jekk l-allokazzjonijiet indikattivi għall-frott u
l-ħaxix inkluż il-banana u
għall-ħalib jibqgħux konsistenti mial-kriterji
oġġettivi msemmija f’dan il-paragrafu. 3. L-Istati Membri
għandhom japplikaw kull sena għall-parteċipazzjoni fl-iskema
għall-iskejjel billi jissottomettu t-talba tagħhom
għall-għajnuna mill-Unjoni għal kull prodott li jkunu jixtiequ
li jiddistribwixxu kif imsemmi fl-Aritkolu 23(1)(a). 4. Mingħajr
ma jaqbżu l-limitu globali ta’ EUR 230 miljun, li
jirriżulta mill-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b)
tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu
jittrasferixxu sa 15 % tal-allokazzjonijiet indikattivi tagħhom
għall-frott u l-ħaxix inkluż il-banana jew għall-ħalib
lis-settur l-ieħor taħt il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu
speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati adottati skont
l-Artikolu 227. 5. L-iskema
għall-iskejjel għandha tkun mingħajr ħsara għal
kwalunkwe skema nazzjonali għall-iskejjel li hija kompatibbli
mal-liġi tal-Unjoni. 6. Minbarra l-għajnuna mill-Istat,
l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali skont
l-Artikolu 217. 7. L-Unjoni tista’
tiffinanzja wkoll, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013,
miżuri ta’ informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni relatati
mal-iskema għall-iskejjel, inkluża sensibilizzazzjoni tal-pubbliku
dwarha, u miżuri ta’ netwerking relatati. 8. L-Istati Membri
li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għandhom
jippubbliċizzaw, fil-postijiet fejn jitqassam l-ikel, l-involviment
tagħhom fl-iskema u l-fatt li din hija ssussidjata mill-Unjoni. L-Istati
Membri għandhom jiżguraw il-valur miżjud u l-viżibbiltà
tal-iskema għall-iskejjel tal-Unjoni fir-rigward tal-provvista ta’ ikliet
oħra fl-istabbilimenti edukattivi." (5) L-Artikoli 24 u 25 huma
sostitwiti b’dan li ġej: "Artikolu 24 Setgħat
iddelegati 1. Sabiex jiġu promossi d-drawwiet ta’ dieta
bnina għat-tfal u biex jiġi żgurat li l-għajnuna
mill-iskema għall-iskejjel hija mmirata lejn it-tfal fil-grupp fil-mira
msemmi fl-Artikolu 22, il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li
jikkonċernaw regoli dwar: (a) il-kriterji addizzjonali relatati
mal-immirar tal-għajnuna mill-Istati Membri; (b) l-approvazzjoni
u l-għażla tal-applikanti għall-għajnuna mill-Istati Membri; (c) it-tfassil
tal-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali u l-miżuri edukattivi
ta’ sostenn. 2. Sabiex jiġi żgurat l-użu
effiċjenti u mmirat tal-fondi Ewropej, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227
li jikkonċernaw: (a) l-allokazzjoni indikattiva
tal-għajnuna bejn l-Istati Membri għall-frott u l-ħaxix
inklużi l-banana u l-ħalib u fejn ikun xieraq ir-reviżjoni
tagħha wara l-valutazzjoni msemmija fit-tieni sottoparagrafu
tal-Artikolu 23a(2), l-ammonti minimi tal-Unjoni għal kull
Stat Membru, il-metodu għar-riallokazzjoni tal-allokazzjoni
tal-għajnuna bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet
riċevuti, u r-regoli addizzjonali li jikkonċernaw il-mod kif
il-kriterji msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 23a(2)
għandhom jitqiesu għall-allokazzjoni tal-fondi, (b) il-kundizzjonijiet
li jikkonċernaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet għall-frott
u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib; (c) l-ispejjeż
u/jew il-miżuri li huma eliġibbli għall-għajnuna
mill-Unjoni u l-possibbiltà li jiġu stabbiliti ammonti minimi u massimi
għal spejjeż speċifiċi; (d) l-obbligu
għall-Istati Membri li jissorveljaw u jevalwaw l-effikaċja tal-iskema
għall-iskejjel tagħhom. 3. Sabiex jiġi promoss l-għarfien
tal-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227, li
jitolbu lill-Istati Membri bi skema għall-iskejjel sabiex
jippubbliċizzaw ir-rwol tas-sussidjar tal-għajnuna mill-Unjoni. 4. Sabiex jiġi żgurat il-valur
miżjud u l-viżibbiltà tal-iskema tal-Unjoni, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont
l-Artikolu 227 fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw
id-distribuzzjoni ta’ prodotti fir-rigward tal-provvista ta’ ikliet oħra
fl-istabbilimenti edukattivi. 5. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li
jiġi żgurat li l-għajnuna hija riflessa fil-prezz li l-prodotti
jkunu disponibbli bih fl-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni tista’,
permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 227, tadotta regoli dwar
l-istabbiliment tal-monitoraġġ tal-prezzijiet skont l-iskema. Artikolu 25 Setgħat
ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa
għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima inklużi: (a) l-allokazzjoni definittiva
tal-għajnuna għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew
il-ħalib bejn l-Istati Membri parteċipanti fil-limiti stabbilti
fl-Artikolu 23a(1), wara li jitqiesu t-trasferimenti msemmija
fl-Artikolu 23a(4); (b) l-informazzjoni
li għandha tiġi inkluża fl-istrateġiji tal-Istati Membri; (c) l-applikazzjonijiet
għall-għajnuna u l-pagamenti; (d) il-metodi
tal-pubbliċità u l-miżuri ta’ netwerking fir-rigward tal-iskema
għall-iskejjel; (e) is-sottomissjoni,
il-format u l-kontenut tar-rapporti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni
mill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel; (f) il-ġestjoni
tal-monitoraġġ tal-prezzijiet." (6) Is-sottotaqsima 2
hija mħassra. (7) L-Aritikolu 217
huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 217 Pagamenti
nazzjonali għad-distribuzzjoni tal-prodotti lit-tfal L-Istati Membri jistgħu, flimkien mal-għajnuna
mill-Unjoni għall-Artikolu 23, jagħmlu pagamenti nazzjonali
għall-provvista tal-prodotti lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi jew
għall-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1)(c). L-Istati Membri jistgħu
jiffinanzjaw dawk il-mezzi permezz ta’ imposta fuq is-settur ikkonċernat
jew bi kwalunkwe kontribuzzjoni oħra mis-settur privat. L-Istati Membri jistgħu,
flimkien mal-għajnuna mill-Unjoni għall-Artikolu 23,
jagħmlu pagamenti nazzjonali għall-finanzjament tal-miżuri
edukattivi ta’ sostenn, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4)." (8) L-Anness V huwa mħassar. Artikolu 2 Emenda
għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE)
Nru 1306/2013, punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej: "(d) Il-kontribuzzjoni finanzjarja
tal-Unjoni għall-miżuri relatati mal-mard tal-annimali u t-telf
tal-kunfidenza tal-konsumaturi kif imsemmi fl-Artikolu 220 tar-Regolament
(UE) Nru 1308/2013." Artikolu 3 Dħul
fis-seħħ u applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fi jum […] wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika
mill-1 ta’ Awwissu sena X Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma
ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Mira/i
1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Durata
u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i
ta’ ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli
ta’ monitoraġġ u rapportar 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
biex jiġu evitati frodi u irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u intestatura/i baġitarja/i affettwata/i
3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Ir-Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013
r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema
għall-għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħaxix, banana u
ħalib fl-istabbilimenti edukattivi Ir-Regolament
tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jistabbilixxi
l-miżuri dwar it-tfassil ta’ ċerti għajnuniet u
rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti
agrikoli 1.2. Qasam/oqsma ta’ politika
kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[8] 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni
ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni
ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[9] ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni
ta’ azzjoni eżistenti X Il-proposta/l-inizjattiva hija
relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Objettiv(i) 1.4.1. L-objettiv(i)
strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva Il-proposta
għandha l-għan li żżid b’mod sostenibbli s-sehem ta’ frott
u ħaxix (F&V) u prodotti tal-ħalib fid-dieti tat-tfal, u b’hekk
tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika agrikola komuni (PAK) li
jiġu stabbilizzati s-swieq u tiġi żgurata d-domanda fuq
żmien twil. Għandha wkoll l-għan li tikkontribwwi
għall-objettivi usa’ ta’ saħħa pubblika li jonqsu l-piż
eċċessiv u l-obesità, u mard relatat mad-dieta billi ssawwar
id-drawwiet sostenibbli ta’ dieta bnina. 1.4.2. Objettiv(i)
speċifika/speċifiċi u attività(jiet) tal-ABM/ABB
ikkonċernati Objettiv
speċifiku: Biex jittejjeb l-aċċess għall-ikel
għall-gruppi soċjali sensittivi Attività(jiet)
tal-ABM/ABB ikkonċernata/i 05 02 “Interventi fis-swieq agrikoli " 1.4.3. Riżultat(i) u impatt
mistennija Il-proposta hija mistennija tibdel l-għarfien,
l-attitudnijiet u l-preferenza taċ-ċittadini
żgħażagħ lejn l-ikel u s-sors tiegħu, u l-perċezzjonijiet
tagħhom tal-agrikoltura u l-prodotti tagħha. Hija mistennija wkoll iżżid il-kosteffikaċja
tad-distribuzzjoni tal-prodotti billi timmira aħjar l-għajnuna
tal-UE. Barra minn hekk, iżżid
il-parti tal-baġit minfuqa fuq il-miżuri ta’ akkumpanjament, u b’hekk
ittejjeb l-impatt tagħhom fuq il-konsum tal-grupp fil-mira u telimina
d-diskrepanzi bejn id-dimensjonijiet edukattivi tal-Iskema tal-Frott
għall-Iskejjel (SFS) u l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel (SMS). Fl-aħħar nett, twassal
għal qafas komuni għal kull Stat Membru biex iżżid
il-viżibbiltà tal-intervent tal-UE. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatt Ġew stabbiliti tliet livelli ta’ indikaturi fir-rigward
tal-objettivi: Indikaturi tal-impatt: - Bidla fil-konsum dirett u indirett tal-Frott u
l-Ħaxix frisk mit-tfal wara 5 snin mill-intervent - Bidla fil-konsum dirett
u indirett tal-ħalib tax-xorb mit-tfal wara 5 snin mill-intervent - Titjib fil-kwalità
djetetika ġenerali Indikaturi ewlenin tar-riżultati: - % tal-baġit disponibbli minfuq fuq
il-miżuri ta’ akkumpanjament - % tal-miżuri ta’
akkumpanjament implimentati b’rabta mal-agrikoltura u l-prodotti agrikoli - Livell ta’
effiċjenza tal-infiq għall-promozzjoni tal-konsum tal-prodotti
agrikoli fl-iskejjel Indikaturi ewlenin tal-prodotti: - Numru ta’ miżuri ta’ akkumpanjament
implimentati fl-Istati Membri (SM) - Numru ta’ tfal involuti
fil-miżuri ta’ akkumpanjament u sehem min-numru totali
tal-parteċipanti - Numru ta’ miżuri
ta’ akkumpanjament relatati mal-agrikoltura tal-SM - Kost għal kull porzjon - Numru ta’ Stati Membri
parteċipanti, skejjel u tfal - Volumi ta’ prodotti
distribwiti fl-iskejjel (numru ta’ porzjonijiet ta’ Frott u Ħaxix u
ħalib) 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit/i li jrid/u
jiġu ssodisfat/i fuq żmien qasir jew twil Il-ħtiġijiet
li fuqhom hija msejsa l-proposta huma l-ħtieġa li b’mod sostenibbli
jiżdied il-konsum ta’ frott u ħaxix u ħalib fit-tfal u
l-ħtieġa li jissawru d-drawwiet ta’ dieta bnina tagħhom. L-iskemi
għall-iskejjel tal-PAK kif implimentati bħalissa għandhom
ċerti dgħjufijiet fit-tifsila u nuqqasijiet fil-funzjonament
tagħhom li jridu jiġu indirizzati għaliex jillimitaw
il-potenzjal tagħhom fl-ilħuq tal-objettivi ta’ promozzjoni
tal-konsum tal-prodotti agrikoli (objettiv tas-suq) u dieti bnini mat-tfal
tal-iskejjel (objettiv tas-saħħa). Il-problemi
identifikati jikkonċernaw id-diskrepanza bejn it-tfassil tal-iskemi u
l-objettivi tagħhom (għodod edukattivi differenti
fiż-żewġ skemi), in-nuqqas ta’ koordinazzjoni u konsistenza bejn
iż-żewġ skemi u n-nuqqasijiet li jillimitaw l-impatt immedjat
tal-infiq (piż amministrattiv u organizzazzjonali għoli fuq
iż-żewġ skemi, sottoeżekuzzjoni baġitarja ta’
30 % fl-SFS, effett deadweight potenzjali u proporzjon kostijiet-benefiċċji
baxx fl-SMS). L-ixpruni
huma marbuta prinċipalment man-nuqqasijiet regolatorji, qafas finanzjarju
differenti, implimentazzjoni differenti fl-Istati Membri u għal xi fatturi
esterni. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE L-azzjoni
fil-livell tal-UE tipprovdi l-finanzjament meħtieġ
għall-inizjattivi madwar l-UE u sorsi addizzjonali ta’ finanzjament li
jippermettu lill-Istati Membri jespandu l-kamp ta’ applikazzjoni
tal-azzjonijiet tagħhom u jżidu l-effikaċja tagħhom. Jekk
l-Istati Membri jkollhom jibbażaw ruħhom b’mod esklussiv fuq
ir-riżorsi finanzjarji tagħhom stess, il-biċċa l-kbira
tagħhom ma jkunux f’pożizzjoni li jimplimentaw inizjattivi
ambizzjużi. Tikkontribwixxi wkoll għal kredibbiltà ikbar tal-iskemi
fl-Istati Membri u għal titjib fl-immaġni u l-għarfien tal-UE.
Qafas tal-UE għandu valur miżjud fl-iffaċilitar
tal-għarfien kontinwu, it-trasparenza, it-trasferiment u l-iskambju
tal-esperjenzi. 1.5.3. Tagħlimiet minn
esperjenzi simili fl-imgħoddi Bħalissa
hemm żewġ programmi ta’ distribuzzjoni fl-iskejjel iffinanzjati mill-UE
taħt il-mandat tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) li b’mod speċifiku
huma mmirati lejn it-tfal fl-iskejjel, jiġifieri l-Iskema tal-Ħalib
għall-Iskejjel (SMS) u l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel (SFS).
Iż-żewġ skemi għandhom l-istess mira reċiproka li
jżidu, fuq bażi dejjiema, is-sehem ta’ dawn il-prodotti fid-dieti
tat-tfal fi stadju bikri meta d-drawwiet ta’ dieta tagħhom ikun
qegħdin jiġu ffurmati, u b’hekk jikkontribwixxu għall-objettivi
tal-PAK, b’mod partikolari fl-istabbilizzazzjoni tas-swieq u l-iżgurar
tad-domanda fit-tul. Barra minn hekk, l-iskemi huma konformi mal-objettivi usa’
tas-saħħa pubblika peress li jikkontribwixxu fit-tiswir tad-drawwiet
sostenibbli ta’ dieta bnina. Madankollu,
minkejja din l-inklużjoni pożittiva fl-iskejjel u l-għarfien
tal-potenzjal tagħhom, il-konklużjonijiet li ħarġu minn
rapporti differenti - b’mod partikolari l-evalwazzjonijiet esterni tal-SFS u
l-SMS, imnedijin mill-Kummissjoni, u r-rapport speċjali Nru 10/2011
tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri - l-esperjenza wara snin ta’ implimentazzjoni,
identifikaw il-ħtieġa li jkun hemm iktar titjib
fiż-żewġ skemi biex tiżdied l-effiċjenza u
l-effikaċja tal-ġestjoni tagħhom. Il-ftehim
riċenti dwar ir-riforma tal-PAK diġà indirizza xi wħud
mill-problemi identifikati wkoll. 1.5.4. Kompatibbiltà u sinerġija
possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn Billi
tqis l-ispeċifiċitajiet settorjali, il-proposta hija kompatibbli
mal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli. Hija konformi wkoll mal-objettivi ta’
saħħa pubblika (ġestjoni tal-piż, inugwaljanzi
fis-saħħa), simplifikazzjoni u mal-prinċipji u l-miri fformulati
fl-Istrateġija Ewropa 2020. 1.6. Durata u impatt finanzjarju ¨ Proposta/inizjattiva ta’ durata
limitata –
¨ Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS –
¨ Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS X Il-proposta/inizjattiva
b’durata mhux limitata –
Implimentazzjoni b’perjodu tat-tnedija mill-SSSS
sal-SSSS, –
segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa. 1.7. Metodu(i) ta’ ġestjoni
ppjanat(i)[10] ¨ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni –
¨ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha
fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; –
¨ mill-aġenziji eżekuttivi; X Ġestjoni
kkondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta’ kompiti ta’ implimentazzjoni lil: –
¨ pajjiżi terzi jew lil korpi li jkunu nnominaw; –
¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom
(għandhom jiġu speċifikati); –
¨ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment; –
¨ korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju; –
¨ korpi tal-liġi pubblika; –
¨ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku
sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa; –
¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma
inkarigati biex jimplimentaw sħubija pubblika-privata u li jipprovdu
garanziji finanzjarji xierqa; –
¨ persuni inkarigati biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi
fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku
rilevanti. 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’
monitoraġġ u rapportar Fl-iskema
l-ġdida, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni huma inklużi
fl-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna mill-UE minħabba l-importanza
tal-ġestjoni u l-valutazzjoni tajba tal-effikaċja/l-effiċjenza
tagħhom lejn l-objettivi identifikati. Hija stabbilita wkoll ir-rabta
mal-istrateġija nazzjonali/reġjonali pluriennali (6 snin). Il-monitoraġġ
ser jitwettaq fuq il-bażi tar-rapporti annwali tal-SM li jkun fihom
informazzjoni dwar il-baġit użat, in-numru ta’ skejjel/tfal li
jipparteċipaw u s-sehem tan-numru totali ta’ skejjel/tfal tal-grupp
fil-mira, il-frekwenza tad-distribuzzjoni, id-durata, iż-żmien u
s-sistema, il-piż u l-prezz medji għal kull porzjon, il-konsum medju
għal kull tifel/tifla u l-kwantitajiet totali distribwiti. Barra minn
hekk, il-miżuri ta’ akkumpanjament ser jiġu ssorveljati fir-rigward
tal-metodi użati u l-ispiża, il-frekwenza, l-iskejjel/it-tfal
parteċipanti, l-involviment tal-partijiet interessati, il-prodotti
distribwiti tagħhom. Il-proċess
ta’ evalwazzjoni ser jikkonsisti fir-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-SM wara
5 snin mill-implimentazzjoni tal-iskema biex jitkejlu l-impatti għal
żmien medju, segwiti minn evalwazzjoni esterna mifruxa madwar l-UE sena
wara l-evalwazzjonijiet tal-Istati Membri, biex tiġi vvalutata
l-implimentazzjoni tal-iskema fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE u tiġi
vvalutata l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza u r-rilevanza
globali skont l-istandards u l-linji gwida ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni.
Barra minn hekk, jista’ jiġi previst studju estern fuq l-indikaturi
tal-impatti fuq żmien twil. L-evalwazzjonijiet
esterni tal-SFS u l-SMS u r-rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri
Nru 10/2011 dwar dawn l-iskemi ttieħdu f’kunsiderazzjoni b’mod
ċar għat-tfassil tal-proċessi ta’ monitoraġġ u
evalwazzjoni relatati mal-iskema l-ġdida. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat/i Ir-riskju
ġenerali li jista’ jiġi identifikat għandu x’jaqsam
mal-effikaċja tal-iskema, jiġifieri li l-għajnuna tal-UE tasal
għand il-benefiċjarji finali tal-iskema u tkkontribwixxi b’mod
effettiv għall-ilħuq tal-objettivi tal-iskema. Fuq il-bażi tal-esperjenza attwali mill-SFS,
għandha tinxteħet attenzjoni partikolari fuq l-għażla
tal-applikanti għall-għajnuna u l-proċeduri ta’ akkwist
użati għall-għoti ta’ kuntratti għad-distribuzzjoni,
il-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.
Id-dispożizzjonijiet ta’ kontroll għandhom ikopru wkoll
l-implimentazzjoni tal-kuntratti msemmija. L-akkwist pubbliku huwa kwistjoni
potenzjali għall-Iskema għall-Iskejjel. Għal riskji oħra, l-effett deadweight possibbli u
l-ispiża eċċessiva tal-prodotti distribwiti jew il-marġni
għall-fornituri, jistgħu jiġu previsti dispożizzjonijiet
(eż. dwar il-livell ta’ għajnuna mill-UE għal kull porzjon). F’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri ta’
akkumpanjament, jista’ jkun hemm riskju li dawn jaħbtu ma’ miżuri
edukattivi previsti fl-iskejjel u mal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli. Sabiex
dan jiġi evitat, id-definizzjoni ta’ dawn il-miżuri ser tinvolvi
grupp ta’ esperti xjentifiċi tal-UE u r-rabta tagħhom mal-objettivi
tal-iskema l-ġdida ser tiġi ddikjarata b’mod ċar.
Id-dispożizzjonijiet ta’ kontroll relatati mal-miżuri ta’
akkumpanjament għandhom jindirizzaw il-ġenwinità tan-nefqa b’mod
ġenerali, li jipprovdu aċċertament anki meta dawk il-miżuri
jkunu esternalizzati. 2.2.2. Informazzjoni li
tikkonċerna l-istruttura interna tas-sistema ta’ kontroll L-aġenziji
tal-pagamenti u l-korpi ta’ kontroll iddelegati fil-livell tal-Istati Membri
jiffurmaw is-sistema ta’ kontroll. Ser
ikunu meħtieġa rapporti annwali tal-SM dwar il-kontrolli u l-verifiki
fuq il-bażi ta’ dawk li diġà qegħdin jintużaw
għall-SFS u l-SMS attwali, biex jiġu pprovduti dettalji dwar
il-ġestjoni amministrattiva u l-verifiki fuq il-post implimentati. Barra minn hekk, is-sistema interna ta’ ġestjoni u
kontroll ser tuża r-rapporti ta’ ġestjoni u evalwazzjoni mill-Istati
Membri u tal-evalwazzjoni tal-UE kollha kemm hi. Fl-aħħar nett, grupp
ta’ esperti xjentifiċi tal-UE ser jipprovdi lill-Istati Membri u
l-Kummissjoni b’pariri dwar l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u
l-evalwazzjoni. 2.2.3. Stima tal-ispejjeż u
l-benefiċċji tal-kontrolli u l-valutazzjoni tal-livell mistenni
tar-riskju ta’ żball L-iskema
għall-iskejjel ser tiġi koperta mis-sistema eżistenti ta’
ġestjoni u kontroll għan-nefqa tal-FAEG. Huwa
kkunsidrat li l-proposta mhux ser twassal għal żieda fir-rata ta’
żbalji għall-FAEG. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Ser
japplika r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni
u l-monitoraġġ tal-PAK. B’mod ġenerali, is-sistemi ta’ kontroll jipprovdu għal
kontrolli amministrattivi eżawrjenti ta’ 100 % tat-talbiet għal
għajnuna, kontrolli reċiproċi ma’ bażijiet ta’ dejta
oħra fejn dan huwa meqjus xieraq kif ukoll verifiki fuq il-post qabel
il-ħlas għal għadd minimu ta’ tranżazzjonijiet, skont
ir-riskju marbut mar-reġim inkwistjoni. Jekk dawn il-verifiki
jiżvelaw għadd kbir ta’ irregolaritajiet, għandhom jitwettqu
verifiki addizzjonali. Il-pakkett leġiżlattiv għar-riforma tal-PAK
jipprevedi wkoll li l-Istati Membri għandhom jipprevjenu, jidentifikaw u
jikkoreġu l-irregolaritajiet u l-frodi, jimponu penalitajiet effettivi,
proporzjonati u dissważivi, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
jew il-liġi nazzjonali u jirkupraw kwalunkwe pagament irregolari flimkien
mal-interessi. Jinkludi mekkaniżmu awtomatiku ta’ approvazzjoni
għall-każijiet ta’ irregolarità, li jipprevedi li jekk l-irkupru ma
jkunx seħħ fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba tal-irkupru,
jew fi żmien tmien snin f’każ li jkunu nbdew proċedimenti
legali, l-ammonti li ma jiġux irkuprati għandhom jitħallsu
mill-Istat Membru kkonċernat. Dan il-mekkaniżmu
jħeġġeġ ħafna lill-Istati Membri jirkupraw
il-pagamenti irregolari malajr kemm jista’ jkun. Fl-istadju inizjali tal-iskema l-ġdida u minkejja li
mhijiex prevista approvazzjoni formali tal-UE għall-istrateġiji
tal-SM, id-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tagħhom (u
possibbilment mudell) ser jippermettu l-possibbiltà ta’ identifikazzjoni u
l-prevenzjoni bikrija tar-riskju ta’ frodi. Matul l-implimentazzjoni, it-talbiet
għall-interpretazzjoni legali jew il-pariri mill-Kummissjoni u/jew
il-grupp ta’ esperti xjnetifiċi tal-UE ser jgħinu wkoll lill-SM
jevitaw il-frodi. Barra minn hekk, ser jitwettqu verifiki ex-post u
jingħata segwitu b’saħħtu għal kwalunkwe allegazzjoni ta’
abbuż frodulenti tal-iskema. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u tal-intestatura/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i: · Linji baġitarji eżistenti Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-intestaturi
baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Intestatura baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni || Diff./mhux diff. ([11]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[12] || minn pajjiżi kandidati[13] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju 2 || 05 02 08 12 – Skema tal-Frott għall-Iskejjel || mhux diff. || LE || LE || LE || LE 2 || 05 02 12 08 – Ħalib għall-Iskejjel || mhux diff. || LE || LE || LE || LE · Intestaturi baġitarji ġodda mitluba Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali
u tal-intestaturi baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Intestatura baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni || Diff./mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju || MHUX APPLIKABBLI || || LE || LE || LE || LE 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt
fuq in-nefqa Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 2 || Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali || DĠ: AGRI || || || || 2014[14] || || 2016[15] || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL || || Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || || || || || 05 02 08 12 – Skema tal-Frott għall-Iskejjel || Impenji || (1) || || 122 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || Ħlasijiet || (2) || || 122 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 05 02 12 08 – Ħalib għall-Iskejjel[16] || Impenji || (1a) || || 75 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || Ħlasijiet || (2a) || || 75 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || TOTAL approprjazzjonijiet || Impenji || =1+1a || || 197 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || Ħlasijiet || =2+2a || || 197 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || TOTAL approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || 197 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || Ħlasijiet || (5) || || 197 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-qafas finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || || 0 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || TOTAL approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || || 197 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || Ħlasijiet || =5+ 6 || || 197 || || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || “Nefqa amministrattiva” || Miljuni ta’ EUR || || || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL DĠ: AGRI || || || Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Infiq amministrattiv ieħor || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL DĠ AGRI || Approprjazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Miljuni ta’ EUR || || || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL TOTAL approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Ħlasijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operattivi –
X Il-proposta/inizjattiva ma tirrekjedix
l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’
EUR Indika l-miri u r-riżultati || || || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL RIŻULTATI (prodotti) || Tip[17] || Kost medju || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost OBJETTIV SPEĊIFIKU || Biex jittejjeb l-aċċess għall-ikel għall-gruppi soċjali sensittivi || Produttività || Nru ta’ miżuri ta’ akkumpanjament || || || || || || || || || || || || || Produttività || Nru ta’ tfal fil-miżuri ta’ akkumpanjament || || || || || || || || || || || || || Produttività || Nru ta’ miżuri ta’ akkumpanjament relatati mal-agrikoltura || || || || || || || || || || || || || SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || 3.2.3. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu
ta’ approprazzjonijiet ta’ natura amministrattiva –
X Il-proposta/l-inizjattiva
ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprazzjonijiet ta’ natura
amministrattiva: Miljuni ta’ EUR || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Infiq amministrattiv ieħor || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 L-approprjazzjonijiet
ta’ riżorsi umani meħtieġa ser jagħmlu tajjeb għalihom
l-approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li tqassmu mill-ġdid fi
ħdan id-DĠ, flimkien, fejn ikun hemm bżonn, ma’ allokazzjoni
addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont
il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ restrizzjonijiet
baġitarji. 3.2.3.2. Stima tar-riżorsi umani
meħtieġa –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani. –
X Il-proposta/inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet
ekwivalenti għal Full Time: || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 XX 01 01 01 (kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || XX 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"pakkett globali") || || || || || XX 01 02 02 (AK, LA, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || XX 01 04 ss || - fil-kwartieri ġenerali || || || || || - delegazzjonijiet || || || || || XX 01 05 02 (AK, ENS, INT – riċerka indiretta) || || || || || 10 01 05 02 (AK, ENS, INT – riċerka indiretta) || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || TOTAL (*) || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 XX huwa l-qasam ta’
politika jew titolu baġitarju kkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa ser jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà
ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew tqassam
mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn,
ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’
ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’
restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju || Il-ġestjoni tal-leġiżlazzjoni, it-tfassil tal-politika, l-analiżi u l-pariri ekonomiċi, il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn is-servizzi, il-komunikazzjoni interna u l-informazzjoni pubblika, ir-rappreżentazzjoni tal-istituzzjoni u n-negozjar, l-immaniġġjar tad-dejta statistika, Persunal estern || 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
X Il-proposta/l-inizjattiva
hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ iprogrammar
mill-ġdid tal-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali
attwali. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument
tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix
kofinanzjament minn partijiet terzi. –
X Il-proposta/l-inizjattiva
tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt: Il-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni għal din l-iskema hija indikata fil-punt 3
tal-Artikolu 1 tal-abbozz ta’ regolament. Barra
minn hekk, il-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni (rata fissa)
għall-ispiża tal-parti għall-frott u l-ħaxix u l-ħalib
ser jiġi deċiż permezz ta’ atti ddelegati. Il-livell
tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-ispiża tal-prodotti ser ikun limitat
permezz ta’ għajnuna massima mill-UE għal kull porzjon
għall-prodotti kemm tal-frott u l-ħaxix kif ukoll dawk
tal-ħalib. L-Istati Membri ser ikollhom l-għażla li jipprovdu
żidiet jew jattiraw il-finanzjament privat sabiex iwessgħu l-kamp ta’
applikazzjoni u/jew l-intensità tal-intervent tagħhom tal-iskemi
għall-iskejjel. F’dan l-istadju, mhuwiex possibbli li jiġi
kkwantifikat l-ammont totali tal-kontribuzzjoni tal-partijiet terzi, fid-dawl
tad-diversità tal-partijiet terzi (pubbliċi u/jew privati) u fin-nuqqas
tal-informazzjoni rilevanti fil-preżent. 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
X Il-proposta/l-inizjattiva
ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: ¨ fuq ir-riżorsi proprji ¨ fuq id-dħul mixxellanju [1] Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi
organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli u li jirrevoka
r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE)
Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347.20.12.2013.p.671) [2] Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura,
11 ta’ Novembru 2013. [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16
ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-miżuri dwar it-tfassil ta’
ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni
komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p.12) [4] ĠU C , , p. . [5] ĠU C , , p. . [6] Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi
organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli u li jħassar
ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE)
Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347.20.12.2013, p.671) [7] Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament,
il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li
jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94,
(KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u
(KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347.20.12.2013, p.549). [8] ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività –
ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività. [9] Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [10] Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [11] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. =
Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [12] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [13] Pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli,
pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [14] L-ammonti tal-Baġit 2014 huma mogħtija
għall-informazzjoni biss. [15] Għal raġunijiet ta’ paragun, huwa preżunt
li l-implimentazzjoni tibda fl-2016. Barra minn hekk,
iż-żieda fil-pakkett għall-frott għall-iskejjel maqbul
fir-riforma (ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 li jistabbilixxi
l-miżuri dwar l-issettjar ta’ ċerti għajnuniet u rimborżi
relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli) ser
tiġi implimentata mis-sena skolastika 2014/2015 u huwa preżunt li
l-ammont ser jintuża kollu. [16] Għall-iskema tal-ħalib, il-proposta tipprevedi
li tistabbilixxi pakkett ta’ EUR 80 miljun għal kull sena
skolastika. Dan jikkorrispondi għall-eżekuzzjoni ta’ baġit
mistennija u f’konformità mal-ammont globali għan-nefqa relatata mas-suq u
għajnuniet diretti meqjusa fil-Qafas Finanzjarju
Pluriennali 2014-2020. [17] Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li jridu
jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti
ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).