Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014JC0042

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    /* JOIN/2014/042 final - 2014/0357 (NLE) */

    52014JC0042

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran /* JOIN/2014/042 final - 2014/0357 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Iran jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

    (2) Fi ... ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/.../PESK li testendi sat-30 ta’ Ġunju 2015 l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 20, paragrafu 14 dwar atti u tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta’ entitajiet elenkati sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ obbligi previsti f’kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 jew f’kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta’ tali obbligi fejn il-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavati derivati mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimborż ta’ ammonti pendenti fir-rigward ta’ kuntratti konklużi qabel it- 23 ta’ Jannar 2012 lill-persuni u entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament għal tali rimborżi.

    (3) Tinħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex tiġi implimentata din l-estensjoni.

    (4) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li jemendaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2012 skont dan.

    2014/0357 (NLE)

    Proposta Konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK[1]

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta ' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012[2] jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

    (2)       Fi... ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/.../PESK li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK biex testendi sat-30 ta’ Ġunju 2015 l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 20, paragrafu 14 dwar atti u tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta’ entitajiet elenkati sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ obbligi previsti f’kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 jew f’kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta’ tali obbligi fejn il-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavati derivati mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimborż ta’ ammonti pendenti fir-rigward ta’ kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 lill-persuni u entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament għal tali rimborżi.

    (3)       Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (4)       Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fil-punt (b) tal-Artikolu 28a tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, il-kliem “sal-31 ta’ Diċembru 2014” huma sostitwiti bil-kliem “sat-30 ta’ Ġunju 2015”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    [1]               ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

    [2]               Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2020 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

    Top