Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DP0146

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-emenda tal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament rigward il-votazzjoni aħħarija u l-Artikolu 195(3) rigward il-votazzjoni fil-Kumitat (2014/2001(REG))

    ĠU C 285, 29.8.2017, p. 166–166 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 285/166


    P7_TA(2014)0146

    Emenda tal-Artikoli 166 (Votazzjoni aħħarija) u 195(3) (Votazzjoni fil-Kumitat) tar-Regoli ta' Proċedura

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-emenda tal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament rigward il-votazzjoni aħħarija u l-Artikolu 195(3) rigward il-votazzjoni fil-Kumitat (2014/2001(REG))

    (2017/C 285/27)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu(B7-0252/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0035/2014),

    1.

    Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

    2.

    Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

    Emenda 3

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 166

    Test fis-seħħ

    Emenda

    Meta ssir votazzjoni fuq proposta għal att leġislattiv, kemm b'votazzjoni waħdanija u/jew b'votazzjoni aħħarija, il-Parlament għandu jivvota b'sejħa tal-ismijiet permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika .

    Meta tittieħed deċiżjoni abbażi ta' rapport, il-Parlament għandu jieħu kwalunkwe votazzjoni waħdanija u/jew aħħarija b'sejħa tal-ismijiet skont l-Artikolu 167(2). Il-votazzjoni dwar l-emendi għandha tittieħed b'sejħa tal-ismijiet biss wara li tkun saret talba skont l-Artikolu 167.

    Emenda 4

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 195(3)

    Test fis-seħħ

    Emenda

    3.    Votazzjonijiet fil-kumitat għandhom isiru b'turija ta' l-idejn, ħlief jekk kwart mill-membri tal-kumitat jitolbu votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet. F'dan il-każ, il-vot għandu jittieħed skont l-Artikolu 167(2).

    3.    Kwalunkwe votazzjoni unika u/jew aħħarija fil-kumitat dwar rapport għandha ssir permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet skont l-Artikolu 167(2). Il-votazzjoni dwar l-emendi u votazzjonijiet oħrajn għandhom isiru b'turija tal-idejn, sakemm il-President jiddeċiedi li jkompli b'votazzjoni elettronika jew kwart tal-membri tal-kumitat jitolbu li ssir votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet.


    Top