This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0747
REPLIES OF THE COMMISSION TO THE SPECIAL REPORT OF THE EUROPEAN COURT OF AUDITORS "EU-FUNDED AIRPORT INFRASTRUCTURES: POOR VALUE FOR MONEY"
TWEĠIBIET TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI "INFRASTRUTTURI TAL-AJRUPORTI FFINANZJATI MILL-UE: VALUR FQIR GĦALL-FLUS LI TĦALLSU"
TWEĠIBIET TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI "INFRASTRUTTURI TAL-AJRUPORTI FFINANZJATI MILL-UE: VALUR FQIR GĦALL-FLUS LI TĦALLSU"
/* COM/2014/0747 final */
TWEĠIBIET TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI "INFRASTRUTTURI TAL-AJRUPORTI FFINANZJATI MILL-UE: VALUR FQIR GĦALL-FLUS LI TĦALLSU" /* COM/2014/0747 final */
TWEĠIBIET
TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI "INFRASTRUTTURI
TAL-AJRUPORTI FFINANZJATI MILL-UE VALUR FQIR GĦALL-FLUS LI
TĦALLSU"
Sommarju Eżekuttiv
III. Il-Kummissjoni
tirrikonoxxi l-konklużjonijiet tal-Qorti għall-proġetti
awditjati tal-perjodi 2000-2006 u 2007-2013 u taċċetta li f’dawn
il-perjodi ta’ programmazzjoni l-appoġġ minn fondi ta’ koeżjoni
għall-infrastruttura tal-ajruporti f’ċerti każijiet ma kienx
jirrappreżenta użu effettiv tal-fondi tal-UE. Tixtieq tenfasizza li
diġà ttieħdu lezzjonijiet minn din l-esperjenza, u bħala
riżultat hemm approċċ kompletament differenti
fil-leġiżlazzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Il-qafas regolatorju l-ġdid
sar iktar strett meta wieħed jiġi għal investiment f’infrastrutturi
tal-ajruport, li jillimitaw l-għażliet possibbli biex titjieb
il-prestazzjoni ambjentali jew il-karatteristiċi ta’ sikurezza
tal-infrastrutturi. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni qed isegwu
linja aktar limitata fin-negozjati, li tiffoka b’mod partikolari fuq
l-ajruporti li jappartjenu għan-netwerk ewlieni TEN-T. Sa fejn għandu x'jaqsam
l-ippjanar strateġiku, il-qafas il-ġdid jirrikjedi l-eżistenza
ta’ pjanijiet tat-trasport fil-livell reġjonali jew nazzjonali bħala
kondizzjonalità ex ante speċifika, li stipulat strateġija
komprensiva tat-trasport għal kull settur, il-kontribuzzjoni
għat-tlestija tat-TEN-T u li tinkludi lista ta’ proġetti li
għandhom jiġu implimentati (“sensiela ta’ proġetti
realistiċi u maturi”). Il-Kummissjoni tikkunsidra dawn il-pjanijiet
bis-sħiħ qabel ma tapprova kull programm operazzjonali li jipprovdi
għal investimenti fis-settur tat-trasport. Fir-rigward ta’ proġett
maġġuri, il-Kummissjoni tkun adottat l-atti delegati u ta’
implimentazzjoni li se jiddefinixxu l-kwalità ta’ proċess ta’ rieżami
u l-elementi ta’ kwalità tas-CBA li jridu jiġu rrispettati
mill-proġetti maġġuri kollha, bħalma huma
l-benefiċċji u l-kostijiet ewlenin skont is-settur, lista ta’ riskji
li għandhom jiġu kkunsidrati, perjodi ta’ referenza preċiżi
skont is-settur eċċ. Barra minn hekk, dalwaqt se tinħareġ
gwida tas-CBA li tinkludi rakkomandazzjonijiet prattiċi għal setturi
speċifiċi u studji tal-każ li jippermettu lill-benefiċjarji
jimmodulaw il-proġetti tagħhom lejn l-aħjar valur miżjud
tal-UE. Il-proġetti ewlenin kollha
se jkollhom jgħaddu minn rieżami ta’ kwalità, jew mill-Kummissjoni
jew minn esperti indipendenti (Jaspers jew entitajiet oħra nominati
mill-Istati Membri u bi qbil mal-Kummissjoni) qabel l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tinnota li
l-ajruporti reġjonali jistgħu ħafna drabi jservu finijiet ta’
komunikazzjoni għal reġjun jew komunità u l-awtoritajiet
pubbliċi jistgħu jixtiequ jżommu l-operat tagħhom għal
affarijiet oħra minbarra għal raġunijiet sempliċiment
finanzjarji. Din hija r-raġuni għaliex l-infrastrutturi tat-trasport
pubbliku li ma jħallux qligħ u jeħtieġu l-appoġġ
mill-Istat jitħallew jiffunzjonaw. Il-fatt li l-Kummissjoni ma
għandhiex għarfien dettaljat sħiħ tal-proġetti kollha
ffinanzjati mill-UE madwar l-UE u madwar is-setturi, ma jfissirx li din tonqos
milli twettaq ir-rwol ta’ superviżorju regolatorju tagħha.
Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni teżerċita r-rwol
superviżorju tagħha — ħafna drabi lil hinn mill-prerogattivi
regolatorji tagħha — permezz ta’ rappurtar annwali u monitoraġġ
fuq livell ta’ proġett bi proġett wkolljekk ikun meħtieġ,
trattament ad hoc ta’ kwistjonijiet problematiċi u awditi
speċifiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fil-passat irrifjutat
kofinanzjament għal ajruporti reġjonali li għalihom il-każ
ta’ negozju ma kienx evidenti u li ma kienx jidher ġustifikat mil-lat ta’
koeżjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li
l-proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni kienu direttament approvati minnha
fil-perjodu 2000-2006, filwaqt li għall-perjodu 2007-2013 ġew
inklużi fil-programmi u approvati individwalment biss jekk dawn kienu
proġetti maġġuri. Il-Kummissjoni ħadet passi fl-perjodu
2007-2013 biex ittejjeb il-valutazzjoni ta’ proġetti maġġuri,
permezz tal-istabbiliment tal-inizjattiva Jaspers, li tipprovdi assistenza
teknika lill-Istati Membri, it-tħejjija ta’ gwida komprensiva tas-CBA u
l-użu ta’ għarfien espert estern jekk meħtieġ. Fil-perjodu 2007-2013,
il-Kummissjoni rċeviet 17-il applikazzjoni għal proġetti
maġġuri tal-ajruporti. Matul l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni
tagħti attenzjoni sinifikanti lill-kwistjoni takost kumplessiv
tal-proġett, il-benefiċċji u l-valur miżjud tiegħu
għas-soċjetà. Dan irriżulta f’każijiet speċifiċi
bħat-tnaqqis fl-ambitu ta’ proġetti (pereżempju l-ajruport ta’
Iași u dak ta' Wroclaw) u l-inklużjoni ta’ kundizzjonijiet
fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni (għall-ajruport ta’ Gdansk
minħabba l-pjanijiet ta’ konstruzzjoni ta' ajruport ħdejh fi Gdynia).
Il-Kummissjoni dejjem ivverifikat bir-reqqa l-analiżi tad-domanda. F’xi
każijiet, il-Kummissjoni ħeġġet lill-awtoritajiet
nazzjonali biex jabbandunaw proġetti (pereżempju ajruporti f’Kielce,
u f’Bialystok) minħabba nuqqas ta’ domanda u t-tħassib
tal-Kummissjoni marbut mas-sostenibbiltà finanzjarja ta’ dawn l-ajruporti. V. (i) Il-Kummissjoni
taċċetta r-rakkomandazzjoni u se timplimentaha matul in-negozjati
dwar il-programmi operazzjonali għall-perjodu 2014-2020.
L-approċċ tas-servizzi tal-Kummissjoni fin-negozjati huwa li
l-finanzjament tal-UE għall-infrastruttura tal-ajruporti jkun iffukat
b’mod partikolari għall-ajruporti li jappartjenu għan-netwerk ewlieni
TEN-T. Il-Kummissjoni teħtieġ ukoll li l-Pjanijiet Direttur
Komprensivi tat-Trasport għandhom iservu bħala bażi
għall-għażla ta’ prijoritajiet ta’ investiment fit-trasport.
L-investimenti kollha għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu
l-objettivi għall-assi prijoritarju kkonċernat u investimenti f’kull
ajruport li jista’ b’mod partikolari jeħtieġ li jkun
soġġett ta' valutazzjoni dettaljata minn qabel tal-vijabbiltà
ekonomika u l-kompetizzjoni (pereżempju jekk l-operaturi privati
jistgħux jiffinanzjaw l-investiment). Fl-aħħar nett,
l-investimenti għandhom ikunu sostnuti minn riżultati plawżibbli
tal-istudju ta’ fattibbiltà rikjest u minn Analiżi tal-Ispejjeż
imqabbla mal-Benefiċċji. (iii) Il-Kummissjoni taqbel
mal-importanza ta’ ppjanar strateġiku koerenti tal-ajruport bħala
mezz biex tiġi evitata kapaċità spustata fil-futur. Il-Kummissjoni
taqbel mar-rakkomandazzjoni li hija indirizzata lill-Istati Membri (pjaniet
koerenti reġjonali, nazzjonali u fejn applikabbli u possibbli
supranazzjonali għall-iżvilupp tal-ajruporti). Min-naħa
tagħha, se tivverifika l-implimentazzjoni matul in-negozjati dwar
il-programmi operazzjonali għall-perjodu 2014-2020 permezz tal-valutazzjoni
tal-pjanijiet tat-trasport fil-qafas tas-sodisfazzjon tal-kondizzjonalitajiet ex
ante. Ara wkoll it-tweġiba għal §§68-71. Fuq livell ieħor,
il-Kummissjoni se tintensifika l-monitoraġġ u l-valutazzjoni
tal-kapaċità tal-UE fis-suq tat-trasport bl-ajru biex jintlaħqu sfidi
u opportunitajiet futuri.
Introduzzjoni
1. L-aktar studju
riċenti tal-Eurocontrol "'L-isfidi tat-tkabbir 2013' jikkonferma u
jtenni l-isfida tal-kapaċità identifikata fi studji preċedenti. Fix-xenarju l-aktar probabbli
(kapaċità ristretta), se jkun hemm 50 % aktar titjiriet fl-2035
mill-2012. Kważi żewġ miljun titjira mhux se jkunu jistgħu
jiġu sodisfati (12 % tad-domanda totali
għall-ivvjaġġar) minħabba n-nuqqas ta’ pjanijiet ta’
espansjoni tal-ajruporti. Dan huwa ekwivalenti għal madwar 120 miljun
passiġġier li ma jistgħux jagħmlu t-titjiriet ta’ ritorn
tagħhom (b’kollox, 240 miljun passiġġier fis-sena). Barra minn hekk, sal-2035, aktar
minn 20 ajruport se jkunu qed jaħdmu qrib il-kapaċità tagħhom,
meta mqabbla ma’ biss tlieta fl-2012 (hotspots — inklużi ajruporti fi
Spanja u l-Greċja). Dan l-istudju juri li
l-kapaċità spustata hija problema li trid tiġi diskussa aktar u li
fuq il-bażi tal-pjanijiet ta’ espansjoni tal-ajruporti rraportati
reċentement, se jkun hemm skarsezza ta' kapaċità fl-Ewropa fl-20 sena
li ġejjin. Sors: Challenges of Growth 2013
studju, disponibbli fuq https://www.eurocontrol.int/articles/challenges-growth 6.
Fil-White Paper tagħha tal-2011 dwar il-Politika tat-Trasport,
il-Kummissjoni kkunsidrat il-konġestjoni bħala tħassib
prinċipali. Hija kompliet tafferma li “l-kapaċità tal-ajruporti
teħtieġ tiġi ottimizzata u, fejn hemm bżonn, trid tikber
biex tilqa’ għad-domanda dejjem tiżdied
għall-ivjaġġar”. [Daħħal nota f’qiegħ il-paġna:
Il-White Paper Direzzjonali tal-2011 lejn Żona Ewropea Unika ta' Trasport
(§28), hi disponibbli hawn http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/ALL/;ELX_SESSIONID=HjP8JnxMmKkbg0nMHrxTqR3DX1042Lqfy2gdgLbQLf5rnTVZwSq6!1996567712?uri=CELEX:52011DC0144] Fil-Komunikazzjoni sussegwenti
tagħha tal-2011 li takkumpanja l-pakkett dwar l-ajruporti, il-Kummissjoni
kkonfermat li l-konġestjoni fl-ajruporti hija problema għall-Ewropa.
Barra minn hekk, jekk ikun hemm nuqqas ta’ kapaċità fuq l-art,
is-suċċess tal-proġett Ajru Uniku Ewropew fl-intier
tiegħuse jkun mhedded. Fl-istess ħin, is-settur tal-avjazzjoni
tal-Ewropa qed jiffaċċja kompetizzjoni akbar u bidla fis-suq globali
tal-avjazzjoni lejn reġjuni bħall-Asja-Paċifiku, il-Lvant
Nofsani u l-Amerika Latina, li jheddu l-pożizzjoni privileġġjata
tal-Ewropa bħala salib it-toroq tan-netwerk globali tal-avjazzjoni u
l-benefiċċji f’termini ta’ konnettività li din il-pożizzjoni
tipprovdi. [Daħħal nota f’qiegħ il-paġna: Il-Komunikazzjoni
tal-2011 dwar il-politika tal-Ajruporti hija disponibbli hawn http://ec.europa.eu/transport/modes/air/airports/index_en.htm]
Ambitu
u approċċ tal-awditjar
21. L-ewwel inċiż:
Filwaqt li t-trasport bl-ajru qabad ir-rotta fl-UE 27 mill-2010, il-Kummissjoni
tikkunsidra li ma kien hemm ebda rkupru ġenerali tat-trasport bl-ajru
fis-snin 2007-2013. Il-medja taċ-ċifri madwar l-UE waħedhom ma
jistgħux jirriflettu l-iżviluppi differenti tat-trasport tal-ajru
fl-Istati Membri differenti li jvarjaw ħafna minn xulxin. Fl-2010, 21 Stat
Membru iffaċċjaw żieda u 6 iffaċċjaw tnaqqis
fil-volumi ta’ passiġġieri; fl-2011, 25 żieda u 2 tnaqqis;
fl-2012, 18 żieda u 9 tnaqqis; fl-2013, 21 żieda, 6 tnaqqis;
It-tibdiliet bejn żieda u tnaqqis matul l-aħħar ftit snin kienu
sinifikanti fi Spanja, l-Italja u l-Greċja — l-inkwiet ekonomiku
tat-tlieta li huma hu ddokumentat sew. Id-dejta tal-Eurostat għall-2013
tikkonferma li l-għadd ta’ passiġġieri bl-ajru ma laħaqx
il-livell ta’ qabel il-kriżi għal Spanja u l-Greċja. It-tieni inċiż:
Il-Kummissjoni tqis li m’hemm l-ebda tendenza ċara fl-iżvilupp
tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru fl-Istati Membri awditjati.
Għas-snin 2007-2013, it-trasport bl-ajru fil-Greċja naqas bi
3,3 % u fi Spanja bi 3,5 %. Fi Spanja, it-trasport bl-ajru
tal-passiġġieri naqas fl-2008, l-2009, l-2012 u l-2013,
fil-Greċja naqas fl-2008, l-2009, l-2010 u l-2012 u fl-Italja, naqas
fl-2008, l-2009, l-2012 u l-2013. It-tielet
inċiż: Il-Kummissjoni tinnota li l-ekonomija tal-UE-27 jew tinsab
staġnata jew qiegħda f’riċessjoni mill-2007, bl-unika
eċċezzjoni tal-2010 u l-2011. Xi wħud mill-Istati Membri
awditjati esperjenzaw tnaqqis drammatiku tal-PDG: Il-Greċja tinsab
fis-sitt sena konsekuttiva ta’ riċessjoni, l-Italja u Spanja kienu
f’riċessjoni f’erbgħa minn sitt snin. Għalhekk, il-Kummissjoni
tikkunsidra li l-kriżi għandha impatt serju u kontinwu fit-trasport
bl-ajru.
Osservazzjonijiet
Tweġiba
komuni għal §§ 28 u 30. L-ajruporti huma infrastrutturi
li għandhom ħajja twila. Il-Kummissjoni tqis li r-rata tal-użu
tal-ajruport għandha tiġi vverifikata matul il-ħajja
tal-investimenti li saru sabiex jiġi vvalutat jekk dawn laħqux bis-sħiħ
l-użu operazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, il-bini
tal-infrastruttura tal-ajruporti f’fażijiet biex wieħed dejjem
iżomm qrib jew eżatt fuq il-punt ta’ riferiment, filwaqt li l-ideali,
fil-prattika jfisser li jrid ikun hemm xogħol kontinwu għaddej
fl-ajruport, li jirrikjedi arranġamenti partikolari u tfixkil fl-operat u
s-servizzi offruti mill-ajruport. 37. Il-Kummissjoni tqis li huwa
diffiċli li tiġi identifikata xejra fiċ-ċifri tat-traffiku
tal-passiġġieri għas-snin 2007-2013, li fuqhom il-Qorti
tibbaża ruħha fuq il-kalkolu mill-ġdid tal-kostijiet għal
kull passiġġier addizzjonali. Il-Kummissjoni għalhekk
tikkunsidra li valutazzjoni abbażi tal-għanijiet u r-rieżamijiet
ta’ nofs it-terminu se jipprovdu bażi xierqa għall-valutazzjoni
tal-kosteffettività tal-proġetti. Ara wkoll it-tweġiba
tal-Kummissjoni għal § 21. Tweġiba komuni għal §§
40 sa 43. Għall-finijiet
tal-valutazzjoni ta’ proġetti maġġuri fil-politika ta’
koeżjoni, is-sostenibbiltà finanzjarja hi mifhuma mill-Kummissjoni
bħala l-kapaċità ta’ proġett li jiġġenera
biżżejjed dħul biex ikopri l-kostijiet operatorji f’kull
sena tal-operat tiegħu, u mhux il-kapaċità li jiġġenera
profitt. Għalkemm tabilħaqq l-appoġġ tal-UE idealment
jingħata għal infrastrutturi li jagħmlu profitt, jiġri li
xi infrastrutturi tat-trasport jiġġeneraw it-telf, minkejja
l-eżistenza ta’ dħul u f’tali każijiet id-deċiżjoni li
jiġi pprovdut appoġġ tal-UE hija bbażata fuq jekk
il-proġett huwiex mixtieq mil-lat soċjoekonomiku (jiġifieri
iġib miegħu aktar benefiċċji milli kostijiet). 45. L-ajruporti
reġjonali jistgħu jservu finijiet ta’ komunikazzjoni għal
reġjun jew komunità u l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jixtiequ
jżommu l-operat tagħhom għal affarijiet oħra minbarra
għal raġunijiet sempliċiment finanzjarji. Din hija r-raġuni
għaliex l-infrastrutturi tat-trasport pubbliku li ma jħallux
qligħ u jeħtieġu l-appoġġ mill-Istat jitħallew
jiffunzjonaw. 50. It-trasport
tal-passiġġieri bl-ajru fi Spanja naqas bejn l-2007 u l-2013 b’madwar
3,5 % u fil-Greċja bi 3,3 %. Il-Kummissjoni tqis li l-ajruporti
awditjati segwew din ix-xejra u nnotat ukoll tnaqqis fit-traffiku, li jsegwi
t-triq tal-ekonomiji Spanjoli u Gregi, li ilhom f'riċessjoni kważi
mingħajr interruzzjoni mill-2007. Ara wkoll it-tweġiba
tal-Kummissjoni għal § 21. Tweġiba komuni
tal-Kummissjoni għall-paragrafi 53 sa 55: Id-definizzjoni użata mill-Kummissjoni
għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet dwar l-għajnuna
mill-Istat hija li “żona ta’ lħuq ta’ ajruport” b’mod ġenerali
tfisser il-konfini ta’ suq ġeografiku, li normalment huwa stabbilit
għal madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta ta’
vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, tren jew tren ta’ velocità
għolja. Madankollu, iż-żona ta' lħuq ta' ajruport
partikulari tista’ tkun differenti u jeħtieġ li tqis
il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull ajruport partikolari.
Id-daqs u l-forma taż-żona ta’ lħuq tvarja minn ajruport
għal ieħor, u tiddependi fuq diversi karatteristiċi
tal-ajruport, inklużi l-mudell tan-negozju tagħha, il-post u
d-destinazzjonijiet li taqdi." Il-limitu ta' 100 km (200 km jekk
tkun teżisti linja ferrovjarja ta' veloċità għolja) huwa definit
ugwalment fl-Artikolu 24 tar-Regolament TEN-T li jistabbilixxi l-kriterji
tal-komponenti tal-infrastruttura tat-trasport bl-ajru. Kif imsemmi mill-Qorti,
fi studju riċenti tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar
l-aċċessibbiltà għal titjiriet tal-passiġġieri fl-Ewropa,
is-servizzi tal-Kummissjoni waslu għall-konklużjonijiet abbażi
ta’ żona ta’ lqugħ ta’ 90minuta 'l bogħod għall-ajruporti.
Il-Kummissjoni tqis li ż-żoni milħuqa għandhom iqisu wkoll
elementi oħra bħall-mudell kummerċjali tal-ajruport, in-numru u
t-tip ta’ destinazzjonijiet moqdija, id-disponibbiltà tal-kapaċità
tal-ajruport f’ajruporti oħra, il-kollegamenti tat-trasport pubbliku,
vjaġġaturi sensittivi għall-ħin, jekk l-ajruport jservix
prinċipalment lir-residenti jew lil viżitaturi li jkunu ġejjin
fiż-żona. L-ajruporti reġjonali ta’
spiss ma jservux l-istess destinazzjonijiet bl-istess frekwenza bħal
ajruporti ġirien tagħhom u saħansitra aktar minn hekk
bħall-ajruport ewlieni fl-Istat Membru. Tweġiba komuni
għal §§ 61 sa 63. Safejn għandu x'jaqsam l-ippjanar
strateġiku, ġiet stabbilita riforma radikali għall-perjodu
2014-2020, fejn il-qafas legali jipprovdi għat-twettiq ta’
kondizzjonalitajiet speċifiċi ex ante fis-settur tat-trasport,
li jeħtieġu l-eżistenza ta’ pjan jew qafas tat-trasport
komprensiv speċifiku fuq livell nazzjonali jew reġjonali qabel
l-approvazzjoni ta’ appoġġ għall-programmi operazzjonali.
Il-pjan tat-trasport hu li jiġi stabbilit il-kontribut
għaż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport, it-TEN-T ewlieni u
komprensiv fejn se jsiru l-investimenti mill-FEŻR u l-FK, kif ukoll
sensiela ta’ proġetti realistiċi u maturi għall-implimentazzjoni
mill-programmi operazzjonali. Il-programmi operazzjonali
jinkludu analiżi tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet
speċifiċi waqt iż-żmien tal-programmazzjoni u rabta mal-interventi
ippjanati. B’dan il-mod il-Kummissjoni tikkunsidrahom bħala dokumenti
tal-ippjanar għall-finijiet ta’ interventi kofinanzjati mill-UE. Tweġiba komuni għal §§
66 u 67. Fis-sistema ta’ ġestjoni
kondiviża s-setgħat huma maqsuma bejn il-Kummissjoni u l-Istati
Membri, b’dawn tal-aħħar li jkunu responsabbli
għall-amministrazzjoni ta’ kuljum u dik tal-ewwel li tkun responsabbli
għall-monitoraġġ u s-superviżjoni fil-livell ta' programm u
mhux fil-livell tal-proġett. Dan ifisser li l-Kummissjoni mhux suppost
tibbaża l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-attività ta'
konformità b’referenza għal informazzjoni dettaljata dwar kull
proġett, peress li eluf ta’ proġetti li huma kofinanzjati kull sena
permezz tal-politika ta’ koeżjoni, u ma tistax tagħmel dan.
Konklużjonijiet u
rakkomandazzjonijiet
Tweġiba komuni għal §§
68 sa 71. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi
l-konklużjonijiet tal-Qorti għall-proġetti awditjati tal-perjodi
2000-2006 u 2007-2013 u taċċetta li f’dawn il-perjodi ta’
programmazzjoni l-appoġġ minn fondi ta’ koeżjoni
għall-infrastruttura tal-ajruporti f’ċerti każijiet ma kienx
jirrappreżenta użu effettiv tal-fondi tal-UE. Tixtieq tenfasizza li
diġà ttieħdu lezzjonijietminn din l-esperjenza, u bħala riżultat
hemm approċċ radikalment differenti fil-leġiżlazzjoni
għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Il-qafas regolatorju l-ġdid
sar iktar strett meta wieħed jiġi għal investiment
f’infrastrutturi tal-ajruport, li jillimitaw l-għażliet possibbli
biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali jew il-karatteristiċi ta’
sikurezza tal-infrastrutturi. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni qed
isegwu linja aktar limitata fin-negozjati, li tiffoka b’mod partikolari fuq
l-ajruporti li jappartjenu għan-netwerk ewlieni TEN-T. Sa fejn għandu x'jaqsam
l-ippjanar strateġiku, il-qafas il-ġdid jirrikjedi l-eżistenza
ta’ pjanijiet tat-trasport fil-livell reġjonali jew nazzjonali bħala
kondizzjonalità ex ante speċifika, li stipulat strateġija
komprensiva tat-trasport għal kull settur, il-kontribuzzjoni
għat-tlestija tat-TEN-T u li tinkludi lista ta’ proġetti li
għandhom jiġu implimentati (“sensiela ta’ proġetti
realistiċi u maturi”). Il-Kummissjoni tikkunsidra dawn il-pjanijiet
bis-sħiħ qabel ma tapprova kull programm operazzjonali li jipprovdi
għal investimenti fis-settur tat-trasport. Fir-rigward ta’ proġett
maġġuri, il-Kummissjoni adottat l-atti delegati u ta’
implimentazzjoni li se jiddefinixxu l-kwalità ta’ proċess ta’ rieżami
u l-elementi ta’ kwalità tas-CBA li jridu jiġu rrispettati
mill-proġetti maġġuri kollha, bħalma huma
l-benefiċċji u l-kostijiet ewlenin skont is-settur, lista ta’ riskji
li għandhom jiġu kkunsidrati, perjodi ta’ referenza preċiżi
skont is-settur eċċ. Barra minn hekk, dalwaqt se tinħareġ
gwida tas-CBA li tinkludi rakkomandazzjonijiet prattiċi għal setturi
speċifiċi u studji tal-każ li jippermettu lill-benefiċjarji
jimmodulaw il-proġetti tagħhom lejn l-aħjar valur miżjud
tal-UE. Il-proġetti ewlenin kollha
se jkollhom jgħaddu minn rieżami ta’ kwalità, jew mill-Kummissjoni
jew minn esperti indipendenti (Jaspers jew entitajiet oħra nominati
mill-Istati Membri u bi qbil mal-Kummissjoni) qabel l-approvazzjoni
mill-Kummissjoni. 69. L-ewwel inċiż:
Il-Kummissjoni tqis li r-rata tal-użu tal-ajruport għandha tiġi
vverifikata matul il-ħajja tal-investimenti li saru sabiex jiġi
vvalutat jekk dawn laħqux bis-sħiħ l-użu operazzjonali
tagħhom. 70. L-ajruporti reġjonali
jistgħu jservu finijiet ta’ komunikazzjoni għal reġjun jew
komunità u l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jixtiequ jżommu
l-operat tagħhom għal affarijiet oħra minbarra għal
raġunijiet sempliċiment finanzjarji. Din hija r-raġuni
għaliex l-infrastrutturi tat-trasport pubbliku li ma jħallux profitt
u jeħtieġu l-appoġġ mill-Istat kultant jitħallew
jiffunzjonaw. Rakkomandazzjoni
1 Il-Kummissjoni taċċetta
r-rakkomandazzjoni u se timplimentaha matul in-negozjati dwar il-programmi
operazzjonali għall-perjodu 2014-2020. L-approċċ tas-servizzi
tal-Kummissjoni fin-negozjati huwa li l-finanzjament tal-UE
għall-infrastruttura tal-ajruporti jkun iffukat b’mod partikolari
għall-ajruporti li jappartjenu għan-netwerk ewlieni TEN-T.
Il-Kummissjoni teħtieġ ukoll li l-Pjanijiet Direttur Komprensivi
tat-Trasport għandhom iservu bħala bażi
għall-għażla ta’ prijoritajiet ta’ investiment fit-trasport.
L-investimenti kollha għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu
l-objettivi għall-assi prijoritarju kkonċernat u investimenti f’kull
ajruport li jista’ b’mod partikolari jeħtieġ li jkun
soġġett ta' valutazzjoni dettaljata minn qabel tal-vijabbiltà ekonomika
u l-kompetizzjoni (pereżempju jekk l-operaturi privati jistgħux
jiffinanzjaw l-investiment). Fl-aħħar nett, l-investimenti
għandhom ikunu sostnuti minn riżultati plawżibbli tal-istudju
ta’ fattibbiltà rikjest u minn Analiżi tal-Ispejjeż imqabbla
mal-Benefiċċji. 72. Id-definizzjoni użata
mill-Kummissjoni għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet dwar
l-għajnuna mill-Istat hija li “żona ta’ lħuq ta’ ajruport” b’mod
ġenerali tfisser il-konfini ta’ suq ġeografiku, li normalment huwa
stabbilit għal madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta ta’
vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, tren jew tren ta’ velocità
għolja. Madankollu, iż-żona ta' lħuq ta' ajruport
partikulari tista’ tkun differenti u jeħtieġ li tqis
il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull ajruport partikolari.
Id-daqs u l-forma taż-żona ta’ lħuq tvarja minn ajruport
għal ieħor, u tiddependi fuq diversi karatteristiċi
tal-ajruport, inklużi l-mudell tan-negozju tagħha, il-post u
d-destinazzjonijiet li taqdi." Il-limitu ta' 100 km (200 km jekk
tkun teżisti linja ferrovjarja ta' veloċità għolja) huwa definit
ugwalment fl-Artikolu 24 tar-Regolament TEN-T li jistabbilixxi l-kriterji
tal-komponenti tal-infrastruttura tat-trasport bl-ajru. Kif imsemmi mill-Qorti,
fi studju riċenti tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar
l-aċċessibbiltà għal titjiriet tal-passiġġieri
fl-Ewropa, is-servizzi tal-Kummissjoni waslu għall-konklużjonijiet
abbażi ta’ żona ta’ lqugħ ta’ 90minuta 'l bogħod
għall-ajruporti. Il-Kummissjoni tqis li ż-żoni milħuqa
għandhom iqisu wkoll elementi oħra bħall-mudell kummerċjali
tal-ajruport, in-numru u t-tip ta’ destinazzjonijiet moqdija, id-disponibbiltà
tal-kapaċità tal-ajruport f’ajruporti oħra, il-kollegamenti
tat-trasport pubbliku, vjaġġaturi sensittivi għall-ħin,
jekk l-ajruport jservix prinċipalment lir-residenti jew lil
viżitaturi li jkunu ġejjin fiż-żona. L-ajruporti reġjonali ta’
spiss ma jservux l-istess destinazzjonijiet bl-istess frekwenza bħal
ajruporti ġirien tagħhom u saħansitra aktar minn hekk
bħall-ajruport ewlieni fl-Istat Membru. Il-fatt li l-Kummissjoni ma
għandhiex għarfien dettaljat sħiħ tal-proġetti kollha
ffinanzjati mill-UE madwar l-UE u madwar is-setturi, ma jfissirx li din tonqos
milli twettaq ir-rwol ta’ superviżorju regolatorju tagħha.
Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni teżerċita r-rwol
superviżorju tagħha — ħafna drabi lil hinn mill-prerogattivi
regolatorji tagħha — permezz ta’ rappurtar annwali u monitoraġġ
fuq livell ta’ proġett bi proġett jekk ikun meħtieġ,
trattament ad hoc ta’ kwistjonijiet problematiċi u awditi
speċifiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fil-passat irrifjutat
kofinanzjament għal ajruporti reġjonali li għalihom il-każ
ta’ negozju ma kienx evidenti u li ma kienx jidher ġustifikat mil-lat ta’
koeżjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li
l-proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni kienu direttament approvati minnha
fil-perjodu 2000-2006, filwaqt li għall-perjodu 2007-2013 ġew
inklużi fil-programmi u approvati individwalment biss jekk dawn kienu
proġetti maġġuri. Il-Kummissjoni ħadet passi fl-perjodu
2007-2013 biex ittejjeb il-valutazzjoni ta’ proġetti maġġuri,
permezz tal-istabbiliment tal-inizjattiva Jaspers, li tipprovdi assistenza
teknika lill-Istati Membri, it-tħejjija ta’ gwida komprensiva tas-CBA u
l-użu ta’ għarfien espert estern jekk meħtieġ. Fil-perjodu 2007-2013,
il-Kummissjoni rċeviet 17-il applikazzjoni għal proġetti
maġġuri tal-ajruporti. Matul l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni
tagħti attenzjoni sinifikanti lill-kwistjoni takost kumplessiv
tal-proġett, il-benefiċċji u l-valur miżjud tiegħu
għas-soċjetà. Dan irriżulta f’każijiet speċifiċi
bħat-tnaqqis fl-ambitu ta’ proġetti (pereżempju l-ajruport ta’
Iași u dak ta' Wroclaw) u l-inklużjoni ta’ kundizzjonijiet
fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni (għall-ajruport ta’ Gdansk
minħabba l-pjanijiet ta’ konstruzzjoni ta' ajruport ħdejh fi Gdynia).
Il-Kummissjoni dejjem ivverifikat bir-reqqa l-analiżi tad-domanda. F’xi
każijiet, il-Kummissjoni ħeġġet lill-awtoritajiet
nazzjonali biex jabbandunaw proġetti (pereżempju ajruporti f’Kielce,
u f’Bialystok) minħabba nuqqas ta’ domanda u t-tħassib
tal-Kummissjoni marbut mas-sostenibbiltà finanzjarja ta’ dawn l-ajruporti. Rakkomandazzjoni
2 Il-Kummissjoni
taqbel mal-importanza ta’ ppjanar strateġiku koerenti tal-ajruport
bħala mezz biex tiġi evitata kapaċità spustata fil-futur. Il-Kummissjoni
taqbel mar-rakkomandazzjoni li hija indirizzata lill-Istati Membri (pjaniet
koerenti reġjonali, nazzjonali u fejn applikabbli u possibbli
supranazzjonali għall-iżvilupp tal-ajruporti). Min-naħa
tagħha, se tivverifika l-implimentazzjoni matul in-negozjati dwar
il-programmi operazzjonali għall-perjodu 2014-2020 permezz
tal-valutazzjoni tal-pjanijiet tat-trasport fil-qafas tas-sodisfazzjon
tal-kondizzjonalitajiet ex ante. Ara wkoll it-tweġiba għal
§§68-71. Fuq
livell ieħor, il-Kummissjoni se tintensifika l-monitoraġġ u
l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-UE fis-suq tat-trasport bl-ajru biex
jintlaħqu sfidi u opportunitajiet futuri.