This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0723
DRAFT General Budget of the European Union for the financial year 2015 GENERAL INTRODUCTION
ABBOZZ tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 INTRODUZZJONI ĠENERALI
ABBOZZ tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 INTRODUZZJONI ĠENERALI
/* COM/2014/0723 final */
ABBOZZ tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 INTRODUZZJONI ĠENERALI /* COM/2014/0723 final */
DOKUMENTI ABBOZZ tal-Baġit Ġenerali
tal-Unjoni Ewropea
għas-sena finanzjarja
2015 INTRODUZZJONI ĠENERALI ABBOZZ TAL-BAĠIT ĠENERALI 2015 DIKJARAZZJONI
TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Wara li kkunsidrat: –
it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li
jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari
l-Artikolu 106a tiegħu, –
ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar
ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali
tal-Unjoni[1] u b’mod
partikolari l-Artikolu 38 tiegħu, –
ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom)
Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi
l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13
tiegħu, –
l-abbozz tal-baġit ġenerali
oriġinali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 imressaq
mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2014[3], –
l-ittra emendatorja Nru 1/2015[4], –
il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz
tal-baġit ġenerali oriġinali tal-Unjoni Ewropea għas-sena
finanzjarja 2015, adottata mill-Kunsill fit-2 ta' Settembru 2014, –
l-emendi tal-Parlament Ewropew
għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali
oriġinali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottati
mill-Parlament Ewropew fit-22 ta' Ottubru 2014, Il-Kummissjoni
Ewropea b'dan tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-abbozz
tal-baġit ġenerali għall-2015. WERREJ 1. Introduzzjoni 5 2. Il-qafas finanzjarju pluriennali u l-abbozz
il-ġdid tal-baġit 2015. 6 2.1. Limiti massimi tal-qafas finanzjarju
pluriennali għall-baġit tal-2015. 6 2.2. Ħarsa ġenerali lejn l-Abbozz
tal-Baġit tal-2015 il-ġdid. 6 3. Elementi Ewlenin tal-Proposta l-Ġdida
ta' Abbozz tal-Baġit. 8 3.1. L-Intestaturi tan-Nefqa tal-Qafas
Finanzjarju. 9 3.1.1. Linji “magħluqa”. 9 3.1.2. Intestatura 1a — Kompetittività
għat-Tkabbir u l-Impjiegi 9 3.1.3. Intestatura 1b — Koeżjoni Ekonomika,
Soċjali u Territorjali 9 3.1.4. Intestatura 2 — Tkabbir Sostenibbli:
Riżorsi Naturali 9 3.1.5. Intestatura 3 — Sigurtà u Ċittadinanza. 10 3.1.6. Intestatura 4 — Ewropa Globali 10 3.1.7. Intestatura 5 — Amministrazzjoni 10 3.2. Kwistjonijiet orizzontali 11 3.2.1. Aġenziji deċentralizzati 11 3.2.2. Aġenziji eżekuttivi 11 3.2.3. Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji 11 3.2.4. Trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni tad-delegazzjonijiet
tal-UE”. 11 3.2.5. Rimarki dwar il-Baġit 11 3.3. Approċċ Ġenerali dwar
l-Approprjazzjonijiet ta' Pagament. 11 4. Rimarki tal-Għeluq.. 12 5. Abbozz tal-baġit tal-2015 skont
l-intestaturi tal-qafas finanzjarju u l-programmi ewlenin.. 13 BIDLIET
FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Il-bidliet
fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fuq
il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Il-verżjoni
bl-Ingliż tal-bidliet f'dawn id-dikjarazzjonijiet skont it-taqsima hija
mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit. 1. Introduzzjoni Fl-24 ta' Ġunju 2014
il-Kummissjoni ttrażmettiet l-Abbozz tal-Baġit għall-2015
fil-lingwi uffiċjali kollha[5].
Fit-2 ta' Settembru 2014 il-Kunsill temm il-qari tiegħu
tal-Abbozz tal-Baġit, u fit-22 ta' Ottubru 2014
il-Parlament Ewropew ivvota l-qari tiegħu. Peress li l-Parlament Ewropew
adotta emendi għall-Abbozz tal-Baġit, li ma setgħux jiġu
aċċettati mill-Kunsill, tlaqqa' Kumitat ta' Konċiljazzjoni,
f'konformità mal-Artikolu 314 §4(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ħadem
għal perjodu ta' 21 jum, bejn it-28 ta' Ottubru u
s-17 ta' Novembru 2014. Għalkemm sar progress sinifikanti
matul id-diskussjonijiet, inkluż fir-rigward tal-aċċettazzjoni
tal-ħtieġa li jiġi mobilizzat il-Marġini ta’
Kontinġenza għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2014, ma kienx
possibbli li jiġu rrikonċiljati l-pożizzjonijiet tal-Parlament
Ewropew u l-Kunsill fil-perjodu ta’ żmien permess, b’mod partikolari
fir-rigward tal-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament biex jintlaħqu
l-ħtiġijiet tal-pagamenti pendenti għall-2014. Minħabba dan
ma ntlaħaqx ftehim dwar il-baġit tal-2015, kif ukoll dwar l-Abbozz
tal-Baġit Emendatorju Nru 2/2014[6],
Nru 3/2014[7],
Nru 4/2014[8],
Nru 5/2014[9]
u Nru 7/2014[10]
minħabba li dawn kollha kienu kkunsidrati bħala pakkett
mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill[11].
Billi fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma
ntlaħaqx ftehim, issa l-Kummissjoni tressaq Abbozz ġdid
tal-Baġit 2015, skont l-Artikolu 314 §8 tat-TFUE. Il-Kummissjoni qed
tfittex li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet taż-żewġ
fergħat tal-Awtorità Baġitarja f'din il-proposta għal Abbozz
ġdid tal-Baġit mingħajr rikors għal perjodu ulterjuri ta'
Konċiljazzjoni. Jekk ma jintlaħaqx ftehim dwar il-baġit, fl-2015
ikollhom jintużaw id-dodiċeżmi provviżorji b'detriment
għall-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi ewlenin, u dan
jibgħat messaġġ negattiv liċ-ċittadini tal-Ewropa fi
żmien ta' inċertezza ekonomika. B’dan l-għan importanti li tintlaħaq
l-adozzjoni f’waqtha tal-baġit tal-2015, il-proposta tal-Kummissjoni
għal Abbozz ġdid tal-Baġit għall-2015 tibni fuq il-progress
li sar dwar il-baġit 2015 fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, li fil-biċċa
l-kbira rristawra l-Abbozz tal-Baġit oriġinali tal-Kummissjoni, kif
emendat bl-Ittra ta’ Emenda Nru 1/2015[12],
b’mod partikolari għall-impenji, għalkemm b’livell aktar baxx ta’
pagamenti. Din il-proposta tieħu kont ukoll tad-diskussjonijiet u proposti
reċenti biex tiġi massimizzata l-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE
għat-tkabbir ekonomiku. F’dan ir-rigward, il-proposta għal Abbozz
ġdid tal-Baġit hija ffukata b’mod partikolari fuq li tappoġġja
lil dawk il-politiki favur il-kompetittività u l-konverġenza ekonomika, u
b’hekk tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll lil dawk
il-linji tal-baġit li jippermettu lill-Ewropa tindirizza xi kriżijiet
partikolarment fil-viċinat tagħha. Hija tindirizza wkoll serje ta’ 10
oqsma ta’ politika prijoritarji stabbiliti fil-linji gwida politiċi
għall-Kummissjoni l-ġdida[13],
bħal pereżempju spinta fl-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment,
il-kollegament tas-suq uniku diġitali, iż-żieda
fir-reżiljenza tal-provvista tal-enerġija filwaqt li ssir
il-ġlieda kontra t-tisħin globali, is-sigurtà fil-fruntieri
tal-Ewropa u Ewropa iktar b’saħħitha fir-rigward tal-politika
barranija. 2. Il-qafas finanzjarju pluriennali u l-abbozz il-ġdid tal-baġit 2015 2.1. Limiti
massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-baġit tal-2015 Il-limiti massimi
għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fil-qafas finanzjarju
pluriennali (QFP)[14] għall-istabbiliment tal-abbozz tal-baġit 2015 huma
ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt: Intestatura || Approprjazzjonijiet ta' impenn tal-2015 f'miljuni ta' EUR, fi prezzijiet kurrenti || Approprjazzjonijiet ta' impenn || 1. || Tkabbir intelliġenti u inklussiv || 66 813,0 1a || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 17 666,0 1b || Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali || 49 147,0 2. || Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali || 59 599,0 || li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 44 313,0 3. || Sigurtà u ċittadinanza || 2 246,0 4. || Ewropa Globali || 8 749,0 5. || Amministrazzjoni || 9 076,0 || li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || 7 351,0 6. || Kumpensi || 0,0 || APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN TOTALI || 146 483,0 || APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENT TOTALI || 141 901,0 Fil-QFP,
il-limitu massimu globali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) hu ta’
EUR 146 483 miljun, li jirrappreżenta 1,05 %
tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-UE. Il-limitu massimu
għall-approprjazzjonijiet ta' pagament (AP) hu ta’
EUR 141 901 miljun, jew 1,02 % tal-ING. 2.2. Ħarsa ġenerali lejn l-Abbozz
tal-Baġit tal-2015 il-ġdid (Approprjazzjonijiet
ta' impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta' pagament (AP) f’miljuni ta’ EUR,
ċifri approssimattivi bil-prezzijiet attwali) Intestatura || Baġit || Baġit || Abbozz ta' baġit (AB) || Differenza || Differenza 2014 (1) || 2014 aġġustat (2) || 2015 || 2015 – 2014 (aġġustata) || 2015 / 2014 (aġġustata) (1) (2) || (3) || (3 – 1) || (3 / 1) AI || AP || AI || AP || AI || AP || AI || AP || AI || AP 1. || Tkabbir intelliġenti u inklussiv || 63 986,3 || 66 374,5 || 63 985,9 || 66 374,0 || 66 718,8 || 66 900,8 || 2 732,9 || 526,7 || 4,3 % || 0,8 % Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 89,3 || || 89,3 || || 83,3 || || || || || Limitu || 63 973,0 || || 63 973,0 || || 66 813,0 || || || || || Marġni || 76,0 || || 76,4 || || 177,5 || || || || || 1a || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 16 484,0 || 12 028,3 || 16 484,0 || 12 028,3 || 17 488,5 || 15 833,3 || 1 004,5 || 3 805,0 || 6,1% || 31,6 % Limitu || 16 560,0 || || 16 560,0 || || 17 666,0 || || || || || Marġni || 76,0 || || 76,0 || || 177,5 || || || || || 1b || Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali || 47 502,3 || 54 346,2 || 47 502,3 || 54 346,2 || 49 230,3 || 51 067,4 || 1 728,0 || -3 278,7 || 3,6 % || -6,0 % Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 89,3 || || 89,3 || || 83,3 || || || || || Limitu || 47 413,0 || || 47 413,0 || || 49 147,0 || || || || || Marġni || 0,0 || || 0,0 || || 0,0 || || || || || 2. || Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali || 59 190,9 || 56 558,8 || 59 190,9 || 56 558,7 || 58 808,6 || 56 231,1 || - 382,3 || - 327,6 || -0,6% || -0,6% Limitu || 59 303,0 || || 59 303,0 || || 59 599,0 || || || || || Marġni || 112,1 || || 112,1 || || 790,4 || || || || || Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti(2) || 43 778,1 || 43 777,0 || 43 778,1 || 43 777,0 || 43 455,8 || 43 448,3 || - 322,3 || - 328,7 || -0,7 % || -0,8 % Sottolimitu || 44 130,0 || || 44 130,0 || || 44 313,0 || || || || || Trasferiment nett bejn il-FAEG u l-FAEŻR || 351,9 || || 351,9 || || 123,2 || || || || || Sottomarġini || 0,0 || || 0,0 || || 734,0 || || || || || 3. || Sigurtà u ċittadinanza || 2 172,0 || 1 677,0 || 2 172,0 || 1 677,0 || 2 146,7 || 1 884,3 || - 25,3 || 207,3 || -1,2 % || 12,4 % Limitu || 2 179,0 || || 2 179,0 || || 2 246,0 || || || || || Marġni || 7,0 || || 7,0 || || 99,3 || || || || || 4. || Ewropa Globali || 8 325,0 || 6 842,0 || 8 254,2 || 6 780,4 || 8 356,4 || 7 428,0 || 102,3 || 647,6 || 1,2% || 9,6% Limitu || 8 335,0 || || 8 335,0 || || 8 749,0 || || || || || Marġni || 10,0 || || 80,8 || || 392,6 || || || || || 5. || Amministrazzjoni || 8 404,5 || 8 405,4 || 8 475,9 || 8 467,5 || 8 680,5 || 8 668,1 || 204,6 || 200,6 || 2,4% || 2,4% Limitu || 8 721,0 || || 8 721,0 || || 9 076,0 || || || || || Marġni || 316,5 || || 245,1 || || 395,5 || || || || || Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || 6 792,2 || 6 793,1 || 6 863,6 || 6 855,2 || 6 961,2 || 6 948,8 || 97,6 || 93,6 || 1,4% || 1,4% Sottolimitu || 7 056,0 || || 7 056,0 || || 7 351,0 || || || || || Sottomarġini || 263,8 || || 192,4 || || 389,8 || || || || || 6. || Kumpensi || 28,6 || 28,6 || 28,6 || 28,6 || 0,0 || 0,0 || - 28,6 || - 28,6 || -100,0% || -100,0% Limitu || 29,0 || || 29,0 || || 0,0 || || || || || Marġni || 0,4 || || 0,4 || || 0,0 || || || || || Approprjazzjonijiet għall-intestaturi 1 sa 6 || 142 107,4 || 139 886,3 || 142 107,4 || 139 886,3 || 144 711,0 || 141 112,3 || 2 603,6 || 1 226,0 || 1,8% || 0,9% Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 89,3 || 0,0 || 89,3 || 0,0 || 83,3 || 11,3 || || || || Li minnhom taħt il-Marġini ta' Kontinġenza || 0,0 || 4 026,7 || 0,0 || 4 026,7 || 0,0 || 0,0 || || || || Limitu || 142 540,0 || 135 866,0 || 142 540,0 || 135 866,0 || 146 483,0 || 141 901,0 || || || || Marġni || 521,9 || 6,4 || 521,9 || 6,4 || 1 855,3 || 800,0 || || || || Approprjazzjonijiet bħala perċentwal tal-ING (3) || 1,05% || 1,04% || 1,05% || 1,04% || 1,04% || 1,01% || || || || Strumenti speċjali oħra(4) || 582,9 || 482,9 || 582,9 || 482,9 || 515,4 || 225,0 || - 67,5 || - 257,9 || -11,6 % || -53,4 % Total tal-approprjazzjonijiet || 142 690,3 || 140 369,2 || 142 690,3 || 140 369,2 || 145 226,3 || 141 337,3 || 2 536,0 || 968,1 || 1,8% || 0,7% Approprjazzjonijiet bħala perċentwal tal-ING (3) || 1,06% || 1,04% || 1,06% || 1,04% || 1,04% || 1,01% || || || || (1) Il-baġit tal-2014 jinkludi l-baġit emendatorju 1 u l-abbozzi ta' baġits emendatorji minn 3 sa 8. (2) Biex tiġi ffaċilitata l-komparabilità mal-abbozz il-ġdid tal-baġit 2015, il-baġit 2014 ġie aġġustat sabiex jitqiesu t-trasferimenti tal-hekk imsejħa "kostijiet amministrattivi komuni" tad-Delegazzjonijiet tal-UE u tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mit-taqsima tal-Kummissjoni għat-taqsima SEAE, kif stabbilit fit-taqsima 3.1.7. (3) L-abbozz tal-baġit huwa bbażat fuq il-previżjoni tal-ING maħruġa wara laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP) li saret fid-19 ta' Mejju 2014. (4) "Strumenti Speċjali Oħrajn" jinkludu r-"Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EAR)", il-"Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)" u l-"Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF)". L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu magħhom huma kkunsidrati li jaqgħu barra mill-QFP għall-iskop tal-kalkolu tal-marġini taħt il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet. Dan huwa wkoll il-każ għall-approprjazzjonijiet relatati mal-Istrument ta’ Flessibilità. F'termini ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, in-nefqa
totali proposta fl-Abbozz il-ġdid tal-Baġit (AB) 2015
(inklużi strumenti speċjali) hija ta' EUR 145 226,3 miljun,
li tikkorrispondi għal 1,04 % tal-ING[15], jiġifieri
EUR 2 536,0 miljun iktar milli fl-2014 (+ 1,8 %), meta
jiġu inklużi l-Abbozzi ta' Baġits Emendatorji Nri 3-8/2014,
u tħalli marġini totali kombinata ta'
EUR 1 855,3 miljun taħt il-limiti massimi varji tal-QFP. Għall-approprjazzjonijiet
ta' pagament (inklużi strumenti speċjali), in-nefqa totali
mitluba hija ta' EUR 141 337,3 miljun, li tikkorrispondi
għal 1,01 % tal-ING. Din hija żieda ta'
EUR 968,0 miljun b'paragun mal-approprjazzjonijiet ta' pagament
fil-baġit tal-2014 (+ 0,7 %), meta jiġu inklużi
l-Abbozzi ta' Baġits Emendatorji Nri 3-8/2014, u tħalli marġini
ta’ EUR 800,0 miljun taħt il-limitu massimu tal-QFP. L-approprjazzjonijiet
ta' impenn għall-Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi
(intestatura 1a) huma stabbiliti għal
EUR 17 488,5 miljun. Din hija żieda ta' 6,1 % meta
mqabbla mal-baġit 2014, li hija l-aktar dovuta għall-Orizzont 2020,
il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-proġetti kbar ta'
infrastruttura “ITER” u “Copernicus” taħt din l-intestatura, u tħalli
marġini ta' EUR 177,5 miljun. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament
żdiedu b'31,6 %, għal EUR 15 833,3 miljun. Din
iż-żieda sinifikanti tqis il-livell baxx ta’ pagamenti fl-2014
għal programmi bħall-Orizzont 2020 u l-ħtieġa li
jiġi indirizzat il-livell li qed jikber ta’ impenji pendenti filwaqt li
tippermetti biżżejjed finanzjament minn qabel biex tniedi programmi
ġodda. Għall-Koeżjoni
Ekonomika, Soċjali u Territorjali (intestatura 1b) l-approprjazzjonijiet
ta' impenn żdiedu bi 3,6 % għal EUR 49 230,3 miljun, bla
ma ħallew l-ebda marġini. Dan jinkludi aktar fondi strutturali
previsti għal Ċipru, li għalihom il-Kummissjoni tipproponi
l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’
EUR 83,3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u
EUR 11,3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. L-approprjazzjonijiet
ta' pagament jonqsu b'6,0 % meta mqabbla mal-baġit 2014 kif emendat
mill-Abbozz ta' Baġits Emendatorji, għal EUR 51
067,4 miljun. L-approprjazzjonijiet
ta' impenn ta' EUR 58 808,6 miljun huma proposti għal
Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi naturali (intestatura 2). Dan
il-livell ta' nefqa jirrappreżenta tnaqqis ta' -0,6 % fil-livell
tal-baġit meta mqabbel mal-baġit 2014 u jħalli marġini ta'
EUR 790,4 miljun taħt il-limitu. L-approprjazzjonijiet ta'
pagament jammontaw għal EUR 56 231,1 miljun, bl-istess
tnaqqis (-0,6 %) meta mqabbel mal-2014 kif emendat bl-Abbozzi ta'
Baġits Emendatorji. Wara l-integrazzjoni tal-aħħar
aġġornament rigward id-dħul assenjat, il-finanzjament
għan-nefqa relatata mas-suq u għall-għajnuniet diretti
jilħaq l-EUR 43 455,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta’
impenn, u EUR 43 448,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta’
pagament. Meta jiġu kkombinati d-dħul assenjat bil-FAEG u
l-approprjazzjonijiet mitlubin, in-nefqa globali tal-FAEG tiżdied b’EUR 273,6
miljun meta mqabbla mal-abbozz oriġinali tal-baġit. Għad hemm marġini
taħt is-sottolimitu għal miżuri tas-suq u għajnuniet
diretti, li jammonta għal EUR 734,0 miljun. Fis-Sigurtà u Ċittadinanza (intestatura 3) hemm tnaqqis ta' 1,2 %[16]
f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal EUR 2 146,7 miljun, li
jħalli marġini ta' EUR 99,3 miljun. L-approprjazzjonijiet
ta' pagament jiżdiedu bi 12,4 % għal
EUR 1 884,3 miljun, minħabba l-bidu tal-Fond
għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond ta' Sigurtà Interna. Fl-intestatura 4, Ewropa Globali hemm
żieda ta' 0,4 % fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn, li jitilgħu
għal EUR 8 356,4 miljun, b’marġini mhux allokata ta’
EUR 392,6 miljun disponibbli taħt il-limitu massimu. L-approprjazzjonijiet
ta' pagament jiżdiedu bi 8,6 % għal
EUR 7 428,0 miljun, l-aktar biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-livell
li qed jikber malajr ta' impenji pendenti taħt din l-intestatura. L-approprjazzjonijiet
ta' impenn u ta' pagament għall-Amministrazzjoni (intestatura 5) għall-istituzzjonijiet
kollha flimkien inklużi l-pensjonijiet u l-iskejjel Ewropej jiżdiedu
bi 3,3 %, għall-impenji (EUR 8 680,5 miljun) u 3,1 %
għall-pagamenti (EUR 8 668,1 miljun). Dan iqis it-trasferiment
propost tal-"kostijiet amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet
tal-UE" u tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mill-intestaturi
operattivi (l-aktar l-intestatura 4, Ewropa Globali) għall-intestatura 5
(Amministrazzjoni), kif spjegat fit-taqsima 3 hawn isfel. Il-marġini mhux
allokat li jirriżulta huwa ta’ EUR 395,5 miljun. 3. Elementi Ewlenin tal-Proposta
l-Ġdida ta' Abbozz tal-Baġit Kif
issemma’ fl-introduzzjoni hawn fuq, l-Abbozz il-ġdid tal-Baġit
tal-Kummissjoni jibni fuq il-progress li sar matul il-Konċiljazzjoni
falluta bil-ħsieb li jirrikonċilja l-pożizzjonijiet
taż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja fiż-żmien
limitat ħafna li fadal qabel tmiem is-sena. Id-dettalji
tal-bidliet proposti għall-Abbozz oriġinali tal-Baġit, kif
modifikat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2015, huma deskritti fil-qosor hawn
taħt. 3.1. L-Intestaturi tan-Nefqa tal-Qafas Finanzjarju F’termini
ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn, l-Abbozz il-ġdid tal-Baġit jibni fuq il-progress li sar fuq il-baġit
2015 fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kemm għal
programmi ewlenin ta’ nfiq u għal nefqa (ta’ appoġġ)
amministrattiva, li huma ġeneralment konformi mal-livell propost
mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2015, kif ukoll
għall-hekk imsejħa linji “magħluqa” (ara t-taqsima 3.1.1 hawn
taħt) u kwistjonijiet aktar orizzontali inklużi aġenziji
deċentralizzati u aġenziji eżekuttivi li huma ddettaljati fit-taqsima
3.2 hawn taħt. 3.1.1. Linji “magħluqa” Sakemm ma jiġix
indikat mod ieħor fit-taqsimiet hawn taħt, l-approprjazzjoni
tal-linji tal-baġit mhux emendati mill-Kunsill jew mill-Parlament, u dawk
li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul
il-qari rispettiv tagħhom huma kkonfermati f'dak il-livell. 3.1.2. Intestatura 1a — Kompetittività
għat-Tkabbir u l-Impjiegi L-approprjazzjonijiet
ta’ impenn għall-intestatura 1a, huma stabbiliti fil-livell propost
mill-Kummissjoni fl-Abbozz oriġinali tal-Baġit, b’emendi
għall-programmi inklużi fit-tabella ta’ hawn taħt, biex jirriflettu
l-prijorità ta’ kontribut għat-titjib tal-aċċess
għall-finanzi permezz tal-baġit tal-UE, speċjalment għal
intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs): f'EUR 1,000 Linja baġitarja || Isem || Rinforzi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn Abbozz tal-Baġit 2015 || L-Abbozz il-ġdid tal-Baġit 2015 || Differenza 02 02 02 || Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) f'forma ta’ ekwità u dejn || 162 791,7 || 174 791,7 || 12 000,0 04 03 02 03 || Il-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali – Faċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-intraprendituri, speċjalment dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, u l-intrapriżi soċjali || 24 957,0 || 26 457,0 || 1 500,0 08 02 02 02 || Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni || 337 534,7 || 342 534,7 || 5 000,0 || Total || || || 18 500,0 B’konsegwenza
ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji,
l-aġenziji deċentralizzati u t-trasferiment tal-“kostijiet
amministrattivi komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE” kif stabbiliti fit-Taqsima
3.2 hawn taħt, il-livell ta’ impenji huwa propost li jkun ta’ EUR
17 488,5 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 177,5 miljun
taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 1a. 3.1.3. Intestatura 1b — Koeżjoni Ekonomika,
Soċjali u Territorjali L-approprjazzjonijiet
ta' impenn għall-intestatura 1b huma stabbiliti fil-livell propost
fl-Abbozz oriġinali tal-Baġit. Filwaqt li jitqiesu l-proġetti
pilota u l-azzjonijiet preparatorji, kif ukoll il-mobilizzazzjoni ta’ EUR 83,3
miljun mill-Istrument ta’ Flessibilità għal assistenza addizzjonali lil
Ċipru, il-livell ta’ impenji huwa stabbilit għal EUR 49 230,3
miljun. 3.1.4. Intestatura 2 — Tkabbir
Sostenibbli: Riżorsi Naturali Għall-intestatura
2, l-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost
mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja
1/2015, li tintegra l-aħħar aġġornament (+ EUR 273,6
miljun) tad-dħul assenjat. Abbażi tal-elementi ġodda li
ħarġu minn meta ġiet ippreżentata l-Ittra Emendatorja
1/2015, b’mod partikolari l-informazzjoni dwar l-użu effettiv tal-miżuri
ta’ emerġenza meħuda minn Awwissu 2014 biex jirrispondu għal
projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-ikel Russu, is-surplus finali tal-FAEG
għall-2014 u t-tbassir aġġornat ta’ korrezzjonijiet finanzjarji
li għandhom jinġabru fl-2015, il-miżuri ta’ emerġenza
msemmija hawn fuq (inklużi dawk relatati mas-settur tal-prodotti
tal-ħalib fl-Istati Baltiċi, li għalihom il-Kummissjoni
ħejjiet pakkett ieħor fis-26 ta' Novembru 2014[17], kif ukoll għall-Finlandja ladarba jintlaħqu
l-kundizzjonijiet), jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan
l-approprjazzjonijiet mitluba fl-Ittra Emendatorja 1/2015 mingħajr ma jsir
rikors għal riżerva ta’ kriżi agrikola, bis-saħħa ta’
dan id-dħul assenjat addizzjonali. B’konsegwenza
ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji
u t-trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet
tal-UE” għat-Taqsima SEAE, il-livell ta’ impenji li jirriżulta jkun
ta’ EUR 58 808,6 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 790,4 miljun
taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 2. 3.1.5. Intestatura 3 — Sigurtà u Ċittadinanza L-approprjazzjonijiet
ta' impenn għall-intestatura 3 huma stabbiliti fil-livell propost
mill-Kummissjoni fl-Abbozz oriġinali tal-Baġit, bil-bidliet segwenti:
iż-żieda ta' EUR 20,0 miljun fin-nefqa operazzjonali tal-FRONTEX (ara
wkoll it-taqsima 3.2.1 hawn taħt) titpatta bi tnaqqis korrispondenti
tal-partita baġitarja (18 02 01 01) Sostenn ta’
ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni tal-viżi biex
jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu. B’konsegwenza
ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji
u l-aġenziji deċentralizzati, il-livell ta’ impenji jiġi
stabbilit għal EUR 2 146,7 miljun, li jħalli marġini ta’
EUR 99,3 miljun taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 3. 3.1.6. Intestatura 4 — Ewropa Globali L-approprjazzjonijiet
ta' impenn għall-intestatura 4, huma stabbiliti fil-livell propost
mill-Kummissjoni fl-Abbozz oriġinali tal-Baġit. Madankollu,
l-approprjazzjonijiet marbuta mal-partita tal-baġit
(19 03 01 07) Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni
Ewropea (EUR 20,0 miljun f’impenji u EUR 9,2 miljun f'pagamenti) huma
ttrasferiti għat-taqsima SEAE tal-baġit. B’konsegwenza
ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji,
it-trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet
tal-UE” u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għat-taqsima SEAE,
il-livell ta’ impenji jiġi stabbilit għal EUR 8 356,4 miljun, li
jħalli marġini ta’ EUR 392,6 miljun taħt il-limitu tan-nefqa
tal-intestatura 4. 3.1.7. Intestatura
5 — Amministrazzjoni Għall-intestatura
5, in-numru ta' karigi fil-pjanijiet ta' stabbiliment
għall-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti
fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit kif emendat
bl-Ittra Emendatorja 1/2015, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin: -
Il-qari rispettiv tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill, għat-taqsimiet tagħhom tal-baġit; -
Il-qari tal-Parlament Ewropew għall-Qorti
tal-Ġustizzja; -
Il-qari tal-Parlament Ewropew għall-Qorti
Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat
tar-Reġjuni; kif ukoll -
Għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni
Esterna, il-livell ta’ approprjazzjonijiet propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz
ta’ Baġit miżjud sabiex jittieħed kont tat-trasferiment
tal-approprjazzjonijet tal-baġit newtrali relatati mal-“kostijiet
amministrattivi komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE” (kif imniżżel
fl-Anness 1) u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mit-taqsima
tal-Kummissjoni għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit. B’kollox,
meta mqabbel mal-Abbozz oriġinali tal-Baġit, dawn il-bidliet iwasslu
għal: -
Tnaqqis nett ta’ 35 kariga fil-pjan ta’
stabbiliment, min-naħa waħda minħabba tnaqqis ta’ 47 kariga
għall-Parlament Ewropew u żieda ta’ 12-il kariga għall-Qorti
tal-Ġustizzja min-naħa l-oħra; kif ukoll -
Tnaqqis nett fl-approprjazzjonijiet ta’ EUR 0,6
miljun fuq naħa waħda minħabba tnaqqis ta’
EUR 1,4 miljun għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, EUR 1,4 miljun
għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u EUR 0,4 miljun
għall-Kumitat tar-Reġjuni, u żieda ta’ EUR 2,6 miljun għall-Qorti
tal-Ġustizzja min-naħa l-oħra; -
Żieda ta’ EUR 91,5 miljun għas-SEAE
jirrifletti t-trasferiment newtrali fir-rigward tal-baġit tal-"kostijiet
amministrattivi komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE" u
r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, li jitpatta kompletament
fit-taqsima tal-Kummissjoni fl-intestatura 1a (EUR 0,6 miljun), l-intestatura 2
(EUR 0,1 miljun), l-intestatura 4 (EUR 65,7 miljun) u l-intestatura 5 (EUR 25,2
miljun). B’mod ġenerali, dawn it-trasferimenti jirriżultaw
f’żieda netta ta’ approprjazzjonijiet taħt l-intestatura 5 ta’ EUR
66,3 miljun. B’konsegwenza
ta’ dan, meta jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji kif
ukoll it-trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni
tad-Delegazzjonijiet tal-UE” u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE
għat-taqsima SEAE mill-intestatura 4, il-livell ta’ impenji jiġi
stabbilit għal EUR 8 680,5 miljun, li jħalli marġini
ta’ EUR 395,5 miljun taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 5. 3.2. Kwistjonijiet orizzontali 3.2.1. Aġenziji deċentralizzati Għall-aġenziji
deċentralizzati, il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta'
impenn u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) u n-numru ta'
postijiet huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz
tal-Baġit, kif modifikat bl-Ittra Emendatorja 1/2015,
bl-eċċezzjonijiet li ġejjin: -
Żidiet ta’ karigi
tal-pjan ta’ stabbiliment u l-approprjazzjonijiet relatati meta mqabbla
mal-Abbozz tal-Baġit oriġinali: Awtorità Bankarja Ewropea (ABE,
+ 7 postijiet u + EUR 455 000); Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni
u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA, + 3 postijiet u + EUR
195 000); Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS, + 3
postijiet u + EUR 195 000); Uffiċċju Ewropew ta'
Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO, + 4 postijiet u + EUR
260 000); u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL,
+ 5 postijiet, flimkien ma’ tnaqqis ta’ - EUR 600 000). -
Għall-FRONTEX,
żieda fin-nefqa operazzjonali ta’ EUR 20,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta'
impenn u f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. 3.2.2. Aġenziji eżekuttivi Għall-aġenziji
eżekuttivi, il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u
f’approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta’ postijiet huma
stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz oriġinali tal-Baġit kif
emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2015. 3.2.3. Proġetti Pilota u
Azzjonijiet Preparatorji L-Abbozz
il-ġdid tal-Baġit jinkludi 59 proġett pilota u azzjoni
preparatorja għal ammont ta' EUR 57,1 miljun f'approprjazzjonijiet
ta' impenn, li jirrifletti l-qari tal-Parlament Ewropew. 3.2.4. Trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni
tad-delegazzjonijiet tal-UE” L-Abbozz
il-ġdid tal-Baġit jintegra t-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet
(EUR 71,5 miljun) tal-"kostijiet amministrattivi komuni
tad-Delegazzjonijiet tal-UE" mit-taqsima tal-Kummissjoni (l-intestaturi
1a, 2, 4 u 5) għat-taqsima SEAE tal-baġit (intestatura 5). 3.2.5. Rimarki dwar il-Baġit F’dak
li jirrigwarda l-kummenti baġitarji, l-Abbozz il-ġdid tal-Baġit
jintegra l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill,
ħlief għall-partiti tal-baġit 04 03 01 03 u
19 03 01 06, bil-fehim li dawn l-emendi ma jistgħux
jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ bażi legali
eżistenti, jew ikollhom effett fuq l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet. 3.3. Approċċ Ġenerali
dwar l-Approprjazzjonijiet ta' Pagament Il-valutazzjoni
tal-Kummissjoni tal-ħtiġijiet, li wasslet għaż-żieda
mitluba fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena finanzjarja 2014 kif
propost fl-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) Nru 3/2014 għadha
kompletament valida, kemm f’termini tal-implimentazzjoni attwali sal-lum kif
ukoll fid-dawl tat-talbiet għal pagamenti. Għalkemm ma ntlaħaq
l-ebda qbil fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni dwar l-ABE Nru 3/2014, u
lanqas dwar l-ABE 5/2014 u 7/2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’
Solidarjetà tal-UE, dawn il-baġits emendatorji għadhom jagħmlu parti
mill-pakkett li għandu jiġi miftiehem flimkien mal-baġit
tal-2015. Filwaqt li kien hemm qbil dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’
Solidarjetà tal-UE, ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar il-livell
tal-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali meħtieġa mill-ABE
3, 5 u 7, u l-finanzjament tal-hekk imsejħa "strumenti
speċjali". Dan l-Abbozz il-ġdid tal-Baġit 2015 jinvolvi
tnaqqis ġenerali ta’ EUR 800,0 miljun ta’ approprjazzjonijiet
ta’ pagament meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit oriġinali
tal-Kummissjoni, kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2015. Il-livell tal-approprjazzjonijiet
ta’ pagament li jirriżulta huwa ta’ EUR 141 337,3 miljun. Dan
iħalli marġini sinifikanti taħt il-limitu sabiex ikun hemm lok
għall-flessibilità biex jiġu ffaċċjati kwalunkwe
żviluppi jew bżonnijiet mhux mistennija matul l-2015. It-tnaqqis ta’
EUR 800,0 miljun huwa mqassam fuq il-bażi tal-ewwel Abbozz ta’ Baġit
kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2015, filwaqt li jitqiesu l-passi li
ġejjin: a)
Il-linji “magħluqa”
kif stabbilit fil-punt 3.1.1 hawn fuq; b)
L-approprjazzjonijiet ta'
pagament għal nefqa mhux differenzjata kif stabbilit hawn fuq, b’mod
partikolari fil-punti 3.1.4 u 3.1.7; kif ukoll c)
L-approprjazzjonijiet ta'
pagament għall-pakkett ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
kif stabbilit fil-punt 3.2.3 hawn fuq, huma kkalkolati kif ġej:
l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota ġodda
kollha u l-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti għal 50 % tal-impenji
korrispondenti jew għal-livell propost mill-Parlament Ewropew, skont liema
minnhom ikun l-aktar baxx; fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota
u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' pagamenti huwa dak
iddefinit fl-Abbozz tal-Baġit b'żieda ta' 50 % tal-impenji
ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament Ewropew, skont
liema minnhom ikun l-aktar baxx. d)
It-tnaqqis ta’ EUR 800,0
miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament meta mqabbel mal-proposta
tal-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja 1/2015 huwa mifrux proporzjonalment fuq
il-linji baġitarji kollha b’approprjazzjonijiet differenzjati li mhumiex
affettwati mill-punti 3.1.1 u 3.2.3 ta' hawn fuq, bl-eċċezzjoni
tal-linji baġitarji li ġejjin, li għalihom il-livell ta’
approprjazzjonijiet għall-pagament huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz
ta’ Baġit oriġinali kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2015: -
In-nefqa għall-Kompetittività
għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi (intestatura 1a) u Ewropa Globali
(intestatura 4); -
Linji tal-baġit għall-objettiv ta’
Konverġenza (04 02 17, 04 02 60, 11 06 12,
13 03 16 u 13 03 60); kif ukoll -
Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd
Internazzjonali. It-tqassim propost ta’ approprjazzjonijiet
ta’ pagament fl-Abbozz il-ġdid tal-Baġit 2015 se jippermetti li jkomplu
jitnaqqsu l-impenji pendenti ta’ kontijiet mhux imħallsa mill-aħħar
perjodu ta’ programmar għall-Koeżjoni, li jiġi indirizzat
il-livell dejjem jikber tal-impenji pendenti għall-Kompetittività u l-Ewropa
Globali, kif ukoll li jingħata bidu b’suċċess għall-ġenerazzjoni
ġdida ta’ programmi ta’ nfiq fl-2015. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni
tinsab lesta li tikkontribwixxi, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament
Ewropew u mal-Kunsill, għall-istabbiliment ta' pjan ta' pagament immirat
biex iżomm kontroll fuq l-evoluzzjoni tal-kontijiet pendenti. 4. Rimarki tal-Għeluq Billi
tipproponi Abbozz tal-Baġit ġdid għall-2015, li jibni fuq il-progress li sar fil-Kumitat ta’
Konċiljazzjoni, il-Kummissjoni tfittex li toħloq
il-kundizzjonijiet għal adozzjoni rapida tal-baġit tal-2015,
fil-perjodu ta’ żmien limitat qabel tmiem is-sena. Adozzjoni
u dħul fis-seħħ f'waqthom tal-baġit tal-2015 jiżguraw
l-implimentazzjoni xierqa tal-politiki u tal-programmi tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni se tagħmel l-aħjar tagħha sabiex tikseb din
il-mira. 5. Abbozz tal-baġit tal-2015 skont l-intestaturi
tal-qafas finanzjarju u l-programmi ewlenin f'miljuni ta' EUR Intestatura || Baġit || L-Abbozz il-ġdid tal-Baġit (AB) || Differenza || Differenza 2014 (1) || 2015 || 2015 / 2014 || 2015 – 2014 (1) (2) || (2 / 1) || (2 – 1) AI || AP || AI || AP || AI || AP || AI || AP 1. Tkabbir intelliġenti u inklussiv || 63 986,3 || 66 374,5 || 66 718,8 || 66 900,8 || 4,3 % || 0,8 % || 2 732,4 || 526,3 Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 89,3 || || 83,3 || || || || || Limitu || 63 973,0 || || 66 813,0 || || || || || Marġini || 76,0 || || 177,5 || || || || || 1a || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 16 484,0 || 12 028,3 || 17 488,5 || 15 833,3 || 6,1 % || 31,6 % || 1 004,5 || 3 805,0 Limitu || 16 560,0 || || 17 666,0 || || || || || Marġini || 76,0 || || 177,5 || || || || || Proġetti infrastrutturali kbar || 2 417,1 || 1 944,5 || 2 508,9 || 1 965,7 || 3,8 % || 1,1 % || 91,8 || 21,2 || Sistemi Ewropej ta' Navigazzjoni bis-Satellita (EGNOS u Galileo) || 1 326,2 || 1 193,2 || 1 060,6 || 934,5 || -20,0 % || -21,7 % || -265,6 || -258,6 || Ir-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) || 728,0 || 563,2 || 891,9 || 517,6 || 22,5 % || -8,1 % || 163,9 || -45,6 || Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (Copernicus) || 362,9 || 188,1 || 556,4 || 513,5 || 53,3 % || 173,0 % || 193,4 || 325,4 || Sikurezza Nukleari u Dekummissjonar || 130,4 || 180,0 || 133,0 || 157,5 || 2,0 % || -12,5 % || 2,6 || -22,5 Qafas Strateġiku Komuni (QSK) Riċerka u Innovazzjoni || 9 309,7 || 6 488,4 || 9 866,5 || 9 386,7 || 6,0 % || 44,7 % || 556,8 || 2 898,2 || Orizzont 2020 || 9 022,4 || 6 240,1 || 9 564,4 || 9 044,2 || 6,0 % || 44,9 % || 542,0 || 2 804,1 || Programm tal-Euratom għar-Riċerka u Attivitajiet ta’ Taħriġ || 287,2 || 248,3 || 302,1 || 342,4 || 5,2 % || 37,9 % || 14,8 || 94,1 Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) || 254,1 || 221,4 || 293,3 || 321,4 || 15,4 % || 45,2 % || 39,2 || 100,0 Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus +) || 1 558,8 || 1 424,4 || 1 592,1 || 1 390,2 || 2,1 % || -2,4 % || 33,4 || -34,2 Impjiegi u Innovazzjoni Soċjali (EaSI) || 122,8 || 102,4 || 124,6 || 90,0 || 1,5 % || -12,1 % || 1,9 || -12,4 Dwana, Fiscalis u Kontra l-Frodi || 118,3 || 90,4 || 122,0 || 95,0 || 3,2 % || 5,1 % || 3,7 || 4,6 Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) || 1 976,2 || 821,8 || 2 225,0 || 1 452,0 || 12,6 % || 76,7 % || 248,8 || 630,2 || L-Enerġija || 409,6 || 12,5 || 487,2 || 78,6 || 18,9 % || 529,6 % || 77,5 || 66,1 || Trasport || 1 482,4 || 793,1 || 1 645,9 || 1 300,5 || 11,0 % || 64,0 % || 163,4 || 507,4 || Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjonijiet (ICT) || 84,1 || 16,3 || 92,0 || 73,0 || 9,3 % || 348,4 % || 7,9 || 56,7 Proġetti tal-enerġija biex jgħinu l-irkupru tal-ekonomija (EERP) || 0,0 || 140,3 || 0,0 || 407,6 || ∞ || 190,6 % || 0,0 || 267,3 Azzjonijiet u programmi oħra || 203,8 || 236,8 || 216,6 || 187,6 || 6,3 % || -20,8 % || 12,8 || -49,2 Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi mogħtija lill-Kummissjoni || 135,8 || 110,8 || 132,4 || 103,7 || -2,5 % || -6,4 % || -3,3 || -7,1 Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji || 18,6 || 28,4 || 22,4 || 26,0 || 20,0 % || -8,3 % || 3,7 || -2,4 Aġenziji deċentralizzati || 238,5 || 238,8 || 251,6 || 250,0 || 5,5 % || 4,7 % || 13,1 || 11,3 1b || Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali || 47 502,3 || 54 346,2 || 49 230,3 || 51 067,4 || 3,6 % || -6,0 % || 1 728,0 || -3 278,7 Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 89,3 || || 83,3 || || || || || Limitu || 47 413,0 || || 49 147,0 || || || || || Marġini || 0,0 || || 0,0 || || || || || Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi || 43 513,7 || 51 645,1 || 45 146,6 || 48 349,4 || 3,8 % || -6,4 % || 1 632,9 || -3 295,6 || Konverġenza reġjonali (Reġjuni Inqas Żviluppati) || 23 264,1 || 32 202,7 || 24 203,3 || 27 804,2 || 4,0 % || -13,7 % || 939,2 || -4 398,5 || Reġjuni ta' tranżizzjoni || 4 697,7 || 276,2 || 4 854,2 || 910,0 || 3,3 % || 229,5 % || 156,5 || 633,8 || Kompetittività (Reġjuni Aktar Żviluppati) || 7 403,4 || 8 075,3 || 7 529,1 || 6 893,7 || 1,7 % || -14,6 % || 125,7 || -1 181,6 || Reġjuni ultraperiferiċi u b’popolazzjoni skarsa || 209,1 || 13,0 || 213,4 || 38,0 || 2,1 % || 192,5 % || 4,3 || 25,0 || Fondi ta' Koeżjoni || 7 939,4 || 11 077,8 || 8 346,5 || 12 703,4 || 5,1 % || 14,7 % || 407,1 || 1 625,6 Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – kontribuzzjoni FK || 983,0 || 0,0 || 1 217,0 || 401,2 || 23,8 % || ∞ || 234,0 || 401,2 Koperazzjoni territorjali Ewropea || 505,7 || 1 701,5 || 738,4 || 1 168,6 || 46,0 % || -31,3 % || 232,7 || -532,9 Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (allokazzjoni kumplimentari speċifika) || 1 804,1 || 450,0 || 1 407,2 || 586,5 || -22,0 % || 30,3 % || -396,9 || 136,5 Assistenza teknika u miżuri ta’ innovazzjoni || 188,6 || 134,6 || 192,6 || 181,8 || 2,1 % || 35,1 % || 4,0 || 47,2 Għajnuna Ewropea għall-persuni l-aktar fil-bżonn (FEAD) || 501,3 || 406,3 || 525,1 || 370,6 || 4,7 % || -8,8 % || 23,8 || -35,7 Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji || 6,0 || 8,7 || 3,5 || 9,4 || -41,2 % || 7,4 % || -2,5 || 0,6 2. Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali || 59 190,9 || 56 558,8 || 58 808,6 || 56 231,1 || -0,6 % || -0,6 % || -382,4 || -327,7 Limitu || 59 303,0 || || 59 599,0 || || || || || Marġini || 112,1 || || 790,4 || || || || || || Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 43 778,1 || 43 777,0 || 43 455,8 || 43 448,3 || -0,7 % || -0,8 % || -322,3 || -328,7 Sottolimitu || 44 130,0 || || 44 313,0 || || || || || Trasferiment nett bejn il-FAEG u l-FAEŻR || 351,9 || || 123,2 || || || || || Sottomarġini || 0,0 || || 734,0 || || || || || Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 43 778,1 || 43 777,0 || 43 455,8 || 43 448,3 || -0,7 % || -0,8 % || -322,3 || -328,7 Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) || 13 991,0 || 11 705,1 || 13 823,6 || 11 384,3 || -1,2 % || -2,7 % || -167,4 || -320,8 Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) || 941,0 || 735,7 || 1 035,4 || 966,9 || 10,0 % || 31,4 % || 94,4 || 231,2 Ambjent u Azzjoni Klimatika (LIFE) || 404,6 || 261,2 || 435,1 || 357,1 || 7,5 % || 36,7 % || 30,5 || 96,0 Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi mogħtija lill-Kummissjoni || 7,3 || 3,0 || 5,3 || 5,2 || -27,4 % || 73,6 % || -2,0 || 2,2 Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji || 18,5 || 26,5 || 2,9 || 18,9 || -84,3 % || -28,7 % || -15,6 || -7,6 Aġenziji deċentralizzati || 50,4 || 50,4 || 50,4 || 50,4 || 0,1 % || 0,1 % || 0,1 || 0,1 3. Sigurtà u ċittadinanza || 2 172,0 || 1 677,0 || 2 146,7 || 1 884,3 || -1,2 % || 12,4 % || -25,3 || 207,3 Limitu || 2 179,0 || || 2 246,0 || || || || || Marġini || 7,0 || || 99,3 || || || || || Il-Fond ta' Asil, Migrazzjoni u Integrazzjoni || 403,3 || 146,4 || 416,7 || 343,1 || 3,3 % || 134,4 % || 13,5 || 196,7 Fond għas-Sigurtà Interna || 403,3 || 230,3 || 394,8 || 275,9 || -2,1 % || 19,8 % || -8,5 || 45,6 Sistemi tal-IT || 18,6 || 9,9 || 18,9 || 22,5 || 2,0 % || 127,3 % || 0,4 || 12,6 Ġustizzja || 47,0 || 35,7 || 49,3 || 43,2 || 4,8 % || 21,0 % || 2,2 || 7,5 Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza || 55,3 || 55,2 || 57,4 || 48,5 || 3,8 % || -12,0 % || 2,1 || -6,6 Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili || 28,2 || 30,0 || 29,3 || 27,8 || 3,7 % || -7,1 % || 1,0 || -2,1 Ewropa għaċ-Ċittadini || 25,4 || 27,9 || 24,3 || 18,6 || -4,5% || -33,1% || -1,1 || -9,2 Ikel u Għalf || 253,4 || 218,5 || 258,5 || 219,5 || 2,0% || 0,5% || 5,1 || 1,0 Is-saħħa || 58,6 || 44,8 || 59,8 || 58,0 || 2,0% || 29,6% || 1,2 || 13,3 Konsumatur || 24,1 || 21,8 || 24,7 || 21,3 || 2,5% || -2,5% || 0,6 || -0,5 Ewropa Kreattiva || 180,6 || 184,3 || 177,7 || 168,1 || -1,6% || -8,8% || -2,9 || -16,2 Azzjonijiet u programmi oħra || 0,0 || 0,6 || 0,0 || 0,0 || ∞ || -100,0% || 0,0 || -0,6 Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi mogħtija lill-Kummissjoni || 166,7 || 163,2 || 84,9 || 87,2 || -49,1% || -46,6% || -81,8 || -76,0 || Li minnhom “Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni” || 85,6 || 82,2 || 83,9 || 86,1 || -2,1% || 4,7% || -1,8 || 3,9 Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji || 17,4 || 18,2 || 16,4 || 18,1 || -5,9% || -0,3% || -1,0 || -0,1 Aġenziji deċentralizzati || 490,4 || 490,4 || 534,3 || 532,4 || 9,0% || 8,6% || 43,9 || 42,0 4. Ewropa Globali || 8 325,0 || 6 842,0 || 8 356,4 || 7 428,0 || 0,4% || 8,6% || 31,4 || 586,0 Limitu || 8 335,0 || || 8 749,0 || || || || || Marġini || 10,0 || || 392,6 || || || || || Strument għall-assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) || 1 578,4 || 1 436,7 || 1 572,3 || 1 559,0 || -0,4% || 8,5% || -6,1 || 122,3 L-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (European Neighbourhood Instrument - ENI) || 2 192,2 || 1 630,2 || 2 014,0 || 1 583,0 || -8,1% || -2,9% || -178,2 || -47,2 L-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (Development Cooperation Instrument - DCI) || 2 341,0 || 1 776,2 || 2 445,5 || 2 146,7 || 4,5% || 20,9% || 104,5 || 370,4 Strument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (PI) || 118,9 || 37,5 || 118,6 || 94,5 || -0,3% || 151,9% || -0,3 || 57,0 Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) || 184,2 || 120,3 || 181,8 || 154,6 || -1,3% || 28,5% || -2,4 || 34,3 L-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabilità u l-Paċi || 318,2 || 258,4 || 320,1 || 234,6 || 0,6% || -9,2% || 2,0 || -23,8 Għajnuna Umanitarja || 920,3 || 1 035,4 || 918,8 || 918,8 || -0,2% || -11,3% || -1,4 || -116,6 Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) || 314,5 || 234,8 || 300,8 || 259,4 || -4,4% || 10,5% || -13,7 || 24,5 L-Istrument għall-Kooperazzjoni għas-Sikurezza Nukleari (INSC) || 30,5 || 55,8 || 61,2 || 60,3 || 100,2% || 8,2% || 30,6 || 4,6 L-Assistenza Makrofinanzjarja (MFA) || 60,0 || 52,2 || 78,0 || 74,4 || 29,9% || 42,7% || 18,0 || 22,2 Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni || 58,4 || 58,4 || 144,4 || 144,4 || 147,1% || 147,1% || 86,0 || 86,0 Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili || 19,5 || 6,0 || 16,9 || 13,1 || -13,4% || 119,0% || -2,6 || 7,1 L-inizjattiva EU Aid Volunteers (EUAV) || 12,7 || 3,3 || 14,8 || 11,0 || 16,5% || 234,5% || 2,1 || 7,7 Azzjonijiet u programmi oħra || 74,2 || 51,8 || 76,4 || 66,1 || 3,0% || 27,7% || 2,2 || 14,3 Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi mogħtija lill-Kummissjoni || 64,5 || 45,4 || 63,9 || 71,8 || -0,8% || 58,1% || -0,5 || 26,4 Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji || 17,4 || 19,5 || 9,0 || 16,4 || -48,5% || -16,0% || -8,5 || -3,1 Aġenziji deċentralizzati || 20,0 || 20,0 || 19,9 || 19,9 || -0,4% || -0,4% || -0,1 || -0,1 5. Amministrazzjoni || 8 404,5 || 8 405,4 || 8 680,5 || 8 668,1 || 3,3% || 3,1% || 276,0 || 262,7 Limitu || 8 721,0 || || 9 076,0 || || || || || Marġini || 316,5 || || 395,5 || || || || || Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || 6 792,2 || 6 793,1 || 6 961,2 || 6 948,8 || 2,5% || 2,3% || 169,0 || 155,7 Sottolimitu || 7 056,0 || || 7 351,0 || || || || || Sottomarġini || 263,8 || || 389,8 || || || || || Il-Pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej || 1 612,3 || 1 612,3 || 1 719,3 || 1 719,3 || 6,6% || 6,6% || 107,0 || 107,0 || Pensjonijiet || 1 446,9 || 1 446,9 || 1 559,4 || 1 559,4 || 7,8% || 7,8% || 112,5 || 112,5 || Skejjel Ewropej || 165,4 || 165,4 || 159,9 || 159,9 || -3,3% || -3,3% || -5,5 || -5,5 Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || 6 792,2 || 6 793,1 || 6 961,2 || 6 948,8 || 2,5% || 2,3% || 169,0 || 155,7 || Il-Parlament Ewropew || 1 755,6 || 1 755,6 || 1 794,7 || 1 794,7 || 2,2% || 2,2% || 39,1 || 39,1 || Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill || 534,2 || 534,2 || 542,3 || 542,3 || 1,5% || 1,5% || 8,1 || 8,1 || Il-Kummissjoni || 3 260,8 || 3 261,7 || 3 274,5 || 3 272,9 || 0,4% || 0,3% || 13,6 || 11,2 || Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea || 355,4 || 355,4 || 357,1 || 357,1 || 0,5% || 0,5% || 1,7 || 1,7 || Il-Qorti tal-Awdituri || 133,5 || 133,5 || 132,9 || 132,9 || -0,4% || -0,4% || -0,6 || -0,6 || Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || 128,6 || 128,6 || 129,1 || 129,1 || 0,4% || 0,4% || 0,5 || 0,5 || Il-Kumitat tar-Reġjuni || 87,6 || 87,6 || 88,9 || 88,9 || 1,4% || 1,4% || 1,2 || 1,2 || L-Ombudsman Ewropew || 9,9 || 9,9 || 10,1 || 10,1 || 2,4% || 2,4% || 0,2 || 0,2 || Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data || 8,0 || 8,0 || 8,9 || 8,9 || 10,9% || 10,9% || 0,9 || 0,9 || Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna || 518,6 || 518,6 || 622,8 || 612,0 || 20,1% || 18,0% || 104,2 || 93,4 6. Kumpens || 28,6 || 28,6 || 0,0 || 0,0 || -100,0% || -100,0% || -28,6 || -28,6 Limitu || 29,0 || || 0,0 || || || || || Marġini || 0,4 || || 0,0 || || || || || Approprjazzjonijiet għall-intestaturi 1 sa 6 || 142 107,4 || 139 886,3 || 144 711,0 || 141 112,3 || 1,8% || 0,9% || 2 603,6 || 1 226,0 Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 89,3 || 0,0 || 83,3 || 11,3 || || || || Li minnhom taħt il-Marġini ta' Kontinġenza || 0,0 || 4 026,7 || 0,0 || 0,0 || || || || Limitu || 142 540,0 || 135 866,0 || 146 483,0 || 141 901,0 || || || || Marġini || 521,9 || 6,4 || 1 855,3 || 800,0 || || || || Approprjazzjonijiet bħala perċentwal tal-ING (2) || 1,05% || 1,04% || 1,04% || 1,01% || || || || Strumenti speċjali oħra (3) || 582,9 || 482,9 || 515,4 || 225,0 || -11,6% || -53,4% || -67,5 || -257,9 || Riżerva għal għajnuna f'emerġenza (EAR) || 297,0 || 156,2 || 303,0 || 150,0 || 2,0% || -3,9% || 6,0 || -6,2 || Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) || 159,2 || 50,0 || 162,4 || 25,0 || 2,0% || -50,0% || 3,2 || -25,0 || Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) || 126,7 || 276,7 || 50,0 || 50,0 || -60,5% || -81,9% || -76,7 || -226,7 TOTAL tal-approprjazzjonijiet || 142 690,3 || 140 369,2 || 145 226,3 || 141 337,3 || 1,8% || 0,7% || 2 536,0 || 968,1 Approprjazzjonijiet bħala perċentwal tal-ING (2) || 1,06% || 1,04% || 1,04% || 1,01% || || || || (1) Il-baġit tal-2014 jinkludi l-abbozz emendatorju 1 u l-abbozzi ta' baġits emendatorji minn 3 sa 8. (2) L-abbozz tal-baġit huwa bbażat fuq il-previżjoni tal-ING maħruġa wara laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP) li saret fid-19 ta' Mejju 2014. (3) "Strumenti Speċjali Oħrajn" jinkludu r-“Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EAR)”, il-“Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)” u l-“Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF)". L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu magħhom huma kkunsidrati li jaqgħu barra mill-QFP għall-iskop tal-kalkolu tal-marġini taħt il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' pagament. Dan huwa wkoll il-każ għall-approprjazzjonijiet relatati mal-Istrument ta’ Flessibilità. [1] ĠU L 296, 26.10.2012, p. 1. [2] ĠU L
347, 20.12.2013, p. 884. [3] COM
(2014) 300. [4] COM
(2014) 637. [5] COM(2014) 300, 24.6.2014. [6] COM(2014) 234, 15.4.2014. [7] COM(2014) 329, 28.5.2014. [8] COM(2014) 461, 9.7.2014. [9] COM(2014) 564, 8.9.2014. [10] COM(2014) 650, 17.10.2014 [11] Anki jekk l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju
Nru 6/2014 kien jagħmel parti wkoll mill-pakkett diskuss fil-Kumitat
ta’ Konċiljazzjoni, l-adozzjoni tiegħu kienet ippjanata li
sseħħ f’Diċembru, sabiex ikun jista’ jittieħed kont
tal-aġġustamenti meħtieġa tar-riżorsi proprji, b’mod
partikolari fir-rigward tal-ammonti tal-VAT u l-ING magħmula disponibbli
b’mod effettiv fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru 2014. [12] COM(2014) 637,
15.10.2014. [13] "L-aġenda għall-impjiegi, it-tkabbir,
il-ġustizzja u l-bidla demokratika": Linji Gwida Politiċi
għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss, Stqarrija Inawgurali tal-President
Juncker fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu fil-15 ta’
Lulju 2014. [14] ĠU L 347, 20.12.2013. Iċ-ċifri huma
bbażati fuq l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju
għall-2015 f'konformità mal-movimenti tal-ING, li ġie adottat
mill-Kummissjoni fit-28 ta' Mejju 2014 (COM(2014) 307). [15] L-Abbozz tal-Baġit huwa bbażat fuq
il-previżjoni tal-ING tad-19 ta’ Mejju 2014
maħruġa wara l-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar
ir-Riżorsi Proprji (ACOR). [16] It-tnaqqis għall-Intestatura 3 huwa l-aktar spjegat
permezz tat-tmiem tal-“Faċilità ta’ Schengen għall-Kroazja” fl-2015
(EUR 80,0 miljun fil-baġit 2014), skont il-pakkett finanzjarju
miftiehem għall-adeżjoni tal-Kroazja. [17] COM(2014) 9049, 26.11.2014.