IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 20.10.2014
COM(2014) 639 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
L-implimentazzjoni tal-Faċilità Ewropea Mikrofinanzjament Progress — 2013
WERREJ
1.INTRODUZZJONI3
2.IMPLIMENTAZZJONI PERMEZZ TAL-FORNITURI TA’ MIKORKREDITU3
2.1.Il-kuntratti konklużi4
2.2.L-azzjonijiet iffinanzjati5
2.3.L-applikazzjonijiet iffinanzjati u rifjutati8
3.IMPLIMPENTAZZJONI FIL-LIVELL TAL-MIKROMUTWATARJI9
3.1.Il-volumi tal-mikroself u l-għadd ta’ benefiċjarji finali9
3.2.L-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjiegi tal-Mikrofinanzjament Progress9
3.2.1.L-ilħiq ta’ gruppi żvantaġġati9
3.2.2.Ammonti żgħar li jagħmlu impatt kbir10
3.3.Id-distribuzzjoni settorjali u reġjonali tal-intraprendituri u l-mikrointrapriżi appoġġjati11
4.IL-KOMPLEMENTARJETÀ U L-KOORDINAZZJONI MA’ STRUMENTI OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA12
5.KONKLUŻJONIJIET U PROSPETTI12
1.INTRODUZZJONI
Fl-2013, il-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (‘Mikrofinanzjament Progress’) daħlet fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ investiment tagħha. Mibdija fl-2010 mill-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’), il-Mikrofinanzjament Progress se tkompli toffri l-prodotti tagħha lill-fornituri ta’ mikrokreditu biex ikun possibbli titjib fl-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà ta’ mikrofinanzjament fl-Unjoni Ewropea (UE) sa mhux aktar tard minn April tal-2016.
Il-Mikrofinanzjament Progress ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (‘id-Deċiżjoni’) biex tappoġġja l-mikrofinanzjament permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ strumenti, b’mod partikolari, garanziji u strumenti ffinanzjati. Minbarra l-finanzjament ta’ EUR 105 miljuni mill-UE, tibbenefika wkoll minn EUR 100 miljun addizzjonali mogħtija mill-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Mikrofinanzjament Progress tikkonsisti minn żewġ partijiet: waħda tipprovdi l-garanziji lill-intermedjarji tal-mikrofinanzjament (MFIs), u l-oħra tipprovdi investimenti ffinanzjati lill-MFIs, bħalma huma self u ekwità. Iż-żewġ partijiet huma ġestiti mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI).
Dan ir-rapport se janalizza l-attivitajiet u l-iżviluppi fil-Mikrofinanzjament Progress fl-2013. Il-biċċa l-kbira tad-dejta f’dan ir-rapport hija mogħtija mit-30 ta’ Settembru 2013, u meta disponibbli intużat dejta aktar aġġornata. B’riżultat ta’ dan, il-maġġoranza tal-iżviluppi mill-2013 jirreferu għall-perjodu bejn-1 ta’ Ottubru 2012 u t-30 ta’ Settembru 2013. Dawn huma kkumplimentati b’informazzjoni mill-‘istudju dwar l-imperfezzjonijiet fil-qasam tal-mikrofinanzjament u b'possibilitajiet biex dawn jiġu indirizzati permezz ta’ strument finanzjarju tal-UE’ (‘l-Istudju’) u evalwazzjoni interim kontinwa tal-Mikrofinanzjament Progress (‘l-evalwazzjoni interim’) prodotta għall-Kummissjoni.
L-istruttura tar-rapport issegwi r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni, ir-rapport jibda b’informazzjoni dwar l-ilħiq tal-intermedjarji u l-benefiċjarji finali. Imbagħad, ir-rapport iħares lejn l-impatt soċjali tal-Mikrofinanzjament Progress u l-kumplimentarjetà tiegħu ma’ strumenti oħrajn tal-UE. Il-prospetti għall-futur huma deskritti fit-tmiem tar-rapport, li jinkludi opinjonijiet dwar l-istrument finanzjarju suċċessur fil-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li l-implimentazzjoni tiegħu se tibda fit-tieni semestru tal-2014.
2.L-IMPLIMENTAZZJONI PERMEZZ TAL-FORNITURI TA’ MIKORKREDITU
Il-fornituri ta’ mikrokreditu (jiġifieri entitajiet pubbliċi u privati, fosthom banek u istituzzjonijiet mhux bankarji) għandhom rwol kruċjali fl-ilħiq tal-mira tal-Mikrofinanzjament Progress li jiġu żborżati EUR 5000 miljun permezz ta’ 46 000 mikroself lil benefiċjarji finali. Iż-żieda minn 26 fornitur ta’ mikrokreditu fl-2012 għal 40 fornitur fl-2013 fost 54 operazzjoni, u ż-żieda fil-kopertura ġeografika jirrappreżentaw pass importanti lejn l-ilħiq ta’ din il-mira.
2.1.Il-kuntratti konklużi
It-tipi ta’ intermedjarji
Kif spjegat hawn taħt, it-tqassim tal-fornituri ta’ mikrokreditu huwa bbilanċjat, bi 18-il istituzzjoni mhux bankarja u b’20 bank. Barra minn hekk, hemm żewġ istituzzjonijiet pubbliċi. Il-fornituri li ffirmaw kuntratti wara li ħareġ ir-rapport annwali tal-2012 huma indikati b’tipa grassa:
18-il istituzzjoni mhux bankarja: Microstart, Crédal (BE), Jobs MFI, Mikrofond (BG), Vaekstfonden (DK), Microfinance Ireland (IE), Créa-Sol, Adie, Initiative France (FR), SEFEA (IT), Qredits (NL), Inicjatywa Mikro (PL), FAER, Patria Credit (RO), SKB Leasing (SI), Fair Finance, Ezbob, GLE (UK).
20 bank: Societé Generale Expressbank (BG), Pancretan Cooperative Bank, Cooperative Bank of Peloponnese (EL), Caja Rurales Unidas, Colonya Caixa Pollenca, Laboral Kutxa (ES), BCC Mediocrati, BCC Emilbanca, Banca Popolare di Milano, BCC Bellegra (IT), Cooperative Central Bank (CY), Siauliu Bankas (LT), Erste Bank (AT), FM Bank (PL), Millenium BCP, Banco Espírito Santo (PT), Banca Transilvania (RO), Sberbank banka, Banka Koper (SI), OTP banka (SK).
2 istituzzjonijiet pubbliċi: ICREF (ES), Finmolise (IT).
L-attività tal-fornituri ta’ mikrokreditu fl-Istati Membri
Fl-2013, ġew iffirmati 25 kuntratt ġdid, inklużi 15 ma’ fornituri ta’ mikrokreditu li ma kinux irċevew appoġġ preċedenti mill-Mikrofinanzjament Progress. Ħamsa minn dawn il-kuntratti ġew konklużi ma’ intermedjarji minn Stati Membri fejn ma kienx intuża appoġġ preċedenti mill-Mikrofinanzjament Progress: id-Danimarka, is-Slovakkja u r-Renju Unit (li jinvolvu tliet intermedjarji). Barra minn hekk, huwa mistenni li fl-2014 jitlestew żewġ kuntratti f’pajjiżi li attwalment mhumiex koperti mill-Mikrofinanzjament Progress (l-Isvezja u l-Kroazja), dan iwassal għal kopertura totali ta’ 20 Stat Membru.
Id-distribuzzjoni ġeografika tal-Mikrofinanzjament Progress fil-31 ta’ Marzu 2014
2.2.L-azzjonijiet iffinanzjati
Il-garanziji
Il-programm għall-forniment tal-garanziji kien suċċess kbir fl-2013, u jkompli jattira ħafna interess. L-għadd ta’ intermedjarji appoġġati minn garanzija żdied minn 12 fl-2012 għal 27 fl-aħħar tal-2013. Peress li attwalment hemm ippjanati aktar kuntratti ta’ garanzija, huwa probabbli li l-baġit globali tal-garanziji ta’ EUR 23.8 miljun (mingħajr it-tariffi meħuda mill-FEI) mogħti mill-UE se jintuża kollu sal-aħħar tal-2014.
L-istrumenti ffinanzjati
Hemm għadd ta’ strumenti ffinanzjati differenti disponibbli, iżda fl-2013 intuża biss self superjuri. B’kollox, saru disa’ selfiet superjuri lil intermedjarji eżistenti jew ġodda. Dan it-tip ta’ strument huwa bil-wisq l-aktar popolari fost l-intermedjarji, peress li huwa inqas kumpless minn strumenti oħra. Minħabba l-perjodu ta’ investiment meħtieġ għall-investimenti ta’ ekwità, minn April 2014 l-FEI ma baqax joffri dan l-istrument iffinanzjat partikolari. Madankollu, il-programm EaSI l-ġdid (ara t-taqsima 5) għandu l-għan speċifiku li jibni l-kapaċità istituzzjonali tal-fornituri ta’ mikrokreditu. F'dan il-programm, investimenti tip l-ekwità se jkollhom rwol sinifikanti fl-ilħiq ta’ dan l-għan.
Ħarsa ġenerali lejn l-operazzjonijiet tal-Mikrofinanzjament Progress mill-31 ta’ Diċembru 2013
It-tabella hawn taħt turi li xi intermedjarji jirċievu kemm garanzija kif ukoll self. Ta' min jinnota, madankollu, li dawn iż-żewġ strumenti dejjem ikopru portafolji differenti, jiġifieri garanzija tal-Mikrofinanzjament Progress ma tistax tintuża biex tkopri mikroself iffinanzjat minn self mill-Mikrofinanzjament Progress. It-tabella turi wkoll li xi intermedjarji kienu kapaċi jirċievu l-istess tip ta’ appoġġ bosta drabi. Dan seta’ seħħ minħabba li rnexxielhom jiżborżaw għadd suffiċjenti ta’ mikroselfiet biex ikunu jistgħu japplikaw għal appoġġ ġdid (eż. Microstart) jew minħabba li l-istess strument intuża biex jipprovdi mikroself lil klijenti b’karatteristiċi differenti u għalhekk l-istess strument ikopri portafolji differenti (eż. it-tieni u t-tielet garanzija għall-FM Bank). L-impenji ta’ self lill-FAER u lil Inicjatywa Mikro żdiedu bħala riżultat tal-implimentazzjoni b’suċċess tal-Mikrofinanzjament Progress. L-Adie rċeviet ukoll self kbir, minbarra l-ftehim ta’ garanzija li ffirmat fl-aħħar tal-2012.
Tabella 1: L-Operazzjonijiet tal-Mikrofinanzjament Progress mill-31 ta’ Diċembru 2013
(L-operazzjonijiet ġodda qed jintwerew b’tipa grassa)
|
L-Istat Membru
|
L-Intermedjarju
|
L-Istrument
|
L-appoġġ
lill-intermedjarju (EUR)
|
|
BE
|
Microstart
|
Garanzija
|
100 000
|
|
|
|
Garanzija
|
200 000
|
|
BE
|
Crédal Société Coopérative
|
Garanzija
|
300 000
|
|
BG
|
JOBS MFI
|
Self Superjuri
|
6 000 000
|
|
|
|
Garanzija
|
200 000
|
|
BG
|
Mikrofond
|
Self Superjuri
|
3 000 000
|
|
BG
|
Société Generale Expressbank
|
Self Superjuri
|
8 500 000
|
|
DK
|
Vaekstfonden
|
Garanzija
|
200 000
|
|
IE
|
Microfinance Ireland
|
Garanzija
|
1 400 000
|
|
|
(First Step)
|
Garanzija
|
100 000
|
|
EL
|
Pancretan Cooperative Bank
|
Garanzija
|
900 000
|
|
EL
|
Cooperative Bank of Peloponnese
|
Self Superjuri
|
4 000 000
|
|
ES
|
ICREF
|
Self Superjuri
|
4 000 000
|
|
ES
|
Caja Rurales Unidas
|
Self Superjuri
|
8 000 000
|
|
ES
|
Colonya Caixa Pollenca
|
Garanzija
|
300 000
|
|
ES
|
Laboral Kutxa
|
Garanzija
|
800 000
|
|
FR
|
Créa-Sol
|
Self Superjuri
|
1 000 000
|
|
|
|
Self Superjuri
|
1 000 000
|
|
FR
|
Adie
|
Garanzija
|
2 300 000
|
|
|
|
Self Superjuri
|
5 000 000
|
|
FR
|
Initiative France
|
Garanzija
|
500 000
|
|
IT
|
SEFEA
|
Self Superjuri
|
2 000 000
|
|
IT
|
BCC Mediocrati
|
Self Superjuri
|
3 000 000
|
|
IT
|
BCC Emilbanca
|
Self Superjuri
|
2 000 000
|
|
IT
|
Banca Popolare di Milano
|
Self ta’ Kondiviżjoni tar-Riskji
|
4 000 000
|
|
IT
|
BCC Bellegra
|
Self Superjuri
|
1 300 000
|
|
IT
|
Finmolise
|
Self Superjuri
|
1 000 000
|
|
CY
|
Cooperative Central Bank
|
Self Superjuri
|
4 000 000
|
|
LT
|
Siauliu Bankas
|
Self Superjuri
|
5 000 000
|
|
NL
|
Qredits
|
Garanzija
|
1 300 000
|
|
|
|
Garanzija
|
1 700 000
|
|
AT
|
Erste Bank
|
Garanzija
|
500 000
|
|
PL
|
Inicjatywa Mikro
|
Self Superjuri
|
3 900 000
|
|
|
|
Self Superjuri
|
3 200 000
|
|
PL
|
FM Bank
|
Garanzija
|
800 000
|
|
|
|
Garanzija
|
1 300 000
|
|
|
|
Garanzija
|
900 000
|
|
PT
|
Millenium bcp
|
Garanzija
|
300 000
|
|
|
|
Garanzija
|
500 000
|
|
PT
|
Banco Espírito Santo
|
Self Superjuri
|
8 800 000
|
|
RO
|
FAER
|
Self Superjuri
|
1 000 000
|
|
|
|
Self Superjuri
|
1 000 000
|
|
RO
|
Patria Credit
|
Garanzija
|
1 000 000
|
|
|
|
Self Superjuri
|
8 000 000
|
|
RO
|
Banca Transilvania
|
Self Superjuri
|
7 500 000
|
|
|
|
Garanzija
|
1 700 000
|
|
SI
|
Sberbank banka
|
Self Subordinat
|
8 800 000
|
|
SI
|
Banka Koper
|
Garanzija
|
600 000
|
|
SI
|
SKB Leasing
|
Self Superjuri
|
9 000 000
|
|
SK
|
OTP banka
|
Garanzija
|
1 300 000
|
|
UK
|
Fair Finance
|
Garanzija
|
200 000
|
|
UK
|
EZBOB
|
Garanzija
|
400 000
|
|
UK
|
GLE
|
Garanzija
|
900 000
|
|
18 MS
|
40 fornituri ta’ mikrokreditu
|
54 kuntratt
|
134 700 000*
|
* Fil-każ ta’ kuntratti ta’ self, il-kontribuzzjoni tal-BEI hija inkluża
Il-volumi finanzjarji
L-impenn totali lill-fornituri ta’ mikrokreditu jammonta għal EUR 134.7 miljun (li jinkludi garanziji, fejn l-ammont massimu totali huwa ta’ EUR 20.7 miljun), u l-iżborżament totali ta’ strumenti ffinanzjati huwa ta’ EUR 60.17 miljun. Dan huwa dovut għall-fatt li żborżament ma jseħħx immedjatament wara l-iffirmar ta’ kuntratt u jista’ jinqasam f’għadd ta’ pagamenti akkont, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. B’mod ġenerali, il-fornituri li mhumiex banek talbu l-iżborżament aktar malajr mill-banek.
Fil-każ tal-garanziji, is-sitwazzjoni hija differenti, parzjalment minħabba n-natura ta’ dan il-prodott. Il-garanziji ma jiġux żborżati bħall-investimenti ffinanzjati. Jistgħu jissejħu fil-każ ta’ inadempjenza, u dawn ikopru biss parti minn portafoll ta’ fornitur ta’ mikrokreditu. Għal raġunijiet simili għal dawk tas-sena ta’ qabel, l-ammont nett ta’ garanziji msejħa huwa ta’ EUR 1.34 miljun, li huwa relattivament baxx, l-FM Bank u Qredits sejħu kważi 90 % ta’ dan l-ammont. L-ammont nett ta’ garanziji msejħa huwa mistenni li jiżdied b’mod sinifikanti maż-żmien. Sat-tmiem ta’ Marzu 2014, dan kien żdied għal EUR 2.11-il miljun.
L-ingranaġġ li nkiseb
L-ingranaġġ jispjega kif il-mira ta’ EUR 500 miljun f’mikroself tista’ tinkiseb b’finanzjament inizjali ta’ EUR 100 miljun mill-UE. Bis-saħħa tal-koinvestiment tal-BEI, intlaħaq ingranaġġ ta’ madwar tnejn, u dan jerġa' jiżdied bl-ingranaġġ li nħoloq fil-livell tal-fornituri tal-mikrokreditu. L-ogħla ingranaġġ jiġi pprovdut mill-garanziji. L-istrument l-ieħor li jintuża l-aktar huwa s-self superjuri. Għal dan it-tip partikolari ta’ finanzjament, huwa diffiċli li l-finanzjament oriġinali jiġi ingranat, peress li xi drabi l-intermedjarju sempliċiment jislef l-ammont tal-fondi mislufa mill-Mikrofinanzjament Progress. Madankollu, anki fil-każ ta’ self superjuri, xi intermedjarji talbu ingranaġġ ta’ 1.5 jew 2 u, eċċezzjonalment, l-ingranaġġ ġie stabbilit f’5. Skont l-aħħar projezzjonijiet tal-FEI, il-Mikrofinanzjament Progress se jikseb l-ingranaġġ fil-mira ta’ 5, minkejja l-prevalenza ta’ self superjuri fost l-istrumenti ffinanzjati. Dan huwa prinċipalment dovut għall-ingranaġġ ogħla milli previst ta’ ftehimiet ta’ garanzija.
2.3.L-applikazzjonijiet iffinanzjati u rifjutati
Diversi applikanti ma rnexxilhomx ilestu l-proċedura ta’ applikazzjoni u jirċievu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni (għall-garanziji) għall-Mikrofinanzjament Progress. Madankollu, bħal fi snin preċedenti, mhuwiex probabbli li jseħħ rifjut formali fil-livell tal-bord tal-FEI, fejn jiġu ppreżentati biss applikazzjonijiet skrinjati bir-reqqa. L-evalwazzjoni interim se tanalizza b’aktar dettall għala ċerti applikazzjonijiet ma tlestewx.
3.L-IMPLIMPENTAZZJONI FIL-LIVELL TAL-MIKROMUTWATARJI
L-aħħar projezzjonijiet jindikaw li sal-31 ta’ Marzu 2014 aktar minn 20 000 benefiċjarju finali rċevew mikroself li jammonta għal EUR 182 miljun. Dan jirrappreżenta żieda qawwija, iżda għad hemm distakk sinifikanti fis-suq li jrid jimtela. L-Istudju jistma li l-interess totali li ma ġiex issodisat fil-livell tal-benefiċjarji finali fl-Ewropa huwa ta’ EUR 2.7 biljun.
3.1.Il-volumi tal-mikroself u l-għadd ta’ benefiċjarji finali
Fid-data tar-rappurtar, kien hemm 12 690 benefiċjarju finali, li xi wħud minnhom kienu bbenefikaw minn aktar minn mikroself wieħed. B’mod aktar preċiż, 5 942 klijent ibbenefikaw minn 6 236 mikroself, b’valur ta’ EUR 51.6 miljun, mgħoddija b’self minn fornituri ta’ mikrokreditu, bis-saħħa tal-istrumenti ffinanzjati. Il-garanziji ppermettew li l-intermedjarji joffru 7 016-il mikroself, li jammontaw għal EUR 69.3 miljun, lil 6 748 mikromutwatarju.
Madankollu, mhux kull intraprenditur li jibgħat applikazzjoni għal mikroself jirnexxilu jieħdu. Permezz tal-użu ta’ rata indikatur tar-rifjut, huwa stmat li kważi 2000 applikazzjoni għal self appoġġjati minn strumenti ffinanzjatiġew miċħuda.
3.2.L-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjiegi tal-Mikrofinanzjament Progress
Huwa ċar mill-għanijiet tal-Mikrofinanzjament Progress, kif stabbilit fid-Deċiżjoni, li l-ilħiq ta’ gruppi żvantaġġati se jkun kruċjali.
3.2.1.L-ilħiq ta’ gruppi żvantaġġati
Kull sena tinġabar id-dejta dwar l-impatt soċjali tal-Mikrofinanzjament Progress fil-livell tal-mikromutwatarji, u tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Skont l-evalwazzjoni interim, il-ħtieġa li dawn il-valuri jiġu rrapportati ma timponix piż sinifikanti fuq il-fornituri ta’ mikrokreditu. Tista’ tkun ta’ sfida akbar għal dawk li s-sistemi tagħhom għadhom jiddependu ħafna fuq il-karta. Għalhekk, konformità mar-rekwiżit ta’ rappurtar soċjali jista’ jkollha effett pożittiv fuq l-amministrazzjoni ġenerali tal-fornitur tal-mikrokreditu. Madanakollu, id-dejta ppreżentata hawn taħt ma tqisx il-benefiċjarji finali kollha, peress li din id-dejta mhijiex disponibbli għalihom kollha.
Il-ħolqien ta’ impjiegi permezz ta’ impjieg indipendenti u negozji li jiftħu ġodda
Ta’ spiss, l-intraprenditorija titqies bħala alternattiva vijabbli għal xogħol b’salarju u tista’ tkun għodda b’saħħitha għall-ġlieda kontra l-qgħad. Id-diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzi jirrappreżentaw wieħed mill-ostakli ewlenin għall-intraprendituri aspiranti; din kienet waħda mill-ideat ewlenin wara l-ħolqien tal-Mikrofinanzjament Progress. Ir-rapporti soċjali mill-2013 jikkonfermaw li, b’finanzjament suffiċjenti, l-intraprenditorija tista' tiffjorixxi u tista' tgħin lill-gruppi żvantaġġati jsibu mod kif joħroġu mill-qgħad. 60 % tal-individwi li kellhom dejta disponibbli kienu jew qiegħda jew inattivi fil-ħin tal-applikazzjoni tagħhom għal mikroself, li huwa ferm ogħla mit-32 % irrapportat fl-2012. Peress li ħafna drabi l-mikromutwatarji li jibbenefikaw mill-Mikrofinanzjament Progress ma jkollhomx aċċess għal forom oħra ta’ finanzjament, huwa probabbli li mingħajr mikroself sponsorjat mill-Mikrofinanzjament Progress dawn kienu jibqgħu qiegħda. Madwar 38 % tal-benefiċjarji rreġistrati kienu qiegħda, kważi 2 % ma wieġbux u l-bqija kienu qed jistudjaw.
Intraprendituri nisa
Aktar mis-36 % tal-intraprendituri rreġistrati huma nisa, kemmxejn inqas mid-39 % irrapportati s-sena li għaddiet. Tlieta mid-dsatax-il fornitur li kienu pprovdew id-dejta sad-data tar-rapportar irrapportaw proporzjon ogħla ta’ self għal nisa milli għall-irġiel din is-sena. Dawn il-fornituri huma ż-żewġ banek Portugiżi, Millenium bcp (50.03 %) u Banco Espírito Santo (58 %), u Siauliu Bankas tal-Litwanja (67 %). Disa’ fornituri oħra juru wkoll ilħiq tajjeb ta’ klijenti nisa, li jirrappreżentaw madwar 40 % tal-portafolji tagħhom.
L-intraprenditorija fiż-żgħożija u fl-anzjanità
Għalkemm il-maġġoranza ta’ dawk li jieħdu self qegħdin fil-grupp prinċipali ta’ etajiet ta’ dawk bejn il-25-54 sena (84.4 %), id-dejta miġbura turi lil-Mikrofinanzjament Progress qed ikompli jaħdem ma’ grupp sinifikanti ta’ benefiċjarji finali taħt il-25 sena, b’5.9 % tal-benefiċjarji f’dan il-grupp ta’ etajiet (meta mqabbla ma’ 5.2 % is-sena ta’ qabel). L-evalwazzjoni interim se jkun fiha analiżi aktar preċiża tal-etajiet.
L-appoġġ lill-minoranzi
L-informazzjoni dwar appoġġ lill-minoranzi għadha limitata, jew minħabba r-restrizzjonijiet legali jew minħabba s-sensittività tal-kwistjoni. Huwa mistenni li tinġabar aktar informazzjoni bħala parti mill-evalwazzjoni interim, li minbarra l-kwestjonarji se tuża intervisti individwali. Madanakollu, nafu li xi intermedjarji għandhom ilħiq sinifikanti tal-komunitajiet Roma, eż. Adie fi Franza u Mikrofond fil-Bulgarija.
L-isfond edukattiv
Il-mikromutwatarji li jagħmlu użu minn mikroself għandhom sfondi edukattivi varji, inklużi dawk bl-ebda edukazzjoni formali sa intraprendituri b’edukazzjoni universitarja. L-akbar ammont ta’ ħidma fuq l-ilħiq ta’ dawk b’edukazzjoni primarja jew bl-ebda edukazzjoni formali sar miż-żewġ fornituri Franċiżi. Madanakollu, BCC Mediocrati u Millenium bcp għandhom l-ogħla proporzjon ta’ benefiċjarji b’edukazzjoni post-sekondarja jew universitarja. L-akbar grupp ta’ imprendituri , 42.89% skont id-dejta disponibbli, temmew l-edukazzjoni sekondarja.
Impatt sostenibbli
Għadd aktar baxx ta’ garanziji msejħa rrapportati jissuġġerixxi li l-benefiċjarji finali huma aktar kapaċi jħallsu lura l-mikroself tagħhom. Dan jissuġġerixxi li jew ikunu komplew l-attivitajiet tan-negozju tagħhom jew li jkunu bdew attività b’paga. Stħarriġ li sar fost il-mikromutwatarji li sar bħala parti mill-evalwazzjoni interim sejipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar l-istatus attwali tal-benefiċjarji finali.
3.2.2.Ammonti żgħar li jagħmlu impatt kbir
Il-mikroself huwa, skont id-definizzjoni tiegħu, limitat għal EUR 25 000. L-evalwazzjoni interim sabet li intermedjarju wieħed jaħseb li dan il-limitu huwa baxx wisq. Madankollu dan il-limitu, skont l-esperjenza mis-snin preċedenti, rari jintlaħaq.
30 % tal-mikroself appoġġat minn garanziji huma taħt il-EUR 5 000 u 40 % huma bejn il-EUR 5 000 u l-10 000. Huwa diffiċli li jiġi identifikat mudell ċar fid-daqs tagħhom. Pereżempju, istituzzjoni mhux bankarja MFI mill-Ewropa tal-Punent tista’ tipprovdixi wħud mill-iżgħar mikroself (eż. Qredits). Is-sitwazzjoni hija simili ħafna għall-mikroself ipprovdut permezz ta’ strumenti ffinanzjati. 70 % ta’ dawn huma taħt l-EUR 10 000, b’51.3 % taħt il-EUR 5 000.
3.3.Id-distribuzzjoni settorjali u reġjonali tal-intraprendituri u l-mikrointrapriżi appoġġjati
Id-distribuzzjoni settorjali tal-mikrointrapriżi ffinanzjati
Id-distribuzzjoni settorjali tibqa’ pjuttost simili għall-2012, b’aktar minn nofs il-benefiċjarji finali ġejjin mill-kummerċ (li rat żieda ta’ 3 % mis-sena ta’ qabel) u l-agrikoltura (’l isfel b’7 %).
Id-distribuzzjoni reġjonali tal-mikrointrapriżi ffinanzjati
Il-mappa hawn taħt tindika l-għadd ta’ benefiċjarji skont ir-reġjuni NUTS1 mit-30 ta’ Settembru 2013, u turi l-kopertura ġeografika tajba tal-Mikrofinanzjament Progress. Jista’ jkun li xi pajjiżi b’fornituri ta’ mikrokreditu li ffirmaw kuntratt taħt il-Mikrofinanzjament Progress għadhom ma juru l-ebda benefiċjarju, minħabba li ġeneralment ikun hemm bżonn ta’ xi ftit taż-żmien bejn l-iffirmar tal-kuntratt u l-provvediment attwali ta’ mikroself minn intermedjarju.
4.KOMPLEMENTARJETÀ U KOORDINAZZJONI MA’ STRUMENTI OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA
Sabiex jilħaq aħjar lill-benefiċjarji finaliu jkompli jiżviluppa s-suq tal-mikrofinanzjament fl-UE, il-Mikrofinanzjament Progress għandu l-għan li joħloq valur miżjud billi jiżgura koordinazzjoni effiċjenti u kumplimentarjetà intelliġenti ma’ strumenti oħrajn tal-UE.
Il-fornituri kollha tal-mikrokreditu huma meħtieġa jaħdmu ma’ entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ taħriġ u ta’ mentoring, b’mod partikolaridawk appoġġjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Skont ir-riżultati preliminari tal- evalwazzjoni interim, madwar 50% tal-fornituri ta’ mikrokreditu għamlu dan. Il-Kummissjoni tifhem l-importanza ta’ servizzi ta’ żvilupp tan-negozju għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-mikrointrapriżi, b’mod partikolari dawk li ġejjin minn gruppi żvantaġġati. Bħala riżultat ta’ dan, qed tkompli titlob li l-FEI jinforza dan ir-rekwiżit ewlieni.
Il-Mikrofinanzjament Progress waħdu mhuwiex kapaċi jindirizza bis-sħiħ il-lakuna fis-suq identifikata mill-Istudju. Il-Kummissjoni qed tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex ikunu aktar attivi u joffru skemi nazzjonali għal strumenti finanzjarji ta’ mikrofinanzjament, b’mod partikolari billi jużaw ir-riżorsi tal-FSE tagħhom. Il-programm EaSI l-ġdid se jgħin inaqqas id-distakk. Il-programm għandu tliet assi: Progress; EURES; Progress; EURES; u l-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali. Taħt it-tielet assi, se jiġi allokat baġit ta’ mill-inqas EUR 86 miljun għall-mikrofinanzjament, li jibni fuq l-attivitajiet tal-Mikrofinanzjament Progress u jiżdiedu oħrajn ġodda, bħal attivitajiet relatati mal-bini tal-kapaċità. Minbarra dan il-baġit, il-ħlasijiet lura mill-Mikrofinanzjament Progress se jintużaw għal appoġġ addizzjonali taħt it-tielet assi ta’ EaSI. Dawn il-ħlasijiet lura huma mistennija mill-2018, mill-porzjon tal-baġit globali tal-istrumenti finanzjati tal-Kummissjoni.
L-assistenza teknika tal-Kummissjoni għall-fornituri ta’ mikrokreditu, l-Azzjoni Konġunta għas-Sostenn tal-Istituzzjonijiet Mikrofinanzjarji fl-Ewropa (JASMINE), kellha rwol importanti fl-iżvilupptas-suqbejn it-tnedija tagħha fl-2008 ul-aħħar tal-2013. Minħabba l-impatt pożittiv tal-inizjattiva fuq is-settur u l-kumplementarjetà tagħha mal-Mikrofinanzjament Progress, u b’mod konformi mat-talbiet tal-partijiet interessati għal aktar integrazzjoni tal-attivitajiet mikrofinanzjarji tal-Kummissjoni, fil-futur il-Kummissjoni se tiffinanzja din it-tip ta’ attività taħt l-assi Progress tal-EaSI. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tespandi l-attivitajiet tagħha u tadattahom biex tgħin biex jiġu indirizzati l-lakuni eżistenti fis-suq (eż. pariri legali, taħriġ imfassal apposta). Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tespandi l-attivitajiet tagħha u tadattahom biex tgħin biex jiġu indirizzati l-lakuni eżistenti fis-suq (eż. pariri legali, taħriġ imfassal apposta).
5.KONKLUŻJONIJIET U PROSPETTI
Fl-2013, ġiet ikkonfermata l-aspettattiva li, wara domanda inizjali kajmana, se jkun hemm żieda kostanti fil-provvistata’ mikroself lill-benefiċjarji finali. L-Istudju ikkonferma l-ħtieġa li titwessa’ l-kopertura ġeografika tal-mikroself, u wera li mal-UE kollha hemm domanda sinifikanti għal mikroself li mhux qed tiġi ssodisfata. Dan ġie indirizzat billi fl-2013, l-attivitajiet tal-Mikrofinanzjament Progress ġew estiżi fi tliet Stati Membri ġodda (id-Danimarka, is-Slovakkjau r-Renju Unit) u tnejn oħra huma mistennija fl-2014 (l-Isvezja u l-Kroazja).
Il-garanziji wrew li huma strument estremament ta’ suċċess għall-appoġġ tal-mikrofinanzjament, u l-baġit tagħhom mistenni li jintuża kollu sa tmiem l-2014. Meta jinħarġu strumenti finanzjarji ġodda taħt l-EaSI 2014-20, se tingħata prijorità lill-għoti ta’ garanziji lill-intermedjarji tal-mikrofinanzjament.
Ir-rappurtar soċjali jikkonferma li l-Mikrofinanzjament Progress żied l-attività ta’ ilħiq tiegħu fir-rigward ta’ gruppi żvantaġġati, u kellu impatt qawwi fuq il-ħolqien tax-xogħol billi ffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-persuni qiegħda u għall-persuni ekonomikament inattivi.
Fl-2014, se tibda l-attività fit-tielet assi ta’ EaSI. Il-lezzjonijiet mitgħallma mill-Mikrofinanzjament Progress tqiesu fid-disinn tal-istrumenti finanzjarji f’dan l-ass tal-programm u fid-deċiżjoni biex tingħata aktar attenzjoni lejn il-bini tal-kapaċità għall-fornituri ta’ mikrokreditu. Taħt l-ewwel ass ta’ EaSI se tiġi offruta wkoll aktar assistenza teknika.
Il-Mikrofinanzjament Progress se jkompli joffri l-prodotti tiegħu sal-2016, kif ippjanat, biex ikompli jiġi indirizzat id-distakk fil-finanzjament fis-suq tal-mikrofinanzjament tal-UE. Wara li jintemm il-Mikrofinanzjament għall-Progress, il-bilanċ dovut lill-UE se jintuża għall-mikrofinanzjament u għall-appoġġ tal-intrapriżi soċjali taħt EaSI.