This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0398
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Towards a circular economy: A zero waste programme for Europe
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa
/* COM/2014/0398 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa /* COM/2014/0398 final */
Tranżizzjoni
għal ekonomija ċirkolari: programm ta' skart żero
għall-Ewropa 1.
Daħla:
ekonomija ċirkolari li tappoġġa t-tkabbir sostenibbli L-ekonomiji tagħna qed jitilfu
ċertu materjali ta’ valur. La fid-dinja qed jibqgħu jiżdiedu
d-domanda u l-kompetizzjoni għar-riżorsi limitati u xi kultant
skarsi, u la l-pressjoni fuq ir-riżorsi qed iżżid
id-degradazzjoni u l-fraġilità ambjentali, l-Ewropa tista' tgawdi mil-lat
ekonomiku u ambjentali jekk tuża aħjar dawn ir-riżorsi. Sa minn
żmien ir-rivoluzzjoni industrijali, l-ekonomiji tagħna żviluppaw
xejra tat-tkabbir ta' “ħu, agħmel, uża u armi” — mudell lineari
bbażat fuq is-suppożizzjoni li r-riżorsi huma bir bla
qiegħ, disponibbli, jistgħu jinkisbu faċilment u jistgħu
jintremew bl-irħis. Maż-żmien ilkoll qed nifhmu aħjar li
dan qed jhedded il-kompetittività tal-Ewropa. It-tranżizzjoni għal ekonomija
aktar ċirkolari hi vitali biex titmexxa l-aġenda għall-użu
effiċjenti tar-riżorsi stabbilita bl-Istrateġija
Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.[1]
B’rabta mal-użu effiċjenti tar-riżorsi, mhux diffiċli li
titjieb il-prestazzjoni b'mod qawwi u sostnut, u dan kollu joħloq ġid
ekonomiku kbir. Is-sistemi tal-ekonomija ċirkolari
jirnexxilhom iżommu l-valur miżjud fil-prodotti għall-itwal
żmien possibbli u jeliminaw l-iskart. Meta prodott ikun wasal fi tmiem
ħajtu, dawn is-sistemi jirnexxilhom iżommu r-riżorsi
fl-ekonomija ħalli jibqgħu jintużaw b’mod produttiv u allura
jinħoloq aktar valur. Iżda t-tranżizzjoni għal ekonomija
aktar ċirkolari teħtieġ qabelxejn li jsiru bidliet tul
il-ktajjen ta’ valur, mid-disinn tal-prodotti sa mudelli ġodda tan-negozju
u tas-suq, u minn modi ġodda kif l-iskart isir riżorsa sa bidliet
fl-imġiba tal-konsumaturi. Dan jimplika bidla sistemika sħiħa, u
innovazzjoni mhux biss fit-teknoloġiji, iżda anki
fl-organizzazzjonijiet, fis-soċjetà, fil-metodi tal-finanzi u
fil-politiki. Anki f'ekonomiji tassew ċikolari, xorta jibqa' ċertu
element ta' linearjetà għax ir-riżorsi verġni jibqa' bżonnhom
u l-iskart residwu jrid jintrema. L-industrija diġà tagħraf lok
kummerċjali qawwi biex titjieb il-produttività tar-riżorsi. Hu stmat
li t-titjib fl-effiċjenza tar-riżorsi matul il-katini tal-valur
jista' jnaqqas il-ħtiġijiet ta' inputs materjali bi 17%-24% sal-2030[2]
u użu aħjar tar-riżorsi jaf ikun ifisser iffrankar ġenerali
potenzjali ta' EUR 630 biljun kull sena għall-industrija
Ewropea.[3] Minn studji mmexxija
min-negozji u bbażati fuq mudellar fil-livell tal-prodott
joħorġu fid-dieher bosta opportunitajiet ta' ffrankar
fl-ispejjeż materjali għall-industrija tal-UE permezz
tal-approċċi tal-ekonomija ċirkolari u jidher ukoll potenzjal li
l-PDG tal-UE jitqawwa sew sa 3.9%[4] billi jinħolqu swieq
ġodda u prodotti ġodda u jiżdied il-valur għan-negozji.
Għalhekk mhix sorpriża li n-negozji qed jaħdmu bla heda biex
itejbu l-ġestjoni tar-riżorsi iżda xorta jibqgħu lura
minħabba bosta ostakli tas-suq. Il-Pjattaforma Ewropea ta’ livell
għoli għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi,[5]
li tlaqqa' għadd ta' gvernijiet, negozji u organizzazzjonijiet
tas-soċjetà ċivili, sejħet għal azzjoni sabiex nadottaw
ekonomija iktar ċirkolari, li tistrieħ iktar fuq l‑użu
mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja u ferm
inqas fuq il-materja prima primarja. Bil-Pjan Direzzjonali għal
Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi,[6]
fl-2011 il-Kummissjoni proponiet qafas għal azzjoni u saħqet fuq
il-ħtieġa ta' approċċ integrat f’ħafna oqsma u livelli
tal-politika. Issa, l-ideat ewlenin tal-Pjan Direzzjonali qed jiġu
żviluppati fis-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (is-Seba' EAP).[7] Jekk issir it-tranżizzjoni
għal mudelli ekonomiċi aktar ċirkolari, l-ekonomija Ewropea
futura tkun aktar b'saħħitha. B'hekk l-Ewropa tkun tista' tilqa' l-isfidi ta' żmienna u futuri li
jġibu l-pressjoni dinjija fuq ir-riżorsi u ż-żieda
fin-nuqqas ta' sigurtà tal-provvista. Sabiex jitjiebu r-reżiljenza u
l-kompetittività, jeħtiġilna nużaw u nerġgħu
nużaw ir-riżorsi b’mod produttiv, innaqqsu l-iskart u nnaqqsu
d-dipendenza fuq il-provvisti inċerti. Dan jgħin biex it-tkabbir
ekonomiku jinfired mill-użu tar-riżorsi u mill-impatti tiegħu u
allura joffri l-prospett ta’ tkabbir sostenibbli dejjiem. Il-produttività
tar-riżorsi fl-UE żdiedet b'20 % fil-perjodu 2000-2011,
iżda din jaf tkun parzjalment minħabba l-effetti tar-riċessjoni.
Jekk tinżamm din ir-rata, sal-2030 tibqa' tiżdied bi 30 % u jaf
ittejjeb il-PDG bi kważi 1 %, filwaqt li toħloq 'il fuq minn
żewġ miljun impjieg aktar minn kemm jinħolqu fix-xenarju-bażi.[8] Li
jissaħħu l-isforzi biex tiżdied il-produttività tar-riżorsi
timxi id f'id mal-għajnijiet attwali tal-politika tal-Komunità bħal
ngħidu aħna li jonqsu emissjonijiet tal-karbonju, tiżdied
l-effiċjenza enerġetika, riindustrijalizzazzjoni sostenibbli tal-ekonomija tal-UE, u li
jkun żgurat aċċess għall-materja prima, filwaqt li
jonqsu l-impatti ambjentali u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Hemm
firxa wiesgħa ta' miżuri li jippromwovu effiċjenza
tar-riżorsi u li huma ppruvati li joħolqu l-ġid u wrew
il-potenzjal li jiġu applikati b'mod aktar sistematiku. Qed jittieħdu
wkoll il-passi meħtieġa biex ikun żgurat li dawn il-bidliet
joħolqu għadd ġmielu ta' impjiegi, l-aktar bil-Komunikazzjoni
dwar l-Impjiegi Ekoloġiċi u bil-Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku
għall-SME.[9] 2.
It-twaqqif
ta’ qafas tal-politika ta’ abilitazzjoni Is-swieq huma fattur importanti
fl-użu effiċjenti tar-riżorsi u fl-ekonomija ċirkolari,
għax il-materjali u l-enerġija saru l-input ewlieni tal-ispejjeż
għal ħafna kumpaniji. Madankollu, filwaqt li s-swieq diġà qed
jimbuttaw il-bidla, jeżistu għadd ta' ostakli tas-suq għal
ġestjoni effettiva u effiċjenti tar-riżorsi. Il-prevenzjoni
tal-iskart, l-ekodisinn, l-użu mill-ġdid u miżuri simili jaf
iġibu ffrankar nett ta' € 600 biljun, jew 8% tal-fatturat
annwali, għan-negozji fl-UE, filwaqt li jnaqqsu l-emissjonijiet totali
tal-gassijiet serra b'2-4%.[10]
Madankollu biex dan iseħħ, jeħtieġ li jingħelbu
l-ostakli tas-suq li jżommu dawn l-opportunitajiet milli jiġu
żviluppati. Filwaqt li l-produttività
tar-riżorsi tista' tkun ta' ġid għal firxa wiesgħa ta’
setturi, permezz tagħha l-kumpaniji Ewropej jistgħu jgawdu wkoll minn
tkabbir mgħaġġel fis-swieq għall-ekoindustriji, li qed
jitbassar li jirdoppjaw bejn l-2010 u l-2020. Internazzjonalment, f'firxa
wiesgħa ta’ setturi industrijali qed jintalab li titjieb l-effiċjenza
fl-użu tar-riżorsi. L-infrastruttura eżistenti,
il-mudelli tan-negozju u t-teknoloġija, kif ukoll l-imġiba,
iwaħħlu lill‑ekonomiji
fil-mudell lineari. Il-kumpaniji jaf ma jkollhomx l-informazzjoni,
il-kunfidenza u l-kapaċità meħtieġa biex iħaddmu
soluzzjonijiet tal-ekonomija ċirkolari. Xi drabi s-sistema finanzjarja ma
tipprovdix biex isir investiment li jtejjeb l-effiċjenza jew f'mudelli
innovattivi tan-negozju, għax dawn jitqiesu iktar riskjużi u
kumplessi, u allura jgerrxu lil ħafna investituri tradizzjonali. Anki
d-drawwiet tal-konsumaturi konvenzjonali jxekklu l-iżvilupp ta' prodotti u
servizzi ġodda. Dan ix-xkiel għandu tendenza jibqa' jeżisti meta
l-prezzijiet ma jixhdux l-ispejjeż veri tal-użu tar-riżorsi
għas-soċjetà, u meta l-politika ma jirnexxilhiex tipprovdi sinjali
qawwija u konsistenti favur it-tranżizzjoni għal ekonomija
ċirkolari. Skont evidenza minn prodotti
ewlenin, materjali, u ktajjen tal-valur, il-Kummissjoni se taħdem
mal-partijiet ikkonċernati sabiex toħloq qafas ta’ abilitazzjoni
għall-ekonomija ċirkolari billi tuża miżuri li jħalltu
r-regolamentazzjoni intelliġenti, l-istrumenti bbażati fuq is-suq,
ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-inċentivi, l-iskambju
tal-informazzjoni u l-appoġġ għall-approċċi
volontarji. Qafas bħal dan jgħin biex jintlaħaq l-għan ta’
rinaxximent industrijali sostenibbli fl-UE u jistrieħ fuq konsumaturi u
negozji proattivi, l-aktar l-intrapriżi żgħar u medji. Internazzjonalment, l-UE trid
taħdem mill-qrib ma' sħab oħrajn kemm fil-livell multilaterali
kif ukoll fil-livell bilaterali ħalli tiżgura l-ikbar impatt possibbli
tal-kunċett ta' ekonomija ċirkolari. Il-Kummissjoni
se: tanalizza aktar il-fallimenti
ewlenin fil-governanza u fis-suq li qed iżommu lura lill-materjali
tal-iskart milli jiġu evitati jew jerġgħu jintużaw, filwaqt
li se tqis l-eteroġeneità tat-tipi ta' materjal u l-użi tagħhom,
biex jikkontribwixxu għal qafas ta’ politika li jippermetti
l-effiċjenza tar-riżorsi fil-livell tal-UE. 2.1. It-tfassil u l-innovazzjoni favur
ekonomija ċirkolari L-approċċi tal-ekonomija
ċirkolari huma ddisinjati biex jeliminaw l-iskart u jinvolvu
l-innovazzjoni matul il-katina kollha tal-valur, minflok ma jserrħu biss
fuq soluzzjonijiet fi tmiem il-ħajja tal-prodotti. Pereżempju din
jaf: tnaqqas
il-kwantità ta’ materjali meħtieġa biex jingħata servizz
partikolari (prodotti eħfef); ittawwal
iż-żmien tal-użu tal-prodott (id-durabbiltà); tnaqqas
l-użu tal-enerġija u tal-materjali fl-istadji tal-produzzjoni u
tal-użu (l-effiċjenza); tnaqqas
l-użu ta' materjali perikolużi jew li diffiċli jiġu
riċiklati fi
prodotti jew proċessi tal-produzzjoni (is-sostituzzjoni); toħloq
swieq għal materjali (riċiklati) tal-materja prima sekondarja
(imsejsa fuq standards, l-akkwist pubbliku, eċċ); tiddisinja
prodotti li jkunu aktar faċli jinżammu, jissewwew, jiġu
aġġornati, jiġu manifatturati mill-ġdid jew jiġu
riċiklati (l-ekodisinn); tiżviluppa s-servizzi
meħtieġa għall-konsumaturi f'dan ir-rigward (is-servizzi
tal-manutenzjoni u tat-tiswija, eċċ); tagħti
inċentivi u
appoġġ biex jonqos l-iskart u għal separazzjoni
tal-iskart ta’ kwalità għolja min-naħa tal-konsumaturi; tagħti
inċentivi għal sistemi ta’ separazzjoni u ġbir tal-iskart li
jnaqqsu kemm jista’ jkun l-ispejjeż tar-riċiklaġġ u
tal-użu mill-ġdid; tagħmilha
eħfef li jonħolqu r-raggruppamenti tal-attivitajiet biex tevita li l-prodotti
sekondarji ma jispiċċawx skart (simbjożi industrijali); u tħeġġeġ
aktar għażla u
għażla aħjar għall-konsumaturi permezz tal-kiri,
is-self u l-qsim tas-servizzi bħala alternattiva għas-sjieda
tal-prodotti, filwaqt li
tħares l-interessi tal-konsumatur (mil-lat ta' spejjeż, protezzjoni,
informazzjoni, termini fil-kuntratt, aspetti tal-assigurazzjoni, eċċ). Punt tat-tluq importanti hu d-disinn ta'
proċessi tal-produzzjoni, prodotti u servizzi. Il-prodotti jistgħu
jiġu ddisinjati mill-ġdid sabiex jintużaw iktar fit-tul, jissewwew,
jiġu aġġornati, jiġu manifatturati mill-ġdid jew
eventwalment jiġu riċiklati, minflok ma jintremew. Il-proċessi
tal-produzzjoni jistgħu jissejsu aktar fuq kemm il-prodott jew il-materja
prima jistgħu jerġgħu jintużaw u fuq il-kapaċità
ristorattiva tar-riżorsi naturali, filwaqt li mudelli innovattivi
tan-negozju jistgħu joħolqu rabta bejn il-kumpaniji u l-konsumaturi. B'mod simplifikat, din id-dijagramma
kunċettwali turi l-istadji ewlenin ta' mudell tal-ekonomija
ċirkolari, u kull stadju jippreżenta opportunitajiet mil-lat ta'
tnaqqis fl-ispejjeż u fid-dipendenza fuq ir-riżorsi naturali, mil-lat
ta' spinta fit-tkabbir u fl-impjiegi, u mil-lat ta' limitazzjoni tal-iskart u
tal-emissjonijiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent. L-istadji huma
relatati bejniethom għax il-materjali jistgħu jintużaw b'mod
sekwenzjali, ngħidu aħna: l-industrija tpartat il-prodotti
sekondarji, il-prodotti jissewwew jew jiġu manifatturati mill-ġdid
jew il-konsumaturi jagħżlu sistemi ta' prodotti u servizzi. Dan
għandu l-għan li jnaqqas kemm jista' jkun l-għadd ta'
riżorsi li jintilfu miċ-ċiklu ħalli s-sistema taħdem
bl-aqwa mod. Xi politiki u strumenti tal-UE diġà
jipprovdu għodod u inċentivi skont il-mudell tal-ekonomija
ċirkolari. Bil-mod il-mod il-ġerarkija tal-iskart li fuqha tissejjes
il-leġiżlazzjoni tagħna dwar l-iskart qed twassal biex jiġu
adottati l-alternattivi preferuti tal-prevenzjoni tal-iskart, it-tħejjija
għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, u
inqas rimi fil-miżbliet. Barra minn hekk il-politika dwar is-sustanzi kimiċi
għandha l-għan li tneħħi ftit ftit dawk is-sustanzi
tossiċi ta’ tħassib serju ħafna. Xi miżuri tal-ekodisinn
għal prodotti relatati mal-enerġija jinkludu rekwiżiti dwar
id-durabbiltà u li jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ. L-Istrateġija tal-Bijoekonomija[11] tippromwovi l-użu sostenibbli u
integrat tar-riżorsi bijoloġiċi u l-flussi tal-iskart
għall-produzzjoni tal-ikel, l-enerġija u prodotti b'bażi bijoloġika.
Il-politika dwar il-klima toħroġ b'inċentivi biex tiffranka
l-enerġija u tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Qafas komuni u koerenti tal-UE
għall-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari jgħin biex dawn
l-elementi jingħaqdu mal-inizjattivi tal-programm Orizzont 2020
sabiex tiġi indirizzata l-isfida tar-riċerka u l-innovazzjoni[12].
Sabiex
tappoġġa disinn u innovazzjoni għal ekonomija iktar
ċirkolari, il-Kummissjoni se: turi, fil-kuntest tal-Programm
Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni msejjaħ “Orizzont
2020”, l-opportunitajiet li hemm biex ikollna ekonomija ċirkolari fil‑livell
Ewropew permezz ta’ proġetti tal-innovazzjoni fuq skala kbira mmirati
għal koperazzjoni fil-ktajjen tal-valur u bejniethom, sabiex jitrawwem
l-iżvilupp tal-ħiliet u tkun appoġġata l-applikazzjoni
fis-suq ta’ soluzzjonijiet innovattivi; tistabbilixxi sħubija msaħħa biex tappoġġa
l-politiki dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni għall-ekonomija
ċirkolari; tiffaċilita l-iżvilupp
ta’ mudelli aktar ċirkolari għall-prodotti u s-servizzi, inkluż
permezz ta’ politika aktar koerenti għall-prodotti, u tkompli
tiżviluppa l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn billi
tagħti aktar attenzjoni lil kriterji tal-effiċjenza fl-użu
tar-riżorsi, inkluż għall-gruppi ta’ prodotti ta’ prijorità
futuri fil-Pjan ta’ Ħidma għall-2015 sal-2017; u tħeġġeġ il-prinċipju sekwenzjali
fl-użu sostenibbli tal-bijomassa, filwaqt li tqis kull settur li juża
l-bijomassa ħalli din tintuża bl-aktar mod effiċjenti fejn
jidħlu riżorsi. 2.2.
Inħajru investiment f'soluzzjonijiet tal-ekonomija ċirkolari L-UE u l-Istati Membri
għandhom iħeġġu investiment fl‑innovazzjoni tal-ekonomija
ċirkolari u l-adozzjoni ta’ din l-innovazzjoni u, fl-isfond tar-riforma
tas-sistema finanzjarja, jegħlbu l-ostakli biex ikollhom aktar
finanzjament mis-settur privat għall-użu effiċjenti
tar-riżorsi. Bil-proposti riċenti dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju,[13]
il-finanzjament fit-tul[14] u l-fondi
tal-pensjonijiet okkupazzjonali[15] il-Kummissjoni integrat
ir-rekwiżiti biex tiġi żvelata informazzjoni ambjentali
rilevanti lill-investitutri jew biex jitqiesu r-riskji tal-investiment marbutin
mal-iskarsezza tar-riżorsi u mat-tibdil fil-klima. Sabiex jonqos ir-riskju
għall-investituri, qed jiġu żviluppati strumenti finanzjarji
innovattivi bħall-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kapital
Naturali tal-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment. Anki s-sħubijiet
pubbliċi-privati huma strumenti effettivi sabiex jinkisbu iktar
azzjonijiet u investimenti mis-settur privat b’rabta mal-użu
effiċjenti tar-riżorsi. Is-sħubija pubblika-privata msejħa
“Industrija tal-ipproċessar sostenibbli permezz tal-użu
effiċjenti tar-riżorsi u tal-enerġija (SPIRE)” u l-Inizjattiva
Teknoloġika Konġunta tal-Industriji bbażati fuq prodotti
bijoloġiċi qed jikkontribwixxu b’mod attiv għall-għanijiet
tal-ekonomija ċirkolari. Il-politika għandha wkoll
ir-rwol li tipprovdi s-sinjali t-tajba għal investiment fl-użu
effiċjenti tar-riżorsi billi tneħħi s-sussidji li
jagħmlu ħsara lill-ambjent u billi t-tassazzjoni ma tibqax fuq
ix-xogħol iżda ssir fuq it-tniġġis u r-riżorsi. Is-Semestru
Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika jindirizza l-progress
li jkun sar fuq ir-riforma tat-taxxa ambjentali fl-Istati Membri tal-UE. Sabiex tikseb
investiment fl-ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni se: tindirizza oqsma promettenti li
tidentifika d-Diskussjoni dwar il-Finanzjament tal-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi[16]
inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, filwaqt li tqis kwistjonijiet
marbutin mar-riżorsi fir-regoli tal-kontabbiltà tal-kumpaniji,
tiċċara r-responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji
(id-dmirijiet fiduċjarji) b’rabta mas-sostenibbiltà, toħloq
metodoloġiji li għandhom jużaw il-kumpaniji għat-testijiet
tal-istress fuq ir-riżorsi, u teżamina l-potenzjal tas-suq tal-bonds
biex iktar fondi jmorru għall-proġetti marbutin mal-użu effiċjenti
tar-riżorsi; tħejji għajnuna dwar
il-possibbiltajiet li joffru d-direttivi l-ġodda dwar l-akkwist pubbliku
fil-qasam tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (l-APE), u Rakkomandazzjoni dwar
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Istati Membri biex jilħqu
l-mira indikattiva ta' 50 % APE[17], tappoġġa
strumenti innovattivi bħall-akkwist prekummerċjali u l-akkwist
pubbliku għall-innovazzjoni, u tħaffef l-istabbiliment ta' netwerks
tal-APE fost l-awtoritajiet pubbliċi; u tkompli twaħħad
il-prijoritajiet tal-ekonomija ċirkolari mal-finanzjament tal-UE u tħeġġeġ
lill-Istati Membri biex il-finanzjament disponibbli tal-UE fi programmi u
proġetti jintużaw fl-ekonomija ċirkolari, l-aktar permezz
tal-Fondi Ewropej Strutturali u tal-Investiment.. 2.3.
Inħajru lin-negozji u lill-konsumaturi jieħdu azzjoni u
nappoġġaw lill-intrapriżi żgħar u medji In-negozji u l-konsumaturi jibqgħu
l-atturi ewlenin fit-tranżizzjoni għal ekonomija aktar
ċirkolari. Hemm bżonn li d-deċiżjonijiet ’il fuq u ’l isfel
li jittieħdu fil-katina tal-valur ikunu konnessi aħjar, u li dawn
jipprovdu inċentivi koerenti għall-produtturi, l-investituri,
id-distributuri, il-konsumaturi u r-riċiklaturi u jiżguraw
distribuzzjoni ġusta tal-ispejjeż u l-benefiċċji. Iridu
jintużaw mekkaniżmi tas-suq biex jiġu żgurati l-aħjar
allokazzjoni tar-riżorsi u l-iktar użu effiċjenti tagħhom,
u meta jkun hemm nuqqasijiet fis-suq jew ostakli għall-innovazzjoni, dawn
għandhom jiġu indirizzati. Jeħtieġ jiġi żviluppaw
il-funzjonament tas-swieq tal-materjali sekondarji. Għandha tingħata
attenzjoni partikolari biex l-intraprendituri jitħallew jisfruttaw swieq
ġodda potenzjali marbutin mal-ekonomija ċirkolari, u biex ikun
żgurat li fis-suq tax-xogħol ikun hemm il-bażi ta’ ħiliet
meħtieġa. Il-konsumaturi għandhom jitħeġġu biex jagħmlu
għażliet informati permezz ta' informazzjoni aħjar dwar il-kredenzjali
ekoloġiċi ta' prodotti differenti. Il-Pjattaforma Ewropea dwar
l-effiċjenza tar-riżorsi identifikat[18] opportunitajiet
importanti għan-negozju fi stadji differenti taċ-ċirku li jroddu
lura l-materjali fil-proċess tal-produzzjoni jew f'bosta ħoloq
tal-katina tal-provvista ta' oriġini jew f'katini oħra tal-provvista.
Dawn l-opportunitajiet jitnebbħu mill-esperjenza tal-inizjattivi li
rnexxew, li tista' tintefaħ u titwessa' biex tinkludi: fl-istadju
tal-produzzjoni, standards biex jintużaw sorsi sostenibbli, skemi
volontarji mmexxija mill-industrija u mill-bejjiegħa bl-imnut, u
simbjożi industrijali biex jinħolqu swieq għall-prodotti
sekondarji; fl-istadju
tad-distribuzzjoni, titjieb l-informazzjoni dwar ir-riżorsi li hemm
fil-prodotti u kif jistgħu jissewwew jew jiġu riċiklati, li
tissemma fir-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma bl-isem "passaport
tal-prodott"; u fl-istadju
tal-konsum, mudelli tal-konsum kollaborattiv ibbażati fuq
is-self, il-bdil, it-tpartit u l-kiri ta’ prodotti, u sistemi ta’ prodotti u
servizzi sabiex jinkiseb iktar valur mill-assi jew mir-riżorsi li ma
jkunux qed jintużaw biżżejjed, bħal karozzi, għodda,
akkomodazzjoni). L-istadju pilota tal-Impronta Ambjentali
stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Nibnu s-Suq Uniku għall-Prodotti
Ekoloġiċi[19] qed ilaqqa’ flimkien
lill-partijiet ikkonċernati biex dawn jiżviluppaw mod komuni u
miftiehem kif jitkejjel l-impatt ambjentali tal-prodotti u
tal-organizzazzjonijiet. Wara l-istadju pilota, il-Kummissjoni se tivvaluta
jekk dawn il-metodi rnexxewx ħalli jkunu jistgħu jiġu applikati
fi strumenti eżistenti jew ġodda ħalli titjieb il-prestazzjoni
ambjentali tal-prodotti. Dawn il-miżuri jeħtieġ li
jitwessgħu biex jiżguraw kundizzjonijiet ta’ qafas tajbin u
kundizzjonijiet indaqs għan‑negozji
eżistenti u ġodda biex dawn jadattaw għax-xejriet il-kbar
tar-riżorsi dinjin, biex jiġu rikonoxxuti l-aqwa kumpaniji, biex
l-intraprendituri l-ġodda jitħajru jiżviluppaw soluzzjonijiet
għan-negozju tal-ġejjieni, biex jittestjawhom fis-suq, u biex
il-konsumatur jingħata informazzjoni kredibbli. Il-proċess ta' bosta
partijiet ikkonċernati li tnieda fil-kuntest tal-Aġenda
tal-Konsumatur Ewropew[20] saħaq fuq
il-bżonn ta' għodod effettivi kontra dikjarazzjonijiet ambjentali
qarrieqa u bla bażi. Il-forza tax-xogħol irid ikollha
l-ħiliet meħtieġa sabiex tiżgura tranżizzjoni
effettiva li toħloq l-impjiegi.[21] Il-Komunikazzjoni dwar
l-Impjieg Ekoloġiku[22] toħloq il-qafas
biex jinfetħu l-opportunitajiet tal-ħolqien tax-xogħol ta’
ekonomija aktar ċirkolari u li tuża r‑riżorsi
b’mod iktar effiċjenti. 'L-Istati Membri u l-awtoritajiet
reġjonali u lokali wkoll għandhom rwol importanti fl-iżvilupp
ta’ appoġġ immirat u kkoordinat f’termini ta' investiment,
infrastruttura, teknoloġija u ħiliet, l-aktar dak mmirat għall-intrapriżi
żgħar u medji. Anki dawn jinsabu f’pożizzjoni tajba biex
jiffaċilitaw il-bidla fil-konsumatur biex jagħżel prodotti u
servizzi li jkunu iktar sostenibbli, u biex iħajruhom jibdlu
mġibithom. Sabiex
tappoġġa l-azzjonijiet tal-konsumaturi u tan-negozji, l-aktar
tal-intrapriżi żgħar u medji, il-Kummissjoni se: tibni fuq ir-riżultati
tal-istadju pilota tal-Impronta Ambjentali li se jibqa' għaddej sal-2016,
u tistabbilixxi modi kif il-kejl tal-impatt ambjentali għandu jintuża
fid-disinn tal-prodotti u tal-proċessi u kif dan għandu jiġi
applikat biex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni aħjar dwar
għażliet li jkunu ambjentalment sostenibbli; tistimola koperazzjoni usa' fost
il-partijiet ikkonċernati b'azzjoni ta' koordinazzjoni u appoġġ
permezz tal-programm Orizzont 2020 u l-istrumenti tiegħu, fosthom l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u
t-Teknoloġija, il-Fondi Ewropej Strutturali u tal-Investiment,
il-Pjan ta' Azzjoni tal-Eko-innovazzjoni, il-Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku
għall-SMEs, u l-Aġenda tal-Konsumaturi Ewropej; tibni fuq l-impenji tal-partijiet
interessati fil-kuntest tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni
b’Rabta mal-Materja Prima, li huma relatati direttament mal-produttività
tar-riżorsi; tappoġġa l-ħolqien
tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-ħiliet permezz
ta’ koordinazzjoni mtejba tal-politika, billi tixħet il-finanzjament
Ewropew fi programmi u skemi li jappoġġaw it-tkabbir ekoloġiku,
billi ttejjeb l-informazzjoni u l-monitoraġġ, fosthom permezz
tal-proċess tas-Semestru Ewropew u ħidma mas-sħab soċjali, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u
t-taħriġ u partijiet ikkonċernati oħrajn; u tappoġġa l-iskambji tal-aqwa prattiċi fil-livell
internazzjonali. 3.
Nimmodernizzaw
il-politika u l-miri marbutin mal-iskart: l-iskart bħala riżorsa It-trasformazzjoni tal-iskart f'riżorsa
hi parti mill-mod kif iċ-ċirku jingħalaq f'sistemi ta' ekonomija
ċirkolari. L-għanijiet u l-miri stabbiliti
fil-leġiżlazzjoni Ewropea kienu xprun siewi biex tjieb
l-immaniġġjar tal-iskart; dawn jistimulaw l-innovazzjoni
fir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid, jillimitaw ir-rimi
fil-miżbliet u jinċentivaw il-bidla fl-imġiba; Madankollu,
bħala medja fl-UE għadhom jinħolqu madwar ħames tunnellati
skart għal kull persuna kull sena, u fil-verità ftit iktar minn terz ta’ dan
l-iskart biss jiġi riċiklat. L-Unjoni Ewropea stabbiliet l-impenn
politiku tagħha[23] li tnaqqas
il-ħolqien tal-iskart, li tirriċikla l-iskart f’sors kbir u
affidabbli ta’ materja prima għall-Unjoni, li tirkupra l-enerġija
biss minn materjali li ma jistgħux jiġu riċiklati, u li telimina
kważi għal kollox ir-rimi fil-miżbliet. It-tmexxija ’l quddiem
tal-politika dwar l-iskart se tkun ta' ġid ħafna għat-tkabbir u
għall-ħolqien tal-impjiegi bi spiża relattivament baxxa jew
bl-ebda spiża, filwaqt li tgħin għal ambjent aħjar.
Fir-rigward tas-swieq globali, politika ambizzjuża dwar l-iskart tkun
mistennija tistimola l-innovazzjoni u tgħin lill-kumpaniji tal-UE jsiru
aktar kompetittivi fil-provdiment ta' servizzi tal-immaniġġjar
tal-iskart u toffri opportunitajiet ġodda tas-suq lill-esportaturi tal-UE. 3.1. Niddefinixxu l-miri tal-iskart biex
ikollna soċjetà li tirriċikla L-Ewropa mxiet 'il quddiem ferm
fit-trasformazzjoni tal-iskart f'riżorsa u fil-promozzjoni ta' modi
sostenibbli tal-immaniġġjar tal-iskart
bħar-riċiklaġġ. Madankollu, il-prestazzjoni tvarja sew fost
l-Istati Membri. Sitt Stati Membri diġà prattikament waqqfu r-rimi
tal-iskart muniċipali fil-miżbliet u naqqsuh minn 90% għal inqas
minn 5% fl-aħħar 20 sena u laħqu rati
tar-riċiklaġġ ta’ 85% f’ċertu reġjuni. Oħrajn
għadhom jarmu 90% tal-iskart fil-miżbliet u inqas minn 5% biss
jiġi riċiklat. Hemm bżonn ta’ sinjali qawwija
tal-politika sabiex tinħoloq prevedibbiltà fittul għall‑investiment
u l-bidla ħalli materjal bħall-plastik, il-ħġieġ,
il-metall, il-karta, l-injam, il-gomma u materjal ieħor li jista’
jiġi riċiklat, jerġa’ jsib postu fl-ekonomija bħala materja
prima sekondarja. Jekk nistabbilixxu miri tar-riċiklaġġ
għall-perjodu sal-2030, dan jagħti din il-prevedibbiltà. Jekk
il-ġbir ikun separat mill-bidu nett u jintużaw metodoloġiji li
jikkalkulaw ir-rati tar-riċiklaġġ, dawn jiżguraw
riċiklaġġ ta' kwalità għolja u jgħinu fl-iżvilupp
ta' swieq għall-provdiment ta' materja prima sekondarja ta' kwalità
għolja. Għal dak il-għan, għandu jiġi
ċċarat il-metodu tal-kejl attwali li jivvaluta x'jiġi fil-fatt
riċiklat, għax bħalissa xi Stati Membri jirrappurtaw skart
miġbur bħala skart riċiklat minkejja li bejn dawn
iż-żewġ fażijiet jintilef għadd ġmielu ta'
materjal. Ir-rimi
fil-miżbliet tal-iskart riċiklabbli kollu għandu jiġi
evitat sal-2025. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex
sal-2030 virtwalment iwaqqfu għalkollox ir-rimi fil-miżbliet.
L-irkupru tal-enerġija, inklużi l-irkupru tal-iskart
għall-enerġija u l-użu tal-bijokarburanti, għandu rwol fejn
jidħol l‑iskart
li ma jistax jerġa' jintuża u li ma jistax jiġi riċiklat.
Dan se jkun jeħtieġ użu iktar effiċjenti tal-kapaċità
għall-irkupru tal-enerġija li hija disponibbli bħalissa fl-UE u
li mhix imqassma tajjeb, flimkien ma’ miżuri biex tiġi evitata
l-kapaċità żejda. Jekk tirnexxi l-implimentazzjoni jkunu
jistgħu jinħolqu aktar minn 180 000 impjieg dirett fl-UE
sal-2030, apparti xi 400 000 impjieg li jinħolqu bl-implimentazzjoni
tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart li hemm fis-seħħ[24].
Dawn iwasslu għal persentaġġ sodisfaċenti ta' bejn l-10% u
l-40% ta' domanda tal-materja prima fl-UE, filwaqt li jikkontribwixxu biex
tintlaħaq il-mira tal-UE sal-2030 li jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet
serra b'40% – jiġu evitati 62 Mt ta' CO2eq kull sena fl-2030. Sabiex
jiżdied il-ġid ekonomiku, soċjali u ambjentali li jġib
immaniġġjar aħjar tal-iskart muniċipali, il-Kummissjoni
tipproponi li: •
tagħti
spinta lill-użu mill-ġdid u lir-riċiklaġġ tal-iskart
muniċipali għal mill-anqas 70% sal-2030; •
iżżid
ir-rata ta’ riċiklaġġ fejn jidħol l-iskart
mill-imballaġġ għal 80% sal-2030, b’miri intermedji ta’ 60%
sal-2020 u ta’ 70% sal-2025, inklużi l-miri għal materjali
speċifiċi; •
tipprojbixxi
sal-2025 ir-rimi fil-miżbliet ta' plastik, metall, ħġieġ,
karta u kartun riċiklabbli u ta' skart bijodegradabbli, filwaqt li
l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex sal-2030
virtwalment iwaqqfu għalkollox ir-rimi fil-miżbliet[25]; •
tippromwovi
aktar l-iżvilupp tas-swieq għal materja prima sekondarja ta' kwalità
għolja, inkluż 'b'evalwazzjoni tal-valur miżjud tal-kriterji
dwar tmiem l-istadju tal-iskart għal ċertu materjali
speċifiċi. •
tiċċara
l-metodu tal-kalkolu għal materjal riċiklat sabiex tiżgura
livell għoli ta' kwalità fejn jidħol ir-riċiklaġġ. 3.2. Nissimplifikaw
il-leġiżlazzjoni dwar l-iskart u nimplimentawha aħjar Il-miri jagħtu lill-Istati Membri
l-flessibbiltà li jiddeċiedu kif se jiksbuhom. Madankollu, hemm potenzjal
sinifikanti biex tiġi ssimplifikata aktar il-leġiżlazzjoni dwar
l-iskart u biex tkompli tittejjeb l-implimentazzjoni tagħha fil-livell
nazzjonali u jonqsu d-differenzi attwali. Fl-2012, il-Kummissjoni żviluppat
Tabella ta’ Valutazzjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart, kif ukoll pjanijiet
direzzjonali b’rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Istati
Membri li kellhom l-agħar prestazzjoni. Din se tkompli tagħti
attenzjoni partikolari lill-aktar Istati Membri mbiegħda mill-miri, u se
tara li id f'id magħhom tindirizza d-dgħjufijiet fl-implimentazzjoni
minn kmieni. Il-miżuri ekonomiċi wrew li
kienu siewja biex jitjieb l-immaniġġjar nazzjonali tal-iskart,
l-aktar bit-taxxi fuq il-miżbliet u l-inċinerazzjoni, bl-iskema ta’
ħlas skont kemm tarmi u bl-iskema tar-responsabbiltà estiża
tal-produtturi, jew bl-inċentivi lill-awtoritajiet lokali biex jippromwovu
l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.
Il-projbizzjoni fuq il-miżbliet kienet effettiva wkoll. L-istabbiliment
ta’ rekwiżiti minimi għall-iskemi ta’ responsabbiltà tal-produtturi
fil-livell tal-UE se jgħin biex jonqsu l-ispejjeż u
jitneħħew l-ostakli li jsibu l-produtturi meta jkollhom iħarsu
bosta skemi nazzjonali fl-UE. Jistgħu jingħataw fondi
Ewropej biex l-Istati Membri jingħataw appoġġ fl-isforzi
tagħhom għal immaniġġjar integrat tal-iskart, fosthom
l-infrastruttura għall-ġbir separat, għall-użu mill-ġdid
u għar-riċiklaġġ. Ir-rimi fil-miżbliet jew il‑proġett
tal-inċinerazzjoni indipendenti m’għandhomx jingħataw
appoġġ fil-ġejjieni. Sabiex il-kapaċità
għall-immaniġġjar tal-iskart disponibbli fl-UE tintuża
bl-aħjar mod, hemm bżonn pjanar aħjar u qsim tal-informazzjoni,
u jaf ikollhom jitħallew isiru aktar vjeġġi tal-iskart fl-UE
lejn l-aktar impjanti moderni u effiċjenti, għallinqas bħala
miżura tranżitorja. Hemm lok li l-ġbir tad-dejta u
r-rappurtar fil-livell nazzjonali jkomplu jiġu razzjonalizzati u
jeħfiefu, filwaqt li tiżdied l-affidabbiltà tad‑dejta u
l-konsistenza tagħha fost l-Istati Membri tal-UE. Jekk jiġu adottati
indikaturi komuni, jeħfiefu u jitjiebu l-monitoraġġ u
l-valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tal-Istati Membri[26]. L-azzjonijiet biex fejn jidħol
l-iskart, l-acquis jiġi ssimplifikat aktar u li jiżguraw
l-effiċjenza u l-effettività, se jissejsu fuq l-isforzi li diġà saru
biex jonqsu l-ispejjeż amministrattivi tal-politika dwar l-iskart,
pereżempju, billi ċertu SMEs jiġu eżentati
mir-rekwiżiti tat-teħid lura u billi jsiru sforzi biex l-iskambju tad-dejta
elettronika dwar il-vjeġġi tal-iskart isir obbligatorju. Sabiex
tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun ta' ġid
bis-simplifikazzjoni u b'implimentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni tipproponi
li: •
il-miri
tal-iskart ma jirfsux lil xulxin u d-definizzjonijiet ikunu armonizzati; •
tissimplifika
sew l-obbligi tar-rappurtar għall-Istati Membri u
għall-intrapriżi żgħar u medji, fosthom billi
tiċċara u tissimplifika l-metodi tal-kalkolu għall-miri
tal-iskart muniċipali, tal-iskart tal-miżbliet u tal-iskart mill-imballaġġ; •
l-Istati
Membri jitħallew jeżentaw lill-SMEs jew lill-impriżi li
jiġbru u/jew iġorru ammont żgħir ħafna ta' skart mhux
perikoluż, mir-rekwiżiti ġenerali tal-permess jew
ir-reġistrazzjoni li timponi d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart; •
jibda
jsir rappurtar annwali f'post waħdieni tad-dejta kollha dwar l-iskart u
l-istatistika dwar l-iskart issir konsistenti mar-rekwiżiti
tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, filwaqt li tagħmel
valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali mal-istandards tal-istatistika; •
teżiġi
li jinħolqu sistemi kompjuterizzati ta' monitoraġġ tad-dejta u
ssir verifika taddejta fl‑Istati
Membri minn partijiet terzi; •
tistabbilixxi
mekkaniżmu ta’ twissija bikrija biex tiżgura li l-Istati Membri
jimplimentaw sett xieraq ta’ miżuri biex jilħqu l-miri fil-ħin; •
tistabbilixxi
kundizzjonijiet minimi għat-tħaddim tal-iskemi tar-responsabbiltà
estiża tal-produtturi, li jistgħu jiġu żviluppati aktar
fil-livell nazzjonali jew f’dokumenti ta’ gwida tal-UE, u tippromwovi
l-użu ta’ strumenti ekonomiċi fl-Istati Membri; u •
tippromwovi
l-investiment dirett fl-alternattivi tal-immaniġġjar tal-iskart li
jkunu jinsabu fuq nett fil-ġerarkija tal-iskart. 3.3. Nindirizzaw sfidi
speċifiċi marbutin mal-iskart Hemm bżonn li jitfasslu
approċċi apposta biex jindirizzaw sfidi partikolari dwar l-iskart li
huma relatati mat-telf sinifikanti tar-riżorsi jew mal-impatti ambjentali.
Il-prevenzjoni tal-iskart:
Bħala l-ewwel prijorità li tolqot lil kull stadju f'ekonomija
ċirkolari, għandu jkun żgurat li jinħoloq inqas skart.
Bħalma titlob id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, dan l-aħħar
l-Istati Membri adottaw programmi tal-prevenzjoni tal-iskart, u bħalissa
l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent qed tivvalutahom. Wara
l-Valutazzjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni se toħloq inizjattivi li
jippromwovu l-aqwa prattiċi fil-prevenzjoni tal-iskart fl-UE. L-iskart fil-baħar: L-iskart
fil-baħar iniġġes il-bajjiet, jagħmel ħsara
lill-ħlejjaq li jgħixu fil-baħar u joħloq problema
tal-iskart fit‑tul, li
jiswa ħafna flus biex jitnaddaf. Is-Seba’ EAP jitlob li tinħoloq mira
ewlenija fl-Unjoni kollha għal tnaqqis kwantitattiv, bl-appoġġ
ta’ miżuri bbażati fuq is-sorsi. L-implimentazzjoni sħiħa
tal-miżuri fil-pakkett leġiżlattiv rivedut tal-UE dwar l-iskart
tista’ twassal biex l-ammont ta' skart fil-baħar jonqos bi 13 %
sal-2020 u b’27 % sal-2030. Jekk tinħoloq mira apposta
għat-tnaqqis sal-2020, ikun qed jingħata sinjal ċar lil dawk
l-Istati Membri li qed jiżviluppaw miżuri biex jiksbu “status
ambjentali tajjeb” għall-ilmijiet tal-baħar tagħhom
sal-iskadenza tal-2020 fil-kuntest tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija
Marina, u jipprovdi impetu biex jinħolqu l-pjanijiet ta’ azzjoni dwar
l-iskart fil-baħar li jipprevedu l-erba’ Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra
Reġjonali. Anki miżuri oħrajn fil-livell tal-UE, fosthom li
jiġu integrati r-riżultati tal-evalwazzjoni li għaddejja
tad-Direttiva dwar il-Faċilitajiet tal-Akkoljenza fil-Portijiet[27], jgħinu biex
tintlaħaq il-mira. It-tieni stadju tal-mira li tnaqqas li l-iskart se
jinħoloq fiż-żmien qarib, imsejjes fuq aktar analiżi
tal-potenzjal tat-tnaqqis minn sorsi oħra bbażati fuq l-art jew
fil-baħar, filwaqt li jitqies l-impenn ta' Rio+20 li sal-2025 jonqos
ġmielu r-rimi tal-iskart fil-baħar. L-iskart mix-xogħol tal-bini u
mit-twaqqigħ tal-bini: Is-swieq għall-materjali
riċiklati huma siewja biex tiżdied ir-rata ta’
riċiklaġġ tal-iskart mix-xogħol tal-bini u
mit-twaqqigħ tal-bini. Bħalma tiddeskrivi l-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni dwar l-Opportunitajiet għal Użu Effiċjenti
tar-Riżorsi fis-Settur tal-Bini[28], qafas
għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tax-xogħol tal-bini se
jkun fih it-tfassil ta’ immaniġġjar aħjar tal-iskart
mix-xogħol tal-bini u mit-twaqqigħ tal-bini, li jżid
ir-riċiklabbiltà u l-kontenut riċiklat fil-materjal użat
għax-xogħol tal-bini. Barra minn hekk, skont
il-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija propost, se jsir monitoraġġ
tal-prestazzjoni tal-Istati Membri u titqabbel mal-mira ta' 70%
riċiklaġġ sal-2020, b'miżuri bħal ħlasijiet
ogħla għal rimi ta' skart mix-xogħol tal-bini u mit-twaqqigħ
tal-bini fil-miżbliet, jew aktar obbligi tal-għażla tal-iskart
fis-siti l-kbar tat-twaqqigħ tal-bini ħalli titjieb il-kwalità
tal-materjali riċiklati. L-iskart tal-ikel: Kien stmat li 30% tal-ikel kollu prodott
fid-dinja jintilef jew jinħela. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra li tressaq
proposti speċifiċi biex jonqos l-iskart tal-ikel. L-iskart perikoluż: L-immaniġġjar
tajjeb tal-iskart perikoluż jibqa' sfida dejjiema u għal parti minn
dan l-iskart, ma teżistix dejta dwar il-proċess tat-trattament attwali.
Bħala l-ewwel pass, se jissaħħu ż‑żamma
tar-rekords u t-traċċabbiltà billi jinħolqu reġistri tal‑iskart
perikoluż u jiġu identifikati l-kapaċitajiet tas-sistemi
tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż tal-Istati Membri u
l-ostakli li jsibu. Dawn ir-reġistri jistgħu jitwessgħu ftit
ftit biex jinkludu tipi oħra ta' skart bħalma diġà jiġri
f'bosta Stati Membri. L-iskart tal-plastik: Il-produzzjoni
tal-plastik fl-UE hi mistennija tiżdied b'rata ta' 5 % kull sena.
Filwaqt li 24 % biss tal-iskart tal-plastik qed jiġi riċiklat,
kważi 50 % jintrema fil-miżbliet u l-bqija jiġi
inċinerat. Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-iskart tal-plastik li
l-Kummissjoni wettqet fl-2013[29] ħarġet
fid-dieher potenzjal sinifikanti biex il-plastik jintuża b’mod aktar
sostenibbli, u appoġġ qawwi biex il-plastik ma jibqax jintrema
fil-miżbliet u biex il-plastik u tal-prodotti tal-plastik jitfasslu
aħjar. Fost il-passi importanti biex jitjieb l-immaniġġjar
tal-iskart tal-plastik, dan l-aħħar il-Kummissjoni ħarġet
bi proposta li tippermetti lill-Istati Membri jillimitaw l-użu
tal-basktijiet tal-plastik,[30] filwaqt li fl-istess
Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tagħmel għadd ta' proposti biex
jiżdied ir-riċiklaġġ u biex jiġi jieqaf ir-rimi
fil-miżbliet. Riċiklaġġ tal-materja
prima kritika: Filwaqt
li kull materja prima hi importanti, il-materja prima kritika jixirqilha
attenzjoni partikolari għax il-produzzjoni tagħha fid-dinja tinsab fi
ftit pajjiżi biss, li ħafna minnhom għandhom rati baxxi ta'
sostitwibbiltà u ta' riċiklaġġ. Il-Kummissjoni tħajjar
l-użu effiċjenti u r-riċiklaġġ tal-materja prima
kritika fil-qafas tal-Inizjattiva tas-Swieq tal-Materja Prima[31] u
tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima. Vjeġġi ta' skart illegali: Il-Kummissjoni
se żżid l-azzjoni biex tiżgura konformità
mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, b'mod partikolari r-Regolament
(KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart kif emendat dan
l-aħħar biex jissaħħu l-ispezzjoni tal-vjeġġi
tal-iskart. Ir-riċiklaġġ tal-fosfru: Il-fosfru
hu riżorsa vitali għall-produzzjoni tal-ikel, iżda jġib
miegħu bosta riskji għas‑sigurtà
tal‑provvista
u l-użu attwali tiegħu joħloq skart u telf f'kull stadju
taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Wara l-Komunikazzjoni
Konsultattiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Fosfru,[32]
il-Kummissjoni qed tiżviluppa qafas għal iktar azzjoni. Sabiex
tindirizza l-isfidi speċifiċi marbutin mal-iskart, il-Kummissjoni: tipproponi mira ambizzjuża
biex l-iskart fil-baħar jonqos bi 30% sal-2020 għall-aktar
għaxar oġġetti tal-iskart komuni li jinstabu fil-bajjiet, u din il-lista
qed tiġi adattata għal kull wieħed mill-erba’ reġjuni
marittimi tal-UE; tipprevedi miżuri sabiex
tħeġġeġ swieq ta' materjal riċiklat li jkun ġej
mill-iskart mix-xogħol tal-bini u mit-twaqqigħ tal-bini u
sabiex toħloq qafas komuni tal-UE għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni
ambjentali tax-xogħol tal-bini; tipproponi li l-Istati Membri
joħolqu strateġiji nazzjonali għall-prevenzjoni tal-iskart tal‑ikel u
jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-iskart tal-ikel
fis-setturi tal-manifattura, il-bejgħ bl-imnut/id-distribuzzjoni,
is-servizzi tal-ikel/ospitalità jonqos b'mill-anqas 30% sal-2025; tipprevedi li tinħoloq
sistema tajba ta’ reġistri, mill-anqas għall-iskart perikoluż
fl-Istati Membri kollha; apparti l-proposta biex jonqos
l-użu tal-basktijiet ħfief tal-plastik, qed tipproponi wkoll
mill-2025 ir-rimi tal-plastik fil-miżbliet jiġi pprojbit; tipproponi li fil-pjanijiet
nazzjonali tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri
idaħħlu miżuri dwar il-ġbir u r-riċiklaġġ
ta' skart li jkun fih ammont ġmielu ta' materja prima kritika; u beħsiebha toħloq qafas
tal-politika dwar il-fosfru biex jitjieb ir-riċiklaġġ
tiegħu, titrawwem l-innovazzjoni, jitjiebu il-kundizzjonijiet tas-suq, u
biex l-użu sostenibbli tal-fosfru jiddaħħal sew
fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-fertilizzanti, l-ikel, l-ilma u
l-iskart. 4.
Nistabbilixxu
mira għall-użu effiċjenti tar-riżorsi Fis-Seba’ EAP, l-Istati Membri u
l-Parlament Ewropew iddeċidew li l-Unjoni Ewropea għandha
tistabbilixxi indikaturi u miri għall-użu effiċjenti
tar-riżorsi, kif ukoll li tivvaluta l-adegwatezza li fis-Semestru Ewropew
jiddaħħlu indikatur u mira ewlenin. Wara konsultazzjonijiet
wesgħin, il-produttività tar-riżorsi, kif imkejla bil-PDG relattiv
għall-Konsum tal-Materja Prima (RMC), ġiet identifikata li tista'
tkun fost il-miri tal-produttività tar-riżorsi.[33] Mira realistika biex tiżdied
il-produttività tar-riżorsi, approvat mill-UE u mill-Istati Membri
tagħha, se tixħet l-attenzjoni politika u tisfrutta l-potenzjal mhux
mittiefes ta' ekonomija ċirkolari li toħloq tkabbir u impjiegi
sostenibbli u żżid il-koerenza tal-politika tal-UE. Din il-mira tkun
mod proporzjonat li jiżgura din il-koerenza u jħeġġeġ
l-azzjoni. L-UE diġà beħsiebha
żżid il-produttività tar-riżorsi tagħha bi 15% bejn l-2014 u l-2030 jekk kollox
jibqa' kif inhu. Jekk jintużaw politiki mfasslin b’mod intelliġenti
li jippromwovu t-tranżizzjoni għal ekonomija iktar ċirkolari,
kif titlob il-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti
tar-Riżorsi, din ir-rata tkun tista’ tirdoppja. Filwaqt li tkun qed
tgħin sew fid-dimensjoni tas-sostenibbiltà tat-tkabbir, jekk
il-produttività tar-riżorsi tiżdied bi 30%, din tħalli impatt
pożittiv fuq il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir tal-PDG.[34]
L-industrija tibbenifika minn dan
it-titjib fil-produttività tar-riżorsi permezz ta' kompetittività
aħjar.[35] L-ispejjeż
tar-riżorsi jistgħu jagħmlu parti sinifikanti tal-istruttura
tal-ispejjeż tagħhom, u dawn ikunu jeħtieġu provvisti
disponibbli u prevedibbli.[36] Se jkun hemm gwadann
finanzjarju immedjat u benefiċċji strateġiċi fit-tul, peress
li d-domanda dinjija żżid il-prezzijiet tar-riżorsi u
volatilità. Għalhekk, jekk l-Ewropa ssir l-aktar waħda
effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, dan jgħinha tilħaq
l-għan tagħha ta' riindustrijalizzazzjoni. Mira tal-produttività tar-riżorsi,
filwaqt li ma tkunx vinkolanti u tkun stabbilita fil-livell tal-UE, din
tagħti spinta lil dawk l-Istati Membri li għad m'għandhomx mira
fil-livell nazzjonali biex jiżviluppaw miżuri li jqisu l-użu
tar-riżorsi. Din toħloq miżuri aktar bilanċjati li jqisu
l-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali usa' u jimlew dan
il-vojt. L-Istati Membri jkunu ħielsa li
jsibu l-bilanċ tal-aktar politiki u azzjonijiet vantaġġjużi
mil-lat ekonomiku u ambjentali f'konformità mal-għanijiet usa'
tal-politika. Meta jagħmlu dan, dawn igawdu minn firxa tal-aqwa prattiki
diġà ppruvati — iżda li mhumiex mifruxin biżżejjed — u
jistgħu jadottawhom u jaddattawhom għall-ħtiġijiet u
għaċ-ċirkostanzi tagħhom. Bħalissa qed issir
ir-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020[37]
bl-appoġġ ta' konsultazzjoni pubblika biex jinġabru
l-opinjonijiet kollha dwar dan l-iżvilupp. Għaldaqstant
il-Kummissjoni jidhrilha li kull deċiżjoni dwar l-istabbiliment ta'
mira ewlenija fil-produttività tar-riżorsi għandha tittieħed
fir-reviżjoni, wara li jkunu tqiesu r-riżultati tal-konsultazzjoni
pubblika u r-rakkomandazzjonijiet mill-Pjattaforma Ewropea
għall-Effiċjenza tar-Riżorsi. Sabiex ikun żgurat li min ifassal
il-politika jkun jaf l-istampa ġenerali tal-pressjonijiet fuq l-ambjent li
jġib l-użu tar-riżorsi, irid jitqiesu indikaturi oħrajn,
b’mod partikulari għall-użu tal-ilma u għar-riżorsa
limitata tal-art. Il-Eurostat ippubblikat Tabella ta’ Valutazzjoni dwar
l-Effiċjenza fl-Użu tar-Riżorsi sa mill-2013 bħala parti
mill-indikaturi ta' Ewropa 2020.[38] Din tfasslet sabiex tissorvelja
l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu
Effiċjenti tar-Riżorsi, toħroġ ir-rabta bejn
ir-riżorsi, u tinvolvi aktar lill-partijiet ikkonċernati
fil-proċess tal-kejl tal-progress fis-soċjetà lil hinn mill-PDG. Sabiex jiġi
sfruttat il-potenzjal tal-użu effiċjenti tar-riżorsi fil-kuntest
tat-tkabbir sostenibbli: •
il-Kummissjoni
se tqis ir-rakkomandazzjonijiet mill-Pjattaforma Ewropea
għall-Effiċjenza tar-Riżorsi għal mira ewlenija dwar
l-effiċjenza tar-riżorsi kif ukoll ir-riżultati tal-konsultazzjoni
pubblika dwar ir-reviżjoni li qed issir tal-Istrateġija
Ewropa 2020; •
B'mod
parallel, se tiġi żviluppata aktar Tabella ta’ Valutazzjoni dwar
l-Effiċjenza fl-Użu tar-Riżorsi li tintuża
għall-monitoraġġ tal-indikaturi tal-użu ta' riżorsi
oħra li mhumiex il-karbonju u l-materjali, b’mod partikulari l-art u
l-ilma; u •
l-Uffiċċji
Nazzjonali tal-Istatistika għandhom jaħdmu biex jistabbilixxu
metodoloġija aċċettata b’mod komuni fis-Sistema Ewropea
tal-Istatistika sabiex jiġi kkalkulat il-konsum tal-materja prima
fil-livell nazzjonali. [1] COM(2010) 2020, COM(2011) 21. [2] Meyer, B. et
al (2011) Macroeconomic modelling of sustainable development and the links
between the economy and the environment. Studju tal-Kummissjoni Ewropea
(id-DĠ Ambjent), jista' jinstab fuq http://ec.europa.eu/environment/enveco/studies_modelling/pdf/report_macroeconomic.pdf [3] Guide
to resource efficiency in manufacturing: Experiences from improving
resource efficiency in manufacturing companies. Europe INNOVA (2012). [4] Il-Fondazzjoni
Ellen MacArthur (2012) Għal Ekonomija Ċirkolari: Raġunament
ekonomiku u kummerċjali għal tranżizzjoni malajr. [5] http://ec.europa.eu/environment/resource_efficiency/re_platform/index_en.htm. [6] COM(2011) 571. [7] ĠU L 354, 28.12.2013,
p. 171–200. [8] Modelling the Economic
and Environmental Impacts of Change in Raw Material Consumption (2014),
Cambridge Econometrics et al. [9] Referenza għal
Komunikazzjonijiet li jridu jiġu adottati fl-istess waqt [10] The opportunities to
business of improving resource efficiency (2013), AMEC et al. [11] COM(2012)
60. [12] Ara l-Anness ta’ din
il-Komunikazzjoni. [13] COM(2013) 207. [14] COM(2014) 168. [15] COM(2014) 167. [16] MEMO/13/110. [17] COM/2008/400 [18]http://ec.europa.eu/environment/resource_efficiency/documents/erep_manifesto_and_policy_recommendations_31-03-2014.pdf [19] COM(2013) 196 u
r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE. [20] COM(2012) 225 [21] COM(2012) 173 [22] COM(2014) 446 [23] Is-Seba' EAP [24] SWD(2014) 207 [25] Ċertu ammont ta'
skart 'residwu' ma jistax jiġi rkuprat u billi ma jeżisti l-ebda
trattament alternattiv, dan jaf ikollu jintrema fil-miżbliet. Dan se
jiġi limitat għal mhux aktar minn 5 %. [26] Pereżempju,
għall-mira tar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali
jistgħu jintużaw erba’ metodi tal-kalkolu. Ir-riżultati
jistgħu jvarjaw ħafna (b’madwar 20 %) skont il-metodu li
jintgħażel. [27] Id-Direttiva 2000/59/KE [28] COM(2014)
445 [29] COM(2013) 123. [30] COM(2013) 761. [31] COM(2011) 25 [32] COM(2013) 517. [33] Il-konsum tal-materja
prima (RMC) hu indikatur aggregat li jkejjel ir-riżorsi kollha użati
fl-ekonomija (f’tunnellati), filwaqt li jqis l-użu tar-riżorsi
integrat fl-importazzjonijiet. Bħalissa, dan hu disponibbli għall-UE
u għal xi Stati Membri tagħha. Fil-frattemp, il-pajjiżi li
għalihom dan l-indikatur għadu mhux disponibbli jistgħu
jużaw il-Konsum tal-Materjal fil-Pajjiż. [34] SWD (2014) 211. [35] Xi partijiet
ikkonċernati ppreferew l-RMC bħala miżura tal-użu
tar-riżorsi għax din taħfen l-użu tar-riżorsi inkorporati
kemm fil-prodotti importati kif ukoll fil-prodotti li huma magħmulin
domestikament, u alluta tippermetti li jsir paragun ġust
tal-effiċjenza tar-riżorsi rispettiva tagħhom. [36] Studji riċenti li
saru fis-setturi tal-azzar u tal-aluminju juru li l-materja prima tilħaq
madwar 30-40% tal-istrutturi tal-ispejjeż tagħhom, jiġifieri
pereżempju aktar mill-ispejjeż tax-xogħol. [37] COM(2014) 130
tad-19.3.2014; Inqisu l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. [38] http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/europe_2020_indicators/ree_scoreboard. Anness: Orizzont 2020 kif jista’
jikkontribwixxi għall-ekonomija ċirkolari? Ekonomija
ċirkolari tirrappreżenta strateġija tal-iżvilupp li ġġib tkabbir ekonomiku
mingħajr ma żżid il-konsum tar-riżorsi, tbiddel mill-qiegħ il-katini
tal-produzzjoni u d-drawwiet tal-konsum u terġa' tfassal mill-ġdid is-sistemi
industrijali fil-livell tas-sistema. Dan tistrieħ fuq l-innovazzjoni, kemm
teknoloġika, soċjali kif ukoll organizzattiva. Din teħtieġ portafoll ġdid ta'
ħiliet u għarfien kif ukoll strumenti finanzjarji ġodda u l-involvimenti ta'
bosta partijiet ikkonċernati. Mil-lat ta' azzjoni, din jappoġġawha t-turija,
l-użu min-naħa tas-suq, is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid u
l-internazzjonalizzazzjoni. Mil-lat
ta' kontenut, din teħtieġ appoġġ qawwi mill-partijiet ta' Orizzont imsejħa
t-Tmexxija Industrijali (il-parti II) u l-Isfidi Soċjetali
(il-parti III) Billi l-ekonomija ċirkolari tqis il-potenzjal kollu
tal-katina tal-valur, din teħtieġ l-appoġġ ta' kull stadju fil-katina
tar-riċerka u tal-innovazzjoni. Għaldaqstant, sa ċertu punt hemm bżonn ukoll
il-kontribut tal-partijiet l-oħra ta' Orizzont 2020 li għandhom x'jaqsmu
max-Xjenza Eċċellenti (il-parti I), it-Tixrid tal-Eċċellenza u t-Twessigħ
tal-Parteċipazzjoni (il-parti IV), ix-Xjenza mas-Soċjetà u għaliha (il-parti V),
Azzjoni diretta mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-parti IV)
u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (il-parti VII)
Il-kontribut tal-bosta partijiet ta' Orizzont 2020 għall-ekonomija
ċirkolari hu spjegat hawn taħt. Innota li Orizzont 2020 jappoġġa l-PPP
SPIRE u l-BBI JTI u dawn jagħtu kontribut qawwi għall-għanijiet tal-ekonomija
ċirkolari. || || || IL-PROGRAMM ORIZZONT 2020 || || || Ix-Xjenza Eċċellenti || It-Tmexxija Industrijali || L-Isfidi tas-Soċjetà || It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni || Ix-xjenza mas-Soċjetà u għaliha || L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija || Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka || || || Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka || It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti || L-azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie || L-infrastrutturi tar-Riċerka || It-tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali || L-aċċess għall-finanzjament ta’ riskju || L-innovazzjoni fl-intrapriżi żgħar u medji || Is-saħħa, il-bidla demografika u l-benesseri || Is-sigurtà tal-ikel, l-agrikultura u l-forestrija sostenibbli, ir-riċerka marittima u dik marbuta mal-baħar u mal-ilmijiet interni || L-enerġija sigura, nadifa u effiċjenti || It-trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat || L-azzjoni klimatika, l-ambjent, l-effiċjenza fir-riżorsi u l-materja prima || L-Ewropa f’dinja li qed tinbidel – soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi || Soċjetajiet siguri - Nipproteġu l-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u taċ-ċittadini tagħha EKONOMIJA ĊIRKOLARI - IL-PARTIJIET EWLENIN || L-innovazzjoni teknoloġika || Id-disinn tal-materjali u tal-proċessi || ++ || ++ || || ++ || ++ || || + || || + || + || || + || || || || || || Id-disinn tal-prodotti || ++ || || || || + || || + || || + || || || + || || || || + || || + L-immaniġġjar tar-riżorsi (l-iskart, l-ilma, l-enerġija u l-materja prima) || || + || || ++ || + || || + || || ++ || + || || ++ || || || || ++ || || ++ L-innovazzjoni soċjali || Mudelli ġodda tal-produzzjoni u tal-konsum || || || || || || || || + || ++ || + || || ++ || + || || || ++ || || + L-involviment taċ-ċittadini || || || || || || || || || + || || || + || || || || ++ || || Il-mudelli tal-prodotti u tas-servizzi || || || || || || || + || || + || || || ++ || || || || + || || Is-servizzi tad-disinn || || || || || || || + || || + || || || + || || || || || || L-innovazzjoni fl-organizzazzjoni || Soluzzjonijiet u sistemi integrati || || + || || || + || || + || || ++ || ++ || ++ || ++ || || || || + || || Il-loġistika || || || || || || || || || ++ || || ++ || + || || || || || || Il-mudelli tan-negozju || ++ || || || || || || + || || ++ || || || ++ || || || || + || || + Għodod li jappoġġaw il-politika || || || || || || || || || ++ || || || ++ || + || || || ++ || || ++ Il-ħiliet u l-għarfien || L-intraprenditorija || || || + || || || || || || || || || || || || || || + || It-tiswir tal-kapaċitajiet u l-multidixxiplinarjetà || || || + || || || || || || + || || || || || || + || + || + || L-istrumenti finanzjarji || || || || || || ++ || + || || || || || || || || || || || L-għarfien, it-tixrid u l-internazzjonalizzazzjoni || || || || || || || || || + || || || + || || || || ++ || || L-involviment ta' bosta partijiet ikkonċernati || || || || || + || || || || + || || + || ++ || || || || ++ || || Azzjonijiet ta’ turija u favur l-adozzjoni mis-suq || || || || || ++ || || || || + || || + || ++ || || || || + || || +
Kontribut siewi ++ Kontribut siewi immens