This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0287
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the implementation of Directive 2009/50/EC on the conditions of entry and residence of third-country nationals for the purpose of highly qualified employment (“EU Blue Card”)
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/50/KE dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg b'livell għoli ta' kwalifiki (“Il-Karta Blu tal-UE”)
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/50/KE dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg b'livell għoli ta' kwalifiki (“Il-Karta Blu tal-UE”)
/* COM/2014/0287 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/50/KE dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg b'livell għoli ta' kwalifiki (“Il-Karta Blu tal-UE”) /* COM/2014/0287 final */
KOMUNIKAZZJONI
MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar
l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/50/KE dwar il-kundizzjonijiet ta’
dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini
ta’ impjieg b’livell għoli ta’ kwalifiki (“Il-Karta Blu tal-UE”) Politika
ta’ migrazzjoni ġestita tajjeb bil-għan li tattira migranti b’livell
għoli ta’ kwalifiki tista' tikkontribwixxi biex issaħħaħ
it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività, tindirizza n-nuqqasijiet tas-suq
tax-xogħol u tpatti għall-ispejjeż tat-tixjiħ demografiku. Id-Direttiva
dwar il-Karta Blu tal-UE[1]
ġiet adottata sabiex tiffaċilita l-ammissjoni u l-mobilità
tal-migranti[2]
b’livell għoli ta’ kwalifiki u l-membri tal-familja tagħhom billi
tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza fl-UE u billi
tipprovdi status legali u sett ta' drittijiet. Fiż-żieda
fil-kompetizzjoni globali għat-talent, il-Karta Blu tal-UE hi ntiża
li tagħmel l-UE aktar attraenti għal ħaddiema b’livell
għoli ta’ kwalifiki minn madwar id-dinja u ssaħħaħ l-ekonomija
tal-għarfien tagħha. Id-Direttiva għandha wkoll l-għan li
tnaqqas l-eżodu ta' mħuħ f’pajjiżi li qed jiżviluppaw
u bi dħul medju u titħeġġeġ il-migrazzjoni
ċirkolari u temporanja. L-Istati
Membri kellhom sad-19 ta’ Ġunju 2011 biex jittrasponu d-Direttiva
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Il-Kummissjoni nediet
proċedimenti ta’ ksur kontra 20-il Stat Membru[3]
talli ma ttrasponewx id-Direttiva fil-ħin, li issa ngħalqu kollha. L-Istati
Membri kollha marbuta bid-Direttiva[4]
issa qegħdin f’pożizzjoni li jagħtu Karti Blu tal-UE. B’mod
parallel, ħafna SM għandhom fis-seħħ politiki nazzjonali
biex jattiraw il-migranti b’livell għoli ta’ kwalifiki[5].
Filwaqt li xi SM[6]
imponew volumi ta’ dħul u llimitaw in-numru ta’ migranti b’livell
għoli ta’ kwalifiki, SM[7]
oħrajn adottaw jew żammu dispożizzjonijiet aktar favorevoli
fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva. Din
il-Komunikazzjoni[8]
twieġeb għall-obbligu tal-Kummissjoni li tirraporta lill-Parlament
Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karta Blu[9].
L-ewwel nett, din tivvaluta l-aspetti ewlenin relatati mal-attrazzjoni
tal-Karta Blu tal-UE, segwita minn deskrizzjoni qasira ta’ kif il-miżuri
ġew implimentati fil-liġijiet nazzjonali. Sa fejn possibbli,
għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt ta’ skemi
nazzjonali għall-migranti b’livell għoli ta’ kwalifiki
(l-Artikolu 3(4)), il-kriterji għall-ammissjoni (l-Artikolu 5),
b'mod partikolari l-limitu minimu tas-salarju, u l-kundizzjonijiet għal
residenza fi SM oħrajn (l-Artikolu 18).
1.
L-Attrazzjoni tal-Karta Blu tal-UE
1.1.
Statistika
Bħala
riżultat tat-traspożizzjoni tard, l-iskema tal-Karta Blu kienet biss
fis-seħħ għal ftit xhur fl-2012 fil-maġġoranza tal-SM[10]. Minkejja d-dewmien, fl-2012,
ingħataw 3 664 Karta Blu u 1 107 membri tal-familja
kienu ammessi[11]. It-Tabella 1
turi li fl-2012, il-biċċa l-kbira tal-Karti l-Blu ngħataw
mill-DE (2 584; 70,52%), ES (461; 12,58%) u LU (183; 4,99%). Min-naħa
l-oħra, il-PL, il-PT u l-FI ħarġu żewġ Karti Blu kull
wieħed, il-NL u l-HU ħarġu waħda filwaqt li l-BE, CY, il-EL
u MT ma ħarġu xejn[12]. CY stabbilixxa volum ta’ ammissjoni
ta’ żero. Fl-2013,
in-numru ta’ Karti Blu mogħtija żdied għal mill-anqas
15 261[13].
Il-maġġoranza ta' Karti Blu ngħataw mill-DE (14 197)[14], il-LU (306) u FR (304). It-Tabella 2
turi li l-biċċa l-kbira tal-Karti Blu fl-2012 ingħataw lil
migranti b’livell għoli ta’ kwalifiki mill-Asja (1 886), segwiti
mill-Ewropa tal-Lvant (463), l-Amerika tat-Tramuntana (380), l-Amerika t’Isfel
(278), in-Nofsinhar tal-Ewropa (227), l-Afrika ta' Fuq (174) u l-Amerika
Ċentrali (118). Kienu 78 ħaddiem b'livell għoli ta'
kwalifiki biss li daħlu mill-bqija tal-Afrika. L-Oċeanja tgħodd
38 detentur tal-Karta Blu. Il-pajjiżi
tal-oriġini fil-quċċata fl-2012 kienu l-Indja (699),
iċ-Ċina (324), ir-Russja (271), l-Istati Uniti (313) u l-Ukraina
(149), minn 96 pajjiż. L-ewwel statistiċi għall-2013 jidhru li
jikkonfermaw din il-klassifikazzjoni. L-impjiegi
tad-detenturi tal-Karta Blu fl-2012 huma disponibbli biss għal 294 minn
3 664 (8,02 %)[15], perċentwali mhux kbir
biżżejjed biex ikun rappreżentattiv. Fil-DE,
fl-ewwel sitt xhur tal-2013, 6 131 migrant ingħataw il-Karta Blu li
minnhom 4 442 (72,45 %) kienu daħlu qabel l-2013[16]
filwaqt li 1 689 (27,55 %) qatt ma kienu ġew qabel[17]. Fl-ewwel
disa' xhur tal-2013, ingħataw 8 888 Karta Blu f'DE li minnhom
4 100 (46,13 %) fil-professjonijiet li hemm nuqqasijiet[18] u 4 788 (53,87 %)
fl-impjiegi standard[19]. F’dan il-perjodu, 6 971
(78,43 %) ingħataw lill-irġiel u 1 914 (21,53 %)
lin-nisa fil-DE[20]. Il-Karti
Blu ingħataw fil-DE f’dan il-perjodu lil migranti ta'
0 –
25 sena: 183 (2,06 %)
25
– 35 sena: 6 533 (73,50 %)
35
– 45 sena: 1 765 (19,86 %)
45
– 55 sena: 308 (3,47 %)
55
– 65 sena: 95 (1,07 %)
65
sena jew iktar: 4 (0,05 %)
1.2.
Skemi nazzjonali għal migranti b’livell
għoli ta’ kwalifiki (l-Artikolu 3(4))[21]
Ħafna
SM għandhom fis-seħħ politiki nazzjonali biex jattiraw migranti
b'livell għoli ta' kwalifiki minbarra l-Karta Blu tal-UE[22]. Xi
SM poġġew enfasi speċifika fuq ċerti gruppi ta' individwi[23] jew fuq oqsma preċiżi ta'
impjieg fejn hemm ħtiġijiet u nuqqasijiet tas-suq tax-xogħol
nazzjonali speċifiċi[24]. Il-maġġoranza jippromwovu
lilhom infushom bħala pajjiżi ta’ destinazzjoni għal
ħaddiema b'livell għoli ta' kwalifiki u jiffaċilitaw
l-ammissjoni u d-dħul tagħhom, pereżempju, permezz ta’
proċeduri mgħaġġla għal permessi u viżi,
eżenzjonijiet minn rekwiżiti ġenerali tal-immigrazzjoni u
testijiet tas-suq tax-xogħol, kampanji ta’ informazzjoni u inċentivi
oħra. Is-sistemi stabbiliti f’dawn l-Istati Membri jvarjaw minn sistemi
bbażati fuq il-punti għal sistemi mmexxija minn min iħaddem u
mid-domanda. Bosta
SM li għandhom fis-seħħ politiki nazzjonali bħal dawn
għandhom sehem ogħla ta’ migranti b’livell għoli ta’ kwalifiki[25] fil-popolazzjoni tagħhom ta'
migranti minn ċerti SM li ma għandhomx tali politiki[26].
It-Tabella 3
tissuġġerixxi li l-eżistenza ta’ skemi nazzjonali għal
ħaddiema b' livell għoli ta' kwalifiki jista’ jkollha impatt fuq
il-Karti Blu tal-UE maħruġa minn ċerti SM. Fl-2012, fil-NL
nħarġu 5 514-il permess nazzjonali meta mqabbel ma' Karta Blu
waħda biss; fi FR 3 030 meta mqabbel ma' 77 Karta Blu; fl-AT
1 158 meta mqabbel ma' 124 Karta Blu; fi ES 1 136 meta mqabbel
ma' 461 Karta Blu; fil-FI 1 748 meta mqabbel ma' żewġ Karti
Blu. Eċċezzjonijiet
notevoli fid-direzzjoni l-oħra huma il-DE b’210 permessi nazzjonali meta
mqabbel ma’ 2 584 Karta Blu; il-LU b'21 permess nazzjoni meta mqabbel
ma' 183 Karta Blu; u r-RO bl-ebda permess nazzjoni meta mqabbel ma'
46 Karta Blu;
1.3.
Il-volumi tal-amissjoni (l-Artikolu 6)
Filwaqt li
l-maġġoranza tal-Istati Membri ma għażlux li jistabbilixxu
l-volumi tal-ammissjoni ta’ migranti b’livell għoli ta’ kwalifiki, xi SM[27]
pprevedew din il-possibilità f’konformità mal-Artikolu 79(5) tat-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-UE. Dawk li effettivament imponew volumi
tal-ammissjoni għandhom approċċi differenti biex
jistabbilixxuhom. L-SM huma obbligati jikkomunikaw jekk il-miżuri li
jimponu l-volumi tal-ammissjoni jkunu implimentati[28]. F’xi SM[29]
l-volumi tal-ammissjoni huma kkalkulati bħala perċentwali tal-forza
tax-xogħol nazzjonali jew tal-popolazzjoni, jew skont il-livell
tal-qgħad jew il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, xi kultant
skont ir-reġjun u l-ispeċjalizzazzjoni. F’bosta SM[30]
l-volumi tal-ammissjoni huma stabbiliti kull sena jew sentejn mill-Ministri
rilevanti. L-ebda SM ma
nfurma lill-Kummissjoni bil-volumi tal-ammissjonijiet, ħlief għal
żewġ SM[31].
1.4.
Ir-reklutaġġ etiku
(l-Artikolu 3(3) u 8(4))
L-ebda SM ma
daħal fi ftehim ma’ pajjiż terz li jagħti lista
tal-professjonijiet li ma jaqgħux taħt din id-Direttiva sabiex
jiġi żgurat ir-reklutaġġ etiku f’setturi li jbatu minn
nuqqas ta’ persunal f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-BE, CY, il-DE[32],
il-EL, il-LU u MT ttrasponew l-għażla li jirrifjutaw applikazzjoni
sabiex jiżguraw reklutaġġ etiku f’setturi bħal dawn.
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni huma
obbligati li jikkomunikaw id-deċiżjonijiet tagħhom[33].
L-ebda rifjuti abbażi ta' dawn ir-raġunijiet ma ġew
irrappurtati. Minħabba
n-numru baxx ta’ Karti Blu tal-UE attwalment mogħtija lil migranti
b’livell għoli ta’ kwalifiki mill-pajjiżi l-inqas żviluppati,
ir-riskju tal-eżodu ta' mħuħ jibqa’ limitat għal dawn
il-pajjiżi. Madankollu, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li
għandhom introjtu medju jistgħu jkunu f'riskju ogħla. Xi SM[34]
jindirizzaw l-eżodu ta' mħuħ u ċ-ċirkolazzjoni
tal-imħuħ permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ftehimiet
bilaterali u/jew il-koperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini.
2.
It-traspożizzjoni mill-Istati Membri
2.1.
Definizzjonijiet (l-Artikolu 2)
Id-definizzjonijiet
ta’ “impjieg b'livell għoli ta' kwalifiki”, “kwalifiki professjonali
ogħla”, “kwalifika ta’ edukazzjoni ogħla”, “esperjenza professjonali”
u “professjoni regolata” ġew previsti mill-maġġoranza tal-Istati
Membri għalkemm b’varjazzjonijiet fit-terminoloġija, l-ambitu u
fl-Istati Membri bi strutturi federali. Il-DE[35], l-EE,
il-EL, ES, FR, il-LT, il-LU, MT, il-PL, il-PT, l-SE u s-SK għażlu li
japplikaw id-deroga fejn mill-inqas ħames snin ta’ esperjenza
professjonali rilevanti f’livell komparabbli għal kwalifiki ta’
edukazzjoni ogħla biżżejjed bħala evidenza ta’ kwalifiki
professjonali ogħla[36].
2.2.
Il-kriterji għall-ammissjoni u l-limitu minimu
tas-salarju (l-Artikolu 5)
L-Istati Membri
kollha jeħtieġu kuntratt validu tax-xogħol jew offerta ta’
impjieg li torbot, iżda l-DE u l-LV ma jitolbux b’mod espliċitu
perjodu minimu ta’ sena[37].
L-Istati Membri
kollha jeħtieġu dokument validu tal-ivvjaġġar iżda CY,
il-EL, il-FI, il-LT, MT, il-PT u l-SE biss użaw din l-għażla
biex jitolbu li l-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar
ikopri mill-inqas it-tul ta’ żmien inizjali tal-permess tar-residenza. Kif
stipulat fid-Direttiva, l-Istati Membri kollha jeħtieġu
l-assigurazzjoni kontra l-mard, ħlief ES fejn ma teżisti l-ebda
dispożizzjoni korrispondenti. Il-maġġoranza tal-Istati Membri[38]
jeħtieġu li l-applikant ma jkunx ta’ theddida għall-politika
pubblika, is-sigurtà jew is-saħħa. Il-maġġoranza
tal-Istati Membri għamlu użu mill-għażla
tal-Artikolu 5(2) biex jitolbu lill-applikant jipprovdi l-indirizz
tiegħu fl-Istat Membru[39].
L-AT, il-BE u l-NL jirrikjedu notifika ta' kull bidla fl-indirizz L-IT u l-LU
jitolbu prova ta’ akkomodazzjoni adegwata. F’konformità
mal-Artikolu 5(3), il-maġġoranza tal-Istati Membri jistabbilixxu
l-limitu minimu tas-salarju nominalment għal 1,5 darbiet is-salarju gross
annwali iżda xi wħud użaw il-possibilità skont id-Direttiva
għal livelli limitu ogħla[40].
Il-maġġoranza tal-Istati Membri poġġew metodu ta’ kalkolu
fil-leġiżlazzjoni tagħhom[41]. Il-LV,
l-EE, l-HU, is-SK u l-LT kkalkulaw il-limitu minimu abbażi tas-salarju
gross medju fix-xahar. Xi wħud jużaw formuli jew kriterji oħrajn
mhux is-salarju gross annwali medju biex jikkalkulaw il-limitu massimu[42].
Il-maġġoranza tal-Istati Membri jidhru li jużaw dejta nazzjonali
biex jiddeterminaw il-limitu minimu ta’ salarju. L-Istati Membri huma mistiedna
jużaw id-dejta tal-Eurostat[43],
tal-inqas bħala standard[44].
L-Istati Membri
huma obbligati li jiddefinixxu u jippubblikaw il-limiti tas-salarju rilevanti.
Madankollu, reviżjoni mill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni disponibbli
fuq il-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni[45] u fuq
websajts nazzjonali turi li f’bosta SM, il-limiti tas-salarju mhux qed
jiġu ppubblikati jew aġġornati, huma diffiċli biex
wieħed isibhom jew disponibbli biss fil-lingwa nazzjonali[46].
L-Istati Membri ma nnotifikawx dwar il-limiti tas-salarju jew
l-aġġornamenti annwali lill-Kummissjoni. Id-Direttiva titlob
lill-Kummissjoni biex tevalwa r-rilevanza tal-limitu tas-salarju[47],
ħaġa li tista’ tagħmel biss jekk il-limiti jkunu nnotifikati
kull sena. Tqabbil
tal-limiti tas-salarju disponibbli mad-dejta tal-Eurostat u tal-OECD dwar
is-salarji annwali grossi medji juri li f’ċerti SM, il-limitu jista' ma
jikkorrispondix għal-limitu minimu ta’ 1,5 darbiet is-salarju gross
annwali medju (it-Tabella 4). CY, il-DE, l-EE,
il-EL, ES, l-HU, il-LU, MT u l-PT ittrasponew l-għażla li japplikaw
limitu ta’ salarju ta’ mill-inqas 1,2 darbiet is-salarju gross annwali medju
għal impjieg fi professjonijiet li huma fi ħtieġa partikolari
ta’ ħaddiema migranti u jappartjenu għal gruppi kbar tal-ISCO 1 u 2.
Il-DE, l-EE, l-HU u l-LU biss huma magħrufa li effettivament għamlu
użu minn din il-possibilità ta' deroga li jiffissaw limitu ta’ salarju
aktar baxx, għalkemm l-ebda wieħed minnhom ma kkomunika
lill-Kummissjoni l-lista annwali meħtieġa tal-professjonijiet li
għalihom ġiet deċiża deroga.
2.3.
Il-perjodu ta’ validità tal-Karta Blu tal-UE
(l-Artikolu 7(2))
L-Istati Membri għandhom jiffissaw perjodu ta’
validità standard tal-Karta Blu tal-UE fil-leġiżlazzjoni tagħhom
ta’ bejn sena u erba’ snin li, fil-prinċipju, japplika għall-applikazzjonijiet
u t-tiġdid kollha fl-Istati Membri rispettivi. Jekk il-kuntratt
tax-xogħol ikopri perjodu ta’ inqas minn dan il-perjodu, il-Karta Blu
tal-UE għandha tinħareġ jew tiġġedded għat-tul
ta’ żmien tal-kuntratt ta’ xogħol b’żieda ta’ tliet xhur. It-tul
minimu għal Karta Blu tal-UE huwa ta’ sena billi dan huw l-perjodu minimu
tal-kuntratt tax-xogħol jew offerta ta’ impieg meħtieġa[48].
Il-possibilità li tiġġedded il-Karta Blu hija impliċita
fid-Direttiva u mingħajr limitazzjoni sakemm il-kundizzjonijiet ikunu
sodisfatti[49].
Il-perjodu
standard ta’ validità[50]
tal-Karta Blu tal-UE huwa ta' sena fil-BG, CY, ES, il-LT, MT u l-PT, u 13-il
xahar fil-BE. L-AT, ir-CZ, il-EL, il-FI, l-IT, il-LU, il-PL, ir-RO, l-SE u s-SI
stabbilixxew perjodu ta’ sentejn u EE perjodu ta' sentejn u tliet xhur. FR u
s-SK stabbilixxewh għal tliet snin u l-DE, l-HU u l-NL erba’ snin. Il-LV
stabbilixxietu għal ħames snin. Fi kważi
kull SM[51],
jekk il-kuntratt tax-xogħol ikopri perjodu inqas mill-perjodu standard ta'
validità, il-Karta Blu tal-UE għandha tinħareġ jew
tiġġedded għat-tul ta’ żmien tal-kuntratt ta’ xogħol
b’żieda ta’ tliet xhur. Mat-tiġdid, jekk il-bqija tal-kuntratt
tax-xogħol ikun ta' inqas minn sena, dan jista’ jfisser li l-Karta Blu
tal-UE tinħareġ b’validità ta’ inqas minn sena. L-ewwel kuntratt
tax-xogħol jew offerta ta’ impieg b’tul ta’ żmien ta’ inqas minn sena
għandha tiġi miċħuda[52]. L-IT
għamlet differenza bejn il-kuntratti tal-impjieg ta’ tul indefinit, li
għalihom il-perjodu ta’ validità huwa stabbilit għal sentejn, u
l-kuntratti l-oħra kollha, li għalihom il-perjodu huwa t-tul ta’
żmien tal-kuntratt ta’ xogħol b’żieda ta’ tliet xhur. L-Istati Membri
kollha jidhru li jippermettu rinnovamenti, iżda xi SM[53]
stipulaw perjodu ta’ validità differenti (itwal) għat-tiġdid minn dak
għall-Karta Blu tal-UE inizjali minflok ma applikaw għal perjodu ta’
validità standard wieħed. L-SE llimitat it-tul kumulattiv tal-Karta Blu
inizjali flimkien mat-tiġdid għal erba’ snin.
2.4.
It-test tas-suq tax-xogħol
(l-Artikolu 8(2))[54]
L-AT, il-BE,
il-BG, CY, ES, l-HU, l-IT, il-LU, MT, il-PL, is-SK u s-SI ttrasponew
l-għażla għat-twettiq ta’ test tas-suq tax-xogħol.
Il-maġġoranza tal-Istati Membri[55]
għażlu li japplikaw l-alternattiva biex jivverifikaw jekk il-post
vakanti kkonċernat jistax jimtela minn ħaddiema nazzjonali jew
tal-UE.
2.5.
L-irtirar jew ir-rifjut ta’ tiġdid tal-Karta
Blu tal-UE (l-Artikolu 9)
Kważi
l-Istati Membri kollha[56]
jagħżlu[57] li
jirtiraw jew ma jġeddux il-Karta Blu tal-UE għal raġunijiet ta’
politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika; Fl-AT, il-BE,
ES, il-FI, FR u l-IT din hija koperta minn dispożizzjonijiet ġenerali
jew mill-kundizzjonijiet għad-dħul. L-AT, il-BE, il-BG, il-DE, l-EE,
l-HU, il-NL, il-PL u s-SK biddlu t-terminu “politika pubblika” bit-terminu
“ordni pubbliku” u l-AT, il-BE, il-BG, il-EL, FR, l-IT u l-PL ma jsemmux
it-terminu “saħħa pubblika”. Il-maġġoranza
tal-Istati Membri[58]
applikaw l-għażla li jirtiraw jew ma jġeddux il-Karta Blu tal-UE
kull fejn id-detentur tal-Karta Blu tal-UE ma jkollux riżorsi suffiċjenti
biex isostni lilu nnifsu u l-membri tal-familja tiegħu, mingħajr ma
jirrikorri għas-sistema ta' għajnuna soċjali tal-Istat Membru
kkonċernat[59]. Il-BE, il-BG,
CY, l-EE, ES, l-HU, MT u l-PL applikaw l-għażla li jirtiraw jew ma
jġeddux il-Karta Blu tal-UE jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx
ikkomunikat l-indirizz taghħa[60]. CY, ir-CZ,
l-EE, il-EL, MT, ir-RO u s-SK għażlu l-possibilità li jirtiraw jew ma
jġeddux il-Karta Blu tal-UE fejn id-detentur tal-Karta Blu tal-UE japplika
għall-assistenza soċjali, sakemm l-informazzjoni xierqa u bil-miktub
tkun ġiet ipprovduta bil-quddiem[61].
2.6.
L-applikazzjonijiet għall-ammissjoni
(l-Artikolu 10)
Il-maġġoranza
tal-Istati Membri jitolbu li l-migrant jagħmel applikazzjoni għal
Karta Blu tal-UE. CY, ES, FR, l-IT u MT jeħtieġu li min iħaddem
jagħmel dan. Fil-BE u l-LV l-applikazzjonijiet għandhom isiru
mill-migrant u min iħaddem, filwaqt li l-NL, l-AT, il-PT u s-SI
jippermettu li japplikaw jew il-migrant jew min iħaddem. L-AT u l-NL
jippermettu s-sottomissjoni minn avukat. Il-maġġoranza
tal-Istati Membri[62]
jipprovdu li l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu kkunsidrati u
eżaminati meta l-applikant ikun jew barra mill-Istat Membru jew diġà
jkun residenti fih bħala detentur ta’ permess ta’ residenza validu jew
viża nazzjonali għal soġġorn twil[63].
Il-maġġoranza tal-Istati Membri[64] applikaw
id-deroga li l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi meta
l-applikant ma jkollux permess validu ta’ residenza imma jkun legalment
preżenti fit-territorju tal-Istat Membru (l-Artikolu 10(3)). Il-LU u
l-SE applikaw id-deroga ta’ sospensjoni tal-Artikolu 10(4) li
applikazzjoni tista’ titressaq biss minn barra t-territorju[65].
2.7.
Salvagwardji proċedurali (l-Artikolu 11)
Il-maġġoranza
tal-Istati Membri jistabbilixxu l-limitu ta’ żmien għall-adozzjoni
ta’ deċiżjoni dwar applikazzjoni kompluta u biex jagħtu notifika
bil-miktub lill-applikant għal 90 jum[66],
iżda xi wħud jiffissaw limiti iqsar taż-żmien ta’
60 jum (l-EE, il-LT u l-PT; is-SK u l-PL għall-każijiet
ikkumplikati), 56 (l-AT), 45 (ES), 30 (il-LV, ir-RO u s-SI; is-SK u l-PL
għall-każijiet mhux ikkumplikati) u sebat ijiem (il-BG). Ħafna
mill-Istati Membri ddeterminaw il-konsegwenza għal meta ma tittiħidx
deċiżjoni sa tmiem dan il-perjodu[67],
għalkemm il-BE, il-EL, l-IT u l-PL pprevedew estensjoni tal-iskadenza. Fil-każ ta’
applikazzjoni mhux kompluta, il-maġġoranza tal-Istati Membri
stabbilixxew skadenza biex jipprovdu tagħrif supplimentari u jissospendu
l-limitu ta’ żmien għall-ipproċessar. L-Istati Membri kollha
jipprovdu notifika bil-miktub f’każ ta’ ċaħda, rifjut ta’
tiġdid jew irtirar, u jispeċifikaw limiti ta’ żmien
għall-bidu ta’ proċeduri ta’ rimedju.
2.8.
Id-drittijiet
L-aċċess
għas-suq tax-xogħol (l-Artikolu 12) Il-maġġoranza
tal-Istati Membri[68]
applikaw l-għażla li wara l-ewwel sentejn ta’ aċċess
ristrett tas-suq tax-xogħol, jingħata trattament ugwali
bħaċ-ċittadini f’dak li jirrigwarda l-aċċess għal
impjieg bi kwalifiki għolja. Kważi
l-Istati Membri kollha[69]
jeħtieġu l-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’
bidla f'min iħaddem fl-ewwel sentejn. Ħafna SM[70]
jeħtieġu komunikazzjoni jew awtorizzazzjoni minn qabel għal
modifiki li jaffettwaw il-kundizzjonijiet għad-dħul. Il-qgħad
temporanju (l-Artikolu 13) Dawn
id-dispożizzjonijiet ġew trasposti mill-maġġoranza
tal-Istati Membri. Xi SM japplikaw dispożizzjonijiet
leġiżlattivi aktar favorevoli jew jillimitaw l-applikazzjoni
għall-qgħad involontarju. It-trattament
ugwali (l-Artikolu 14) Id-dispożizzjonijiet
ta’ trattament ugwali huma applikati mil-maġġoranza tal-Istati
Membri, għalkemm hemm varjazzjonijiet fl-ambitu tal-applikazzjoni,
it-traspożizzjoni espliċita ta’ xi wħud hija nieqsa f’xi SM u xi
Stati Membri japplikaw dispożizzjonijiet leġiżlattivi aktar
favorevoli[71]. CY, il-DE,
il-EL, ES, il-FI, il-LU, MT, il-PL u r-RO applikaw l-għażla fuq
restrizzjonijiet possibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ
vokazzjonali u l-aċċess għal oġġetti u servizzi. L-AT,
il-BE, CY, ir-CZ, il-DE, il-EL, il-FI, il-LT, il-LU, MT, il-NL, il-PL u r-RO
applikaw l-għażla li jagħmlu l-aċċess
għall-università u għall-edukazzjoni postsekondarja soġġett
għal prerekwiżiti speċifiċi. Il-maġġoranza
tal-Istati Membru[72]
ma applikawx l-għażla li jillimitaw it-trattament ugwali meta
d-detentur ta’ Karta Blu tal-UE jiċċaqlaq għat-tieni Stat Membru
u deċiżjoni pożittiva dwar il-ħruġ ta’ Karta Blu
tal-UE ma tkunx għadha ttieħdet. Il-membri
tal-familja (l-Artikolu 15) Fl-2012,
ingħataw 1 107 permessi għall-membri tal-familja ta’
detenturi ta’ Karta Blu. Fl-2013 fil-DE, mill-inqas
1 421 konjuġi u 899 tifel u tifla ngħaqdu ma' detentur ta’ Karta
Blu tal-UE[73]. Madankollu,
il-maġġoranza kbira ta’ detenturi ta’ Karta Blu huma taħt
il-35 sena u jista’ jkun li għad ma bdewx familja[74].
Il-Kummissjoni se tanalizza din il-kwistjoni ulterjorment. Status ta’
residenti fit-tul tal-UE (l-Artikoli 16 u 17) L-AT,
il-BG, CY, il-DE, l-EE, ES, il-EL, il-LT, MT, il-LV, il-NL u r-RO
għażlu li japplikaw l-għażla tal-Artikolu 16(5) sabiex
jirrestrinġu d-derogi mid-Direttiva 2003/109/KE f’dak li għandu
x’jaqsam mal-perjodi ta’ assenza mit-territorju tal-Komunità.
2.9.
Ir-residenza fi SM oħrajn (l-Artikolu 18
u 19)
Detentur ta’
Karta Blu tal-UE li jixtieq imur jgħix fi SM ieħor wara 18-il xahar
ta’ residenza legali fl-ewwel SM, għandu japplika għal Karta Blu
tal-UE fit-tieni SM. F’termini prattiċi, dan ifisser valutazzjoni
ġdida ta' jekk id-detentur tal-Karta Blu jissodisfax il-kundizzjonijiet li
japplikaw fit-tieni SM. Hemm xi grad ta’
varjazzjoni fil-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni u differenzi sinifikanti
fil-limiti tas-salarju bejn l-Istati Membri. Għad
mhuwiex possibbli li jiġi evalwat l-impatt tal-aspett tal-mobilità
ġewwa l-UE tal-Karta Blu tal-UE billi l-perjodu meħtieġ ta’
18-il xahar ma ġiex sodisfatt minn numru sinifikanti ta’ detenturi ta’
Karta Blu tal-UE.
3.
Il-Konklużjonijiet u l-passi li jmiss
Jeżistu
varjazzjonijiet kbar bejn l-Istat Membru fin-numru ta’ Karti Blu mogħtija.
Filwaqt li d-daqs tal-Istat Membru u l-qagħda ekonomika tiegħu jista'
jkollhom impatt fuq l-attrattività tiegħu, dawn ma jispjegawx
bis-sħiħ il-varjazzjonijiet kbar. Tweġiba tista’ tinstab ukoll
fl-għażliet ta’ politika minn SM li japplikaw u jippromwovu l-Karta
Blu f’ħafna modi differenti. Id-Direttiva
dwar il-Karta Blu kienet innegozjata u adottata qabel id-dħul
fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Taħt is-sistema
preċedenti, kienet meħtieġa l-unanimità fil-Kunsill, minflok
il-maġġoranza kwalifikata attwali, u l-Parlament Ewropew ma kienx
koleġiżlatur. Dan wassal għal negozjati twal u diffiċli
dwar il-proposta tal-Kummissjoni. Id-Direttiva li rriżultat stabbilixxiet
biss standards minimi, u ħalliet ħafna libertà lill-Istati Membri
permezz ta’ ħafna klawżoli fakultattivi u referenzi
għal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-iskemi
nazzjonali biex jattiraw migranti b'livell għoli ta' kwalifiki
f’ħafna SM jikkompetu mal-Karta Blu tal-UE u ma’ xulxin. Madankollu, xi SM
għamlu għażla politika favur il-Karta Blu tal-UE li jirrifletti
fin-numru ta’ Karti Blu mogħtija. Il-politiki ta' SM oħrajn
jiffavorixxu l-iskemi nazzjonali tagħhom. Filwaqt li
n-numru ta’ Karti Blu żdied fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri
bejn l-2012 u l-2013, huwa kmieni wisq biex wieħed jiġbed
konklużjonijiet dwar l-impatt tal-Karta Blu tal-UE fl-attirar ta' migranti
b'livell għoli ta' kwalifiki lejn l-UE. Il-Kummissjoni hija
kkonċernata dwar innuqqasijiet fit-traspożizzjoni, il-livell baxx ta’
koerenza, is-sett limitat ta’ drittijiet u l-ostakli għall-mobilità fl-UE
nnifisha. Dan ir-rapport
jiżvela nuqqas ġenerali ta’ komunikazzjoni mill-Istati Membri tad-dejta
u l-miżuri meħuda bl-applikazzjoni tad-Direttiva, pereżempju
dwar il-volumi ta’ ammissjoni, it-testijiet tas-suq tax-xogħol,
ir-reklutaġġ etiku, il-limitu tas-salarju[75].
Id-disponibilità ta’ informazzjoni kredibbli, dettaljata u aġġornata
hija essenzjali għall-funzjonament tas-sistema tal-Karta Blu tal-UE,
pereżempju għall-mobilità fl-UE, u biex tiġi evalwata
l-attrazzjoni tagħha. Ġew
żvelati għadd ta’ nuqqasijiet fit-traspożizzjoni tad-Direttiva.
Il-Kummissjoni se żżid l-isforzi tagħha biex tiżgura li
d-Direttiva tiġi trasposta u implimentata b’mod korrett madwar l-UE. Tliet
snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttva, issa wasal
iż-żmien li tibda tintuża b'mod sħiħ. Sabiex
jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni se torganizza laqgħat
mal-Istati Membri u, fejn meħtieġ, tagħmel użu
mis-setgħat tagħha skont it-Trattat. Fl-aħħar
nett, il-migranti b’livell għoli ta’ kwalifiki u min iħaddem
potenzjali għandhom ikunu infurmati aħjar dwar il-Karta Blu tal-UE.
Il-Kummissjoni se tagħmel l-aħjar użu mill-websajts
eżistenti, pereżempju l-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni, u
tinkoraġġixxi lill-SM biex itejbu l-provvista tagħhom ta’
informazzjoni u jqajmu kuxjenza permezz ta’ kanali oħra rilevanti. Fuq il-bażi
tal-informazzjoni disponibbli u fid-dawl tal-perjodu qasir tal-applikazzjoni,
l-ebda emendi mhuma proposti bħalissa. It-Tabella 1:
Karti Blu tal-UE fl-2012 u l-2013 Karti Blu tal-UE skont it-tip ta’ deċiżjoni || || Il-membri tal-familja ammessi ta’ detenturi ta’ Karta Blu tal-UE skont it-tip ta’ deċiżjoni || Mogħtija || Mġedda || Irtirata || || Mogħtija || Mġedda || Irtirata || 2012 || 2013 || 2012 || 2013 || 2012 || 2013 || || 2012 || 2013 || 2012 || 2013 || 2012 || 2013 Total || 3 664 || 15 261 || 146 || 170 || 1 || 0 || || 1 107 || 2 || 108 || 0 || 0 || 0 BE || 0 || 5 || : || || : || || || 0 || || 0 || || 0 || BG || 15 || 25 || 0 || || 0 || || || 5 || || 0 || || 0 || CZ || 62 || 74 || 1 || 25 || 0 || || || 35 || || 0 || || 0 || DE || 2 584 || 14 197 || 0 || || : || || || 270 || || 0 || || : || EE || 16 || 12 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 18 || 2 || 0 || 0 || 0 || 0 EL || 0 || 0 || || || || || || : || || : || || : || ES || 461 || Għad mhux disponibbli || 91 || || 0 || || || 385 || || 82 || || 0 || FR || 126 || 304 || 49 || 133 || || || || : || || : || || : || IT || 6 || 112 || : || || : || || || : || || : || || : || CY || 0 || 0 || 0 || || 0 || || || 0 || || 0 || || 0 || LV || 17 || 13 || 0 || 12 || 0 || || || 8 || || 0 || || 0 || LT || fis-seħħ: 2013 || 40 || || || || || || || || || || || LU || 183 || 306 || 0 || || 0 || || || 223 || || 0 || || 0 || HU || 1 || 3 || 0 || || 0 || || || 0 || || 0 || || 0 || MT || 0 || Għad mhux disponibbli || 0 || || 0 || || || 0 || || 0 || || 0 || NL || 1 || Għad mhux disponibbli || 0 || || 0 || || || 0 || || 0 || || 0 || AT || 124 || Għad mhux disponibbli || 5 || || 0 || || || 155 || || 25 || || 0 || PL || 2 || 27 || 0 || || 0 || || || 0 || || 0 || || 0 || PT || 2 || Għad mhux disponibbli || 0 || || 0 || || || 0 || || : || || : || RO || 46 || 119 || 0 || || 0 || || || : || || : || || : || SI || 9 || Għad mhux disponibbli || 0 || || 1 || || || 3 || || 1 || || 0 || SK || 7 || 8 || 0 || || 0 || || || 5 || || 0 || || 0 || FI || 2 || 5 || 0 || || 0 || || || 0 || || 0 || || 0 || SE || fis-seħħ: 2013 || 2 || || 0 || || 0 || || || 0 || || 0 || || 0 HR || fis-seħħ: 2013 || 9 || || || || || || || || || || || Sorsi: L-Eurostat, Il-Karti Blu tal-UE skont it-tip ta’
deċiżjoni, l-impjieg u ċ-ċittadinanza [migr_resbc1];
Il-membri tal-familja ammessi ta’ detenturi ta’ Karta Blu tal-UE skont it-tip
ta’ deċiżjoni u ċ-ċittadinanza [migr_resbc2], Estratta
fis-16.04.14. Dejta tal-2013:
Mistoqsija Ad Hoc tal-EMN (skadenza għat-tweġibiet
20.02.2014); kuntatti diretti ma' bosta SM. Noti dwar id-dejta tal-2013: Il-LT, ir-RO: Dejta provviżorja Għad mhux disponibbli It-Tabella 2:
Karti blu tal-UE skont iċ-ċittadinanza fl-2012 Total || 3 664 || || || L-Asja || 1 886 || || || || || || L-Asja tan-Nofsinhar[76] || 869 || || || L-Asja tal-Lvant[77] || 489 || || || L-Asja tal-Punent[78] || 410 || || || L-Asja tax-Xlokk[79] || 99 || || || L-Asja Ċentrali[80] || 19 L-Ameriki || 783 || || || || || || L-Amerika ta' Fuq[81] || 380 || || || L-Amerika t’Isfel[82] || 278 || || || L-Amerika Ċentrali[83] || 118 || || || Il-Karibew[84] || 7 L-Ewropa || 690 || || || || || || L-Ewropa tal-Lvant[85] || 463 || || || L-Ewropa t’Isfel[86] || 227 L-Afrika || 252 || || || || || || L-Afrika ta' Fuq[87] || 174 || || || L-Afrika tan-Nofs[88] || 35 || || || L-Afrika t’Isfel[89] || 18 || || || L-Afrika tal-Punent[90] || 15 || || || L-Afrika tal-Lvant[91] || 10 L-Oċeanja[92] || 38 || || || Il-bqija || 15 || || || || || || Mhux magħruf || 9 || || || Mingħajr Stat || 6 Sors:
L-Eurostat, Il-Karti Blu tal-UE skont it-tip ta’ deċiżjoni, l-impjieg
u ċ-ċittadinanza [migr_resbc1];
It-Tabella 3:
Tqabbil ma’ skemi nazzjonali għal impjieg bi kwalifiki għoljin || L-ewwel permessi skont skemi nazzjonali || || Karti Blu || 2008 || 2009 || 2010 || 2011 || 2012 || || 2012 || 2013 Total || 16 157 || 14 980 || 16 999 || 19 604 || 19 988 || || 3 664 || 15 261 BE || 3 577 || 1 202 || 106 || 119 || 98 || || 0 || 5 BG || || || || 0 || 0 || || 15 || 25 CZ || || 18 || 0 || 0 || 69 || || 62 || 74 DE || 96 || 119 || 122 || 177 || 210 || || 2 584 || 14 197 EE || || || 0 || 0 || 0 || || 16 || 12 EL || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 0 || 0 ES || 2 884 || 2 071 || 1 244 || 1 650 || 1 136 || || 461 || Għad mhux disponibbli FR || 1 681 || 2 366 || 2 554 || 3 148 || 3 030 || || 126 || 304 IT || || || 1 984 || 1 563 || 1 695 || || 6 || 112 CY || 393 || 436 || 634 || 551 || 600 || || 0 || 0 LV || || 85 || 114 || 97 || 106 || || 17 || 13 LT || || || 138 || 186 || 225 || || fis-seħħ: 2013 || 40 LU || || 96 || 74 || 102 || 21 || || 183 || 306 HU || || || || 0 || 0 || || 1 || 3 MT || 0 || 0 || || 0 || 0 || || 0 || Għad mhux disponibbli NL || 6 411 || 4 895 || 5 531 || 5 594 || 5 514 || || 1 || Għad mhux disponibbli AT || 827 || 575 || 668 || 868 || 1 158 || || 124 || Għad mhux disponibbli PL || || || 12 || || 314 || || 2 || 27 PT || 288 || 307 || 342 || 282 || 313 || || 2 || Għad mhux disponibbli RO || || || || 0 || 0 || || 46 || 119 SI || 0 || 0 || || 0 || 0 || || 9 || Għad mhux disponibbli SK || || 0 || || 0 || 0 || || 7 || 8 FI || || || || 861 || 748 || || 2 || 5 SE || || 2 810 || 3 476 || 4 406 || 4 751 || || fis-seħħ: 2013 || 2 HR || || || || || || || fis-seħħ: 2013 || 9 Sorsi: L-Eurostat, Il-Karti Blu tal-UE skont it-tip ta’
deċiżjoni, l-impjieg u ċ-ċittadinanza [migr_resbc1],
Estratta fis-17.02.14. Dejta tal-2013:
Mistoqsija Ad Hoc tal-EMN (skadenza għat-tweġibiet
20.02.2014); kuntatti diretti ma' bosta SM. Dejta dwar skemi
nazzjonali: L-Eurostat, Raġunijiet għall-attivitajiet remunerati:
Ħaddiema b'ħiliet kbar, l-Ewwel permessi maħruġa għal
attivitajiet remunerati skont ir-raġuni, it-tul tal-validità u
ċ-ċittadinanza [migr_resocc], Estratta fis-17.02.14; LT:
Id-Dipartiment dwar il-Migrazzjoni taħt il-Ministeru tal-Intern
tar-Repubblika tal-Litwanja. Noti dwar id-dejta tal-2013: il-LT, r-RO: Dejta provviżorja għ.m.d: għadu mhux disponibbli It-Tabella 4:
Il-limiti tas-salarju (meta disponibbli) u l-proporzjonijiet meta mqabbla
mas-salarji grossi annwali għal kull Stat Membru [1] Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE
tal-25 ta' Mejju 2009, ĠU L 155, 18.6.2009,
p. 17-29). [2] Billi d-Direttiva ma tapplikax għal ċittadini ta'
pajjiżi terzi li jidħlu fi Stat Membru (SM)b'impenji li jinsabu fi
ftehim internazzjonali li jiffaċilita d-dħul u s-soġġorn
temporanju ta' ċerti kategoriji ta' persuni fiżiċi relatati
mal-kummerċ u l-investiment [l-Artikolu 3(2)(g)], xejn f'dan
ir-rapport ma jkopri il-kategoriji tal-fornituri tas-servizzi bi kwalifiki
għolja tal-mode 4. [3] L-AT, il-BE, il-BG, il-DE, il-EL, FR, l-IT, CY, il-LV, il-LT, il-LU,
l-HU, MT, il-PL, il-PT, ir-RO, is-SI, is-SK, il-FI u l-SE. [4] L-Istati Membri kollha minbarra d-DK, l-IE u r-UK. L-implimentazzjoni
tal-HR wara l-adeżjoni tagħha għad trid tiġi vvalutata
iżda daħlet fis-seħħ f’waqtha,
fl-1 ta’ Lulju 2013. [5] L-AT, il-BE, ir-CZ, il-DE, l-EE, il-EL, ES, il-FI, FR, il-NL, il-LT,
il-LU, is-SK, is-SI u l-SE [6] il-BG, CY, l-EE, il-EL u r-RO [7] L-AT, il-BE, ir-CZ, il-DE, il-EL, il-FI, FR, l-HU, l-IT, il-LU, il-LV,
il-NL, il-PT, l-SE u s-SI [8] Il-Komunikazzjoni hija bbażata fuq studju mwettaq
għall-Kummissjoni. [9] L-Artikolu 21. [10] Erba' SM ttrasponew fil-ħin, ħamsa sal-aħħar
tal-2011, tmienja fl-ewwel nofs tal-2012, ħamsa fit-tieni nofs tal-2012, u
tnejn biss fl-2013. [11] http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/population/data/database [12] Il-HR, il-LT, l-SE: dħul fis-seħħ fl-2013. [13] Statistiċi proviżorji u mhux kompluti għal 15-il SM
minn talba Ad Hoc tal-EMN (tweġiba bi skadenza 20.02.2014);
kuntatti diretti mal-awtoritajiet tal-migrazzjoni ta’ diversi SM. [14] Dejta Preliminari għall-DE. [15] Ippreżentat biss mill-BG, ir-CZ, l-EE, il-FI, l-HU, l-IT, il-LV,
il-PL, ir-RO u s-SI. [16] Dawn ikunu studjaw jew tħarġu fil-DE, jew ikunu biddlu l-istatus
minn permess għal impjieg ieħor. [17] Sors: Wanderungsmonitoring: Migration nach Deutschland, 1. Halbjahr
2013. http://www.bamf.de/SharedDocs/Anlagen/DE/Publikationen/Broschueren/wanderungsmonitoring-I-halbjahr-2013.html [18] "Mangelberufe": professjonijiet li għalihom tkun
identifikata ħtieġa partikolari fil-DE. [19] "Regelberufe": il-professjonijiet kollha l-oħra. [20] Is-sess mhux magħruf għal tlieta. [21] Għal aktar informazzjoni: EMN Study, Attracting Highly Qualified
and Qualified Third-Country Nationals, Synthesis Report, 2013, pp. 16-21. http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/networks/european_migration_network/reports/docs/emn-studies/attracting/emnsr_attractinghqworkers_finalversion_23oct2013_publication.pdf [22] Il-BE, l-EE, il-FI, il-EL, l-IT, il-LT, il-LU, is-SK, is-SI u l-SE
għandhom dispożizzjonijiet speċifiċi f’politiki ta’
migrazzjoni usa’; l-AT, ir-CZ, il-DE, ES, FR, il-NL u l-PT għandhom
politiki separati mmirati lejn il-migranti b’livell għoli ta’ kwalifiki. [23] Pereżempju: Il-Persunal Eżekuttiv
u l-Impjegati Maniġerjali; Ir-Riċerkaturi u x-Xjentisti; jew
it-Trasferiti Intrakorporattivi. [24] Pereżempju: It-Teknoloġija tal-Informatika u
l-Komunikazzjoni; Il-Kura tas-saħħa; Id-Dinja Akkademika; Is-Servizzi
Finanzjarji; jew l-Inġinerija. [25] Fl-2012, fl-SE 47 % tal-migranti ġew ikklassifikati
fill-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED)
tal-UNESCO fil-livelli 5-6 (lawrea mill-università u/jew PhD) u 35 %
kellhom impjiegi fil-gruppi ISCO 1-3 (maniġers, professjonisti, teknixins
u professjonisti assoċjati). Fil-LU 54 % kienu ISCED 5-6 u 53 %
kienu ISCO 1-3. [26] CY, l-IT, il-LV, MT, il-PL ma jiġbdux proporzjon akbar ta’
migranti b’livell għoli ta’ kwalifiki, ħlief CY fejn 28 % kienu
kklassifikati fil-livell ISCED 5-6 fl-2012. [27] Il-BG, CY, l-EE, il-EL, l-HU, MT, ir-RO u s-SI. [28] L-Artikolu 20(1): [29] Il-BG, l-EE, il-EL, l-HU, MT. [30] L-EE, il-EL, l-HU, MT u r-RO. CY tipprojbixxi l-ammissjoni ta’
ħaddiema bi kwalifiki għolja iżda l-Kunsill tal-Ministri jista',
f’każi eċċezjonali, jippermetti l-ammissjoni tagħhom skont
is-settur, il-professjoni, l-ispeċjalizzazzjoni u/jew il-pajjiż ta’
oriġini (reviżjoni possibbli wara kull sena). [31] CY: volum huwa attwalment stabbilit għal żero; il-EL:
minħabba li mhemmx domanda l-EL għadha ma attivatx is-sistema
tagħha biex tiddetermina, permezz ta' deċiżjoni ministerjali,
in-numru massimu ta' impjiegi għal impjiegi b'livell għoli ta'
kwalifiki mogħtija lil ċittadini ta' pajjiżi terzi. [32] DE tipprevedi l-għażla li tuża din id-deroga permezz
ta’ regolament (attwalment le). [33] L-Artikolu 20(1) u 8(4) [34] Sors: EMN Study, Attracting Highly Qualified and Qualified
Third-Country Nationals, Synthesis Report, 2013, p. 23. [35] DE tipprevedi l-għażla li tuża din id-deroga permezz
ta’ regolament (attwalment le). [36]MT: mill-inqas 10 snin esperjenza professjonali, [37] L-IT tirrikjedi li l-professjonisti jaqgħu taħt il-livelli
1, 2 u 3 tal-klassifikazzjoni nazzjonali tal-professjonijiet ISTAT CP2011. [38] Ħlief il-LU (l-ebda theddida għar-relazzjonijiet
internazzjonali) u r-RO (l-ebda rekord kriminali u l-applikant irid ikun
f’kundizzjoni medika tajba biex iwettaq l-attività ta’ xogħol
speċifika). [39] Ħlief il-EL, il-FI, il-PT u l-SE. [40] Ir-RO (erba' darbiet) u l-LT (darbtejn). [41] Ħlief il-NL u l-PL: ammont eżatt li huwa indiċjat u
ppubblikat kull sena. [42] Pereżempju: Il-DE: il-livell tas-salarju jammonta għal 2/3
tal-limitu valutazzjoni kontribuzzjoni annwali għall-fond tal-pensjoni
statutorja (li huwa marbut mas-salarju gross medju); L-IT: tliet darbiet
il-livell minimu għall-eżenzjoni mill-parteċipazzjoni fl-infiq
għall-kura tas-saħħa; Il-PT: 1,5 darbiet is-salarju gross medju
nazzjonali annwali jew tliet darbiet l-Indiċizzazzjoni tal-Għajnuna
Soċjali (IAS). [43] Id-dejta dwar id-dħul gross annwali (għal kull min
iħaddem) ippubblikata mill-Eurostat għall-kumpaniji
b’10 impjegati jew iktar [earn_ses 10_an]. Din id-dejta tinġabar kull
erba’ snin permezz tal-Istħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ
(SES) u tipprovdi sors komparabbli madwar l-UE. [44] L-Artikolu 20(3) u 8(11) [45] http://ec.europa.eu/immigration/ [46] Kontrolli mwettqa fi Frar 2014. [47] L-Artikolu 21. [48] L-Artikolu 5(1)(a). [49] L-Artikoli 7(2), 8(2), 9(1)-(3), 11(3), 14(3) u 20(2). [50] Diversi SM jorbtu l-perjodu ta’ validità tal-Karta Blu tal-UE mat-tul
ta’ żmien tal-kuntratt tax-xogħol b’żieda ta’ tliet xhur u
jistabbilixxu perjodu massimu (bejn sena u erba' snin; ħames snin fil-LV)
minflok perjodu standard. Dan ma jistipulax b’mod ċar perjodu
standard ta’ validità kif meħtieġ. [51] Ħlief fil-BE, FR u ES. [52] Il-kundizzjoni għall-ammissjoni fl-Artikolu 5(1)(a)
teħtieġ tul ta’ żmien minimu ta’ sena. Jidher li l-AT, il-BG,
CY, il-DE, l-HU, il-LT u l-LV ma jirrikjedux tul ta’ żmien minimu
tal-kuntratt tax-xogħol jew offerta ta’ impjieg
fil-leġiżlazzjoni tagħhom. [53] Il-PT: sena inizjalment + sentejn għat-tiġdid; ES sena
inizjalment + sentejn għat-tiġdid; Il-BE: 13-il xahar inizjalment +
tliet snin għat-tiġdid; il-EL sentejn inizjalment + tliet snin
għat-tiġdid; l-EE: sentejn u tliet xhur inizjalment + erba' snin u
tliet xhur għat-tiġdid. [54] Għal aktar tagħrif dwar it-testijiet tas-suq tax-xogħol
ara: EMN tinforma, Approċċi u għodod użati mill-Istati
Membri biex jidentifikaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol,
Diċembru 2013. http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/networks/european_migration_network/reports/docs/emn-studies/emn-informs/emn_inform_on_labour_market_tests_5dec2013_final.pdf;
u l-Istudju tal-EMN, ntra-EU Mobility of third-country nationals, 2013,
pp 35-37. http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/networks/european_migration_network/reports/docs/emn-studies/intra-eu-mobility/emn-synthesis_report_intra_eu_mobility_final_august_2013.pdf [55] Ħlief ir-CZ, il-DE, ES, il-FI, FR, il-LV, il-NL u l-PT. [56] Ħlief fil-LV u s-SI. [57] L-Artikolu 9(3)(a). [58] Il-BE, il-BG, CY, l-EE, il-EL, ES, il-FI, l-HU, l-IT, il-LT, il-LU,
MT, il-NL, il-PT, ir-RO u s-SI. [59] L-Artikolu 9(3)(b) [60] L-Artikolu 9(3)(c). [61] L-Artikolu 9(3)(d). [62] Ħlief fil-BG fejn l-applikazzjonijiet jistgħu jsiru biss
fit-territorju. [63] Il-EL teħtieġ applikazzjoni minn qabel għal viża
barra t-territorju u mbagħad applikazzjoni formali fit-territorju,
b’viża għall-ħruġ ta’ Karta Blu. [64] Ħlief il-BG, il-EL, ES, FR, l-IT, il-LV, il-PL u r-RO. [65] Jidher li dispożizzjoni nazzjonali korrispondenti kienet
teżisti fil-LU u l-SE qabel l-adozzjoni tad-Direttiva. [66] Il-BE, CY, ir-CZ, il-DE, il-EL, il-FI, FR, l-IT, l-HU, il-LU, MT,
il-NL u l-SE. [67] CY: l-uniku rikors possibli huwa għall-Qorti Suprema għal
ommissjoni minn awtorità, l-Artikolu 146 tal-Kostituzzjoni; L-HU:
il-liġi ġenerali amministrattiva biss: awtorità superviżorja
tinvestiga u tordna awtorità taħtha tieħu deċiżjoni fi
żmien tmint ijiem, u rimborż tal-miżata jekk id-dewmien ma
jistax ikun attribwit lill-applikant. [68] Ħlief il-BE, il-BG, CY, ir-CZ, il-EL, il-LV, MT, il-PL u l-SE [69] Ħlief il-FI u FR. [70] Ħlief il-DE, l-EE, ES, il-FI, FR, l-HU, l-IT, il-LT u s-SK. [71] Il-Kummissjoni qed tagħmel analiżi ulterjuri u qed titlob
kjarifika mingħand l-Istati Membri. [72] Ħlief CY, il-EL, FR, MT u s-SK. . [73] Id-dejta provviżorja għall-ewwel disa' xhur tal-2013
(Mistoqsija Ad Hoc tal-EMN, tweġiba bi skadenza 20.02.2014). [74] Il-DE fl-2013: 6 716 (75,56 %) ta’ taħt il-35 sena. [75] L-Artikoli 5(5) u 20(1) (rigward l-Artikoli 6, 8(2), 8(4) u
18(6)) u 22 (rigward l-Artikoli 16, 18 u 20). [76] L-Afganistan, il-Bangladexx, l-Indja, l-Iran, in-Nepal, il-Pakistan,
is-Sri Lanka. [77] Iċ-Ċina (inkluża Ħong Kong), il-Ġappun,
il-Mongolja, il-Korea ta’ Fuq, il-Korea t’Isfel, it-Tajwan. [78] L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja, l-Iraq,
l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, l-Arabja Sawdija, is-Sirja,
it-Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen. [79] Il-Kambodja, l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor,
it-Tajlandja, il-Vjetnam. [80] Il-Kazakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, l-Uzbekistan. [81] Il-Kanada, l-Istati Uniti. [82] L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċili,
il-Kolombja, l-Ekwador, il-Gujana, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj,
il-Venezwela. [83] Il-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Messiku, il-Panama. [84] Kuba, ir-Repubblika Dominikana, Ħajti, Trinidad u Tobago. [85] Il-Bjelorussja, il-Moldova, ir-Russja, l-Ukraina. [86] L-Albanija, il-Bożnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, dik li kienet
ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja , il-Kosovo skont
ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244/99, il-Montenegro
u s-Serbja. [87] L-Alġerija, l-Eġittu, il-Libja, il-Marokk, it-Tuneżija. [88] L-Angola, il-Kamerun, il-Gabon. [89] L-Afrika t’Isfel. [90] Il-Benin, il-Burkina Faso, Il-Kosta tal-Avorju, il-Gana,
il-Mawritanja, in-Niġerja, is-Senegal. [91] L-Etjopja, il-Madagaskar, il-Mawrizju, it-Tanzanija,
iż-Żambja, iż-Żimbabwe. [92] L-Awstralja/New Zealand.