This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0284
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS concerning the governance of macro-regional strategies
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar il-governanza tal-istrateġiji makroreġjonali
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar il-governanza tal-istrateġiji makroreġjonali
/* COM/2014/0284 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar il-governanza tal-istrateġiji makroreġjonali /* COM/2014/0284 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U
LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar il-governanza tal-istrateġiji
makroreġjonali 1.
Introduzzjoni Sa mill-bidu
tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku
fl-2009, l-Ewropa rat interess fil-kooperazzjoni, li dejjem qed jikber
f’reġjuni Ewropej iktar kbar. L-istrateġiji makroreġjonali
jirrappreżentaw opportunità ġdida għall-iżvilupp komprensiv
ta' reġjun akbar, u jindirizzaw l-isfidi u l-potenzjal komuni. Dawn
jirrappreżentaw il-valur miżjud evidenti tal-UE, u jsaħħu
l-politiki orizzontali eżistenti tal-UE. Dawn jittrattaw kwistjonijiet
bħal: ·
id-degradazzjoni tal-istat ambjentali
tal-Baħar Baltiku; ·
il-potenzjal mhux użat għal titjib
fin-navigabbiltà u l-kwalità tal-ilma għal Reġjun tad-Danubju
attraenti; ·
id-diversità ekonomika, soċjali u ambjentali
kif ukoll il-frammentazzjoni fir-Reġjun Adrijatiku-Joniku, u ·
l-iżbilanċi territorjali, ekonomiċi
u soċjali bejn il-bliet u ż-żoni rurali fl-Alpi, li għandhom
jiġu indirizzati fi Strateġija potenzjali futura tal-UE
għar-Reġjun tal-Alpi. L-approċċ
integrat tagħhom jippermetti wkoll għanijiet ta' politika globali
importanti, bħalma huma l-integrazzjoni ta' azzjoni dwar il-klima, kif
ukoll is-sostenn għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta'
karbonju u soċjetà reżiljenti għall-klima, li għandhom
jiġu inkorporati f’ħidma ta’ żvilupp reġjonali. Eżempji ta’
prattika tajba ta’ azzjonijiet makroreġjonali li kellhom suċċess
diġà jeżistu fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun
tal-Baħar Baltiku u fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun
tad-Danubju. L-istatus ambjentali tal-Baħar Baltiku qed jitjieb, permezz
ta’ azzjoni kollettiva sabiex jitnaqqas it-tniġġis bis-saħħa
ta’ proġetti bħal CleanShip. In-navigazzjoni fid-Danubju qed issir
dejjem aktar faċli permezz ta’ ħidma msaħħa ta’
manutenzjoni. Innovazzjonijiet rigward l-ambjent, it-teknoloġija nadifa u
l-ekoinnovazzjoni qed ikunu żviluppati pereżempju permezz
tal-Programm ta' Riċerka u Żvilupp fil-Baħar Baltiku BONUS[1]1, b’ħidma simili li qed issir
fir-Reġjun tad-Danubju. Madankollu, hekk
kif ix-xogħol irranka, l-esperjenza[2]
wriet ukoll li hemm ostakoli għall-implimentazzjoni. Pereżempju
l-għargħar devastanti fir-reġjun tad-Danubju fl-2013, minkejja
l-inizjattivi f'livell politiku għoli, ma kinux segwiti
biżżejjed minn rispons ikkoordinat. Huma meħtieġa bidliet. Dan ir-rapport
huwa reazzjoni għall-istedina tal-Kunsill sabiex jiġu
ffaċilitati d-diskussjonijiet ħalli tittejjeb il-governanza
tal-istrateġiji makroreġjonali, u jrid isir sa tmiem l-2014.[3]
Governanza aħjar għandha tiċċara x’inhu meħtieġ
sabiex l-approċċ ikollu suċċess, inkluż li
l-pajjiżi li jkunu bdew l-Istrateġiji jerfgħu r-responsabbiltà
b'mod aktar effettiv. It-terminu
“governanza” jiddeskrivi l-proċess li għandu jiġi indirizzat -
kif u minn min huma implimentati l-Istrateġiji, l-azzjonijiet
konġunti li nbdew u ġew ffinanzjati. B’mod aktar speċifiku,
l-elementi ewlenin attwali ta’ governanza jinkludu: - L-involviment
ta' Stat Membru u tal-Kummissjoni f'livell politiku għoli (jiġifieri
f'livell ministerjali) li jipprovdi impenn politiku u orjentazzjoni
strateġika; - Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali[4],
uffiċjali ta’ livell għoli f’kull pajjiż parteċipanti li
jkunu qed jikkoordinaw il-ħidma f'livell amministrattiv għoli; - esperti[5],
responsabbli minn kull prijorità tematika (pereż. l-ambjent, it-trasport,
ir-riċerka u l-innovazzjoni, eċċ.), jew kull kwistjoni
orizzontali (pereż. it-tibdil fil-klima, l-ippjanar spazjali), minn kull
pajjiż involut, u li normalment jiffurmaw grupp ta’ tmexxija fuq
is-suġġett tagħhom f'livell makroreġjonali. Dawn l-elementi
jikkostitwixxu l-istruttura li għandha tiġi riveduta u
msaħħa, sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni
tal-Istrateġiji ġġib magħha impatt evidenti u
riżultati aħjar. 2.
Il-ħtiġijiet Abbażi
tal-analiżi u tal-esperjenza minn Strateġiji eżistenti[6],
jidher li hemm bżonn ta' titjib b'mod speċjali f'dawn l-oqsma li
ġejjin: ·
Tmexxija politika u teħid ta'
deċiżjonijiet aktar b’saħħithom
fil-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati: il-ministri u
l-awtoritajiet nazzjonali li qed jikkoordinaw il-ħidma jridu jassumu
r-responsabbiltà totali, u b’mod aktar ċar imexxu x’qed jiġri
fil-prattika; ·
Aktar ċarezza fl-organizzazzjoni
tax-xogħol: Għall-awtoritajiet li
jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni ta’ kuljum, hemm bżonn ta’ linji
ċari ta’ responsabbiltà, koordinazzjoni effikaċi u riżorsi
suffiċjenti. Eżattament,
il-governanza tajba tal-istrateġiji makroreġjonali ma għandhiex
x'taqsam ma' fondi ġodda jew istituzzjonijiet ġodda. Minflok, din
għandu jkollha fil-mira l-użu aktar intelliġenti
tar-riżorsi eżistenti.[7]
Barra minn hekk, l-istess formula ma tistax tgħodd għal kulħadd.
Il-qawwiet differenti tal-makroreġjuni u tal-pajjiżi
parteċipanti jridu jiġu mifhuma kif ukoll jittieħdu
inkonsiderazzjoni. B’mod partikolari, għandu jsir użu tajjeb mill-organizzazzjonijiet
reġjonali attwali. L-istrateġiji għandhom jikkomplimentaw
ix-xogħol magħmul f'formati oħra. Inizjattivi relatati –
bħal pereżempju l-istrateġiji tal-baċini tal-baħar
fl-ambitu tal-Politika Marittima Integrata – jistgħu jibbenefikaw ukoll
mill-approċi esposti hawnhekk. Dan ir-rapport
janalizza l-istrateġiji eżistenti fil-livelli li ġejjin: ·
It-tmexxija u r-responsabbilta' f'livell
politiku: Min jagħti direzzjoni strateġika?
Min jieħu d-deċiżjonijiet fundamentali? Kif tista’ tiġi
żgurata l-identifikazzjoni, il-komunikazzjoni u r-responsabilità
tal-Istrateġiji? ·
Koordinazzjoni: Min hu
responsabbli mill-koordinazzjoni amministrattiva ġenerali fil-livell ta'
pajjiż parteċipanti (jew ta' reġjun)? ·
Implimentazzjoni: Min
għandu jmexxi l-implimentazzjoni ta’ kuljum, min għandu jiġi
assoċjat magħha u kif għandha tkun sostnuta? Kif jista’
jiġi żgurat l-involviment sħiħ tal-pajjiżi li mhumiex
fl-UE li qed jieħdu sehem fl-istrateġiji? Dawn
il-livelli huma marbutin ma’ xulxin. Tmexxija politika ċara hija
prerekwiżit għal koordinazzjoni u implimentazzjoni effikaċi.
Hija essenzjali struttura miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi
involuti, b’ġerarkija ta’ responsabbiltajiet, sabiex jinħoloq qafas
robust għal perjodu ta’ żmien medju u twil. 3.
It-tmexxija u r-responsabbilta' f'livell
politiku: Għal
strateġiji makroreġjonali effikaċi hija kruċjali dimensjoni
politika strutturata fuq livell għoli li tagħti d-direzzjoni
ġenerali, tistabbilixxi l-prijoritajiet u tieħu d-deċiżjonijiet
ewlenin. Dan il-livell
politiku huwa responsabbli mill-istrateġija, jistabbilixxi
l-prijoritajiet, u jindirizza kwistjonijiet fundamentali, bħal
pereżempju l-allinjament tal-finanzjament għall-approċċ
makroreġjonali. Dan għandu jiżgura li l-awtoritajiet involuti
fl-implimentazzjoni huma kapaċi jaħdmu b’mod effikaċi
b’biżżejjed riżorsi, u b'livell adegwat ta' awtorità.
Għall-problemi mhux solvuti f'livell tekniku, trid tinstab soluzzjoni
f'livell politiku. Din is-sistema
tiddependi ħafna fuq it-tmexxija strateġika tal-Kummissjoni
Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura li r-rankatura tinżamm, hija
medjatur f’sitwazzjonijiet staġnati, u torganizza l-avvenimenti ewlenin.
Tappoġġja lill-atturi ewlenin, u għandha sehem ċentrali
fir-rappurtar u fl-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni hija wkoll il-faċilitatur
u l-garanti ewlieni tad-dimensjoni tal-UE. Madankollu mhix
rakkomandabbli d-dipendenza eċċessiva fuq il-Kummissjoni bħala
dik il-forza li tagħti l-impetu. L-istrateġiji makroreġjonali
sabiex jirnexxu jeħtieġu bilanċ aħjar bejn it-tmexxija
pprovduta mill-pajjiżi u r-reġjuni involuti u r-rwol tal-Kummissjoni.
Il-prattiki
tajbin eżistenti jinkludu: – Laqgħat ministerjali speċifiċi għas-settur
organizzati fir-reġjun tal-Baħar Baltiku, sabiex tittieħed
azzjoni bil-ħsieb li titjieb il-kwalità ambjentali tal-Baħar Baltiku
(il-laqgħat ministerjali tal-Kummissjoni ta’ Ħelsinki), u
fir-Reġjun tad-Danubju, sabiex jittieħed l-impenn ħalli
tissaħħaħ il-manutenzjoni tax-xmajjar (laqgħa maħsubha
għalhekk tal-Ministri tat-Trasport); – Laqgħat ministerjali fl-ambitu tal-Istrateġija tad-Danubju
marbutin mal-Forum annwali. Barra minn hekk, laqgħa speċifika
tal-ministri responsabbli mill-iżvilupp regjonali waqt il-Forum tal-2013
saħħet l-allinjament tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej
mal-Istrateġija; – Fil-laqgħat tal-Baltiku ta’ livell għoli li jsiru f'oqfsa ta’
kooperazzjoni eżistenti (pereż. is-Samits tal-Kunsill tal-Istati
tal-Baħar Baltiku, il-Konferenza Parlamentari tal-Baħar Baltiku,
eċċ.) regolarment tiġi diskussa l-Istrateġija
tal-Baħar Baltiku; – Il-Kunsill Adrijatiku-Joniku, fil-livell ta’ Ministru tal-Affarijiet
Barranin, huwa l-mutur ewlieni fl-Istrateġija Adrijatika-Jonika li se
ssir. Madankollu
l-laqgħat ministerjali għadhom mhumiex biżżejjed
sistematiċi, jew konkreti, sabiex jagħtu tmexxija strateġika
ċara. Id-diskrepanzi potenzjali bejn id-dikjarazzjonijiet ministerjali u
r-riżultati jeħtieġ li jixxejnu. Meta jittieħdu
d-deċiżjonijiet, dawn għandhom jiġu segwiti b'azzjoni
magħquda. Għandu jiġi kkunsidrat jekk xi laqgħat
ministerjali għandhomx isiru aktar regolari, sabiex tkompli
sseħħ l-implimentazzjoni b'mod prattiku. Il-Ministri
li jospitaw il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali
għandhom bżonn ikollhom rwol aktar strateġiku fil-koordinazzjoni
nazzjonali fi ħdan il-gvern tagħhom. Jeżistu prattiki tajbin:
fl-Isvezja l-Ministru u l-istaff jinfurmaw lill-aġenziji nazzjonali,
lill-parlament, lill-ministeri kompetenti u lill-ministri tagħhom dwar
l-inizjattivi u l-isfidi li jkunu għaddejjin fl-istrateġija
makroreġjonali tagħhom, u b'hekk ikunu qed issaħħu
l-koordinazzjoni bejn l-Istat u r-reġjuni kif ukoll is-sehem tal-partijiet
kollha rilevanti tal-gvern. Il-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali huwa l-attur ewlieni
biex jiffaċilita dan. Dan il-mudell jista’ jiġi kkupjat x’imkien
ieħor għall-utilità tiegħu. Is-sens ta’
responsabbiltà, kif ukoll it-tmexxija huma importanti. L-involviment tal-partijiet
interessati jeħtieġ li jissaħħaħ, kif ukoll
il-parlamenti f’livelli differenti, il-gvernijiet reġjonali u
s-soċjetà ċivili. Il-laqgħat bejn il-membri tal-UE u
l-parlamenti nazzjonali tal-Baħar Baltiku u tar-Reġjun tad-Danubju
diġà qed iseħħu.[8]
Is-soċjeta ċivili qed tinvolvi ruħha aktar fl-implimentazzjoni
(pereż: fil-Prijorità "Bijodiversità" fir-Reġjun
tad-Danubju; fil-Prijorità "Enerġija" fil-Baltiku), u
fl-iżvilupp tal-Istrateġija potenzjali tal-UE għar-reġjun
tal-Alpi, madankollu jista' jsir aktar. 3.1.
L-opzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ·
Il-pajjiżi u r-reġjuni involuti
għandhom jieħdu f'idejhom f'livell ministerjali t-tmexxija strateġika
ġenerali. Il-Ministri li jospitaw lill-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali
għandhom ikunu dawk li fl-aħħar mill-aħħar jieħdu
d-deċiżjonijiet, u li flimkien jikkostitwixxu qafas regolari
għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Huma għandhom ikunu
responsabbli mill-evalwazzjoni tal-progress, jiggwidaw l-implimentazzjoni, u
jaraw kif joħorġu minn sitwazzjonijiet staġnati. Il-laqgħat
għandhom jikkonċidu mal-Forum annwali. Opzjonijiet oħra sabiex
tiġi żgurata tmexxija strateġika jistgħu jinkludu: –
Presidenza b'rotazzjoni
għal perjodu speċifiku għal kull Strateġija, bi
prinċipju ta’ rotazzjoni li jkun miftiehem.[9]
Il-kundizzjonijiet tal-Presidenza jistgħu jimplikaw ukoll li din
għandha tospita u torganizza l-Forum Annwali, u dan jiżgura
konnessjonijiet diretti għall-implimentazzjoni; –
in-nomina ta’ rappreżentant speċjali
għal Strateġija, approvat mill-pajjiżi kkonċernati. Huwa
jista’ jingħata r-rwol li jmexxi l-implimentazzjoni, isib
is-soluzzjonijiet għall-problemi, u jirrapporta fuq livell ministerjali.
Huwa jista' jkun ta' livell ministerjali jew ekwivalenti abbażi
tal-esperjenza tal-Koordinaturi Ewropej fit-TEN-T[10]. Huwa
jisa' jiġi ffinanzjat mill-programm ta' kooperazzjoni transnazzjonali, jew
b'mezzi oħra. ·
Il-ministri settorjali għandhom
jixprunaw il-progress fl-oqsma tematiċi tagħhom. F’kull qasam
tax-xogħol, it-tmexxija fil-livell ministerjali għandu joħodha
l-ewwel u qabel kollox il-pajjiż li jkun qed imexxi l-qasam prijoritarju
inkwistjoni. Il-laqgħat jistgħu jiġu skedati regolarment u
għandhom jiġu kkunsidrati laqgħat fil-marġini
tal-laqgħat tal-Kunsill. Ir-rappreżentant speċjali huwa mistenni
li jieħu rwol proattiv f’dawn il-laqgħat; ·
Il-ministri li jospitaw il-Punt ta' Kuntatt
Nazzjonali għandu jkollhom rwol fil-koordinazzjoni strateġika fi ħdan il-gvern nazzjonali jew reġjonali tagħhom,
billi jinfurmaw regolarment lill-gvern dwar l-inizjattivi li jkunu
għaddejjin u jiżguraw l-allinjament tal-politiki u tal-finanzjamenti; ·
Il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandhom jikkoordinaw f'livell nazzjonali mal-esperti
tematiċi – sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet iwasslu
għal azzjoni; ·
Il-Kummissjoni għandha tkompli toffri appoġġ strateġiku. Din se tiffaċilita
l-evalwazzjoni tal-progress, tidentifika n-nuqqasijiet li għandhom
jiġu indirizzati f'livell politiku kif ukoll tissuġġerixxi kif
għandhom jiġu ssuperati s-sitwazzjonijiet staġnati waqt
l-implimentazzjoni. Hija għandha tiżgura koerenza mal-politiki u
mal-pożizzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari l-integrazzjoni
tal-approċċ makroreġjonali fil-politiki tal-UE; ·
Għandu jsir aktar sforz biex titjieb
il-komunikazzjoni tar-riżultati u tal-attivitajiet, sabiex jiġi
żgurat dibattitu pubbliku dwar l-approċċ makroreġjonali u
r-riżultati tiegħu. L-atturi kollha għandhom ikunu
mħeġġa jagħtu sehemhom f’dan inklużi l-parteċipanti
nazzjonali, reġjonali, pubbliċi u privati fl-Istrateġiji; ·
Il-pajjiżi parteċipanti u l-Kummssjoni
għandhom jisfruttaw il-potenzjal ġdid tal-programmi ta'
kooperazzjoni transnazzjonali[11]
(u tal-programm INTERACT li jagħti s-sostenn wiesa' tal-UE
għall-kooperazzjoni[12])
sabiex jiġu ffaċilitati u appoġġjati l-attivitajiet
f'livell politiku deskritti hawn fuq. 4.
Koordinazzjoni Strateġija
makroreġjonali b’saħħitha u operazzjonali teħtieġ
ġestjoni u koordinazzjoni professjonali, kemm f'livell nazzjonali kif
ukoll f'livell makroreġjonali. Din
il-koordinazzjoni torbot lil min imexxi politikament ma' min hu inkarigat
mill-implimentazzjoni. Din tinkludi kompiti bħall-gwida operazzjonali,
ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni l-koordinazzjoni
nazzjonali/reġjonali, u l-faċilitazzjoni tal-avvenimenti ewlenin. Din
għandha tinkludi kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet reġjonali
eżistenti. Attwalment
il-funzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta' ġestjoni huma biss parzjalment
issodisfati. Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali huma l-atturi ewlenin f’dan
ir-rigward, bil-kontropartijiet tagħhom tal-Kummissjoni. Hija
meħtieġa kjarifika dwar ir-rwol tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali li
twassal għal ġestjoni u koordinazzjoni aktar b’saħħithom
f'kull amministrazzjoni. Sal-lum, il-Kummissjoni
kienet involuta b’mod estensiv fl-attivitajiet ta’ koordinazzjoni, fuq kollox
fil-fażi inizjali tal-Istrateġiji. Madankollu, l-appoġġ
tekniku ta' kuljum ħadilha r-riżorsi mill-kompiti fundamentali fejn
tista’ żżid l-aktar valur, bħal pereżempju li tiżgura
koerenza mal-objettivi tal-UE u li tipprovdi appoġġ tematiku u
politiku tal-UE.[13] Il-Punti ta’
Kuntatt Nazzjonali tal-Baltiku u tad-Danubju dejjem aktar qed jilbsu r-rwol
ġestjonali fl-implimentazzjoni. Huma qed jistabbilixxu rabtiet bejn
l-Istrateġiji u l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, bħal
fil-Latvja u fl-Ungerija. Din hija prattika tajba. Madankollu, filwaqt li bosta
għandhom persunal biżżejjed biex iwettqu l-kompiti ewlenin
tagħhom, ħafna oħrajn jeħtieġu aktar riżorsi. Il-maġġoranza
tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali stabbilixxew pjattaforma ta’ koordinazzjoni
nazzjonali, u laqqgħu flimkien partijiet interessati
nazzjonali/reġjonali sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni.
Eżempju tajjeb huma l-Awstrija u l-Polonja, li jlaqqgħu flimkien
l-atturi ċentrali/federali u reġjonali, il-ministeri tas-settur,
l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ programmi, l-assoċjazzjonijiet lokali
u pereżempju l-istituti xjentifiċi. Barra minn hekk,
Grupp ta’ Livell Għoli, b'rappreżentanti (il-Punt ta’ Kuntatt
Nazzjonali jew l-ekwivalenti) preżenti mit-28 Stat Membru tal-UE kollha, u
minn pajjiżi li mhumiex Membri tal-UE, jiltaqa’ sabiex iqis
l-approċċ kumplessiv għall-istrateġiji makroreġjonali
kollha. Id-diskussjonijiet reġjonali tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali
jkunu organizzati flimkien ma' dawn il-laqgħat. Madankollu, ir-rwol
tal-Grupp u l-komunikazzjoni tiegħu ma’ istituzzjonijiet u atturi ewlenin
oħra jeħtieġ li jiġu ċċarati. L-Istrateġija
Adrijatika-Jonika li jmiss u l-Istrateġija potenzjali
għar-Reġjun tal-Alpi, se jagħmlu l-iskambju tal-informazzjoni u
tal-prattika tajba, kif ukoll il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi u
reġjuni li mhumiex fl-UE, tabilħaqq aktar importanti. 4.1.
Rakkomandazzjonijiet ·
Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għandu jkollhom rwol ta’ gwida fil-koordinazzjoni u fit-tmexxija
operattiva. L-arranġamenti nazzjonali għandhom jiffaċilitaw dan.
Huma għandhom jiltaqgħu regolarment biex jiżguraw koordinazzjoni
kontinwa u fluss tajjeb tal-informazzjoni. Il-laqgħat
jistgħu jiġu ppreseduti mill-pajjiż li jkollu l-presidenza
b’rotazzjoni tal-istrateġija makroreġjonali, jew
mir-rappreżentant speċjali propost; ·
Il-Kummissjoni
għandu jibqa' jkollha rwol ewlieni, fejn l-involviment tagħha huwa
valur miżjud ċar. Flimkien mar-rwol deskritt hawn fuq, dan jinkludi,
bi sħab mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali, l-indirizzar tal-kwistjonijiet
bħalma huma l-persunal insuffiċjenti, in-nuqqas ta’ sinerġiji
ma’ istituzzjonijiet eżistenti jew l-impenn mhux kostanti tal-awtoritajiet
tal-gvern. Meta dawn iwasslu għal tħassib dwar il-progress marbut
mal-prestazzjoni u mal-valur miżjud ta’ oqsma ta’ prijorità, għandhom
jittieħdu deċiżjonijiet konġunti dwar il-vijabbiltà
fil-futur; ·
Il-Grupp ta’ Livell għoli b'mod aktar attiv għandu jiżgura koerenza bejn
l-istrateġiji makroreġjonali u l-azzjonijiet u l-għanijiet
ġenerali tal-UE. Dan il-grupp għandu jikkondividi l-prattika tajba
dwar kwistjonijiet bħalma huma l-governanza, id-definizzjoni ta’ miri u
indikaturi, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, kif ukoll dwar is-sensibilizzazzjoni
tal-opinjoni pubblika. Dan għandu jkun il-forum fejn
l-approċċi u prattiki ta' kull reġjun jitqabblu, sabiex ikunu
massimizzati l-ingranaġġ u l-impatt; ·
Il-programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali
rilevanti u INTERACT għandhom jiffaċilitaw b'mod immirat dan
il-livell ta' koordinazzjoni kruċjali. Il-kompiti jistgħu jinkludu
xogħol kunċettwali u ta’ żvilupp ulterjuri fuq proġetti
(eżistenti, dawk li għaddejjin, ippjanati u proposti), sorsi ta’
finanzjament, u miri. Dawn għandhom jiffaċilitaw ir-rappurtar u
l-pubbliċità. ·
Huwa importanti li jkun żgurat li
l-makroreġjuni jkunu dibattuti fil-livell tal-UE 28, anki fil-Parlament
Ewropew, fil-Kumitat tar-Reġjuni u fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. 5.
Implimentazzjoni L-implimentazzjoni
tal-Istrateġiji tinkludi kompiti bħall-faċilitazzjoni
għall-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi u proġetti,
l-iffissar ta’ indikaturi u ta' miri, it-tisħiħ fil-konnessjonijiet
ta' bejn il-programmi rilevanti ta’ finanzjament, bħalma huma l-Fondi
Ewropej Strutturali u ta' Investiment, Orizzont 2020, LIFE, COSME, kif ukoll
parteċipazzjoni fil-kumitati tal-programmi meta jkun opportun.
Sinerġiji ma’ strumenti tal-UE esterni, u b’mod partikolari mal-Istrument
għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u mal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat,
għandhom jiġu mfittxija. L-esperti
tematiċi u l-gruppi ta’ tmexxija tagħhom huma l-forza ewlenija li
jistgħu jsuqu l-implimentazzjoni 'l quddiem b’mod tematikament
b'saħħtu. L-isfidi attwali jinkludu: –
il-kapaċitajiet u r-riżorsi taħhom: għalkemm xi wħud jagħmlu xogħol eċċezjonali,
oħrajn iqisu l-kompiti marbutin ma' strateġija piż ieħor
miżjud max-xogħol ewlieni tagħhom, u li ma għandhomx
l-appoġġ istituzzjonali u finanzjarju mill-awtoritajiet tagħhom.
Għalkemm il-Gruppi ta’ Tmexxija, magħmulin minn esperti nazzjonali
ġew stabbiliti fil-maġġoranza tal-oqsma tematiċi, mhux
f'kollha hemm livell tajjeb ta' parteċipazzjoni. Eżempji tajba
jinkludu l-Oqsma ta’ Prijorità “in-Nies u l-Ħiliet” fid-Danubju, jew
“is-Sikurezza” jew “il-Bastimenti” fil-Baltiku; –
pajjiżi u reġjuni mhux tal-UE huma uffiċjalment involuti bis-sħiħ. Madankollu
fil-prattika, il-parteċipazzjoni attiva tagħhom ħafna drabi hija
limitata minħabba l-kapaċità u r-riżorsi; –
Il-linji ta’ responsabbiltà rigward ir-rappurtar
marbut mal-progress fil-miri u l-evalwazzjoni ġenerali tal-prestazzjoni
attwalment mhumiex ċari; –
sostenn finanzjarju temporanju[14] huwa
pprovdut lill-koordinaturi iżda l-Istrateġiji m'għandhomx sostenn
professjonali u durabbli fuq bażi ta' kuljum. Programmi ta’
kooperazzjoni transnazzjonali issa jistgħu jċekknu din
id-diskrepanza. Huwa kruċjali li jkun hemm biżżejjed
riżorsi ddedikati għal dawn il-programmi; –
għalkemm il-programm ta’ sostenn INTERACT
aġevola ħidma speċifika ta' komunikazzjoni u l-iffaċilitar
inġenerali, issa jrid jevolvi sabiex jipprovdi b'mod globali
l-faċilitazzjoni kunċettwali u ta' żvilupp, u b’mod partikolari
għandu jikkumplimenta s-sostenn għall-programmi transnazzjonali
speċifiċi għall-makroreġjuni sabiex jippromwovi b’mod
partikolari l-iskambju ta’ ideat u approċċi tajbin ta' bejn
ir-reġjuni; –
Filwaqt li d-disponibbiltà ta' finanzjament sa issa
kienet ħafna drabi problema, l-oqfsa regolatorji l-ġodda
għall-perjodu ta' programmar 2014-2020, u l-bidu ta’ perjodu finanzjarju
ġdid, ifissru li l-proġetti issa jistgħu jiġu
appoġġjati permezz ta’ programmi tal-UE. Madankollu, għad hemm
ħafna xogħol xi jsir sabiex il-fondi jiġu allinjati aħjar
mal-għanijiet tal-Istrateġiji. 5.1.
Rakkomandazzjonijiet ·
Il-Ministri tas-Setturi
(jew fejn rilevanti, il-mexxejja ta’ organizzazzjonijiet oħra li jmexxu
l-Oqsma ta’ Prijorità) għandhom ikunu totalment responsabbli
għax-xogħol fl-oqsma tematiċi, u għall-kundizzjonijiet
offruti lill-esperti tematiċi u lill-membri tal-Grupp ta’ Tmexxija. Dawn
għandhom jinħatru b'mod uffiċjali u jirċievu mandat
ċar u biżżejjed riżorsi. ·
L-esperti tematiċi u l-Gruppi ta’ Tmexxija għandhom imexxu b'mod espert l-implimentazzjoni ta’ kuljum.
Il-Gruppi ta’ tmexxija, li jħaddnu membri mill-pajjiżi kollha
involuti, għandhom jiġu stabbiliti għal kull qasam. Ir-rwol,
il-kapaċitajiet, ir-riżorsi u l-impenn tagħhom huma
kruċjali għas-suċċess. Il-Kummissjoni għandha
tipprovdi l-għarfien espert tematiku ekwivalenti. It-teknoloġiji
tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jistgħu jiffaċilitaw fluss
tajjeb ta’ komunikazzjoni bejn il-laqgħat; ·
Għandha tiġi ffaċilitata
l-integrazzjoni ta’ pajjiżi u reġjuni mhux tal-UE li
jipparteċipaw fl-istrateġiji, ibbażata fuq l-approċċ
tajjeb żviluppat fir-Reġjun tad-Danubju fir-rigward
tal-parteċipazzjoni f’laqgħat tal-Grupp ta’ Tmexxija, u fuq
l-użu tat-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni; ·
Hija essenzjali l-kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet
eżistenti, biex jiġu evitati d-duplikazzjoni jew it-trikkib
tal-attivitajiet. Meta jkun hemm ftehim, kif ukoll b'aktar ħidma fuq
l-eżempji tajbin mislutin mix-xogħol fil-Baltiku, istituzzjonijiet
reġjonali eżistenti għandhom jaqdu r-rwol tagħhom
fl-implimentazzjoni; ·
Il-programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali, filwaqt li jibqgħu bl-għanijiet attwali tagħhom,
għandhom jintużaw ukoll b’mod effikaċi biex jappoġġjaw
il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji. Dawn għandhom
jisfruttaw l-approċċi innovattivi sabiex ikun hemm netwerking u
diskussjonijiet. Il-pjattaformi jew il-punti, meta jkun f'waqtu li jiġu
ospitati minn istituzzjonijiet reġjonali eżistenti, jistgħu
jinkludu kompiti pereżempju: –
li jappoġġjaw il-ħidma
tal-implimentaturi ewlenin, kemm b’modi prattiċi kif ukoll fil-ġbir
tad-dejta, l-analiżi u l-pariri; –
li jipprovdu pjattaforma għall-involviment
tas-soċjetà ċivili, b'livelli ta' governanza reġjonali u livelli
oħra, kif ukoll dibattitu parlamentari; –
li jiffaċilitaw il-Forum Annwali. ·
Abbażi tal-esperjenzi, tal-ħiliet u
tan-netwerks diġà żviluppati fil-ħidma ta' sostenn inizjali
tiegħu, INTERACT għandu jipprovdi assistenza ġenerali tat-tip
kunċettwali u għall-iżvilupp. Il-kompiti għandhom jinkludu: –
li jipprovdi servizzi ġenerali
għall-istrateġiji kollha makroreġjonali,
bħall-komunikazzjoni, u jisfrutta r-riżultati tal-kooperazzjoni; –
li jiskambja l-aħjar prattika bejn
l-istrateġiji makroreġjonali eżistenti u dawk futuri; –
li jiffaċilita l-konnessjonijiet bejn
l-istrateġiji makroreġjonali u l-programmi ta’ finanzjament; –
li jiffaċilita s-sinerġiji tematiċi. 6.
Konklużjonijiet Fil-qosor,
biex l-istrateġiji makroreġjonali jagħtu riżultati
sinifikattivi u jingranaw il-politiki eżistenti hemm bżonn sistema
ta’ governanza li taħdem sew. Hemm bżonn ta’: ·
tmexxija politika u responsabbiltajiet aktar
ċari, inklużi formazzjoni fit-teħid
tad-deċiżjonijiet, ir-rikonoxximent tal-Istrateġiji bħala interessi
orizzontali u r-responsabbiltajiet għal kull livell ta’ gvern; ·
l-involviment kontinwu tal-Kummissjoni, bi
sħab ma’ pajjiżi u reġjuni, sabiex jiġi żgurat
approċċ ikkoordinat fil-livell tal-UE; ·
qafas sostenibbli li jipprovdi rabta sistematika
bejn dan il-livell politiku u l-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni,
inklużi linji ċari ta’ responsabilità li jiġu żgurati
permezz ta’ laqgħat ministerjali regolari, u fejn ikun hemm ftehim,
bil-ħatra ta’ rappreżentant speċjali; ·
mekkaniżmi mtejba biex jiġi żgurat
l-impenn sħiħ ta’ pajjiżi mhux tal-UE fil-livelli kollha;
·
użu aħjar tal-ħidma ta' organizzazzjonijiet
reġjonali eżistenti u l-integrazzjoni ta' ħidmiethom,
fil-livell adattat; ·
ġestjoni aktar b’saħħitha fil-livell tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali, li tagħti
koordinazzjoni strateġika u timmonitorja l-implimentazzjoni; ·
użu aktar iffukat tal-fondi eżistenti u koordinazzjoni aħjar tal-inizjattivi speċifiċi
għas-settur u tal-programmi, permezz ta' implimentaturi ewlenin u
tal-Kummissjoni, iżda anki billi jinvolvi ruħu s-settur privat u
l-istituzzjonijiet internazzjonali ta’ finanzjament, fejn ikun konvenjenti; ·
appoġġ kontinwu lill-implimentaturi
ewlenin, speċjalment billi jintuża s-sostenn istituzzjonali u dak
għall-bini tal-kapaċitajiet previst fil-programmi transnazzjonali
2014-2020 li għadhom kif ġew allinjati; ·
pubbliċità u komunikazzjoni aħjar dwar ix-xogħol; ·
użu aħjar tat-teknoloġiji
tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata
l-komunikazzjoni moderna, rapida u rħisa bejn il-partijiet interessati; ·
involviment aktar qawwi tas-soċjetà
ċivili, anki permezz ta' parlamenti nazzjonali u reġjonali
u netwerks jew pjattaformi konsultattivi, li jżid is-sensibilizzazzjoni
dwar l-għanijiet strateġiċi u l-iskeda ta’ żmien. Il-Kummissjoni
tistieden lil istituzzjonijiet oħra, il-pajjiżi u r-reġjuni
involuti, sabiex japprovaw ir-rakkomandazzjonijiet proposti, u sabiex
jaħdmu magħha ħalli titjieb il-governanza tal-Istrateġiji
biex b'hekk ikun hemm l-aħjar riżultati u impatt, filwaqt li jitqiesu
l-kuntesti makroreġjonali differenti. 1 L-Artikolu 185
tal-Programm ta' Riċerka u Żvilupp fil-Baħar Baltiku BONUS huwa
stabbilit bid-Deċiżjoni 862/2010/EU. [2] Komunikazzjoni dwar
l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar
Baltiku tat-23 ta' Marzu 2012, COM (2012)128 finali; Rapport
dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju
tat-8 ta' April 2013, COM (2013) 181 Finali. Rapport dwar
il-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali
tas-27 ta’ Ġunju 2013 COM (2013) 468 Finali;
il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali
tat-22 ta’ Ottubru 2013. [3] Il-konklużjonijiet
tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, tat-22 ta’ Ottubru 2013. [4] Dan l-isem jista’
jiġi rieżaminat sabiex tkun riflessa aħjar ir-responsabbiltà
tagħhom marbuta mal-koordinazzjoni ċentrali. [5] Li skont il-każ huma
magħrufa bħala Koordinaturi għal Azzjonijiet ta' Prijorità,
Mexxejja ta’ Azzjonijiet Orizzontali, Koordinaturi skont il-Pilastru
eċċ. fil-ħidma li seħħet sa issa. [6] ibid. in-nota
f’qiegħ il-paġna nru 2. [7] ibid. in-nota
f’qiegħ il-paġna nru 2. [8] Il-konferenzi organizzati
fl-2013 taħt il-Presidenza Litwana tal-UE u tal-membri parlamentari
tar-Reġjun tad-Danubju. [9] Kif hemm bħalissa
fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku,
il-prinċipju ta’ rotazzjoni għall-president ta’ Strateġija
jista' jieħu inkonsiderazzjoni l-Presidenzi tal-UE, fil-Kunsill,
il-presidenzi f’istituzzjonijiet makroreġjonali oħra, jew jista' jkun
fuq bażi volontarja. [10] Netwerks Trans-Ewropej
tat-Trasport. [11] Il-programmi ta' kooperazzjoni transnazzjonali
tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, bħalma huwa l-Programm
għall-Baħar Baltiku, jew il-Programm għar-Reġjun
tad-Danubju. [12] INTERACT huwa
kkofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, biex
tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-programmi għall-Kooperazzjoni
Territorjali Ewropea u tal-istrateġiji makroreġjonali.
www.interact-eu.net [13] Eżempju tajjeb ta’
gwida tal-Kummissjoni li jorbot l-Istrateġija mad-diskussjonijiet fuq
livell ta’ politika huwa d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni
dwar "l-Aġenda għal Tkabbir Blu Sostenibbli fil-Baltiku". [14] Il-proġetti
pilota u l-azzjonijiet preparatorji introdotti fil-baġit tal-UE
mill-Parlament Ewropew.