EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0014
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS For a European Industrial Renaissance
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew
/* COM/2014/014 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew /* COM/2014/014 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW
U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew 1.
INTRODUZZJONI L-Unjoni Ewropea
qed toħroġ mill-itwal riċessjoni li qatt kienet fiha. Il-PDG tal-UE28 kiber
b’0.2% fit-tielet kwart tal-2013. It-titjib fl-indikaturi tal-fiduċja u
s-sentiment kummerċjali jissuġġerixxi li r-riformi strutturali, it-titjib
fil-governanza makroekonomika u l-miżuri fis-settur finanzjarju rnexxielhom
jistabbilizzaw l-ekonomija tal-Ewropa. L-UE tinsab miexja fid-direzzjoni
t-tajba, iżda l-irkupru għadu modest, bil-Kummissjoni tipprevedi tkabbir
tal-PDG ta’ 1.4% għall-UE28 fl-2014 u r-rati tal-qgħad qrib il-11% għas-sentejn
li ġejjin. Għal din ir-raġuni, il-prijorità ewlenija tal-Kummissjoni u
tal-Istati Membri tal-UE hija li jitrawmu t-tkabbir u l-kompetittività ħalli
jinżamm u jissaħħaħ l-irkupru u bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-aġenda
Ewropa 2020. Il-kriżi
enfasizzat l-importanza tal-ekonomija reali u industrija b’saħħitha.
L-interazzjonijiet tal-industrija mal-bqija tan-nisġa ekonomika tal-Ewropa
jestendu ferm lil hinn mill-manifattura, tant li jkopru setturi upstream
bħall-materja prima u l-enerġija u setturi downstream bħas-servizzi kummerċjali
(eż. il-loġistika), is-servizzi tal-konsumaturi (eż. is-servizzi ta’ wara
l-bejgħ għal oġġetti li jdumu jservu) jew it-turiżmu. L-attivitajiet
industrijali huma integrati fi ktajjen tal-valur dejjem aktar għonja u
kumplessi, li jgħaqqdu korporazzjonijiet ewlenin u intrapriżi żgħar u medji
(SMEs) minn setturi u pajjiżi differenti. L-importanza
ekonomika tal-attivitajiet industrijali hija ħafna akbar minn kemm
jissuġġerixxi s-sehem tal-manifattura fil-PDG. L-industrija tammonta għal aktar
minn 80% tal-esportazzjonijiet tal-Ewropa u 80% tar-riċerka u l-innovazzjoni
fis-settur privat. Kważi wieħed minn kull erba’ impjiegi fis-settur privat huwa
fl-industrija, ta’ spiss b’ħiliet għoljin, filwaqt li kull impjieg addizzjonali
fil-manifattura joħloq bejn 0.5 u 2 impjiegi f’setturi oħrajn.[1] Il-Kummissjoni
hija tal-fehma li bażi industrijali b’saħħitha għandha tkun ta’ importanza
fundamentali għall-irkupru ekonomiku u l-kompetittività tal-Ewropa. B’mod
ġenerali, l-industrija tal-UE wriet ir-reżiljenza tagħha fil-konfront tal-kriżi
ekonomika. Din tinsab fuq quddiem nett
fis-sostenibbiltà u qed trendi eċċess ta’ EUR 365 biljun fil-kummerċ ta’
prodotti manifatturati (EUR 1 biljun kuljum),[2]
iġġenerat l-aktar minn ftit setturi ta’ teknoloġija għolja u medja. Dawn
jinkludu s-setturi tal-karozzi, tal-makkinarji u t-tagħmir, tal-farmaċewtika,
tas-sustanzi kimiċi, tal-ajrunawtika, tal-ispazju u l-industriji kreattivi, kif
ukoll prodotti ta’ livell għoli f’ħafna setturi oħrajn, inkluż l-ikel. Madankollu
l-konsegwenzi tal-kriżi huma kbar: mill-2008 fil-manifattura ntilfu
3.5 miljun impjieg. is-sehem tal-manifattura fil-PDG naqas minn
15.4 % għal 15.1 % matul l-aħħar sena[3];
u l-prestazzjoni tal-produttività tal-UE tibqa' teħżien meta mqabbla ma' dik
tal-kompetituri tagħna. Żewġ rapporti
riċenti tal-Kummissjoni[4]
identifikaw għadd ta’ nuqqasijiet li qed ifixklu t-tkabbir. Id-domanda
interna għadha dgħajfa, tant li qed iddgħajjef is-swieq domestiċi
tal-kumpaniji Ewropej u żżomm il-kummerċ ġewwa l-UE mrażżan wara l-kriżi. L-ambjent
tan-negozju tjieb fl-UE b’mod ġenerali, iżda l-progress għadu mhuwiex
uniformi. L-ambjenti amministrattivi u regolatorji xejn flessibbli,
ir-riġiditajiet f’xi swieq tax-xogħol u l-integrazzjoni dgħajfa fis-suq intern
ikomplu jżommu lura l-potenzjal tat-tkabbir tal-intrapriżi, b’mod partikolari
l-SMEs. L-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni għadu baxx, tant li
qed iżomm lura l-modernizzazzjoni meħtieġa tal-bażi industrijali tagħna u
jxekkel il-kompetittività futura tal-UE. L-intrapriżi tal-UE qed jiffaċċjaw prezzijiet
tal-enerġija ogħla minn dawk tal-kompetituri ewlenin tagħna,[5] u qed
isibu diffikultajiet sabiex jiksbu aċċess għal inputs bażiċi bħal
materja prima, xogħol kwalifikat u kapital f’kundizzjonijiet affordabbli. F’dan l-isfond,
il-Kummissjoni bdiet issegwi approċċ integrat dwar il-politika industrijali kif
spjegat fil-Komunikazzjonijiet dwar il-Politika Industrijali tal-2010 u
tal-2012[6]
u ħarġet rakkomandazzjonijiet għat-titjib tat-tkabbir għall-Istati Membri
fil-kuntest tas-Simestru Ewropew. L-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan
l-approċċ politiku fil-livell nazzjonali u fil-livell Ewropew hija kritika
sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tagħna fil-ġejjieni u sabiex jiżdied
il-potenzjal tat-tkabbir tagħna. Sabiex ikunu effettivi, l-azzjonijiet ta’
politika għandhom jiġu kkoordinati sew u konsistenti mil-livell reġjonali
sal-livell tal-UE. Bħala
kontribuzzjoni għad-dibattitu fil-Kunsill Ewropew dwar il-politika
industrijali, din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin
tal-Kummissjoni għall-politika industrijali. Din tibbaża fuq
l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, tagħti ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet li
diġà twettqu u tippreżenta azzjonijiet ġodda magħżula bil-għan li dawn
il-prijoritajiet jinkisbu aktar malajr. Din turi li l-politika industrijali
u politiki oħra tal-UE qed isiru aktar u aktar integrati bil-mod il-mod kif
tindika l-komunikazzjoni ewlenija dwar il-politika industrijali tal-2010 u
għalfejn għandu jissokta dan il-proċess ta' integrazzjoni. L-aktar importanti,
din il-Komunikazzjoni tenfasizza fuq l-importanza ta’ implimentazzjoni
effettiva u sħiħa tal-politika industrijali fl-UE u għandha l-għan li
tiffaċilita dan. F'dan il-proċess
ta' implimentazzjoni ta' riformi biex titjieb il-kompetittività, l-Istati
Membri se jaqdu rwol kbir. L-iżvilupp ta' strumenti ġodda bħas-"Sħubijiet
għat-Tkabbir, l-Impjiegi u l-Kompetittività" jista' jkun siewi ferm biex
titjieb l-effettività fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-riformi.[7] 2.
SUQ EWROPEW UNIKU U INTEGRAT: IL-ĦOLQIEN TA’ POST ATTRAENTI GĦALL-INTRAPRIŻI U
L-PRODUZZJONI Is-suq intern
jibqa’ l-qofol tas-suċċess ekonomiku tal-UE. F’nofs is-snin tmenin (1980s),
is-suq intern biddel il-prospetti għall-ekonomija Ewropea u wara l-kriżi,
is-suq intern jista’ jerġa’ jassumi dan ir-rwol sabiex jagħti nifs ġdid
lill-ekonomija tal-UE bil-għan li jagħmel lill-UE post aktar attraenti
għall-produzzjoni tal-prodotti u s-servizzi. Is-suq intern
jipprovdi lill-kumpaniji tal-UE b’suq domestiku kbir, jiffaċilita t-titjib
tal-produttività billi jnaqqas l-ispejjeż tal-input, jagħti lok għal proċessi
kummerċjali effikaċi u jżid ir-redditi fuq l-innovazzjoni. Madankollu, is-suq
intern għad għandu potenzjal sinifikanti għat-tkabbir, u s-simplifikazzjoni
ulterjuri tar-regoli dwar is-suq intern tista’ tkompli ttejjeb l-effikaċja
ekonomika. It-tisħiħ tas-suq intern jista’ jġib il-bidla teknoloġika aktar
malajr. L-integrazzjoni tal-intrapriżi tal-UE b’mod aktar sod fil-ktajjen
tal-valur reġjonali u globali hija fundamentali għall-kisbiet fil-produttività.
Standards imfassla sewwa u f’waqthom għandhom jaċċelleraw id-diffużjoni
tal-innovazzjonijiet u r-riformi tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali jħeġġu wkoll il-kreattività u l-innovazzjoni. Iżda r-rilaxx
tal-potenzjal sħiħ tas-suq intern jeħtieġ integrazzjoni aħjar tan-netwerks
tal-infrastruttura, implimentazzjoni aħjar u simplifikazzjoni tar-regoli
għall-prodotti u s-servizzi, kif ukoll qafas regolatorju stabbli u prevedibbli,
flimkien ma’ amministrazzjoni pubblika effikaċi u moderna. 2.1.
It-tlestija tal-integrazzjoni tan-netwerks: in-netwerks tal-informazzjoni,
l-enerġija u t-trasport Is-suq intern ma
jistax jiffunzjona mingħajr xkiel mingħajr infrastruttura integrata. L-Att dwar
is-Suq Uniku II jippreżenta erba’ azzjonijiet intiżi biex irawmu l-iżvilupp
tat-trasport bil-baħar, bl-ajru u bil-ferrovija, kif ukoll inizjattiva intiża
biex issaħħaħ l-implimentazzjoni u l-infurzar tat-Tielet Pakkett dwar
l-Enerġija għal-liberalizzazzjoni u l-integrazzjoni tas-swieq Ewropej
tal-enerġija. Fil-bidu tal-2013, il-Kummissjoni pproponiet ir-Raba’ Pakkett
Ferrovjarju bil-għan li tagħmilha aktar faċli għall-operaturi ferrovjarji
sabiex jidħlu u joperaw fis-suq tal-UE.[8]
Fis-settur marittimu, f’Lulju 2013, il-Kummissjoni stabbilixxiet pjanijiet
sabiex tiffaċilita l-formalitajiet doganali għall-vapuri, tnaqqas
il-burokrazija, taqta’ d-dewmien fil-portijiet u tagħmel is-settur aktar
kompetittiv. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tieħu passi biex tinforza
l-obbligi tal-Ajru Uniku Ewropew fl-Istati Membri.[9] Bħalissa,
l-adozzjoni, l-implimentazzjoni sħiħa u/jew l-infurzar ta’ dawn l-inizjattivi
qed jiddewmu. L-iżvilupp ta’
suq intern għall-enerġija jeħtieġ kemm l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas
leġiżlattiv mill-Istati Membri kollha, kif ukoll netwerks tal-enerġija
integrati, li għandhom jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq intern u jnaqqsu
l-ispejjeż tal-enerġija għall-kumpaniji Ewropej. Hemm bżonn investimenti
sinifikanti biex tiġi modernizzata l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ewropa
ħalli jiġu konnessi "gżejjer" tal-enerġija, li bihom ikunu jistgħu
isiru flussi tal-enerġija fis-suq intern u l-industrija tal-UE tkun tista'
tgawdi aktar sigurtà tal-provvista u prezzijiet orħos.[10] L-infrastruttura
tal-UE għandha twieġeb għad-domandi soċjali u takkomoda l-bidla teknoloġika.
L-introduzzjoni ta’ vetturi nodfa u bastimenti li jivvjaġġaw fuq l-ilma
hija sfida ewlenija għall-industrija tal-UE hekk kif qed tipprova żżomm
il-vantaġġ kompetittiv tagħha. Tali żvilupp jiddependi kemm fuq il-provvista
ta’ teknoloġija ġdida kif ukoll fuq l-installazzjoni tal-infrastruttura
meħtieġa għall-utenti. L-adozzjoni tad-Direttiva proposta[11] dwar
l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għandha tagħti
mandat lill-Istati Membri għal kopertura minima ta’ infrastruttura tal-fjuwils
alternattivi, inklużi l-istazzjonijiet taċ-ċarġ tal-vetturi elettriċi bi
standards ta’ interfaċċa komuni. Il-Kummissjoni
qed titlob lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex jadottaw din
il-proposta fil-bidu tal-2014. Kif ġie
ddikjarat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill
Ewropew ta’ Ottubru 2013, il-prodotti u s-servizzi diġitali huma
importanti ħafna għall-aġġornar tal-industrija Ewropea. Bil-għan li tappoġġa
l-iżvilupp tas-servizzi tal-komunikazzjoni, f’Settembru tal-2013 il-Kummissjoni
pproponiet programm ambizzjuż lejn suq uniku fit-telekomunikazzjoni li għandu
l-għan li jippromwovi l-investiment u jieħu l-passi biex tibqa' titnaqqas
il-frammentazzjoni regolatorja fl-UE, filwaqt li jippromwovi l-kompetizzjoni
fil-provvista tas-servizzi broadband. Minbarra l-iżviluppi
infrastrutturali, il-konverġenza tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u
l-informatika man-netwerks tal-enerġija u tal-loġistika qed toħloq
opportunitajiet u sfidi ġodda għall-industrija u s-servizzi relatati. L-isfida
hi li jinfirxu netwerks abilitanti b'mod diġitali bil-livell ta’ sigurtà u
reżiljenza li hemm bżonn biex ikunu jistgħu jappoġġaw in-negozji f'xogħolhom.
L-impatt ta’ dawn il-bidliet qed jibda jinħass u sejjer jipprovdi
opportunitajiet lis-suq, b’mod partikolari għat-teknoloġiji abilitanti
essenzjali. It-tqassim tan-netwerks intelliġenti ser ikun jirrikjedi wkoll
qafas regolatorju addattat għall-iskop, kif ukoll l-iżvilupp ta’ standards ta’
interoperabbiltà xierqa. L-UE, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-industrija lkoll
għandhom rwol x’jaqdu biex titrawwem id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi
kummerċjali u tinħoloq id-dimensjoni industrijali tal-aġenda diġitali. L-infrastrutturi
spazjali u l-applikazzjonijiet industrijali u tas-servizzi relatati
joffru l-potenzjal li jsaħħu l-kompetittività, jiġġeneraw it-tkabbir u joħolqu
l-impjiegi. L-UE għandha rwol sostanzjali x’taqdi f’dan il-qasam, hekk kif
l-ispiża għolja tal-proġetti spazjali tagħmilha aktar ekonomikament vijabbli
għall-Istati Membri li jinvestu u jibbenifikaw b’mod konġunt mill-opportunitajiet
li jirriżultaw minnhom. B'koperazzjoni mal-Istati Membri u
mal-organizzazzjonijiet u l-aġenziji dedikati (bħall-Aġenzija Spazjali Ewropea
u l-Aġenzija Ewropea għas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita
(GSA)), il-Kummissjoni qed tiffinalizza l-infrastrutturi spazjali tal-proġetti
ewlenin tagħha, Galileo u Copernicus, matul il-qafas tal-ippjanar finanzjarju
pluriennali li jmiss. Din se tipproponi regoli li joħolqu l-kundizzjonijiet
teknoloġiċi u regolatorji għall-isfruttament kummerċjali tagħhom. Bi
prijorità, il-Kummissjoni qed tistieden lill-Kunsill u lill-Parlament biex
jadottaw u jimplimentaw il-miżuri msemmija qabel u l-leġiżlazzjoni dwar
l-informazzjoni, l-enerġija, it-trasport, l-ispazju u n-netwerks
tal-komunikazzjoni fl-UE, wara l-proposti li għamlet il-Kummissjoni. Id-dewmien
fl-iskjerament ta’ dawn l-infrastrutturi sejjer ifixkel il-kompetittività
futura tagħna. Billi l-ambjent ekonomiku attwali mhux favorevoli għal
investiment fit-tul, il-Kummissjoni għandha tuża aktar il-bonds tal-proġetti
biex tiffaċilita l-finanzjament ta’ dawn il-proġetti infrastrutturali. 2.2. Suq intern miftuħ u integrat
għall-prodotti u s-servizzi Il-Kummissjoni
pprovdiet impetu ġdid lill-integrazzjoni tas-suq madwar l-UE permezz tal-Atti
dwar is-Suq Uniku I u II u qed titlob lill-ko-leġiżlaturi sabiex jadottaw
il-proposti għalihom, b’mod partikolari fuq inizjattivi bħall-pakkett dwar
is-sigurtà tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq. Il-Kummissjoni
qed tkompli tippromwovi b’mod attiv suq mingħajr xkiel għall-prodotti.
Ir-Reviżjoni tas-Suq Intern għall-prodotti industrijali wriet li s-suq intern
għall-prodotti industrijali huwa addattat għall-iskop tiegħu.[12]
L-industrija bbenefikat mill-iżvilupp tagħha, tant li, matul is-snin,
il-kummerċ ġewwa l-UE ta’ prodotti manifatturati kompla jiżdied. L-Inizjattiva
ta’ Suq Uniku għall-Prodotti Ekoloġiċi tipproponi sett ta’ azzjonijiet intiżi
sabiex jegħlbu l-problemi fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dawn il-prodotti.[13]
Madankollu, sakemm l-Istati Membri ma jeħdux passi ulterjuri fuq
l-implimentazzjoni tal-qafas attwali, in-negozju sejjer ikompli jiffaċċja
spejjeż ogħla bla bżonn u differenzi fl-ispejjeż li qed jirriskjaw li
saħansitra jkomplu jikbru. Il-Kummissjoni se tiżgura li tiġi infurzata
l-armonizzazzjoni u, qabel xejn, se tara li timplimenta u tinfurza l-qafas
leġiżlattiv fis-seħħ u tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-suq
intern. Il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni "Viżjoni għas-suq intern għall-prodotti" tippreżenta
azzjoni biex jinkiseb suq intern aktar integrat ibbażat fuq
ir-razzjonalizzazzjoni tal-qafas regolatorju eżistenti. Il-Kummissjoni se tqis
li telabora proposta leġiżlattiva għal razzjonalizzazzjoni u armonizzazzjoni
tas-sanzjonijiet ekonomiċi ta' natura amministrattiva jew ċivili għal nuqqas
ta' konformità mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni li jiżguraw
trattament ugwali lin-negozji kollha fis-suq intern għall-prodotti
industrijali. In-Netwerk Enterprise Europe mistenni jissaħħaħ ħalli jissaħħaħ
l-appoġġ għall-SMEs fis-suq intern u tkompli tiġi żviluppata l-assistenza għal
aċċess għall-finanzjament, ħalli tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u
l-enerġija tagħhom, u ħalli tiżdied il-kapaċità tal-ġestjoni tal-innovazzjoni
tal-SMEs. L-industrija
tinnegozja kemm prodotti kif ukoll servizzi. L-implimentazzjoni sħiħa
tad-Direttiva dwar is-Servizzi għadha importanti għall-kompetittività
industrijali tal-Ewropa. Hemm żbilanċ ċar bejn il-livell ta’ integrazzjoni
fis-swieq tal-prodotti u s-servizzi u sabiex l-industrija tkun tista’
timmodernizza b’mod effettiv il-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi
għandu jkompli jittejjeb.[14] Sa issa diġà
nkiseb ħafna, iżda l-Istati Membri xorta għandhom jipprovdu riformi u jtejbu
l-implimentazzjoni tar-regoli dwar is-Suq Intern f’xi oqsma. Fil-Komunikazzjoni
tagħha fl-2012[15]
il-Kummissjoni Ewropea diġà stiednet lill-Istati Membri biex jagħmlu sforzi oħra
għall-implimentazzjoni ambizzjuża tad-Direttiva tas-Servizzi.
L-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva tas-Servizzi għandha ttejjeb b'mod
sinifikanti l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, l-aktar għal pajjiżi żgħar
u medji u għall-konsumaturi. It-titjib tal-kompetittività jaf joħloq gwadann
ekonomiku totali addizzjonali ta' madwar 2.6% tal-PDG tal-UE. Il-progress qed
jiġi sorvejlat fis-Semestru Ewropew u l-Kummissjoni stabbilixxiet djalogu
mal-Istati Membri bil-għan li jintlaħqu l-miri maqbula politikament. Il-kompetittività
tal-industrija għandha tibbenifika minn suq intern aktar integrat
għas-servizzi, b’mod partikolari għas-servizzi kummerċjali li jirrappreżentaw
madwar 12% tal-valur miżjud tal-UE. Dan hu eżempju tajjeb ta' qasam fejn
l-integrazzjoni tal-kompetittività industrijali tista' tgħin biex tiżdied
il-kompetittività ġenerali tal-ekonomija tal-UE. Is-servizzi kummerċjali
għandhom jitqiesu kif xieraq fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji
tal-politika industrijali. Wara l-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali
tal-2012, fil-bidu tal-2013, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Livell Għoli dwar
is-Servizzi Kummerċjali. Il-Kummissjoni se teżamina l-ħtieġa għal aktar azzjoni
malli l-grupp jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu f’Marzu 2014. Is-Sistema
ta’ Standardizzazzjoni Ewropea li għadha kif ġiet aġġornata se tiġi segwita
mill-qrib biex jiġi evalwat jekk tridx tiġi tadatta aktar għall-ambjent li qed
jinbidel malajr ħalli tibqa' tikkontribwixxi għall-għanijiet strateġiċi
tal-Ewropa, b’mod partikolari fil-qasam tal-politika industrijali,
l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku. Barra minn hekk,
l-iffissar ta’ standards effettivi u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali
(li tirrappreżenta 50 % tal-assi intanġibbli totali fl-UE) huma kruċjali
għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u għall-iżvilupp ta’ oqsma teknoloġiċi
ġodda. Il-Kummissjoni se ssegwi mill-qrib id-dibattitu li għaddej bħalissa dwar
l-użu u r-rwol li għandu l-IPR fl-istandards u tivvaluta jekk hemmx bżonn li
din tindirizza l-kwistjoni f'inizjattiva dedikata. 2.3.
L-Ambjent tan-Negozju, il-Qafas Regolatorju u l-Amministrazzjoni Pubblika fl-UE Is-saħħa
kompetittiva tal-UE minn dejjem kienet mibnija fuq ambjent istituzzjonali
solidu u prevedibbli, infrastruttura ta’ kwalità, bażi b’saħħitha ta’ għarfien
teknoloġiku u ħaddiema edukati u b’saħħithom. L-Ewropa dejjem tqieset post tajjeb
għan-negozju u l-produzzjoni industrijali, iżda issa qed titlef
il-kompetittività meta mqabbla ma’ reġjuni oħra fid-dinja.[16] Il-fatt li s-suq
intern (b’mod partikolari fis-servizzi) mhuwiex integrat b’mod sħiħ huwa fattur
importanti li jżomm lura l-kisbiet u l-profitti tal-produttività. B’mod
ġenerali, l-Ewropa ma kinitx adattabbli biżżejjed għaċ-ċirkostanzi li bdew
jinbidlu. Il-piżijiet amministrattivi u l-kumplessità regolatorja qed jiġu
eliminati bil-mod wisq u b’mod xejn uniformi, filwaqt li ċerti swieq tax-xogħol
mhumiex flessibbli biżżejjed. Wara l-kriżi finanzjarja, il-legat tat-tnaqqis
fl-ingranaġġ qed ikompli jaffettwa s-sentiment kummerċjali u jżomm lura milli
jkun hemm aktar investiment u krediti ġodda għan-negozji, li b’hekk jagħti
daqqa ta’ ħarta lill-immodernizzar tal-industrija tal-UE. Il-Kummissjoni ssegwi
l-prestazzjoni tal-kompetittività u l-ambjent kummerċjali tal-UE fuq bażi
regolari, b’mod partikolari permezz tal-proċess tas-Semestru Ewropew u
r-Rapport dwar il-Kompetittività tal-Istati Membri skont l-Artikolu 173
tat-TFUE. Rapporti riċenti qed juru sinjali ta’ titjib hekk kif ir-riformi
strutturali qed jibda jkollhom effett, iżda l-progress għadu mhux uniformi fost
l-Istati Membri. Mill-2014, ir-"Rapport
dwar il-Politika u l-Prestazzjoni tal-Kompetittività tal-Istati Membri"
skont l-Artikolu 173 tat-TFUE mistenni jissaħħaħ sabiex jiġi evalwat u
ssir rabta ċara tal-impatt tat-titjib fl-ambjent kummerċjali fuq il-progress
fil-prestazzjoni tal-kompetittività attwali tal-Istati Membri u jitlob
lill-Kummissjoni sabiex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapporti annwali
tagħha sabiex tevalwa kif id-dimensjoni tal-kompetittività industrijali hija
integrata fl-oqsma politiċi rilevanti kollha tal-UE.[17] Fil-livell
tal-UE, il-Kummissjoni se tibqa' ttejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni u
l-ambjent regolatorju sabiex b’hekk tkun aktar addattata, stabbli u
prevedibbli. L-implimentazzjoni tal-Programm dwar l-Idoneità u
l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) u s-segwitu għal-lista
tal-aktar 10 piżijiet regolatorji (kif perċepiti mill-organizzazzjonijiet kummerċjali
u l-partijiet interessati) għandhom jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE u
jnaqqsu l-piżijiet regolatorji fuq in-negozji. Il-Prova tal-Kompetittività
ġiet integrata b’mod sħiħ fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni
għall-proposti ewlenin kollha b’effetti sinifikanti fuq il-kompetittività. Saru
Studji dwar il-Valutazzjonijiet tal-Ispejjeż Kumulattivi f’għadd ta’
setturi (tal-azzar, tal-aluminju) u mistennija jitwettqu f’setturi oħrajn
(pereżempju fl-industriji tas-sustanzi kimiċi u dawk ibbażati fil-foresti) fi
sforz sabiex jiġu stmati ex-post l-ispejjeż konġunti ta’ partijiet differenti
tar-regolamenti nazzjonali u tal-UE fuq is-setturi industrijali. Fl-2014
mistenni jiġi finalizzat kontroll tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni
fis-settur tar-raffinar taż-żejt. Fil-ġejjieni, il-Kummissjoni se twettaq
gradwalment reviżjonijiet komprensivi tal-oqfsa regolatorji u
tal-kompetittività f’kull waħda mill-ktajjen tal-valur industrijali ewlenin,
b’kontrolli tal-idoneità u valutazzjonijiet tal-ispejjeż kumulattivi.[18] Il-Kummissjoni
qed titlob lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri komparabbli fil-livell
nazzjonali bil-għan li jiżguraw li l-isforzi politiċi jżidu l-kompetittività
f’kull parti tal-UE. Il-Kummissjoni se
ssegwi l-progress f’dan il-qasam. Tabilħaqq hemm
varjazzjonijiet sinifikanti fl-approċċ imħaddan mill-amministrazzjoni pubblika
fit-28 Stat Membru lejn is-settur privat. Sabiex kull Stat Membru jkun jista' jisfrutta
l-esperjenzi tal-oħrajn, il-Kummissjoni se tippreżenta inizjattiva dwar l-Amministrazzjoni
Pubblika Favorevoli għat-Tkabbir, li mistennija tipprovdi ħarsa ġenerali
komprensiva lejn l-aqwa prattiki fl-amministrazzjoni pubblika disponibbli
madwar l-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-għodod tal-gvern elettroniku u
l-akkwist pubbliku. 3.
IL-MODERNIZZAZZJONI INDUSTRIJALI: INVESTIMENT FL-INNOVAZZJONI, FIT-TEKNOLOĠIJI
ĠODDA, FL-INPUTS TAL-PRODUZZJONI U FIL-ĦILIET B’riżorsi
naturali u tal-enerġija skarsi u b’miri soċjali u ambjentali ambizzjużi,
il-kumpaniji tal-UE ma jistgħux jikkompetu fuq prodotti bi prezzijiet baxxi u
ta’ kwalità inferjuri. Għaldaqstant, jeħtieġ li dawn jirrikorru
għall-innovazzjoni, il-produttività, l-effiċjenza tar-riżorsi, u l-valur miżjud
għoli biex ikunu jistgħu jikkompetu fis-swieq globali. Il-prodotti u s-servizzi
ta' valur miżjud, il-ġestjoni effettiva tal-katini tal-valur u l-aċċess
għas-swieq mad-dinja se jibqgħu jkunu vantaġġ komparattiv tal-Ewropa
fl-ekonomija dinjija. B’hekk, l-innovazzjoni u l-avvanz teknoloġiku ser jibqgħu
s-sors ewlieni tal-kompetittività għall-industrija tal-UE. Għal din ir-raġuni,
huma bżonn aktar sforzi biex tinkiseb il-mira tal-Ewropa 2020 li jintefqu
3% tal-PGD għar-riċerka u l-iżvilupp (R&D). B'mod
partikolari, it-teknoloġiji diġitali huma fil-qofol taż-żidiet fil-produttività
tal-industrija Ewropea. Is-setgħa trasformattiva u l-impatt dejjem jikber
tagħhom fis-setturi kollha qed jiddefinixxu mill-ġdid il-mudelli tradizzjonali
kummerċjali u tal-produzzjoni u għandhom jirriżultaw f’firxa ta’
innovazzjonijiet potenzjali ta’ prodotti u, b’mod partikolari, servizzi ġodda
mis-servizzi industrijali ("servitisation of industry"). Bħalissa għaddejja tranżizzjoni diġitali
fl-ekonomija globali u l-politika industrijali għandha tintegra
l-opportunitajiet teknoloġiċi ġodda bħall-cloud computing, l-iżviluppi kbar
fid-dejta u fil-ktajjen tal-valur tad-dejta, l-applikazzjonijiet industrijali
ġodda tal-internet, il-fabbriki intelliġenti, ir-robotika, l-istampar 3-D u
d-disinn. 3.1.
Stimolu għall-investiment fl-innovazzjoni u fit-teknoloġiji ġodda Sa mill-bidu
nett tal-kriżi ekonomika, il-livelli mnaqqsa drastikament tal-investiment
fl-innovazzjoni jħassbu bil-kbir dwar il-futur industrijali tal-Ewropa. Il-Kummissjoni
poġġiet sehem dejjem jikber tal-għodod politiċi, regolatorji u finanzjarji
tagħha għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, tar-reġjuni u tal-industrija
bil-għan li trawwem l-investiment fl-innovazzjoni. Il-Programm Orizzont 2020,
b’mod partikolari permezz tal-pilastru tat-tmexxija industrijali tiegħu, se
jipprovdi kważi EUR 80 biljun għar-riċerka u l-innovazzjoni. Dan
jinkludi appoġġ għat-teknoloġiji abilitanti essenzjali, li għandhom
jiddefinixxu mill-ġdid il-ktajjen tal-valur globali, itejbu l-effiċjenza fl-użu
tar-riżorsi u jagħtu għamla ġdida lid-diviżjoni tax-xogħol fuq livell internazzjonali.
Sabiex jiffaċilita l-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka,
il-programm Orizzont 2020 se jiffinanzja wkoll proġetti ta’ dimostrazzjoni u
prototipi eqreb lejn is-suq. Element ewlieni tal-Programm Qafas il-ġdid hu
l-ħidma id f'id mas-settur privat permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati
f'oqsma industrijali ewlenin sabiex din isservi ta' lieva għal aktar
investiment privat. Barra minn hekk,
bl-adozzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid 2014-2020, mill-inqas
EUR 100 biljun minll-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESIF)
ġew disponibbli għall-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-investiment
fl-innovazzjoni, skont il-prijoritajiet tal-politika industrijali. Bejn l-2014
u l-2020, l-investimenti fl-innovazzjoni mill-ESIF se titmexxew
bil-kunċett ta' "Speċjalizzazzjoni Intelliġenti" biex l-Istati
Membri u r-reġjuni jkunu jistgħu jiffukaw l-investiment fuq il-vantaġġi
komparattivi tagħhom u biex jitħeġġeġ il-ħolqien ta' ktajjen tal-valur madwar
l-Ewropa. Ħafna mit-temi proposti skont l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni
Intelliġenti mill-Istati Membri u r-reġjuni huma relatati mas-sitt oqsma
strateġiċi identifikati taħt il-politika industrijali, li jpoġġu pakkett ta’
finanzjament komprensiv għad-dispożizzjoni tar-reġjuni. Hekk kif l-Istati
Membri qed ifittxu dejjem aktar kif jistimulaw l-investiment f’oqsma
industrijali strateġiċi, il-Kummissjoni qed timmodernizza l-Qafas dwar
l-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni u tirriforma
r-regoli dwar l-akkwist pubbliku sabiex toħloq massa kritika fuq in-naħa
tad-domanda u ttejjeb l-effiċjenza fl-allokazzjoni tar-riżorsi b’attenzjoni
sħiħa għar-regoli dwar il-kompetizzjoni u s-suq intern. Il-ħtieġa li
jitħaffef l-investiment fit-teknoloġiji rivoluzzjonarji f’oqsma li qed jikbru
b’rata mgħaġġla kienet ir-raġuni prinċipali għaliex il-Kummissjoni ddeċidiet
li, fil-Komunikazzjoni tal-2012 dwar il-Politika Industrijali, tidentifika
s-sitt oqsma fejn għandu jiġi inkoraġġit l-investiment. Dawn l-oqsma
strateġiċi trasversali huma l-manifattura avvanzata, it-teknoloġiji abilitanti
essenzjali, it-trasport u l-vetturi nodfa, il-prodotti bijoloġiċi,
il-kostruzzjoni u l-materja prima u n-netwerks intelliġenti tal-enerġija.
Il-ħidma tas-sitt taskforces li twaqqfu sena ilu tat iċ-ċans lill-Kummissjoni
tidentifika l-opportunitajiet kif ukoll l-ostakoli għall-innovazzjoni li
jeħtieġu azzjoni politika ulterjuri. Abbażi ta’ din il-ħidma, il-Kummissjoni
ssegwi dawn il-prijoritajiet li ġejjin: ·
Il-manifattura
avvanzata:
l-implimentazzjoni tal-Komunità tal-Għarfien u l-Innovazzjoni fuq
il-manifattura b’valur miżjud u t-twaqqif ta’ Sħubija Pubblika-Privata dwar
l-Industrija tal-Ipproċessar Sostenibbli permezz tal-Effiċjenza fl-Użu
tal-Enerġija u tar-Riżorsi, il-Fabbriki tal-Ġejjieni, il-Fotonika u r-Robotika,
l-aġġornar tal-kapaċità tal-innovazzjoni u l-kompetittività fis-settur
tal-manifattura tal-Ewropa L-integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali fil-proċess
tal-manifattura se tkun prijorità għall-ħidma futura fid-dawl tal-importanza
dejjem tikber tal-internet industrijali. L-użu ta’ "dejta kbira"
mistenni jiġi integrat dejjem aktar fil-proċess tal-manifattura.[19] ·
It-teknoloġiji
abilitanti essenzjali (KETs): din it-task force qed taħdem sabiex
tidentifika proġetti tal-KETs potenzjali ta' interess Ewropew f'għadd ta'
oqsma, fosthom il-batteriji, il-materjali intelliġenti, il-produzzjoni bi
prestazzjoni għolja u l-proċessi bijoloġiċi industrijali; tiffaċilita l-aċċess
pan-Ewropew tal-SMEs għall-infrastruttura teknoloġika; u tkompli tisfrutta
l-possibbiltajiet tal-Memorandum ta’ Qbil iffirmat mal-Bank Ewropew
tal-Investiment. ·
Il-prodotti
bijoloġiċi:
jingħata aċċess għal materja prima sostenibbli bil-prezzijiet tas-suq dinji
għall-produzzjoni ta’ prodotti bijoloġiċi. Dan se jkun jeħtieġ l-applikazzjoni
tal-prinċipju tal-kaskata fl-użu tal-bijomassa u l-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe
distorsjoni possibbli fl-allokazzjoni tal-bijomassa għal użijiet alternattivi
li jistgħu jirriżultaw mill-għajnuna u minn mekkaniżmi oħrajn li jiffavorixxu
l-użu tal-bijomassa għal skopijiet oħrajn (eż. l-enerġija).[20] ·
It-trasport
u l-vetturi nodfa: l-adozzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa
tal-proposta tal-Kummissjoni dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi,
l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva dwar il-Vetturi Ekoloġiċi u inizjattivi
oħrajn tal-H2020 li jippromwovu t-trasport nadif u effiċjenti fl-użu
tal-enerġija, l-osservanza tal-istandards globali għall-karozzi li jaħdmu
bl-elettriku u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet identifikati taħt CARS
2020. ·
Il-kostruzzjoni
u l-materja prima: it-twaqqif ta’ kapaċità ta’ self ta’ EUR 25 biljun
mill-BEI għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-abitazzjoni residenzjali; u
t-titjib fir-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart sostenibbli fil-qasam
tal-kostruzzjoni. ·
In-Netwerks
Intelliġenti tal-Enerġija u Infrastrutturi Diġitali: jinħolqu miri
ulterjuri għall-iżvilupp ta' komponenti intelliġenti tal-enerġija ir-reviżjoni
u l-estensjoni tal-mandati tal-istandardizzazzjoni; u l-iżvilupp u l-gwida fuq
l-indikaturi tal-prestazzjoni.[21]
Il-qasam tal-infrastruttura u s-softwer tal-konnettività għall-internet
industrijali huwa qasam ta’ prijorità fid-dawl tal-importanza dejjem tikber
tiegħu u għandu jgħin fl-integrazzjoni tal-proċessi bi prestazzjoni għolja,
inkluż il-cloud computing. Filwaqt
li tibni fuq il-ħidma tat-task forces, il-Kummissjoni qed tipproponi
lill-Istati Membri sabiex jikkombinaw l-għodod politiċi reġjonali u
industrijali bil-għan li joħolqu Pjattaformi ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti
intiżi sabiex jgħinu lir-reġjuni jimplimentaw programmi ta’ speċjalizzazzjoni
intelliġenti billi jiffaċilitaw il-kuntatti bejn l-intrapriżi u
r-raggruppamenti u jagħtu lok sabiex ikun hemm aċċess għat-teknoloġiji
innovattivi u l-opportunitajiet tas-suq. Fl-aħħar nett,
abbażi ta’ analiżi tal-vantaġġi industrijali u l-assi ewlenin tal-Ewropa,
il-Kummissjoni se tesplora oqsma ta’ attività industrijali fejn l-Ewropa
x’aktarx li jkollha vantaġġ komparattiv fil-ġejjieni. Barra minn hekk,
il-monitoraġġ tax-xejriet fl-investiment mistenni jkollu rwol dejjem aktar
importanti fil-valutazzjoni mwettqa fis-Semestru Ewropew. 3.2.
Iż-żieda tal-effiċjenza fil-produzzjoni u fl-użu tar-riżorsi u l-iffaċilitar
tal-aċċess għal inputs affordabbli għall-produzzjoni L-intrapriżi
tal-UE jeħtieġ li jkollhom aċċess għal inputs essenzjali b’mod sostenibbli u
bl-aqwa termini possibbli, iżda għad hemm problemi sinifikanti fis-swieq
tal-kapital, tal-enerġija u tal-materja prima. a)
Aċċess għall-finanzi Ir-riformi
regolatorji fis-swieq finanzjarji, politika monetarja ġudizzjuża u l-istruttura
superviżorja ġdida pprovduta mill-Unjoni Bankarja rnexxielhom jirrestawraw
l-istabbiltà finanzjarja. Iżda t-tnaqqis tal-ingranaġġ mill-banek qed jagħmilha
aktar diffiċli għall-intrapriżi sabiex jiksbu aċċess għall-krediti bankarji,
speċjalment għall-SMEs fl-Istati Membri fejn il-kriżi kellha impatt
partikolarment qawwi. L-azzjonijiet
politiċi qed jikkontribwixxu sabiex itaffu l-ħtiġijiet kapitali għal skopijiet
speċifiċi. Bejn l-2014 u l-2020, il-politika ta' koeżjoni se tibqa' tipprovdi
aċċess għall-finanzi lill-intrapriżi permezz ta' strumenti finanzjarji. Apparti
għal strumenti finanzjarji tradizzjonali stabbiliti fil-livell
nazzjonali/reġjonali jew transnazzjonali jew transfruntiera, il-prejodu ta'
programmazzjoni l-ġdid jaħseb għall-possibbiltà li jikkontribwixxi riżorsi għal
strument finanzjarju stabbilit fil-livell tal-Unjoni. Dan jinkludi
l-inizjattiva tal-SME li hi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju b'garanziji
tal-UE, kif talab il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2013. Dan joħroġ mill-inizjattiva
li pproponew il-Kummissjoni u l-BEI li biha l-Istati Membri b'mod
volontarju jkunu jistgħu jużaw l-ESIF biex isostnu strumenti finanzjarji li
jipprovdu self lill-SMEs. L-Istati Membri huma mistiedna jikkontribwixxu
Fondi Strutturali u tal-Investiment Ewropej mill-allokazzjonijiet nazzjonali
tagħhom għal din l-inizjattiva, ħalli l-istrument ikun jista’ jikseb massa
kritika u jkollu impatt sinifikanti biex jiżdied is-self lill-SMEs. L-adozzjoni
tal-programmi COSME u Orizzont 2020 mistennija timmultiplika wkoll il-kapaċità
finanzjarja tal-fondi fis-settur pubbliku b’investimenti ta’ ekwità permezz
tal-intermedjarji finanzjarji, bħal fondi ta’ kapital ta’ riskju u suq
pan-Ewropew ta’ kapital ta’ riskju li jiffunzjona tajjeb. L-implimentazzjoni
sħiħa tad-Direttiva dwar Ħlas Tardiv [22]
għandha ttejjeb ukoll il-finanzjament għall-kumpaniji. Il-bidliet leġiżlattivi
riċenti għandhom jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi. Pereżempju, ir-Regolament
dwar ir-Rekwiżiti Kapitali jinkludi fattur ta’ korrezzjoni li jbaxxi r-rekwiżiti
kapitali relatati mar-riskju ta’ kreditu fuq l-espożizzjonijiet
għall-intrapriżi żgħar u medji; id-Direttiva dwar is-Swieq ta’ Strumenti
Finanzjarji (MiFID) riveduta se toħloq pjattaformi dedikati tal-kummerċ
imsejħin "swieq għat-tkabbir tal-SMEs"; id-Direttiva riveduta dwar
it-Trasparenza tabolixxi r-rekwiżit li tiġi ppubblikata informazzjoni
finanzjarja kull tliet xhur; u r-regoli l-ġodda dwar il-Fondi Ewropej ta’
Kapital ta’ Riskju u l-Fondi Ewropej dwar l-Intraprenditorija Soċjali joħolqu
passaport speċjali tal-UE għall-maniġers tal-fondi li jinvestu fl-SMEs li jkunu
għadhom jibdew u fin-negozji soċjali. Minkejja dawn
il-miżuri, l-aċċess għall-finanzi mistenni jibqa’ problematiku. Għalkemm
il-korporazzjonijiet kbar fittxew dejjem aktar il-finanzjament fis-swieq
tal-bonds, l-SMEs Ewropej għadhom jiddependu ħafna fuq il-banek bħala s-sors
ewlieni ta’ finanzjament tagħhom, ferm aktar milli f’partijiet oħrajn
tad-dinja. Il-kriżi frammentat is-suq intern għall-krediti bankarji fl-UE u
r-rati tas-self għolew b’mod sproporzjonat f’xi pajjiżi. Suq intern
għall-kapital fejn l-SMEs jista’ jkollhom aċċess tranfruntiera għall-finanzi
huwa għan li għadu jrid jintlaħaq. F’dan l-isfond,
qed isiru sforzi sabiex jittejbu l-mezzi ta’ trasmissjoni tal-krediti u sabiex jiġu
ddiversifikati s-sorsi tal-finanzjament korporattiv. Sar progress f’diversi
inizjattivi inklużi fl-aġġornament tal-politika industrijali tal-2012.
L-analiżi tat-tweġibiet għall-Green Paper dwar il-Finanzjament fit-Tul
issa għandha twassal għal proposti sabiex jittieħdu miżuri li jiddiversifikaw
is-sorsi ta’ finanzjament għall-SMEs u li jiffaċilitaw l-investimenti fit-tul. Hemm bżonn ukoll
miżuri addizzjonali biex jonqos l-impatt ta' nuqqas ta' finanzjament mingħand
ċertu impriżi, u l-Kummissjoni se tibqa' taħdem mal-Grupp tal-BEI u tappoġġa
inizjattivi bilaterali bejn l-Istati Membri li jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet. b) Enerġija Minkejja
l-kisbiet fl-effiċjenza u li s-swieq tal-enerġija nfetħu b'mod progressiv
għall-kompetizzjoni li wasslu biex naqsu l-prezzijiet bl-ingrossa tal-elettriku
u tal-gass, żdiedu l-prezzijiet bl-imnut għal dawn l-inputs tal-enerġija
essenzjali għall-industrija. Il-prezzijiet bl-imnut tal-elettriku
għall-industrija fl-UE żdiedu b’medja ta’ 3.5% fis-sena, filwaqt li l-prezzijiet
tal-gass żdiedu b’1% bejn l-2008 u l-2012. Minħabba f'hekk, skont id-dejta
tal-Aġenzija Internazzjoni tal-Enerġija[23], il-prezzijiet tal-elettriku
industrijali fl-UE huma stmati li jaqbżu d-doppju ta' dawk fl-Istati Uniti
tal-Amerika u fir-Russja u 20% ogħla milli huma fiċ-Ċina. Id-diskrepanza
fil-prezzijiet għall-gass hi akbar: fl-UE, il-gass jiswa bejn tlieta sa erba’
darbiet aktar milli jiswa għall-kompetituri Amerikani, Russi u Indjani, 12%
ogħla milli huwa fiċ-Ċina, iżda orħos milli huwa fil-Ġappun. Madankollu,
il-prezzijiet li effettivament iħallsu l-utenti industrijali jaf ivarjaw minn
Stat Membru għal ieħor. Il-Komunikazzjoni
dwar il-Prezzijiet tal-Enerġija u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li
jakkumpanjaha jippreżentaw rendikont iddokumentat tajjeb tal-evoluzzjoni
tal-prezzijiet tal-enerġija u t-tliet komponenti ewlenin tagħhom, jiġifieri
l-ispejjeż tal-enerġija, l-ispejjeż tan-netwerks u t-taxxi u l-imposti, inkluż
l-appoġġ għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Għalhekk sehmu qed jonqos,
l-element ta' spiża tal-enerġija jibqa' l-akbar wieħed u jeżistu differenzi
bejn l-Istati Membri. L-ispejjeż tan-netwerks u t-taxxi u l-imposti huma
l-ixprunaturi ewlenin taż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija billi jieħdu sehem
akbar mill-prezz bl-imnut finali. [24] L-evoluzzjoni
tal-ispejjeż tal-enerġija hija kwistjoni ta’ tħassib għall-kompetittività
tal-industriji li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija. L-ispejjeż tal-enerġija
jammontaw għal ishma konsiderevoli fl-ispejjeż totali tal-karti u l-prodotti li
jintużaw fl-istampar, il-prodotti kimiċi, il-ħġieġ u ċ-ċeramika, il-ħadid u
l-azzar u l-metalli mhux tal-ħadid, għalkemm hemm xi varjazzjonijiet fost
l-impjanti, it-teknoloġiji u l-pajjiżi differenti. Il-kompetittività
industrijali u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għadhom għanijiet ewlenin
tal-Unjoni kif rikonoxxut fl-istrateġija Ewropa 2020. Il-politiki differenti
tal-UE jitħabtu sabiex jiksbu l-għanijiet bl-aktar mod kosteffikaċi. -
Min-naħa tal-provvista, il-Programm Orizzont 2020 jipprovdi
finanzjament direttament disponibbli għar-riċerka u l-innovazzjoni relatati
mal-klima u l-enerġija, primarjament permezz tal-Isfida tas-Soċjetà "Enerġija
sigura, nadifa u effiċjenti" u l-inizjattivi ta’ tmexxija industrijali,
bħal SPIRE (Industrija tal-Ipproċessar Sostenibbli permezz tal-Effiċjenza
fl-Użu tar-Riżorsi u tal-Enerġija), SET (Teknoloġija tal-Enerġija b'mod
Strateġiku) u SILC II (Skema tal-Industrija Sostenibbli b’Livell Baxx ta’
Karbonju), li għandhom l-għan li jiżviluppaw u jippromwovu l-użu
tat-teknoloġiji revoluzzjonarji meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri relatati
mal-klima u l-enerġija. -
It-tlestija ta' suq intern integrat b’mod sħiħ għall-enerġija u
l-kompetizzjoni dejjem tikber fis-swieq tal-enerġija għandhom jagħtu ċ-ċans
lill-utenti residenzjali u industrijali jibbenifikaw minn prezzijiet
bl-ingrossa orħos għall-enerġija. -
Aktar żvilupp ta' infrastruttura pan-Ewropea effiċjenti għall-gass
u għall-elettriku, kif ukoll għat-trasportazzjoni ta’ elementi kostitwenti
ewlenin ta’ materja prima, bħall-etilene u l-propilene, għandu jgħin sabiex
jitnaqqsu l-ispejjeż u r-riskji tat-trasport għas-setturi li jagħmlu użu
intensiv mill-enerġija. Il-pipelines eżistenti għandhom jiġu konnessi b’mod
partikolari man-Nofsinhar u l-Lvant tal-Ewropa sabiex jittejbu s-sinerġiji bejn
l-industriji minn Stati Membri differenti u tinkiseb aktar effiċjenza fl-użu
tal-enerġija mal-Ewropa. -
Jeħtieġ li jiġu evitati żidiet sproporzjonati fl-ispejjeż
tal-enerġija minħabba taxxi, imposti jew strumenti oħrajn introdotti
mill-Istati Membri sabiex jimplimentaw politiki differenti. Dan huwa essenzjali
sabiex tiġi żgurata l-kosteffikaċja u għall-kontribuzzjoni għat-titjib
tal-kompetittività tal-UE. Minbarra
din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni adottat pakkett dwar il-klima u
l-enerġija li jiddefinixxi l-pożizzjoni tagħha sal-2030.[25]
Ħlief f’każ wieħed, dan huwa pakkett mhux leġiżlattiv li għandu jagħti lok għal
diskussjonijiet fil-Kunsill Ewropew u fil-Parlament Ewropew li mistennija
jikkontribwixxu biex tiġi finalizzata l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward
tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u kif din tħaddan il-politika dwar
l-enerġija u mal-kompetittività tal-ekonomija tal-UE. ċ)
Il-materja prima u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi L-industrija
tal-UE hija dipendenti l-aktar fuq il-provvista ta’ materja prima minn swieq
internazzjonali,[26]
speċjalment minerali u metalli mhux ipproċessati. Hija tiffaċċja għadd ta’
sfidi fir-rigward tal-aċċess kemm għall-materja prima primarja kif ukoll għal
dik sekondarja tul il-katina kollha tal-valur (l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni,
l-ipproċessar/ir-raffinar, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni). Il-Kummissjoni ilha
involuta fi strateġija li tirrigwardja l-materja prima (l-‘Inizjattiva dwar
il-Materja Prima’) sa mill-2008. Il-Kummissjoni qed trawwem ukoll l-użu
effiċjenti tar-riżorsi u l-iżvilupp ta’ mudelli ċirkolari tan-negozju u
tal-produzzjoni. L-Inizjattiva
tal-Kummissjoni dwar il-Materja Prima għandha dimensjoni esterna qawwija li
tiżgura aċċess ġust u affidabbli għall-materja prima madwar id-dinja kollha,
filwaqt li tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha fin-negozju
tal-materja prima. L-UE rnexxielha tinnegozja regoli dwar l-esportazzjoni
tal-materja prima fil-ftehimiet ta’ kummerċ bilaterali u multilaterali, kif
ukoll irnexxielha ssegwi u tinforza regoli fuq l-ostakoli għall-kummerċ li jolqtu
l-materja prima. Il-Kummissjoni
ser tkompli tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż
eżerċizzju ta’ mmappjar tad-diplomazija tal-materja prima li jinsab għaddej
bħalissa, bil-għan li tissalvagwardja l-aċċess għall-materja prima b’mod
sostenibbli. F’dan il-kapitolu tingħata attenzjoni speċjali lin-negozjati
kummerċjali li għadhom għaddejjin bħalissa u dawk futuri. Fl-2014,
il-Kummissjoni se tqis li telabora Komunikazzjoni dwar is-Sħubija Ewropea
għall-Innovazzjoni (EIP) fuq il-materja prima biex tispjega kif
il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-industrija u l-akkademiċi għandhom
il-ħsieb li jaħdmu flimkien bil-għan li jmexxu ’l quddiem il-Pjan Strateġiku
ta’ Implimentazzjoni 2013 tas-sħubija lejn it-titjib fir-riċerka u
l-innovazzjoni, l-ambjent leġiżlattiv jew l-istandardizzazzjoni. Il-miri konkreti
jinkludu t-tnedija ta’ 10 proġetti pilota maħsuba biex jippromwovu
t-teknoloġiji għall-produzzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima primarja u
sekondarja, biex isibu sostituti għal mill-inqas tliet applikazzjonijiet ta’
materja prima kritika u skarsa, kif ukoll biex joħolqu kundizzjonijiet ta’
qafas aħjar għall-materja prima fl-Ewropa.[27] Sabiex tagħmilha
faċli għall-industrija biex tagħmel din il-bidla, fl-2014, il-Kummissjoni se
tippreżenta inizjattiva leġiżlattiva fuq l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u
l-iskart. L-inizjattiva tibni fuq il-progress li sar fl-implimentazzjoni
tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa Effiċjenti fl-Użu tar-Riżorsi u tistabbilixxi
l-elementi kostitwenti ewlenin li huma meħtieġa sabiex jiġi sfruttat
il-potenzjal ekonomiku tal-UE bil-għan li tkun aktar produttiva filwaqt li tuża
inqas riżorsi u timxi ’l quddiem lejn ekonomija ċirkolari. Dan sejjer jinkludi
l-konklużjonijiet li joħorġu mill-iżvilupp ta’ indikaturi u miri xierqa, kif
ukoll ir-reviżjoni tal-miri ewlenin fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart
(skont il-klawżoli tar-reviżjoni fid-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Iskart,
fid-Direttiva dwar ir-Rimi tal-Iskart f’Landfill u fid-Direttiva dwar
l-Imballaġġ) u t-twettiq ta’ evalwazzjoni ex-post tad-direttivi dwar il-fluss
tal-iskart, inkluża valutazzjoni tal-għażliet sabiex tissaħħaħ il-koerenza
bejniethom. Barra minn hekk
u abbażi tal-valutazzjonijiet preliminari, kull fejn ikun hemm bżonn,
il-Kummissjoni se tipproponi miżuri biex telimina d-distorsjonijiet
tal-prezzijiet li jipprevjenu lill-intrapriżi tal-UE milli jkollhom aċċess
għall-inputs ewlenin għall-industrija bil-prezzijiet tas-suq internazzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura n-newtralità politika fl-aċċess għall-bijomassa
għal skopijiet differenti sabiex tippermetti l-applikazzjoni effiċjenti
tal-prinċipju tal-kaskata fl-użu tal-bijomassa bil-għan li tiżgura l-użu
effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi naturali. Jekk jitqies meħtieġ, din tqis
ukoll miżuri li jippermettu lill-industrija jkollha aċċess bil-prezzijiet
tas-suq globali għal inputs ewlenin bħall-bijoetanol jew il-lamtu għal
attivitajiet industrijali bbażati fuq prodotti bijoloġiċi li joriġinaw minn
setturi tradizzjonali bħall-industrija tas-sustanzi kimiċi, l-industrija
tal-karti u industriji oħrajn ibbażati fuq il-forestrija.[28] 3.3.
L-aġġornament tal-ħiliet u t-tħaffif tal-bidliet industrijali Il-ħiliet huma
preżenti bħala element ewlieni ta’ politika fl-aġenda tal-Ewropa 2020.
Il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ strateġija globali biex ittejjeb is-sistemi
tal-edukazzjoni u t-taħriġ permezz ta' antiċipazzjoni u investiment fil-kapital
uman bl-appoġġ tal-istrumenti finanzjarji tal-UE, għodod biex issegwi
l-ħtiġijiet u x-xejriet tal-ħiliet u t-taħriġ, u inizjattivi speċifiċi li
jlaqqgħu l-atturi rilevanti li jaħdmu mal-apprendistati, l-aktar b'ħiliet
kruċjali fit-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u l-informatika. In-nuqqas
ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet u kwistjonijiet ta'
taħriġ aktarx jibqgħu sfida ewlenija għall-industrija tal-UE fis-snin li
ġejjin, l-aktar minħabba li l-progress fit-teknoloġiji tal-manifattura mistenni
jżid id-domanda għal għadd ta’ ħiliet u taħriġ speċifiċi. Hemm differenzi
sinifikanti fil-kisbiet tal-ħiliet u fl-effettività tas-sistemi tat-taħriġ
vokazzjonali fl-Istati Membri. Dawn u r-rati għoljin tal-qgħad fl-Istati Membri
milquta mill-kriżi jeħtieġu azzjoni bla dewmien biex isir investiment
fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Jeħtieġ ukoll li titjieb il-mobbiltà transfruntiera.
Għal dan il-għan, Il-Kummissjoni adottat riforma komprensiva tal-EURES li
għandha tibni koperazzjoni aktar stretta fost is-Servizzi tal-Impjiegi Pubbliċi
Ewropej tal-UE u taż-ŻEE bil-għan li jiġu ffaċilitati l-mobbiltà u t-tlaqqigħ
tal-ħiliet, permezz ta’ firxa ta’ servizzi u prodotti ġodda. Il-kontribut
tal-apprendistati biex tiġi appoġġata l-kompetittività industrijali huwa
rikonoxxut ferm. Id-differenzi kbar fil-kisbiet tal-ħiliet u fl-effettività
tas-sistemi tat-taħriġ vokazzjonali fl-Istati Membri jikkorrelataw
mal-qgħad akut fl-Istati Membri milquta mill-kriżi. Inizjattivi bħall-Alleanza
Ewropea għall-Apprendistati se jibqgħu jappoġġaw l-iżvilupp ta’ apprendistati
effettivi u ta’ kwalità li jirriżultaw minn sħubijiet b’saħħithom bejn dawk li
jħaddmu u l-edukazzjoni madwar l-UE. Barra minn hekk,
il-Kummissjoni qed tiżviluppa ġenerazzjoni ġdida tal-programm Erasmus
għall-Intraprendituri Żgħażagħ, kif ukoll strumenti oħrajn, bil-għan li tagħmel
disponibbli apprendistati f'intrapriżi fuq bażi transfruntiera [29]bl-involviment
attiv tal-industrija u tal-SMEs. Il-Komunikazzjoni Reviżjoni tal-Edukazzjoni[30]
titlob għal enfasi qawwija fuq l-allinjament tal-provvista tal-ħiliet
mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol madwar l-Ewropa, li issa qed jirrinforzahom u
jappoġġahom il-programm il-ġdid ta’ finanzjament Erasmus+. Il-Kummissjoni
qed tistieden lill-Istati Membri sabiex jappoġġaw dawn l-isforzi. Bħalissa
0.3 % biss tal-popolazzjoni tal-UE qed jiċċaqilqu fi Stat Membru ieħor
kull sena għal skopijiet professjonali, u dan meta mqabbla mat-2.4 %
fl-Istati Uniti tal-Amerika. L-UE għandha rwol uniku biex tħeffef
il-mobbiltà tat-tagħlim bejn iż-żewġ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u
t-taħriġ permezz tal-programm Erasmus+ f'kull livell: fl-apprendistati,
fl-esperjenzi ta' taħriġ u fl-iskambji tal-edukazzjoni ogħla.
Il-parteċipazzjoni tal-industrija u tal-SMEs f’inizjattivi bħal dawn għandha
tkompli tiġi mħeġġa. F’setturi u oqsma emerġenti ta’ attività ekonomika, il-Komunitajiet
tal-Għarfien u l-Innovazzjoni għandhom jgħinu sabiex jagħmlu disponibbli
l-ħiliet li huma meħtieġa f’dawn is-swieq ġodda. F'kull livell,
il-partijiet interessati għandhom jippruvaw jantiċipaw u jmexxu l-bżonnijiet
tal-ħiliet u tat-taħriġ. Il-politika industrijali għandha tħeffef ukoll
il-bidliet industrijali u tgħin biex javvanzaw l-istrutturi industrijali ħalli
jkunu evitati sitwazzjonijiet ta’ ristrutturar, li jaħlu drastiku. Minħabba li
l-impatt tar-ristrutturar jinħass direttament l-aktar fil-livell reġjonali,
il-ġestjoni u l-antiċipazzjoni tal-bidliet jirrikjedu li r-reġjuni jkunu
involuti b’mod attiv. Għaldaqstant, fil-vina tal-istrateġiji ta’ suċċess ta’
"speċjalizzazzjoni intelliġenti", l-inizjattivi politiċi f’dak
il-livell (fuq l-infrastruttura, it-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni)
għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-effetti tar-ristrutturar li jmiss. Sabiex tgħin
lir-reġjuni jimmodernizzaw il-bażi industrijali permezz tal-indirizzar
tar-riżorsi lejn setturi aktar produttivi u sabiex tappoġġa l-isforzi li
jnaqqsu l-impatti soċjali possibbli, il-Kummissjoni se tipproponi approċċ
komprensiv għall-antiċipazzjoni u l-iffaċilitar tal-bidliet industrijali
fil-livell reġjonali. Fl-aħħar nett,
fil-bidu tal-2014 il-Kummissjoni se tippreżenta Komunikazzjoni dwar il-ħolqien
tal-impjiegi fl-ekonomija ekoloġika biex tiffoka l-isforzi fuq is-setturi
ekonomiċi ewlenin b’potenzjal ta’ ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-ħiliet
emerġenti relatati. [31] 4.
INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI U L-INTRAPRENDITORIJA Il-politika
industrijali tal-UE tradizzjonalment tat ħafna attenzjoni lill-SMEs, li ġew
integrati fl-approċċ politiku tagħna. Sa tmiem l-2013, il-Programm
għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) għen lill-istituzzjonijiet
finanzjarji permezz ta' finanzjamenti ġodda ta' madwar EUR 30 biljun
għal aktar minn 315 000 SME, u ħoloq jew żamm direttament madwar
380 000 impjieg. Barra minn hekk, fl-istess perjodu, il-Fondi
Strutturali pprovdew madwar EUR 70 biljun biex jappoġġaw
lill-intrapriżi, l-iktar lill-SMEs. Ġew
iffinanzjati kważi 200 000 proġett li jappoġġaw bosta SMEs, u dawn
jinkludu 78 000 intrapriża ġdida u l-ħolqien ta' mill-inqas
268 000 impjieg permanenti (u salvagwardjati ferm). L-ispejjeż
regolatorji u amministrattivi jista’ jkollhom impatt
fuq l-SMEs sa għaxar darbiet aktar milli fuq kumpaniji akbar. Il-Kummissjoni promwoviet
b’mod sistematiku s-simplifikazzjoni għall-SMEs permezz ta’ eżenzjonijiet għal
mikro-intrapriżi, kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju "Aħseb l-Ewwel
fiż-Żgħir". Il-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-SMEs esperjenzaw titjib
konsiderevoli minn mindu ġie adottat l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) ħames
snin ilu. Iż-żmien u l-ispejjeż medji għall-bidu ta’ negozju tnaqqsu (minn
disat ijiem għal ħamest ijiem u minn EUR 463 għal EUR 372). Madankollu,
iż-żmien u l-ispiża sabiex jinkisbu l-liċenzji kollha meħtieġa sabiex jinbdew
operazzjonijiet kummerċjali għadhom għoljin ħafna f’xi Stati Membri. Il-perspettivi
finanzjarji ġodda għall-perjodu 2014-2020 jagħmlu disponibbli strumenti ġodda u
aktar b’saħħithom b’appoġġ għall-intraprenditorija u l-SMEs. Għall-ewwel darba,
dawn jinkludu programm, imsejjaħ COSME, li huwa mmirat speċifikament
għall-SMEs. Dan għandu baġit ta’ EUR 2.3 biljun, li jiżdied
mal-kontribuzzjonijiet magħmula minn politiki oħrajn tal-UE. Il-politika ta’
koeżjoni l-ġdida tagħti attenzjoni partikolari lill-kompetittività tal-SMEs.
Strument dedikat fil-programm Orizzont 2020 jipprovdi finanzjament għar-riċerka
u l-innovazzjoni fi stadju bikri u b’riskju għoli mill-SMEs. Il-politika
l-ġdida dwar l-iżvilupp rurali tkompli tħajjar intrapriżi ġodda u tixpruna
l-kompetittività tal-SMEs fiż-żoni rurali.[32] Minbarra dan
l-appoġġ finanzjarju, il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għal
Finanzjament tar-Riskju huma partikolarment sensittivi għall-problemi li jsibu
l-SMEs biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom. Intant, sabiex
ikunu jistgħu jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, l-SMEs għandhom jegħlbu
l-ostakoli li jillimitaw it-tkabbir tagħhom. L-SME medja hi iżgħar
fl-Ewropa mill-hi fl-Istati Uniti. Jeżistu differenzi wkoll bejn id-daqs tal-SMEs
fi ħdan l-UE stess. SME medja fil-Ġermanja jkollha 7.6 ħaddiema, imqabbla
mat-3.6 ħaddiema fi Spanja u t-3.2 fl-Italja. Dan għandu konsegwenzi
sinifikanti: aktar ma tkun żgħira l-kumpanija, aktar tkun kbira d-diffikultà
tagħha sabiex tinvesti fl-innovazzjoni, fl-esportazzjoni u fl-integrazzjoni
tal-ktajjen tal-valur globali, biex b’hekk tiġi kompromessa l-kompetittività
tagħhom. Il-potenzjal
tar-raggruppamenti li joħolqu ekosistemi tal-innovazzjoni favorevoli
għal gruppi ta’ SMEs b’rinfurzar reċiproku jeħtieġ li jiġi sfruttat aħjar bħala
mezz għall-promozzjoni tat-tkabbir. Il-Kummissjoni se tiffaċilita t-tlaqqigħ
tal-SMEs li jixtiequ jintegraw f’raggruppamenti ta’ klassi dinjija li jimmiraw
għall-eċċellenza u għal ktajjen tal-valur trans-Ewropej. L-enfasi mhijiex ser
tkun limitata għas-setturi industrijali, iżda fuq l-iffaċilitar
tal-kollaborazzjoni u l-innovazzjoni transettorjali u transfruntiera. Il-ktajjen
b’valur miżjud, mill-akkwist tal-materja prima sas-servizzi tan-negozji u
d-distribuzzjoni, kif ukoll il-links maċ-ċentri tar-riċerka, tat-taħriġ u
tal-edukazzjoni għandhom jiġu integrati aħjar. Il-proġetti ta’ dimostrazzjoni
ffaċilitati mir-raggruppamenti għall-innovazzjoni fil-ktajjen tal-valur se
jiffinanzjahom ukoll il-programm Orizzont 2020 b’appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tirrinforza l-pjan ta’ Azzjoni
għall-Intraprenditorija biex jinkisbu ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali
u sabiex tagħmilha aktar faċli għall-individwi fl-iżvilupp ta’ ideat ġodda fuq
livell kummerċjali. Att
dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) aġġornat jista’ joħloq aktar sinerġiji
mal-proċess ta’ riforma taħt is-Semestru Ewropew, billi jgħin lill-SMEs jikbru
u joħolqu l-impjiegi. Il-Kummissjoni se tqis li tieħu xi azzjonijiet u, jekk
jixraq, se tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda, bil-għan li tiżgura li jkun
possibbli li tinbeda kumpanija f'xi Stat Membru bi spiża massima ta’
EUR 100 u fi żmien tlett ijiem. Se titqies il-mira ta’ xahar biex jinħarġu
l-liċenzji meħtieġa Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qed tixtarr iddaħħalx miżuri
li jnaqqsu t-tul tal-litigazzjoni fil-qorti dwar l-irkupri ta’ krediti
għall-kumpaniji, sabiex tirkupra minn diffikultajiet finanzjarji u sabiex
tevita l-insolvenza permezz ta’ aċċess għal proċeduri kost-effettivi
għar-ristrutturar tad-dejn, kif ukoll sabiex tagħti t-tieni ċans
lill-intraprendituri onesti u tiffaċilita t-trasferiment tan-negozju.
Il-Kummissjoni qed titlob bil-qawwa kollha lill-Istati Membri sabiex jintroduċu
Test tal-SMEs jew sistema ekwivalenti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet
tagħhom u sabiex inaqqsu l-piż amministrattiv.[33] Fl-aħħar nett,
il-Kummissjoni qed tesplora possibbiltajiet ulterjuri sabiex tgħin lill-SMEs
jiżviluppaw sinerġiji transfruntiera filwaqt li jżommu qafas regolatorju
flessibbli u ħafif għall-SMEs. In-netwerks kummerċjali jippreżentaw
opportunitajiet ta’ negozju interessanti, b’mod partikolari sabiex tissaħħaħ
il-koperazzjoni transfruntiera. Bi speċjalizzazzjoni intrakomunitarja msaħħa,
in-netwerks kummerċjali jistgħu jkunu wkoll fattur importanti li
jikkontribwixxi għall-innovazzjoni. Il-Kummissjoni se tesplora sa liema punt,
pereżempju permezz ta’ linji gwida prattiċi, jistgħu jiġu proposti xi miżuri
mmirati (pereżempju kwistjonijiet dwar l-istandards, it-terminoloġija jew
l-ittikkettar) li jistgħu jrawmu l-iżvilupp ta’ netwerks kummerċjali. 5. L-INTERNAZZJONALIZZAZZJONI
TAL-INTRAPRIŻI TAL-UE L-esportazzjonijiet
u l-eċċess kummerċjali tal-UE kellhom rwol importanti fil-mitigazzjoni tal-impatt
tal-kriżi. Bi stima ta’ 90 % ta’ tkabbir globali minn barra l-pajjiż
sal-2015, l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi mistenni jibqa’ fattur
fundamentali għall-kompetittività tal-Ewropa. L-industrija tal-UE baqgħet
fil-biċċa l-kbira tagħha kompetittiva fis-swieq internazzjonali, madankollu,
il-prestazzjoni kontinwa u b’saħħitha tal-esportazzjoni ma tistax tittieħed
bħala fatt. Jeħtieġ li l-intrapriżi Ewropej jibqgħu innovattivi u li jintegraw
fl-istruttura dejjem tikber tal-ktajjen tal-valur li jestendu madwar id-dinja.
L-integrazzjoni fl-ekonomija globali għandha timxi id f’id mal-promozzjoni ta’
swieq miftuħa u ekwi fid-dinja kollha. Il-politika
tal-kummerċ tinsab fil-qalba tal-aġenda tal-internazzjonalizzazzjoni tal-UE,
mhux biss għall-ftuħ tas-swieq iżda wkoll għad-difiża tal-interessi tal-UE u
l-promozzjoni b’mod attiv ta’ kundizzjonijiet ekwi fi swieq terzi. L-UE hi
impenjata biex tibqa' tippromwovi l-kummerċ ħieles permezz tad-WTO, kif juri
l-ftehim li ġie adottat dan l-aħħar dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ. B'mod
parallel, l-UE qed issegwi aġenda ta’ investiment u kummerċ bilaterali mingħajr
preċedenti bil-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles (FTAs), li bħalissa huma l-aktar
mezzi importanti biex jitjieb l-aċċess għas-suq. It-tlestija tan-negozjati li
għaddejjin dwar l-FTA jistgħu potenzjalment jagħtu spinta lill-PDG tal-UE bi 2%
(EUR 250 biljun). Il-Kummissjoni pproponiet ukoll emenda fl-Istrumenti
għad-Difiża tan-Negozju (TDI) u qed titlob lill-Kunsill u lill-Parlament sabiex
jilħqu ftehim rapidu għar-rinfurzar tas-sistema tat-TDI u t-tnaqqis
tal-ispejjeż assoċjati sabiex tkun aktar effettiva fl-infurzar ta’
kompetizzjoni ġusta. 5.1.
L-aċċess għas-suq Wara l-avvanzi
fil-politika barranija komuni, il-bidu tal-Missjonijiet għat-Tkabbir u
l-iżvilupp tal-Istrateġija għall-Aċċess għas-Swieq, l-UE għandha żżid l-isforzi
tagħha sabiex tinvolvi ruħha fid-diplomazija ekonomika, abbażi tas-solidarjetà
bejn l-Istati Membri, u sabiex titkellem b’vuċi aktar b’saħħitha mal-imsieħba
ekonomiċi bil-għan li tiddefendi l-investimenti u l-interessi Ewropej barra
l-kontinent. Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni mhumiex ekwi fis-swieq
globali u qed jiġu imposti kundizzjonijiet inġusti fuq il-kumpaniji Ewropej li
joperaw fi swieq emerġenti ewlenin. Is-settur
Ewropew tal-akkwist pubbliku huwa l-aktar wieħed miftuħ fid-dinja, madankollu,
l-intrapriżi tal-UE jiffaċċjaw diffikultajiet meta jiġu biex jidħlu fis-swieq
tal-akkwist pubbliku barra l-kontinent. Fl-FTAs riċenti, l-UE kisbet titjib
konsiderevoli fl-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku. Pereżempju,
in-negozjati bilaterali mal-Kanada rendew avvanzi sinifikanti fil-ftuħ
tas-swieq tal-akkwist pubbliku fil-livelli sub-federali. Avvanzi simili se jiġu
segwiti f’negozjati bilaterali oħrajn, b’mod partikolari mal-Istati Uniti u
mal-Ġappun. Barra minn hekk,
il-Kummissjoni pproponiet strument ġdid li, jekk jiġi approvat mill-Istati
Membri u mill-Parlament Ewropew, għandu jippermetti lill-UE tindirizza
l-iżbilanċi fis-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku.[34]
Permezz ta’ din il-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti fl-Istati Membri jkunu
jistgħu jeskludu offerenti għal kuntratti kbar li jużaw prodotti u servizzi li
joriġinaw minn pajjiż li mhuwiex fl-UE fejn is-swieq tal-akkwist pubbliku huma
protetti ħafna. Dan huwa eżempju tajjeb ta’ kif ir-reċiproċità tista’ tagħti
riżultati pożittivi għall-UE f’kuntest internazzjonali. Is-servizzi
jirrappreżentaw madwar 40% tal-valur miżjud fl-esportazzjonijiet Ewropej
tal-manifattura. Madwar terz tal-impjiegi ġġenerati minn dawn l-esportazzjonijiet
attwalment jinsabu f’kumpaniji li jfornu lill-esportaturi ta’ prodotti
b’servizzi awżiljarji. Għaldaqstant, servizzi orħos huma fattur varjabbli
importanti fl-ekwazzjoni tal-kompetittività industrijali. It-titjib
tal-integrazzjoni tal-intrapriżi tal-UE fil-ktajjen tal-valur globali għandu
jiffaċilita l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità għolja u jtejjeb
il-kompetittività tal-esportazzjonijiet tal-prodotti u s-servizzi tal-UE. L-isforzi sabiex
tiżdied l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs jispikkaw bħala prijorità
partikolari. Fl-UE, l-ogħla 10 % tal-intrapriżi esportaturi tipikament
jammontaw għal 70-80 % tal-volumi tal-esportazzjoni u l-Kummissjoni se
tfittex li żżid mhux biss il-volumi tal-esportazzjoni, iżda wkoll in-numru ta’
intrapriżi esportaturi bil-għan li tiffaċilita l-integrazzjoni tal-intrapriżi
tal-UE fil-ktajjen tal-valur globali. It-titjib
tal-aċċess għas-swieq jirrikjedi l-użu ta’ taħlita ta’ strumenti politiċi
kummerċjali li jindirizzaw il-problemi konkreti li jkollhom jiffaċċjaw il-kumpaniji
tagħna meta jesportaw jew jinvestu f’pajjiżi terzi. L-Istrateġija tal-Aċċess
għas-Suq għandha rwol fundamentali fl-indirizzar ta’ dawn l-isfidi permezz
tal-isforzi konġunti tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tan-Negozju.
It-tisħiħ tal-koperazzjoni fost il-partijiet interessati differenti għandu jżid
l-effettività u s-suċċess li jingħelbu dawk l-ostakoli. Sabiex
tippromwovi l-aċċess għas-swieq madwar id-dinja, il-Kummissjoni se: •
tibqa' bl-istrateġiji tan-negozjati dwar l-FTA ma' sħab ewlenin tal-kummerċ
bilaterali, fosthom l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun u l-Indja, biex
ittejjeb l-aċċess tal-industrija Ewropea għas-swieq barranin u ssegwi fuq
l-FTAs eżistenti b'monitoraġġ, valutazzjoni u implimentazzjoni regolari. •
tibqa' ssegwi n-negozjati tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv u
l-ftehimiet dwar l-akkreditazzjoni u l-aċċettazzjoni ta’ prodotti industrijali
bejn l-UE u l-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran u l-pajjiżi tas-Sħubija
tal-Lvant. •
tibqa' taħdem fi ħdan il-korpi tad-WTO sabiex tipprevjeni u teħodha kontra
l-pajjiżi terzi li joħolqu ostakoli tekniċi għall-kummerċ, inkluż permezz
tal-użu ta’ soluzzjoni tat-tilwim, jekk ikun hemm bżonn. •
issaħħaħ il-Missjonijiet għat-Tkabbir u tikkapitalizza fuq is-Servizzi
tan-Netwerk Enterprise Europe biex tippromwovi l-internalizzazzjoni tal-SMEs u
biex tappoġġa l-organizzazzjoni u l-azzjonijiet ta’ segwitu tal-Missjonijiet
għat-Tkabbir. •
twettaq djalogi mal-SMEs u trawwem il-koperazzjoni mas-sħab internazzjonali
tagħna — b'mod bilaterali mal-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja, u l-Brażil u
multilateralment fis-Sħubija tal-Lvant, il-Koperazzjoni Industrijali UE-MED, u
t-tkabbir u l-pajjiżi tal-AKP. •
tibqa' timplimenta l-Istrateġija tal-Aċċess għas-Suq bħala strument intiż biex
jindirizza l-problemi konkreti li jiffaċċjaw il-kumpaniji Ewropej, b’enfasi
partikolari fuq l-SMEs, li ta’ spiss jiffaċċjaw l-akbar sfidi fl-indirizzar
tal-ostakoli għall-kummerċ fil-pajjiżi terzi. 5.2.
L-istandardizzazzjoni, il-koperazzjoni regolatorja u d-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali Il-Kummissjoni
se tkompli tippromwovi l-istandards internazzjonali u l-koperazzjoni
regolatorja, billi tibni fuq ir-rwol tal-UE bħala dik li tistabbilixxi
l-istandards de facto u tassumi rwol ewlieni fir-rinforzar tas-sistema
tal-istandardizzazzjoni internazzjonali. Il-koperazzjoni regolatorja ma’
pajjiżi oħrajn ser tkompli tkun prijorità, speċjalment fin-negozjati bilaterali
kontinwi mal-Istati Uniti u mal-Ġappun, fejn l-enfasi primarja se tkun fuq
l-ostakoli li jeżistu ‘wara l-fruntieri’ għall-kummerċ u l-investiment.
Iż-żieda fil-livell ta’ trasparenza u konverġenza regolatorja għandha ssaħħaħ
b’mod sinifikanti l-opportunitajiet barra l-pajjiż għall-kumpaniji tal-UE u
tgħin sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-aċċess għas-swieq. F’dinja fejn
il-kompetittività ta’ spiss tiġi mill-vantaġġ tal-innovatur u mill-immarkar
korporattiv, qed isir dejjem aktar importanti għall-kumpaniji tal-UE li
jiddefendu d-drittijiet tal-proprjetà industrijali tagħhom fis-swieq kollha
rilevanti, speċjalment f’industriji kreattivi fejn il-falsifikazzjoni hija
problema serja. Bil-għan li testendi l-appoġġ ipprovdut lin-negozji,
il-Kummissjoni diġà espandiet in-netwerk tal-helpdesks tagħha dwar
id-drittijiet tal-proprjetà industrijali għal ASEAN u MERCOSUR sabiex tkun
tista’ toffri s-servizzi madwar żona ġeografika usa’, filwaqt li mistennija
tqis estensjonijiet ġeografiċi ulterjuri għall-provvista ta’ tali servizzi ta’
appoġġ. 6. Konklużjoni L-Ewropa għandha
ħtieġa urġenti li ssaħħaħ il-bażi għall-modernizzazzjoni u t-tkabbir
sostenibbli wara l-kriżi. Għal dan il-għan, hija għandha tibgħat sinjal ċar
tal-impenn tagħha għall-industrijalizzazzjoni mill-ġdid, l-immodernizzar
tal-bażi industrijali tal-Ewropa u l-promozzjoni ta’ qafas kompetittiv
għall-industrija tal-UE. L-importanza
tal-isfidi li ġejjin għall-futur tal-Ewropa titlob għal attenzjoni u gwida
politika fl-ogħla livell politiku, jiġifieri l-Kunsill Ewropew. Dan huwa vitali
għall-iżgurar tal-koerenza u l-prijoritizzazzjoni tal-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni
tal-UE. Strateġija industrijali ma tistax titpoġġa fil-prattika bħala politika
awtonoma minħabba li hija għandha bosta interazzjonijiet u effetti li jaħbtu
ma’ ħafna oqsma politiċi oħrajn. Għalhekk
il-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri biex jagħrfu l-importanza fundamentali
tal-industrija sabiex tingħata spinta lill-kompetittività u t-tkabbir
sostenibbli fl-Ewropa u għal konsiderazzjoni sistematika tat-tħassib dwar
il-kompetittività fl-oqsma politiċi kollha. Għal
dan il-għan, il-Kummissjoni qed tqis li ssegwi dawn il-prijoritajiet biex tiġi
appoġġata l-kompetittività tal-industrija Ewropea: ·
Tibqa' ssaħħaħ l-integrazzjoni
tal-kompetittività industrijali f’oqsma politiċi oħrajn sabiex tiġi sostnuta
l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE, fid-dawl tal-importanza tal-kontribut
tal-kompetittività industrijali għar-rendiment tal-kompetittività globali
tal-UE. Pereżempju, għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żieda
tal-produttività fis-servizzi tan-negozju sabiex tiżdied il-kompetittività
industrijali u l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE b’mod ġenerali. ·
Iżżid kemm jista' jkun il-potenzjal
tas-suq intern billi jiġu żviluppati l-infrastrutturi meħtieġa, li joffru qafas
regolatorju stabbli, simplifikat u prevedibbli li jkun favorevoli għall-intraprenditorija
u l-innovazzjoni, li jintegraw is-swieq kapitali, itejbu l-possibbiltajiet
għat-taħriġ u l-mobilità għaċ-ċittadini u jikkompletaw is-suq intern
għas-servizzi bħala fattur ewlieni li jikkontribwixxi għall-kompetittività
industrijali. ·
Timplimenta b'mod deċiżiv l-istrumenti
ta’ żvilupp reġjonali bl-istrumenti nazzjonali u tal-UE li jappoġġaw
l-innovazzjoni, il-ħiliet u l-intraprenditorija sabiex titwassal il-bidla
industrijali u tingħata spinta lill-kompetittività tal-ekonomija tal-UE. ·
Sabiex tħeġġeġ l-investiment, in-negozji
jeħtieġu aċċess għal inputs kritiċi u, b’mod partikolari, għall-enerġija u
l-materja prima, bi prezzijiet affordabbli li jirriflettu l-kundizzjonijiet
tal-ispejjeż internazzjonali. It-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrumenti
politiċi għal għanijiet differenti fil-livelli nazzjonali u tal-UE ma għandhomx
jirriżultaw f’distorsjonijiet tal-prezzijiet li jimplikaw prezzijiet relattivi
sproporzjonalment ogħla għal dawn l-inputs. L-azzjoni għandha tittieħed ukoll
fis-suq intern u fil-livell internazzjonali ħalli jkun żgurat il-provdiment
xieraq ta' dawn l-inputs, u biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u fl-użu
tar-riżorsi, u biex jonqos l-iskart. ·
Tagħmel kulma possibbli sabiex teħfief
l-integrazzjoni tal-intrapriżi tal-UE fil-ktajjen tal-valur globali bil-għan li
tingħata spinta lill-kompetittività tagħhom u jiġi żgurat l-aċċess għas-swieq
globali fuq kundizzjonijiet kompetittivi aktar favorevoli.
Fl-aħħar
nett, l-għan tar-rivitalizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE jappella
għall-approvazzjoni tal-isforzi tal-industrijalizzazzjoni mill-ġdid
f'konformità mal-aspirazzjoni tal-Kummissjoni li żżid il-kontribuzzjoni
tal-industrija għall-PDG għal xejn inqas minn 20% sal-2020.
[1] Rueda-Cantuche, José M.a,
Sousa, Nb., Andreoni, Va. u Arto, Ia. "Is-Suq
Uniku bħala magna għat-tkabbir fl-impjiegi permezz tal-kummerċ estern",
Ċentru Konġunt tar-Riċerka, IPTS, Sevilja, l-2012. F'din il-Komunikazzjoni,
manifattura tirreferi għat-Taqsima Ċ u għad-diviżjonijiet 10 sa 33 ta' NACE
Rev. 2. Industrija tirreferi għal sett usa' ta' attivitajiet, inklużi
attivitajiet ta' tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri u attivitajiet relatati
mal-enerġija. [2] Stima bbażata fuq l-istatistika tal-Eurostat dwar il-kummerċ. Din
iċ-ċifra tirreferi għall-prodotti manifatturati biss u, għalhekk, ma tinkludix
il-flussi kummerċjali tal-enerġija u tal-materja prima fejn l-UE tippreżenta
bilanċ kummerċjali negattiv. [3] Ta' min jinnota li filwaqt li f'xi pajjiżi (fis-Slovakja,
fil-Litwanja, fl-Awstrija, fil-Ġermanja u fil-Pajjiżi l-Baxxi) is-sehem
tal-manifattura fil-PDG żdied mill-2007 'il quddiem, dan naqas fil-bqija
tal-pajjiżi. [4] Rapport tal-2013 dwar il-Kompetittività Ewropea "Lejn
Industrijalizzazzjoni mill-ġdid ibbażata fuq l-għarfien" fuq http://ec.europa.eu/enterprise/policies/industrial-competitiveness/competitiveness-analysis/european-competitiveness-report/files/eu-2013-eur-comp-rep_en.pdf
u "Il-Prestazzjoni tal-Kompetittività tal-Istati Membri u
l-Implimentazzjoni tal-Politika Industrijali tal-UE" fuq http://ec.europa.eu/enterprise/policies/industrial-competitiveness/monitoring-member-states/files/scoreboard-2013_en.pdf.
[5] Kemm għall-elettriku kif ukoll għall-gass, il-prezz differenzjali
mal-kompetituri esterni (bl-eċċezzjoni prinċipali tal-Ġappun) qed jiżdied. [6] COM(2012) 582 finali "Industrija
Ewropea Aktar b'Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku"
tal-10 ta' Ottubru 2012 u COM(2010) 614 finali "Politika
Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni li tpoġġi
l-Kompetittività u s-Sostenibbiltà fix-Xena Prinċipali"
tat-28 ta' Ottubru 2010. Fis-snin riċenti, bosta Stati Membri,
inklużi Franza, Spanja, il-Ġermanja u r-Renju Unit, iddefinixxew ukoll
il-politiki jew l-istrateġiji industrijali fil-livelli reġjonali u nazzjonali. [7] Dawn
l-arranġamenti kuntrattwali li ftiehmu l-Istati Membri b'mod reċiproku jistgħu
jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' aspetti relevanti tal-politika industrijali li
jirriflettu l-prijoritajiet identifikati tal-politika ekonomika fl-analiżi
komuni tal-Kunsill Ewropew dwar il-qagħda ekonomika fl-Istati Membri u fiż-żona
tal-euro bħala tali skont ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. [8] Il-pakkett huwa pass kbir lejn il-ħolqien ta' żona ferrovjarja unika
Ewropea, fejn ferroviji standardizzati u komponenti ferrovjarji jissostitwixxu
b'mod progressiv il-firxa wiesgħa ta' vetturi ferrovjarji mfasslin apposta,
filwaqt li l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi ferrovjarji qed jiġu
ssimplifikati. L-inizjattiva konġunta Shift2Rail għandha tappoġġa dan
il-proċess billi tiġbor flimkien il-fondi pubbliċi u privati sabiex jitħaffu
l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji u soluzzjonijiet ġodda. [9] Fis-settur tat-trasport bit-triq, l-infurzar aħjar
tad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-suq huwa neċessarju sabiex is-suq
ikompli jinfetaħ. L-armonizzazzjoni tar-regoli dwar is-sigurtà u tar-regoli
tekniċi fit-trasport bit-triq diġà seħħet, tant li llum qed tistabbilixxi
x-xena għal liberalizzazzjoni possibbli ta' dan is-settur fil-livell tal-UE. [10] Fl-14 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni adottat lista
ta' 248 proġett ewlieni ta' infrastruttura tal-enerġija li, abbażi tal-linji
gwida l-ġodda għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (TEN-E), għandhom
jibbenefikaw minn proċeduri aktar mgħaġġlin u effikaċi għall-għoti
tal-permessi, kif ukoll minn trattament regolatorju mtejjeb. Barra minn hekk,
f'Diċembru 2013, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew qablu dwar it-twaqqif tal-Faċilità
Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), fond ta' €33.2 biljun sabiex jiffinanzja u
jattira l-investiment intiż biex itejjeb it-trasport, l-enerġija u n-netwerks
diġitali tal-Ewropa. Is-CEF sejjer jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' netwerks
interkonnessi bi prestazzjoni għolja u ambjentalment sostenibbli madwar
l-Ewropa. Fis-CEF, ġew allokati €5.85 biljun għall-infrastruttura tal-enerġija
trans-Ewropea għall-perjodu 2014-20, li għandhom jikkontribwixxu
għall-integrazzjoni tas-suq u għas-sigurtà tal-provvista fis-sistema
tal-enerġija tal-UE. [11] COM(2013) 18 finali tal-24.1.2013
"Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
l-implimentazzjoni ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi". [12] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014) 25 finali tat-22.01.2014
"Viżjoni għas-suq intern għall-prodotti". [13] Din l-inizjattiva tipproponi metodi komuni sabiex titkejjel
il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti u l-organizzazzjoni. Il-provvista ta'
informazzjoni ambjentali komparabbli u affidabbli dwar il-prodotti għandha
tiffaċilita l-integrazzjoni tas-swieq għal dawk il-prodotti madwar l-UE. [14] Rapport dwar l-Integrazzjoni tas-Suq Uniku fuq http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2013:0785:FIN:EN:PDF
[15] Il-Komunikazzjoni tat-8 ta' Ġunju 2012
(COM(2012) 261 finali "Sħubija għal tkabbir ġdid fis-servizzi 2012 –
2015". [16] Fl-2008, ir-rapport 'Doing Business' tal-Bank Dinji elenka tmien Stati
Membri fil-lista tal-aqwa 20, tlieta minnhom saħansitra fil-lista tal-aqwa 10.
Fl-2013, kien hemm biss sitt Stati Membri fil-lista tal-aqwa 20, bi tnejn
minnhom mal-aqwa għaxra. [17] Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività
tat-2-3 ta' Diċembru 2013. [18] Barra minn hekk, qed jittieħdu inizjattivi sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni
tar-regolamenti f'oqsma speċifiċi. Pereżempju, bħalissa qed tiġi riveduta
l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart bil-għan li din issir aktar ċara u
faċilment infurzabbli u bil-għan li jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ ta' materja
prima sekondarja. [19] Ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jmiss "Avvanzi
fil-Manifattura – Avvanzi fl-Ewropa". [20] Għal deskrizzjoni u interpretazzjoni
tal-prinċipju ta' kaskata, ara http://ec.europa.eu/research/bioeconomy/pdf/201202_commision_staff_working.pdf
- Dokument ta' Ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja
l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-Bijoekonomija – ara
l-paġni 25-26, it-tieni paragrafu fit-taqsima 1.3.3.1. u http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+REPORT+A7-2013-0201+0+DOC+PDF+V0//EN
– Opinjoni tal-Parlament Ewropew fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar
l-Istrateġija tal-Bijoekonomija – ara l-partita 28 fil-paġni 6-7. [21] Riċentament il-Kummissjoni għażlet żewġ proġetti ta' netwerks
intelliġenti bħala Proġetti ta' Interess Komuni għall-infrastruttura
tal-enerġija trans-Ewropea. [22] Id-Direttiva Ewropea 2011/7/UE dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv fi
tranżazzjonijiet kummerċjali tas-16.2.2011 fuq http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2011:048:0001:0010:en:PDF
[23] Dawn il-prezzijiet mhumiex ikkoreġuti permezz ta' differenzi
fil-kwalità, billi l-provvista tal-elettriku tal-UE hija aktar affidabbli
b'inqas qtugħ tas-servizzi minn f'dawn il-pajjiżi. [24] COM(2014) 21 finali tat-22 ta' Jannar 2014
"Il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-enerġija fl-Ewropa". Ara din
il-Komunikazzjoni għal rendikont iddettaljat tal-evoluzzjoni tal-ispejjeż u
l-prezzijiet tal-enerġija. [25] COM(2014)
15 finali "Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija fil-perjodu
2020-2030", COM(2014)
20 finali "Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar l-istabbiliement u l-operazzjoni ta' riżerva ta’ stabbiltà
tas-suq għad-Direttiva 2003/87/KE li temenda l-iskema tal-Unjoni dwar
l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra", COM(2014)
23 finali "Dwar l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarboni
(bħall-gass tax-shale) bl-użu ta' fratturazzjoni idrawlika b'volum għoli
fl-UE" u C(2014) 267 finali "Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni
dwar il-prinċipji minimi għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarboni
(bħall-gass tax-shale) bl-użu ta' fratturazzjoni idrawlika b'volum għoli
fl-UE", ilkoll tat-22.01.2014. [26]
L-ispejjeż tal-materjali jirrappreżentaw aktar minn 40% tal-ispejjeż
tal-manifattura bħala medja skont il-VDI (L-Assoċjazzjoni tal-Inġiniera
Ġermaniżi) "L-Istruttura tal-Ispejjeż tas-Settur tal-Manifattura". Hu
stmat li aktar effiċjenza fl-użu tar-riżorsi jaf inaqqas il-ħtiġijiet
tal-inputs materjali bi 17-24% sal-2030. Ara "L-immudellar makroekonomiku
tal-iżvilupp sostenibbli u r-rabtiet bejn l-ekonomija u l-ambjent" (2011),
GWS et al għall-Kummissjoni fuq: http://ec.europa.eu/environment/enveco/studies_modelling/pdf/report_macroeconomic.pdf [27] Fil-kuntest tat-tieni pilastru tal-Inizjattiva dwar il-Materja Prima,
fl-2014 il-Kummissjoni se tippubblika Rapport dwar l-Indikaturi Nazzjonali
tal-Politika dwar il-Minerali fuq il-prestazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward
tal-ħruġ tal-permessi u l-ippjanar tal-użu tal-art, kif ukoll it-tnedija ta'
konsultazzjoni pubblika sabiex jiġu esplorati mal-partijiet interessati kollha
l-għażliet politiċi lejn l-armonizzazzjoni possibbli ta' xi aspetti tal-proċeduri
tal-ħruġ tal-permessi u l-ippjanar tal-użu tal-art. [28] Ara t-taqsimiet dwar l-industrija tas-sustanzi kimiċi u l-industriji
bbażati fuq il-forestrija fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal ta'
akkumpanjament. [29] Ara l-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas ta'
Kwalità għall-Apprendistati, tal-4.12.2013, COM(2013) 857 finali [30] COM(2012) 669 finali, "Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu
fil-Ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar" tal-20.11.2012. [31] L-aspetti soċjali u tal-impjiegi fir-rigward tal-antiċipazzjoni
tal-bidla u r-ristrutturar ġew indirizzati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
tat-13 ta' Diċembru 2013 (COM/2013) 882 finali). [32] Għall-potenzjali speċifiku ta' "tkabbir blu", ara
COM(2012) 494 finali "It-Tkabbir Blu -
opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak
marittimu" tat-13.9.2012. [33] Dawn il-proposti se jiġu kkoordinati u mistennija jikkomplimentaw
azzjonijiet oħrajn li qed jitħejjew fil-qasam tal-Ġustizzja bil-għan li jiġu
ffaċilitati l-irkupri tad-djun transfruntiera. F'dak il-qasam ukoll u bħala
segwitu għall-Komunikazzjoni tal-2012 dwar "Approċċ ġdid għall-falliment u
l-insolvenza tan-negozji", l-istandards minimi għandhom jippermettu
lill-kumpaniji li jsibu ruħhom f'diffikultajiet finanzjarji jirristrutturaw
id-djun tagħhom b'mod effiċjenti u jevitaw l-insolvenza tagħhom. [34] COM(2012)
124 finali tal-21.3.2012, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi minn pajjiżi terzi għas-suq
intern tal-Unjoni fl-akkwist pubbliku u l-proċeduri li jappoġġaw in-negozjati
dwar l-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist
pubbliku ta' pajjiżi terzi.