Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0222

P7_TA(2014)0222 Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, id-Direttiva 2011/83/UE li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (COM(2013)0512 – C7-0215/2013 – 2013/0246(COD)) P7_TC1-COD(2013)0246 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), vaganzi kollox kompriż, tours kollox kompriż u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE [Em. 1]

ĠU C 378, 9.11.2017, pp. 610–637 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/610


P7_TA(2014)0222

Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, id-Direttiva 2011/83/UE li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (COM(2013)0512 – C7-0215/2013 – 2013/0246(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 378/62)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0512,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0215/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 (1),

wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0124/2014),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 73.


P7_TC1-COD(2013)0246

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), vaganzi kollox kompriż, tours kollox kompriż u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE [Em. 1]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (3) tistipula għadd importanti ta’ drittijiet tal-konsumatur f’relazzjoni mal-vjaġġi b’kollox inkluż, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, l-obbligu ta’ kummerċjanti f’relazzjoni mal-eżekuzzjoni ta’ pakkett u l-protezzjoni kontra l-insolvenza ta’ organizzatur jew ta' bejjiegħ. Madankollu, hu meħtieġ li jiġi adattat il-qafas leġiżlattiv għall-iżviluppi tas-suq, sabiex jagħmluha aktar adattat għas-suq intern, jelimina l-ambigwitajiet u l-lakuni leġiżlattivi mill-qrib.

(2)

It-turiżmu għandu sehem importanti fl-ekonomiji tal-Unjoni u vjaġġi kollox kompriż , vaganzi kollox kompriż u turs kollox kompriż ('pakketti turistiċi') jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti ta’ dan is-suq. Is-suq tal-ivvjaġġar għadda minn tibdil konsiderevoli mindu ġiet adottata d-Direttiva 90/314/KEE. Minbarra l-ktajjen ta’ distribuzzjoni tradizzjonali, l-internet sar mezz dejjem aktar importanti biex joffri servizzi tal-ivvjaġġar. Servizzi tal-ivvjaġġar mhumiex biss ikkombinati fil-forma ta’ vjaġġi kollox kompriż tradizzjonali mħejjija minn qabel, iżda sikwit jingħaqdu b’mod personalizzat. Ħafna minn dawn il-prodotti tal-ivvjaġġar huma f'qasam griż legali jew huma b’mod ċar mhux koperti bid-Direttiva 90/314/KEE. Din id-Direttiva, għalhekk, għandha l-għan li tadatta l-kamp ta' applikazzjoni ta’ protezzjoni għal dawn l-iżviluppi, iżżid it-trasparenza u zzid iċ-ċertezza legali għall-vjaġġaturi u n-negozjanti. [Em. 2]

(3)

L-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri li hi tadotta skont l-Artikolu 114 tat-TFUE.

(4)

Id-Direttiva 90/314/KEE tagħti diskrezzjoni wiesgħa lill-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam mat-traspożizzjoni u, għalhekk, diverġenzi sinifikanti bejn il-liġijiet tal-Istati Membri jibqgħu. Il-frammentazzjoni legali twassal għal spejjeż ogħla għan-negozji u ostakli għal dawk li jixtiequ joperaw b’mod transfruntiera, u b’hekk tillimita l-għażla tal-konsumaturi.

(5)

Skont l-Artikolu 26(2) tat-TFUE, is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi, u l-libertà ta' stabbiliment huma żgurati. L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn ta’ kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta hija meħtieġa għall-ħolqien ta’ suq intern reali tal-konsumatur f’dak il-qasam, li ssib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-intrapriżi. [Em. 3]

(6)

Il-potenzjal transfruntiera ta' suq ta' vjaġġi kollox kompriż fl-Unjoni bħalissa mhuwiex sfruttat bis-sħiħ. Id-differenzi fir-regoli tal-protezzjoni tal-vjaġġaturi fi Stati Membri differenti huma diżinċentiv għal vjaġġaturi fi Stat Membru milli jixtru pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta fi Stat Membru ieħor, u bl-istess mod, diżinċentiv għall-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut fi Stat Membru wieħed milli jbigħu servizzi bħal dawn fi Stat Membru ieħor. Sabiex il-konsumaturi u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta.

(7)

Il-maġġoranza ta’ vjaġġaturi li jkunu qed jixtru pakketti huma konsumaturi fis-sens tal-liġi tal-konsumatur tal-Unjoni. Fl-istess ħin, mhuwiex dejjem faċli li ssir distinzjoni bejn il-konsumaturi u r-rappreżentanti tan-negozji ż-żgħar jew professjonisti li jibbukkjaw vjaġġi relatati ma’ negozju jew mal-professjoni tagħhom permezz tal-istess prenotazzjoni bħala konsumaturi. Dawn il-vjaġġaturi ta' spiss jeħtieġu livell simili ta’ protezzjoni. B’kuntrast, kumpaniji jew organizzazzjonijiet ikbar ta' spiss jagħmlu l-arranġamenti tal-ivvjaġġar għall-impjegati, il-membri u r-rappreżentanti tagħhom fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ qafas għal vjaġġar fuq negozju li jispeċjalizzaw fl-arranġament ta’ vjaġġi fuq xogħol. Dan l-aħħar tip ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar ma jirrikjedix il-livell ta’ protezzjoni maħsuba għall-konsumaturi. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tapplika għal vjaġġaturi fuq negozju biss sakemm ma jkunux għamlu arranġamenti għall-ivvjaġġar fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ qafas. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni mad-definizzjoni fid-definizzjoni tat-terminu “konsumatur”f’direttivi oħrajn użata f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-konsumatur, persuni protetti skont din id-Direttiva għandhom jiġu riferuti bħala “vjaġġaturi”. [Em. 4]

(8)

Billi servizzi tal-ivvjaġġar jistgħu jiġu kombinati f’ħafna modi differenti, huwa xieraq li jiġu kkunsidrati bħala pakketti l-kombinazzjonijiet kollha ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li juru karatteristiċi li vjaġġaturi tipikament jassoċjaw ma’ pakketti, b'mod partikolari li servizzi separati tal-ivvjaġġar ikunu ggruppati flimkien f’prodott wieħed tal-ivvjaġġar li għalih l-organizzatur jassumi r-responsabbiltà għal eżekuzzjoni korretta. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (4), ma għandha tagħmel l-ebda differenza jekk servizzi tal-ivvjaġġar humiex kombinati qabel kwalunkwe kuntatt mal-vjaġġatur jew btalba ta’ jew skont l-għażla magħmula mill-vjaġġatur. L-istess prinċipji għandhom japplikaw irrispettivament jekk minn jagħmel il-prenotazzjoni ssir permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar magħruf jew onlajn.

(9)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, pakketti għandhom ikunu distinti minn arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta , fejn aġenti onlajn jew magħrufa jassistu vjaġġaturi billi jiġu kombinati kkombinati servizzi tal-ivvjaġġar li jwasslu lill-vjaġġatur biex jikkonkludi kuntratti ma’ fornituri differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, inkluż permezz ta’ proċessi marbuta ta' prenotazzjoni b’mod immirat , li ma jkollhomx dawk il-karatteristiċi u li fir-rigward tagħhom ma jkunx xieraq li japplikaw l-obbligi kollha li japplikaw għal pakketti. [Em. 5]

(10)

Fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq, huwa xieraq li jiġu definiti aktar pakketti fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi liema alternattivi fil-biċċa l-kbira jirrigwardaw il-mod li bih servizzi tal-ivvjaġġar huma ppreżentati jew mixtrija u fejn dawk il-vjaġġaturi jistgħu raġonevolment jistennew li jkunu protetti bid-Direttiva. Dak huwa l-każ, pereżempju, meta servizzi differenti tal-ivvjaġġar huma mixtrija għall-istess vjaġġ jew vaganza fl-istess proċess ta’ prenotazzjoni minn punt uniku ta’ bejgħ jew fejn dawn is-servizzi jiġu offruti jew imposti bi prezz inklussiv jew totali. Għandu jiġi kkunsidrat li servizzi tal-ivvjaġġar jiġu akkwistati fl-istess proċess ta’ prenotazzjoni jekk ikunu magħżula qabel ma l-vjaġġatur ikun aċċetta li jħallas.

(11)

Fl-istess ħin, arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta għandhom ikunu distinti minn servizzi tal-ivvjaġġar li vjaġġaturi jibbukkjaw b’mod indipendenti, ta’ spiss fi żminijiet differenti, anki għall-iskop tal-istess vjaġġ jew btala. Arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta onlajn għandhom wkoll ukoll jiġu distinti minn websajts konnessi li m'għandhomx l-objettiv li jikkonkludu kuntratt mal-vjaġġatur u mil-links li permezz tagħhom vjaġġaturi jkunu sempliċiment infurmati dwar aktar servizzi tal-ivvjaġġar b’mod ġenerali u mhux immirat , bħal pereżempju meta lukanda jew organizzatur ta’ avveniment jinkludu fuq il-websajt tagħhom lista tal-operaturi kollha li joffru servizzi ta’ trasport għall-post indipendentement minn kull prenotazzjoni, jew meta cookies jew metadejta jintużaw biex jagħmlu riklami fuq il-websajts relatati mad-destinazzjoni tal-ivvjaġġar u/jew il-perjodu speċifikat għall-ewwel servizz tal-ivvjaġġar magħżul . [Em. 6]

(12)

Ix-xiri ta’ servizz ta' vjaġġar bl-ajru fuq bażi awtonoma bħala servizz uniku ta' vjaġġar ma jikkostitwixxix la pakkett u lanqas arranġament ta' vjaġġar marbut.

(13)

Għalhekk, f'din id-Direttiva għandhom jiġu stabbiliti regoli partikolari kemm għal bejjiegħa bl-imnut magħrufa u dawk onlajn li jassistu vjaġġaturi, fl-okkażjoni ta’ żjara waħda jew kuntatt ma’ punt ta’ bejgħ tagħhom stess, għall-konklużjoni ta' kuntratti separati ma’ fornituri individwali ta’ servizzi u għal , fejn il-vjaġġatur jagħżel u jaqbel li jħallas kull servizz tal-ivvjaġġar separatament. Tali regoli għandhomn japplikaw ukoll għal bejjiegħa onlajn li, permezz ta’ proċessi marbuta ta' bbukkjar onlajn, jiffaċilitaw l-akkwist ta’ servizzi addizzjonali għall-ivvjaġġar minn kummerċjant ieħor b’mod immirat, fejn tal-anqas l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-vjaġġatur jiġu trażmessi lill-kummerċjant l-ieħor u tali serizzi addizzjonali jiġu pprovduti l-iktar tard meta 24 siegħa wara li l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz hija kkonfermata tkun ikkonfermata . Dawn ir-regoli se japplikaw pereżempju, fejn, flimkien ma’ konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar bħal titjira jew vjaġġ bil-ferrovija, konsumatur jirċievi stedina biex jibbukkja servizz tal-ivvjaġġar addizzjonali disponibbli fil-post magħżul tal-ivvjaġġar, pereżempju akkomodazzjoni f’lukanda, b’rabta mas-sit tal-ibbukkjar ta’ fornitur ieħor tas-servizz jew intermedjarju. Filwaqt li dawn l-arranġamenti ma jikkostitwixxux pakketti fis-sens ta’ din id-Direttiva minħabba li ma jistax ikun hemm konfużjoni li organizzatur uniku assuma r-responsabbiltà għal servizzi tal-ivvjaġġar, tali arranġamenti marbuta jikkostitwixxu mudell ta’ negozju alternattiv li ta' spiss jikkompetu jikkompeti mill-qrib ma' pakketti. [Em. 7]

(14)

Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u biex ikun protett il-konsumatur, l-obbligu li tiġi pprovduta biżżejjed xhieda ta’ sigurtà għar-rifużjoni ta’ pagamenti bil-quddiem u r-ripatrijazzjoni ta’ vjaġġaturi f’każ ta’ insolvenza għandu japplika wkoll għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta.

(14a)

Dehru prattiki onlajn li permezz tagħhom il-kummerċjanti li jiffaċilitaw l-akkwist ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ma pprovdewx b'mod ċar u mhux ambigwu l-għażla ta' prenotazzjoni biss tas-servizz ewlieni u li s-servizzi ulterjuri ma jingħażlux. Prattiki bħal dawn għandhom jitqiesu bħala qarrieqa għall-vjaġġaturi. Peress li l-qafas legali eżistenti għadu ma ppermettiex l-eliminazzjoni tagħhom u minħabba li huma speċifiċi għall-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, dawn il-prattiki għandhom jiġu pprojbiti taħt din id-Direttiva. [Em. 8]

(15)

Biex tiżdied iċ-ċarezza għall-vjaġġaturi u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati dwar it-tipi differenti ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar offruti, huwa xieraq li jobbligaw lill-kummerċjanti biex jiddikjaraw in-natura tal-arranġament b’mod ċar u jinfurmaw il-vjaġġaturi bid-drittijiet tagħhom. Dikjarazzjoni ta’ kummerċjant dwar in-natura legali tal-prodott tal-ivvjaġġar li qed jiġi kkummerċjalizzat għandha tikkorrispondi man-natura legali vera ta' dak il-prodott konċernat. L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jintervjenu fejn negozjanti ma jipprovdux informazzjoni preċiża lil vjaġġaturi.

(15a)

Qabel ma jħallsu, il-konsumaturi għandhom ikunu konxji jekk hux qed jagħżlu vjaġġi kollox kompriż jew arranġament tal-ivvjaġġar marbut, u tal-livell korrispondenti ta’ protezzjoni. [Em. 9]

(15b)

Il-kummerċjanti li jiffaċilitaw l-akkwist ta' arranġament tal-ivvjaġġar marbut għandhom jikkomunikaw b'mod ċar lill-vjaġġatur qabel ma dan tal-aħħar ikun marbut b'xi kuntratt jew b'xi offerta rispettiva ta' arranġament tal-ivvjaġġar marbut, li biex jiżgura l-benefiċċji tad-Direttiva li japplikaw għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbut, il-kuntratti l-oħra kollha li jagħmlu parti mill-arranġament tal-ivvjaġġar marbut għandhom ikunu kkonfermati fi żmien l-24 siegħa segwenti. Fejn il-konsumaturi ma jiġux mgħarrfa dwar din l-informazzjoni jew fejn din l-informazzjoni tkun inkorretta, tqarraq jew imħollija barra, dan jista' jikkostitwixxi prattika kummerċjali inġusta. [Em. 141]

(16)

Biss il-kombinazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar differenti, bħall-akkomodazzjoni, it-trasport ta’ passiġġieri permezz tax-xarabank, bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajru, kif ukoll il-kiri tal-karozzi, għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġi identifikat pakkett jew arranġament ta' vjaġġ assistit marbut . Iljieli f’lukanda flimkien ma’ pakketti addizzjonali, bħal biljetti għal musicals jew trattamenti fi spa għandhom jiġu esklużi meta dan il-pakkett ma jiġix ikkummerċjalizzat speċifikament lill-vjaġġatur bħala parti sinifikanti tal-vjaġġ jew jekk is-servizz anċillari ma jkunx jikkostitwixxi b’mod ċar il-karatteristika essenzjali tal-vjaġġ. Akkomodazzjoni għal skopijiet residenzjali, inkluża li b'mod ċar mhijiex għal skop ta' turiżmu, bħal pereżempju għal korsijiet tal-lingwa fit-tul, ma għandhomx jitqiesu ma għandhiex titqies bħala akkomodazzjoni fit-tifsira ta’ din id-Direttiva. [Em. 11]

(16a)

It-trasport bix-xarabank, bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajruplan, li jinkludi akkomodazzjoni, pereżempju, vjaġġi bil-lanċa f’kabini jew vjaġġi bil-ferrovija f’vaguni għall-irqad, għandu jitqies bħala servizzi ta’ vjaġġ individwali, jekk f’dan il-każ jidher b’mod ċar li t-trasport hu l-karatteristika predominanti u li tali trasport mhuwiex ikkombinat ma' servizz ieħor tal-ivvjaġġar. [Em. 12]

(17)

Servizzi turistiċi oħrajn, bħal ammissjoni għal kunċerti, avvenimenti sportivi, eskursjonijiet jew parks għal avvenimenti huma servizzi li, flimkien ma’ ġarr ta’ passiġġieri, l-akkomodazzjoni u/jew il-kiri tal-karozzi, għandhom jitqiesu bħala kapaċi li jikkostitwixxu pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar assistit marbut . Madankollu, dawn il-pakketti għandhom ikunu biss fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jekk servizz turistiku rilevanti jammonta għal parti sinifikanti tal-pakkett. Ġeneralment, servizz turistiku għandu jitqies bħala parti sinifikanti tal-pakkett jekk dan huwa jiġi kkummerċjalizzat speċifikament għall-vjaġġaturi bħala tali, ikun jirrappreżenta b'mod ċar ir-raġuni tal-vjaġġ, jekk ikun ekwivalenti għal aktar minn 20 % tal-prezz totali jew inkella jirrappreżenta fattur essenzjali tal-vjaġġ jew btala. Servizzi anċillari bħal , b'mod partikolari, l-assigurazzjoni , bħall-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, it-trasport bejn stazzjon tal-ferrovija u l-akkomodazzjoni, it-trasport fil-bidu tal-vjaġġ kif ukoll dak li jagħmel parti minn eskursjonijiet, it-trasport tal-bagalji, ikliet u  s-servizzi ta' tindif t-tindif pprovduti bħala parti ta’ akkomodazzjoni, ma għandhomx jitqiesu bħala servizzi turistiċi bi dritt proprju tagħhom. [Em. 13]

(18)

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kuntratti li bihom negozjant jintitola l-vjaġġatur wara l-konklużjoni tal-kuntratt biex jagħżel fost għażla ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, bħal fil-każ ta’ pakkett ta' rigal tal-ivvjaġġar, għandhom jikkostitwixxu pakkett. Barra minn hekk, għadd ta’ servizzi ta’ vjaġġar għandhom jitqiesu bħala pakkett fejn l-isem jew id-dettalji u dejta personali oħra tal-vjaġġatur , bħal dettalji ta' kuntatt, dettalji tal-karta ta' kreditu jew dettalji tal-passaport, li huma meħtieġa biex tkun konkluża tranżazzjoni tal-prenotazzjoni huma trasferiti bejn in-negozjanti mhux aktar tard minn meta 24 siegħa wara li l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz hija kkonfermata. Id-dettalji neċessarji għall-konklużjoni tat-tranżazzjoni tal-prenotazzjoni jirrelataw ma' dettalji tal-kard tal-kreditu jew informazzjoni oħra meħtieġa sabiex jinkiseb il-pagament tkun ikkonfermata. Min-naħa l-oħra, it-trasferiment sempliċi ta’ dettalji bħad-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew il-ħinijiet tal-ivvjaġġar ma għandux ikun biżżejjed. Barra minn hekk, il-kruċieri u l-vjaġġi ta’ ħafna ġranet bil-ferrovija li jinkludu akkomodazzjoni għandhom jgħoddu bħala vjaġġi kollox kompriż, għax jikkombinaw it-trasport, l-akkomodazzjoni u l-ikliet . [Em. 14]

(19)

Billi hemm inqas ħtieġa li jiġu protetti l-vjaġġaturi f’każijiet ta’ vjaġġi għal żmien qasir, u sabiex jiġi evitat piż mhux meħtieġ għall-kummerċjanti, vjaġġi li jdumu anqas minn 24 siegħa li ma jinkludux akkomodazzjoni kif ukoll pakketti organizzati b'mod okkażjonali, għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikażzjoni ta' din id-Direttiva il-pakketti u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jiġu offruti b'mod okkażjonali jew ikkombinati minn persuna fiżika jew ġuridika, bħal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, inklużi organizzazzjonijiet tal-karità, klabbijiet tal-futbol u skejjel li ma jakkwistaw ebda profitt finanzjarju dirett jew indirett mill-bejgħ ta' tali pakketti jew mill-faċilitazzjoni ta' tali arranġementi tal-ivvjaġġar marbuta; [Em. 15]

(19a)

L-Istati Membri għandhom jibqgħu kompetenti, skont il-liġi tal-Unjoni, għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal oqsma li ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu iżommu jew idaħħlu leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, jew xi wħud minnhom, rigward kuntratti li ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jiġu offruti okkażjonalment jew ikkombinati minn persuna fiżika jew ġuridika fejn ma jkun hemm ebda gwadann finanzjarju dirett jew indirett magħmul mill-bejgħ ta' dawn il-pakketti jew mill-faċilitazzjoni ta' dawn l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jestendu fuq perjodu ta' anqas minn 24 siegħa u ma jinkludux akkomodazzjoni. [Em. 16]

(20)

Il-karatteristika ewlenija ta' vjaġġ kollox kompriż huwa li tal-inqas negozjant wieħed huwa responsabbli bħala organizzatur għat-twettiq xieraq tal-pakkett kollu kemm hu. Għalhekk, huwa biss f’każijiet fejn kummerċjant ieħor qed jaġixxi bħala l-organizzatur ta’ pakkett, li kummerċjant, tipikament aġent tal-ivvjaġġar magħruf jew onlajn, ikun kapaċi jaġixxi bħala sempliċiment bejjiegħ bl-imnut jew intermedjarju u ma jkunx responsabbli bħala organizzatur. Jekk negozjant qed jaġixxi bħala organizzatur għal pakkett partikulari għandux jiddependi fuq l-involviment tiegħu fil-ħolqien ta’ pakkett kif definit skont din id-Direttiva, u mhux fuq id-denominazzjoni li bih twettaq in-negozju tiegħu. Fejn żewġ kummerċjanti jew aktar jissodisfaw kriterju li tagħmel il-kombinazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar bħala pakkett u fejn dawk il-kummerċjanti ma infurmawx lill-vjaġġatur liema minnhom huwa l-organizzatur tal-pakkett, il-kummerċjanti rilevanti kollha għandhom jitqiesu bħala l-organizzaturi.

(20a)

Id-Direttiva 90/314/KEE ħalliet f'idejn l-Istati Membri biex jiddefinixxu jekk il-bejjiegħa bl-imnut, l-organizzzaturi, jew it-tnejn li huma, għandhomx ikunu responsabbli mill-prestazzjoni xierqa ta' pakkett. Dik il-flessibilità rriżultat f'ambigwità f'xi Stati Membri dwar jekk il-kummerċjanti involuti fil-pakkett kinux responsabbli rigward it-twettiq tas-servizzi relevanti, partikolarment fil-proċess ta' prenotazzjoni onlajn. Għalhekk, ikun adegwat li jiġi ċċarat f'din id-Direttiva li l-organizzaturi huma responsabbli mit-twettiq tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt, sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix espressament ukoll il-possibilità li l-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut jinżammu responsabbli. [Em. 17]

(21)

Fir-rigward ta’ pakketti, il-bejjiegħa bl-imnut għandhom ikunu responsabbli flimkien mal-organizzatur biex tiġi pprovduta informazzjoni prekuntrattwali. Fl-istess ħin għandu jiġi ċċarat li l-bejjiegħa bl-imnut huma responsabbli għal żbalji fi prenotazzjoni , meta huma jagħmlu żbalji fil-proċess tal-prenotazzjoni . Biex tkun faċilitata l-komunikazzjoni, partikolarment f’kawżi transfruntiera, vjaġġaturi għandhom ikollhom il-possibbiltà li jikkuntattjaw l-organizzatur ukoll permezz tal-bejjiegħ bl-imnut li jkunu xtraw il-pakkett minnu. [Em. 18]

(22)

Il-vjaġġatur għandu jirċievi l-informazzjoni essenzjali kollha qabel ma jixtri pakkett, kemm jekk jinbiegħ permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, jew minn fuq il-bank jew kif ukoll permezz ta’ tipi oħrajn ta’ distribuzzjoni. Il-kummerċjant meta jagħti din l-informazzjoni għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ vjaġġaturi li huma partikolarment vulnerabbli minħabba l-età tagħhom jew infermità fiżika, dawk li l-kummerċjant seta' raġonevolment jipprevedi.

(23)

Informazzjoni ewlenija, pereżempju dwar il-karatteristiċi prinċipali ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jew il-prezzijiet, ipprovduti fir-riklami, fil-websajt tal-organizzatur jew f’fuljetti bħala parti tal-informazzjoni prekuntrattwali, għandha tkun vinkolanti, sakemm l-organizzatur jirriżerva l-possibbiltà li jagħmel emendi għal dawk l-elementi u sakemm dawn il-bidliet huma b’mod ċar u prominenti kkomunikati lil min jivvjaġġa qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. Madankollu, fid-dawl ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni, ma għadx hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fuq fuljetti, filwaqt li huwa xieraq li jiġi żgurat li, f’ċerti ċirkostanzi, bidliet li jkollhom impatt fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt huma kkomunikati bejn il-partijiet fuq mezz li jservi fit-tul aċċessibbli għal referenza futura. Dejjem għandu jkun possibbli li jsiru bidliet f’dik l-informazzjoni fejn iż-żewġ partijiet kontraenti jiftehmu espliċitament dwar dan. [Em. 19]

(23a)

Madankollu, fid-dawl ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni li jistgħu jgħinu biex jiżguraw li l-vjaġġaturi jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata fil-ħin tal-prenotazzjoni u t-tendenza dejjem tikber tal-prenotazzjoni ta’ pakketti tal-ivvjaġġar onlajn, m’għadx hemm bżonn ta’ regoli speċifiċi li jirrikjedu fuljetti stampati. [Em. 20]

(23b)

Il-ħinijiet tat-titjiriet għandhom ikunu parti fissa mill-kuntratt u huma waħda mill-karatteristiċi ewlenin ta’ servizz tal-ivvjaġġar. Huma m'għandhomx ivarjaw b'mod sinifikanti mill-ħinijiet indikati lill-vjaġġaturi fl-informazzjoni prekuntrattwali. [Em. 21]

(24)

Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva huma eżawrjenti, iżda għandhom ikunu bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati f’leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni (5).

(25)

Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż, id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għandhom jitniżżlu, għaż-żmien ta’ qabel u wara l-bidu tal-pakkett, b’mod partikolari jekk il-pakkett ma jiġix eżegwit kif jixraq, jew jekk jinbidlu ċ-ċirkostanzi partikolari.

(26)

Billi pakketti huma normalment mixtrija żmien twil qabel l-eżekuzzjoni tagħhom, jistgħu jseħħu avvenimenti mhux previsti. Għalhekk il-vjaġġatur għandu, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun intitolat li jittrasferixxi pakkett għal vjaġġatur ieħor. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-organizzatur għandu jkun jista’ jirkupra l-ispejjeż tiegħu, pereżempju jekk subkuntrattur jeħtieġ tariffa għall-bdil ta' isem il-vjaġġatur jew għall-kanċellazzjoni ta' biljett tat-trasport u l-ħruġ ta' wieħed ġdid. Il-vjaġġaturi għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jikkanċellaw il-kuntratt fi kwalunkwe żmien qabel il-bidu tal-pakkett billi jħallsu kumpens xieraq, kif ukoll id-dritt li jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jitħallas kumpens fejn dan ma jistax jiġi evitat u ċirkustanzi straordinarji bħal gwerra , inkluż terroriżmu, jew diżastru naturali inklużi ċikluni u terremoti, jew instabbiltà politika, li tipperikola s-sikurezza tal-vjaġġaturi se jaffettwaw b’mod sinifikanti pakkett , meta dawn l-attivitajiet ikunu ġraw wara l-konklużjoni tal-kuntratt tal-ivvjaġġar . Ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji għandhom b’mod partikolari jitqiesu li jeżistu fejn rapporti kredibbli u pubblikament disponibbli, bħal rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jagħtu parir kontra l-ivvjaġġar għall-post tad-destinazzjoni. [Em. 22]

(27)

F’sitwazzjonijiet speċifiċi, l-organizzatur għandu jkun intitolat ukoll li jittermina l-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr pagament ta’ kumpens, pereżempju jekk in-numru minimu ta’ parteċipanti ma jintlaħaqx u fejn din il-possibbiltà ġiet riżervata fil-kuntratt. F’tali sitwazzjoni, l-organizzatur għandu jinforma b’mod adegwat lill-vjaġġaturi li jistgħu jintlaqtu minn din il-klawsola tal-kuntratt. [Em. 23]

(28)

F’ċerti każijiet l-organizzaturi għandhom jitħallew jagħmlu tibdiliet unilaterali għall-kuntratt ta’ vjaġġ b'kollox kompriż. Madankollu, il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw il-kuntratt jekk l-emendi proposti jbiddlu b’mod sinifikanti kwalunkwe mill-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Żidiet fil-prezzijiet għandhom ikunu possibbli biss jekk kien hemm bidla fil-prezz tas-servizzi tat-trasport tal-passiġiera li tirriżulta mill-prezz tal-fjuwil għat-trasport ta’ passiġġieri, fit-taxxi jew il-miżati imposti minn parti terza li mhux direttament involuta fl-eżekuzzjoni ta' servizzi tal-ivvjaġġar inklużi jew fir-rati tal-kambju rilevanti għall-pakkett u jekk is-setgħa li jiġi rivedut il-prezz kemm ’il fuq u ’l isfel tkun espressament riżervata fil-kuntratt. Żidiet fil-prezzijiet għandhom ikunu limitati għal 10 % Il-vjaġġaturi għandu jkollhom id-dritt jikkanċellaw il-kuntratt bla ma jkunu obbligati jħallsu kumpens jew li jaċċettaw alternattiva ta’ vjaġġ tal-istess valur offruta mill-organizzatur, jekk iż-żidiet fil-prezz jaqbżu t-8 % tal-prezz oriġinali tal-pakkett. [Em. 24]

(28a)

Żieda fil-prezz għandha dejjem tiġi ġġustifikata fuq medju durabbli. Jekk ikun hemm żieda fil-prezz ta’ aktar minn 8 %, il-vjaġġatur għandu jiġi offrut fuq medju durabbli l-possibbiltà li jirtira mill-kuntratt jew alternattiva li jibbukkja vjaġġ ekwivalenti għall-valur tal-vjaġġ ibbukkjat oriġinarjament. Jekk il-vjaġġatur ma japprofittax minn din il-possibbiltà, għandu jitqies li l-pakkett tal-ivvjaġġar bil-prezz miżjud ġie aċċettat. L-oneru tal-prova ta’ aċċess għall-notifikazzjoni fuq medju durabbli għandu jkun tal-organizzatur. [Em. 25]

(29)

Huwa xieraq li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar ir-rimedji fir-rigward ta' nuqqas ta’ konformità fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż. Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jkollu problemi solvuti u, fejn parti sinifikanti tas-servizzi kuntrattati ma jistgħux ikunu pprovduti, il-vjaġġatur għandu jiġi offrut arranġamenti alternattivi. Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati wkoll għal tnaqqis fil-prezz u/jew kumpens għad-danni. Il-kumpens għandu jkopri wkoll kwalunkwe dannu immaterjali, b’mod partikolari f’każ ta’ vaganza mħassra, u, f’każijiet iġġustifikati, spejjeż li l-vjaġġatur ġarrab meta rriżolva l-problema hu nnifsu.

(30)

Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, huwa xieraq li jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma’ konvenzjonijiet internazzjonali li jkopru servizzi tal-ivvjaġġar u mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Meta l-organizzatur huwa responsabbli għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni ħazina tas-servizzi inklużi fil-kuntratt ta' vjaġġ b'kollox kompriż, l-organizzatur għandu jkun jista’ jinvoka l-limitazzjonijiet tar-responsabbilità ta’ fornituri tas-servizz stabbiliti f’dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Montreal tal-1999 għall-Unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (6), il-Konvenzjoni tal-1980 dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) (7) u l-Konvenzjoni ta’ Ateni tal-1974 dwar it-Trasport tal-Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar (8). Fejn huwa impossibbli, minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, biex jiżguraw ir-ritorn tal-vjaġġatur lejn il-post tat-tluq, l-obbligu tal-organizzatur li jħallas l-ispejjeż tas-soġġorn kontinwat tal-vjaġġatur fil-post ta’ destinazzjoni għandu jkun allinjat mar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)  (*1).

(31)

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ vjaġġaturi biex il-pretensjonijiet ikunu ppreżentati kemm b'din id-Direttiva u bi kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod li l-vjaġġaturi se jkomplu jkollhom il-possibilità li jindirizzaw it-talbiet lill-organizzatur, it-trasportatur jew kwalunkwe parti oħra responsabbli, jew, skont kif ikun il-każ, għal diversi partijiet. Għandu jiġi ċċarat li ma jistgħux jakkumulaw id-drittijiet permezz ta’ bażijiet legali differenti jekk id-drittijiet jħarsu l-istess interess jew li jkollhom l-istess objettiv. Madankollu, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-vjaġġaturi jirċievu kumpens xieraq u fil-ħin f’każijiet fejn il-kuntratt ma jkunx sar b'mod komplut minn waħda mill-partijiet ma għandhiex timponi piż mhux raġonevoli u sproporzjonat fuq l-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut. Minbarra l-obbligu tagħhom li jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas ta’ konformità jew biex jikkumpensaw lill-vjaġġaturi, l-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut għandu wkoll ikollhom id-dritt li jfittxu rimedju minn kwalunkwe parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li jkun skatta l-kumpens jew obbligi oħra. Ir-responsabbiltà tal-organizzatur u tal-bejjiegħ bl-imnut għalhekk hija mingħajr preġudizzju għad-dritt għal dak id-dritt li jitfittex rimedju minn partijiet terzi, inklużi fornituri ta’ servizzi. [Em. 27]

(32)

Jekk il-vjaġġatur hu isib ruħu f’diffikultà waqt il-vjaġġ jew il-vaganza, l-organizzatur għandu jkun obbligat li jagħti assistenza fil-pront. xierqa mingħajr dewmien indebitu. Tali assistenza għandha tikkonsisti prinċipalment fil-forniment, fejn xieraq, ta' informazzjoni dwar aspetti bħalma huma s-servizzi tas-saħħa, awtoritajiet lokali u assistenza konsulari, kif ukoll għajnuna prattika, pereżempju fir-rigward ta’ komunikazzjoni mill-bogħod u  l-provvista ta' arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar. [Em. 28]

(33)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Marzu 2013 intitolata 'Il-protezzjoni tal-passiġġieri fil-każ ta’ insolvenza ta' linja tal-ajru', il-Kummissjoni stabbiliet miżuri li jtejbu l-protezzjoni ta’ vjaġġaturi fil-każ ta’ insolvenza ta' linja tal-ajru, inkluż infurzar aħjar tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u l-impenn mal-partijiet interessati tal-industrija, fin-nuqqas ta' dan, miżura leġiżlattiva tista' tiġi kkunsidrata. Dik il-Komunikazzjoni tikkonċerna x-xiri ta’ komponent individwali, jiġifieri servizzi tal-ivvjaġġar bl-ajru, u għalhekk hija mingħajr preġudizzju għal regoli eżistenti fuq il-pakketti u ma tipprevenix lil-leġiżlaturi biex jipprovdu għal protezzjoni mill-insolvenza wkoll għal xerrejja ta’ kombinazzjonijiet oħra moderni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar.

(34)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vjaġġaturi li jixtru pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar assistit marbut huma kompletament protetti kontra l-insolvenza tal-organizzatur, tal-bejjiegħ bl-imnut wara li ffaċilita l-arranġament tal-ivvjaġġar assistit marbut jew ta’ kwalunkwe fornitur ta’ servizzi intrapriżi involuti fl-arranġament tal-ivvjaġġar marbut . L-Istati Membri li fihom organizzaturi ta' pakketti u l-bejjiegħa bl-imnut jiffaċilitaw arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti huma stabbiliti, għandhom jiżguraw li negozjanti li joffru dawn il-kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha li saru minn vjaġġaturi u għal ripatrijazzjoni tagħhom f’każ ta’ insolvenza. Filwaqt li tinżamm id-diskrezzjoni rigward il-mod li bih tingħata protezzjoni mill-insolvenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki tagħhom dwar l-iskemi tal-protezzjoni nazzjonali tal-insolvenza huma effettivi u jistgħu jiggarantixxu ripatrijazzjoni f’waqtha u r-rifużjoni immedjata lill-vjaġġaturi kollha affettwati mill-insolvenza. Fejn vjaġġatur jippreferi jkompli l-pakkett jew l-arranġament tal-ivvjaġġar marbut, minflok jikseb rimborż sħiħ, il-protezzjoni mill-insolvenza tista’, fejn xieraq, tipprevedi l-issodisfar ta’ kuntratti eżistenti, sabiex tippermetti li l-pakkett jew l-arranġament tal-ivvjaġġar marbut jitkomplew mingħajr ebda spiża addizzjonali għall-konsumatur. Il-protezzjoni mill-insolvenza meħtieġa għandha tqis ir-riskju finanzjarju attwali tal-attivitajiet tal-organizzatur, il-bejjiegħ bl-imnut jew il-fornitur ta’ servizz rilevanti jew ta’ intrapriża involuta fl-arranġament tal-ivvjaġġar marbut , inkluż it-tip ta’ kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li jbigħu, it-tibdil staġonali prevedibbli, kif ukoll il-limitu ta’ pagamenti bil-quddiem u l-mod li bih dawn ikunu assigurati. Skont id-Direttiva 2006/123/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, f’każijiet fejn protezzjoni mill-insolvenza għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ garanzija jew polza tal-assigurazzjoni, dik il-garanzija ma tistax tkun limitata għal ċertifikati maħruġa minn operaturi finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru partikolari. [Em. 29]

(35)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment ħieles tas-servizzi, l-Istati Membri għandhom jiġu espliċitament obbligati jirrikonoxxu protezzjoni mill-insolvenza skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ stabbiliment. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tan-negozji li huma attivi fi Stati Membri differenti fir-rigward ta’ protezzjoni mill-insolvenza, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jaħtru punti ta’ kuntatt ċentrali.

(36)

Fir-rigward arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, lil hinn mill-obbligu li tingħata protezzjoni mill-insolvenza u tinforma lill-vjaġġaturi li l-fornituri individwali tas-servizzi huma responsabbli biss tal-eżekuzzjoni kuntrattwali tagħhom, il-kuntratti rilevanti huma soġġetti għal leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u ġenerali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(37)

Huwa xieraq li jiġu protetti l-vjaġġaturi f’sitwazzjonijiet fejn bejjiegħ bl-imnut jirranġa l-prenotazzjoni ta’ pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar marbut u fejn il-bejjiegħ bl-imnut jagħmel żbalji fil-proċess tal-prenotazzjoni.

(38)

Huwa wkoll xieraq li jiġi kkonfermat li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet imnissla minn din id-Direttiva u l-organizzaturi jew il-kummerċjanti li jiffaċilitaw arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ma jistgħux jaħarbu mill-obbligi tagħhom billi jistqarru li huma sempliċiment qed jaġixxu bħala fornitur ta’ servizz tal-ivvjaġġar, intermedjarju jew f’xi kapaċità oħra.

(39)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistipulaw penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(40)

L-adozzjoni ta’ din id-Direttiva tagħmilha meħtieġ li jiġu adattati ċerti atti ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Filwaqt li titqies id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011dwar id-drittijiet tal-konsumatur  (11) fil-forma attwali tagħha ma tapplikax għal kuntratti koperti mid-Direttiva 90/314/KEE, huwa meħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/83/UE biex jiġi żgurat li din tapplika għal arranġamenti tibqa’ tapplika fir-rigward ta’ servizzi individwali li huma parti minn arranġament tal-ivvjaġġar assistiti marbut, sakemm dawn is-servizzi individwali ma jkunux esklużi mill-ambitu tad-Direttiva 2011/83/UE u li ċerti drittijiet tal-konsumatur stabbiliti f’dik id-Direttiva japplikaw ukoll għal pakketti. [Em. 30]

(41)

Din id-Direttiva għanda tkun bla preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u għal-liġi ta' kuntratti nazzjonali għal dawk l-aspetti li mhumiex regolati biha. Billi l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-kisba ta’ livell għoli u kemm jista' jkun uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumatur ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(42)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Karta). Din id-Direttiva, b’mod partikolari, il-proposta tirrispetta l-libertà tat-twettiq ta’ negozju stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, skont l-Artikolu 38 tal-Karta.

(43)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (13), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew iktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I

Suġġett, livell ta' armonizzazzjoni, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta' din id-Direttiva għandha huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-kisba ta’ livell għoli u kemm jista’ jkun uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti fir-rigward tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward kuntratti dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta konkluż bejn passiġġieri u negozjanti. [Em. 31]

Artikolu 1a

Livell ta’ armonizzazzjoni

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'din id-Direttiva, l-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew idaħħlu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fid-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet aktar jew anqas stretti li jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur. [Em. 32]

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal pakketti offruti għall-bejgħ jew mibjugħa minn kummerċjanti għall-vjaġġaturi, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 17, u għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta bl-eċċezzjoni tal-Artikoli minn 4 sa 14, l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21(1).

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jkopru perjodu ta’ inqas minn 24 siegħa sakemm l-akkomodazzjoni mal-lejl hija inkluża;

(aa)

pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jiġu offruti okkażjonalment jew jiġu kkombinati minn persuna fiżika jew ġuridika fejn ma jinkisibx profitt finanzjarju dirett jew indirett mill-bejgħ ta' dawn il-pakketti jew il-faċilitazzjoni ta' dawn l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta u fejn il-vjaġġatur ikun ġie infurmat b'mod xieraq mill-kummerċjant responsabbli li din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal tali pakkett jew arranġament ta' vjaġġar; [Em. 33]

(b)

kuntratti anċillari li jkopru servizzi tal-ivvjaġġar, li huma pprovduti bħala servizzi addizzjonali għall-pakketti u li huma bbukkjati mingħajr l-involviment tal-organizzatur jew kuntratti anċillari li jkopru servizzi finanzjarji; [Em. 34]

(c)

pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta fuq il-bażi ta’ qafas ta' kuntratt ta’ bejn dak li jħaddem tal-vjaġġatur u negozjant li jispeċjalizza fl-arranġament ta’ għal vjaġġar għan-negozju bejn negozju li vjaġġatur ikun qed jivvjaġġa f'ismu u negozjant ; [Em. 35]

(d)

pakketti fejn mhux aktar minn servizz wieħed tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punti (a), (b), u (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 3 hu kkombinat ma’ servizz tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (d) tal-punt 1 tal-Artikolu 3 jekk dan is-servizz tal-aħħar ma jammontax għal parti sinifikanti tal-pakkett jew ma jirrappreżentax b'mod ċar ir-raġuni għall-vjaġġ jew is-servizz anċillari ma jkunx ikkummerċjalizzat b'mod ċar bħala l-element ewlieni tal-vjaġġ ; jew [Em. 36]

(e)

kuntratti awtonomi għal servizz tal-ivvjaġġar wieħed.

(ea)

trasport ta’ passiġġieri permezz tax-xarabank, bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajru li jinkludi l-akkomodazzjoni, jekk il-komponent ewlieni jkun b'mod ċar it-trasport u jekk tali trasport ma jiġix ikkombinat ma’ servizzi oħrajn tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punti (b), (c) jew (d) tal-punt 1 tal-Artikolu 3. [Em. 37]

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“servizz tal-ivvjaġġar” tfisser

(a)

it-trasport ta' passiġġieri,

(b)

l-akkomodazzjoni għal skopijiet mhux residenzjali , sakemm tali akkomodazzjoni sservi skop turistiku b'mod ċar , [Em. 38]

(c)

il-kiri ta’ karozza karozzi, vetturi jew mezzi oħra ta’ trasport, jew [Em. 39]

(d)

kwalunkwe servizz turistiku ieħor mhux anċillari għat-trasport ta’ passiġġieri, l-akkomodazzjoni jew il-kiri ta’ karozza ta’ karozzi, vetturi oħra jew mezzi oħra ta’ trasport [Em. 40]

(2)

“pakkett” (“package”) tfisser taħlita ta’ mill-anqas żewġ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-iskop tal-istess vjaġġ jew għall-vaganzi, jekk:

(a)

dawk is-servizzi huma miġbura flimkien minn negozjant, inklużi dawk b'talba jew skont l-għażla ta’ min jivvjaġġa, qabel kuntratt dwar is-servizzi kollha jiġi konkluż; jew

(b)

irrispettivament minn jekk kuntratti separati humiex konklużi ma’ fornituri ta’ servizzi tal-ivvjaġġar individwali, dawk is-servizzi huma:

(i)

mixtrija minn punt uniku ta’ bejgħ fl-istess proċess ta’ prenotazzjoni u fejn is-servizzi kollha jkunu ġew magħżula mill-vjaġġatur qabel il-vjaġġatur ikun aċċetta li jħallas , jew [Em. 41],

(ii)

offruti jew imposti bi prezz inklussiv jew totali, jew [Em. 42]

(iii)

reklamati jew mibjugħa bit-terminu “pakkett” jew b'xi terminu simili, jew [Em. 43]

(iv)

ikkombinati wara l-konklużjoni ta’ kuntratt li bih negozjant jagħti d-dritt lil vjaġġatur li jagħżel fost għażla ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, jew

(v)

mixtrija minn negozjanti separati permezz ta' proċessi ta' prenotazzjoni onlajn fejn l-isem jew id-dettalji u dejta personali oħra tal-vjaġġatur , bħal dettalji ta' kuntatt, dettalji tal-karta ta' kreditu jew dettalji tal-passaport, li huma tal-vjaġġatur meħtieġa biex tkun konkluża tranżazzjoni tal-prenotazzjoni huma trasferiti bejn in-negozjanti mhux aktar tard minn meta 24 siegħa wara li l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz hija kkonfermata tkun ikkonfermata ; [Em. 44]

(3)

“kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż” tfisser kuntratt fuq il-pakkett kollu jew, jekk il-pakkett hu pprovdut skont kuntratti differenti, il-kuntratti kollha li jkopru s-servizzi mdaħħla fil-pakkett;

(4)

“bidu tal-pakkett” tfisser il-bidu tal-eżekuzzjoni tal-pakkett;

(5)

“arranġament tal-ivvjaġġar assistit marbut ” tfisser taħlita ta’ mill-anqas żewġ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-iskop tal-istess vjaġġ jew ta’ vaganza, ma jikkostitwix pakkett, li jirriżulta fil-konklużjoni ta’ kuntratti separati ma’ fornituri tas-servizzi tal-ivvjaġġar individwali, jekk wieħed mill-fornituri involuti jew il-bejjiegħ bl-imnut jiffaċilita l-kombinazzjoni: [Em. 45]

(a)

fejn il-vjaġġatur jagħżel u jaqbel li jħallas għal kull servizz ta' vvjaġġar b'mod separat fuq il-bażi ta’ prenotazzjonijiet separati magħmulin fl-okkażjoni ta’ żjara waħda jew kuntatt mal-punt ta’ bejgħ; jew [Em. 46]

(b)

permezz tal-akkwist ta’ servizzi addizzjonali għall-ivvjaġġar minn kummerċjant ieħor b’mod immirat permezz ta’ proċessi marbuta tal-ibbukkjar onlajn fejn tal-anqas l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-vjaġġatur jiġu ttrasferiti lil kummerċjant ieħor u tali serizzi addizzjonali jiġu prokurati mhux aktar tard minn meta 24 siegħa wara li l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz ikun ikkonfermat; tkun ikkonfermata. [Em. 47]

(6)

“vjaġġatur” tfisser kwalunkwe persuna li qiegħda tfittex li tikkonkludi jew ikollha d-dritt li tivvjaġġa fuq il-bażi ta’ kuntratt konkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi vjaġġaturi fuq negozju sakemm ma jivvjaġġawx fuq il-bażi ta’ kuntratt qafas għal vjaġġar għan-negozju bejn negozju li vjaġġatur ikun qed jivvjaġġa f'ismu u negozjant;

(7)

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna, li taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(8)

“organizzatur” tfisser kummerċjant li jikkombina u jbigħ jew joffri għall-bejgħ pakketti, jew direttament jew permezz/flimkien ma’ kummerċjant ieħor jew min jiffaċilita l-kombinazzjoni u l-akkwist ta’ dawn il-pakketti ; fejn aktar minn kummerċjant wieħed jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-punt 2, dawk il-kummerċjanti kollha jitqiesu bħala organizzaturi, sakemm wieħed minnhom hu nominat bħala organizzatur u l-vjaġġatur ikun mgħarraf b’dan; [Em. 48]

(9)

“bejjiegħ bl-imnut” tfisser kummerċjant ieħor għajr l-organizzatur li:

(a)

ibigħ jew joffri għall-bejgħ pakketti miġbura flimkien minn organizzatur; jew [Em. 49]

(b)

jiffaċilita l-akkwist ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li huma parti minn arranġament tal-ivvjaġġar assistit marbut billi jgħin lill-vjaġġaturi jikkonkludu kuntratti separati għal servizzi tal-ivvjaġġar ma’ fornituri individwali tas-servizzi , li wieħed minnhom jista’ jkun il-bejjiegħ bl-imnut innifsu [Em. 50];

(10)

“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-kummerċjant li jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(11)

“ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” tfisser sitwazzjoni mhux tas-soltu prevista lil hinn mill-kontroll tal-kummerċjant li l-konsegwenzi tagħha ma setgħux jiġu evitati anki jekk tkun ittieħdet l-attenzjoni dovuta il-miżuri raġonevoli kollha ġew meħudin: [Em. 51]

(12)

“nuqqas ta’ konformità” tfisser nuqqas ta’ u jew l-eżekuzzjoni ħazina tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi f’pakkett. [Em. 52]

(12a)

“servizz anċillari” tfisser servizz turistiku mhux independenti fil-kuntest tal-provvista jew forniment ta’ servizzi ta’ vjaġġar bħal speċjalment assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, it-trasport bejn l-istazzjon tal-ferrovija u l-post tal-akkomodazzjoni, lejn l-ajruport tat-tluq, kif ukoll fil-qafas ta’ eskursjonijiet, trasport ta’ bagalji, servizzi ta' ikliet u tindif provduti bħala parti mill-akkomodazzjoni. [Em. 53]

Kapitolu II

L-obbligi ta’ informazzjoni u l-kontenut dwar il-vjaġġi kollox kompriż

Artikolu 4

Informazzjoni prekuntrattwali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma l-vjaġġatur ikun marbut bi kwalunkwe kuntratt għal kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, l-organizzatur u, fejn il-pakkett jinbiegħ permezz ta’ bejjiegħ bl-imnut, dan ukoll għandu jipprovdi lill-vjaġġatur bl-informazzjoni li ġejja fejn applikabbli għall-pakkett: [Em. 54]

(a)

il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi tal-ivvjaġġar:

(i)

id-destinazzjoni/jiet tal-vjaġġ, l-itinerarju u l-perjodi ta’ soġġorn, bid-dati u n-numru ta’ ljieli inklużi ; [Em. 55]

(ii)

il-mezzi, il-karatteristiċi u l-kategoriji tat-trasport, il-punti, dati u ħinijiet ta’ tluq u ritorn jew, meta l-ħin eżatt għadu mhux determinat, il-ħin approssimattiv ta’ tluq u ritorn, it-tul u l-postijiet tal-waqfiet intermedji u l-konnessjonijiet tat-trasport;

Meta l-ħin eżatt ma jkunx għadu ġie determinat, il-kummerċjant għandu jinforma lill-vjaġġatur dwar il-ħin approssimattiv ta' tluq u ritorn.

Meta ma jkunx jista' jiġi determinat ħin indikattiv, il-bejjiegħ bl-imnut għandu jinforma lill-vjaġġatur dwar dan ; [Em. 56]

(iii)

il-post, il-karatteristiċi ewlenin u l-kategorija turistika uffiċjali tal-akkomodazzjoni assenjati mill-korp kompetenti tal-post fejn tinsab l-akkomodazzjoni ; [Em. 57]

(iv)

jekk ikliet humiex pprovduti u, jekk iva, il-pjan tal-ikel;

(v)

iż-żjarat, l-eskursjoni/jiet jew is-servizzi l-oħra li jkunu inklużi fil-prezz totali miftiehem għall-pakkett;

(va)

jekk kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-ivvjaġġar se jiġi pprovdut lill-vjaġġatur bħala parti minn grupp u, jekk dan ikun il-każ, kemm nies huma mistennija jipparteċipaw; [Em. 58]

(vi)

il-lingwa/i li fihom ikunu se jsiru l-attivitajiet u [Em. 59]

(vii)

fuq talba tal-vjaġġatur, jekk l-aċċess għal persuni b’mobilità b’ċertu grad ta' mobilità mnaqqsa jkun garantit matul il-vjaġġ jew btala; [Em. 60]

(b)

l-isem kummerċjali, l-indirizz ġeografiku tal-organizzatur u, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, kif ukoll in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom;

(c)

il-prezz totali tal-pakkett bit-taxxi inklużi u, fejn applikabbli, tat-tariffi kollha addizzjonali, l-imposti u spejjeż oħrajn jew, meta dawn l-ispejjeż ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li l-vjaġġatur jista’ jkollu jħallas spejjeż addizzjonali bħal dawn u n-natura ta' tali spejjeż ; il-prezz totali għandu jiġi ppreżentat fil-forma ta' fattura dettaljata li tistipula l-ispejjeż kollha tas-servizz tal-ivvjaġġar b'mod trasparenti; [Em. 61]

(d)

l-arranġamenti għall-pagament u, fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ depożiti jew garanziji finanzjarji oħrajn li għandhom jitħallsu jew li għandhom jiġu pprovduti mill-vjaġġatur;

(e)

fejn dan ikun f'loku, l-għadd minimu meħtieġ ta’ persuni għall-eżekuzzjoni tal-pakkett u limitu l-limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas 20 jum imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(3) qabel il-bidu tal-pakkett għall-kanċellazzjoni possibbli jekk dak in-numru ma jkunx intlaħaq; [Em. 62]

(f)

informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti tal-passaport u tal-viża, inklużi d-dati approssimattivi tal-perjodi biex jinkisbu l-viżi, għal ċittadini tal-Istat(i) Membru(i) jew Stati Membri kkonċernati u informazzjoni dwar formalitajiet tas-saħħa;

(fa)

informazzjoni dwar ix-xiri volontarju ta’ assigurazzjoni li tkopri l-ispejjeż tal-kanċellazzjoni mill-vjaġġatur jew l-ispejjeż tar-ripatrijazzjoni f’każ ta’ inċident jew mard. [Em. 63]

(g)

konferma li s-servizzi jikkostitwixxu pakkett fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.

(ga)

informazzjoni li, skont l-Artikolu 10, il-vjaġġatur jew l-organizzatur jista’ jittermina l-kuntratt fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett u malli titħallas tariffa raġonevoli standardizzata ta’ terminazzjoni applikabbli, jekk ikun hemm; [Em. 64]

(gb)

il-possibbiltà ta’ trasferiment tal-kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż lil vjaġġatur ieħor u l-limitazzjonijiet u l-konsegwenzi possibbli ta’ tali trasferiment. [Em. 65]

1a.     Meta l-pakkett ikun ġie mibjugħ permezz ta’ bejjiegħ bl-imnut, il-bejjiegħ bl-imnut immedjatament għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 lill-vjaġġatur. [Em. 66]

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta b’mod li tkun ċar , komprensibbli u prominenti. [Em. 67]

2a.     F’każ ta’ kuntratt tal-ivvjaġġar li jkun ġie konkluż b’mod elettroniku, l-organizzatur għandu jinforma lill-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti qabel ma dan jirriżerva l-vjaġġ tiegħu, dwar l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(i), (ii), (iii), (iv), (v), (c), u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83/UE għandu japplika b'dan il-mod. [Em. 68]

2b.     Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati f’dan il-Kapitolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant. [Em. 69]

Artikolu 5

In-natura vinkolanti ta’ informazzjoni prekuntrattwali u l-konklużjoni tal-kuntratt

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi ma jistgħux ibiddlu l-informazzjoni mogħtija lill-vjaġġatur skont il-punti (a), (c), (d), (e) , (f), (g) u  (ga) tal-Artikolu 4 (1) , li se tkun parti integrali mill-kuntratti tal-vjaġġi kollox kompriż u m'għandhiex tinbidel, sakemm l-organizzatur jirriżerva l-possibbiltà li jagħmel emendi għal dik l-informazzjoni u jikkomunika kwalunkwe tibdil li jsir il-partijiet kontraenti ma jiftehmux espressament mod ieħor . It-tibdil kollu fl-informazzjoni prekuntrattwali għandu jiġi kkomunikat lill-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. [Em. 70]

2.   Jekk l-informazzjoni dwar pagamenti addizzjonali, tariffi jew spejjeż oħra msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 (1) ma tkunx pprovduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, il-vjaġġatur ma għandux iħallas dawn it-tariffi, pagamenti u spejjeż oħra. [Em. 71]

3.   Fi jew immedjatament mingħajr dewmien wara l-konklużjoni tal-kuntratt, l-organizzatur għandu jipprovdi lill-vjaġġatur b’kopja tal-kuntratt jew konferma tal-kuntratt fuq mezz li jservi fit-tul. [Em. 71]

Artikolu 6

Kontenut ta' kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż u d-dokumenti li għandhom ikunu forniti qabel il-bidu tal-pakkett

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż huma f’kitba sempliċi, li tinftiehem u, sakemm dawn ikunu bil-miktub, b’mod li jistgħu jinqraw.

2.   Il-kuntratt It-test tal-kuntratt jew il-konferma tal-kuntratt għandhom jistipulaw il-kontenut sħiħ tal-kuntratt u b’mod partikolari l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu  skont l-Artikolu 4 li tkun saret parti integrali mill-kontenut tal-kuntratt . It-test tal-kuntratt jew il-konferma tal-kuntratt għandu jkun fih fihom l-informazzjoni addizzjonali li ġejja: [Em. 74]

(a)

rekwiżiti speċjali tal-vjaġġatur li l-organizzatur aċċetta;

(b)

informazzjoni li l-organizzatur huwa:

(i)

responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tas-servizzi tal-ivvjaġġar kollha inklużi fil-kuntratt;

(ii)

obbligat li jipprovdi assistenza jekk il-vjaġġatur hu f’diffikultà skont l-Artikolu 14;

(iii)

obbligat li jikseb protezzjoni mill-insolvenza għar-rifużjoni u r-ripatrijazzjoni skont l-Artikolu 15, kif ukoll l-isem tal-entità li qed tipprovdi protezzjoni mill-insolvenza u d-dettalji tagħha ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz ġeografiku;

(c)

id-dettalji ta’ punt ta’ kuntatt fejn il-vjaġġatur jista’ jilmenta dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jinduna bih fuq il-post; [Em. 75]

(d)

l-isem, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant lokali tal-organizzatur jew punt ta’ kuntatt li vjaġġatur f’diffikultà jista’ jitlob jew, fejn l-ebda tali rappreżentant jew punt ta’ kuntatt jeżisti, numru tat-telefown tal-emerġenza jew indikazzjoni ta’ modi oħra kif tikkuntattja l-organizzatur; [Em. 76]

(e)

informazzjoni li l-vjaġġatur jista’ jtemm il-kuntratt fi kwalunkwe żmien qabel il-bidu tal-pakkett għal pagament ta’ kumpens xieraq jew, fejn xieraq, tariffa raġonevoli ta' terminazzjoni li tkun standard jekk dawn it-tariffi jkunu speċifikati skont l-Artikolu 10 (1); [Em. 77]

(f)

fejn il-minorenni jivvjaġġaw fuq pakkett li jinkludi akkomodazzjoni , u jivvjaġġaw mingħajr il-kumpanija tal-ġenituri jew it-tuturi tagħhom, informazzjoni li tippermetti kuntatt dirett mal-minuri jew il-persuna responsabbli fuq il-post ta’ residenza tal-minuri minn ġenitur jew tutur ; [Em. 78]

(g)

informazzjoni dwar mekkaniżmi disponibbli proċeduri ta' ġestjoni interna ta' lmenti u ta’ riżoluzzjoni alternattiva u onlajn tat-tilwim disponibbli skont id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (14) u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni onlajn tat-tilwim skont ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (15). [Em. 79]

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi pprovduta b’mod li jkun ċar , komprensibbli u prominenti. [Em. 80]

4.   Fi żmien biżżejjed qabel il-bidu ta’ pakkett, l-organizzatur għandu jipprovdi lill-vjaġġatur l-irċevuti meħtieġa, vawċers jew biljetti, inkluża informazzjoni preċiża dwar il-ħinijiet tat-tluq, waqfiet intermedji, il-konnessjonijiet ta’ trasport u wasla. bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-irċevuti meħtieġa, vawċers jew biljetti, inkluża informazzjoni preċiża dwar il-ħinijiet tat-tluq, il-waqfiet intermedji, il-konnessjonijiet ta’ trasport u l-wasla;

(b)

id-dettalji rilevanti kollha ta’ kuntatt fil-każ li l-vjaġġatur jiddetermina n-nuqqas ta’ konformità ta’ servizz, kif ukoll l-informazzjoni dwar kif il-vjaġġatur għandu jipproċedi;

(c)

l-isem, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant lokali tal-organizzatur jew punt ta’ kuntatt li vjaġġatur f’diffikultà jista’ jitlob jew, fejn l-ebda tali rappreżentant jew punt ta’ kuntatt jeżisti, numru tat-telefown tal-emerġenza jew indikazzjoni ta’ modi oħra kif ikun ikkuntattjat l-organizzatur. [Em. 81]

Kapitolu III

Tibdil fil-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett

Artikolu 7

Trasferiment tal-kuntratt lil vjaġġatur ieħor

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vjaġġatur jista’, wara li jagħti lill-organizzatur jew lill-bejjiegħ bl-imnut avviż raġonevoli fi żmien massimu ta’ sebat ijiem fuq fuq mezz li jservi fit-tul qabel il-bidu tal-pakkett, jittrasferixxi l-kuntratt lil persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha applikabbli għal dak il-kuntratt. [Em. 82]

2.   It-trasferitur tal-kuntratt u d-destinatarju għandhom ikunu responsabbli in solidum għall-pagament tal-bilanċ dovut u għal xi tariffi, imposti jew spejjeż addizzjonali oħra , jekk ikun hemm, li jirriżultaw mit-trasferiment. Dawn l-ispejjeż L-organizzatur għandu jinforma lit-trasferitur u lid-destinatarju dwar l-ispejjeż possibbli ta' tali trasferiment, li fi kwalunkwe każ ma għandhomx ikunu mhux raġonevoli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jeċċedu l-ispiża attwali mġarrba mill-organizzatur. [Em. 83]

L-organizzatur għandu jkun responsabbli biex jipprovdi prova tal-ħlasijiet addizzjonali, l-imposti jew l-ispejjeż l-oħra kkawżati mit-trasferiment tal-kuntratt. [Em. 84]

Artikolu 8

Bidla tal-prezz

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prezzijiet mhumiex suġġetti għal rieżami, sakemm il-kuntratt espressament jirriżerva l-possibbiltà ta’ żieda u jobbliga l-organizzatur biex inaqqas il-prezzijiet sal-istess punt bħala konsegwenza diretta tal-bidliet:

(a)

il-prezz tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li jirriżultaw mill-prezz tal-fjuwils għat-trasport ta’ passiġġieri, [Em. 85]

(b)

fil-livell ta’ taxxi jew imposti fuq servizzi inklużi tal-ivvjaġġar imposti minn partijiet terzi li mhumiex direttament involuti fl-eżekuzzjoni ta’ pakkett, inkluż taxxi tat-turisti, it-taxxi għall-inżul jew id-drittijiet tal-imbarkazzjoni jew l-iżbark fil-portijiet u fl-ajruporti, jew

(c)

ir-rati tal-kambju rilevanti għall-pakkett.

1a.     Tnaqqis fil-prezz skont il-paragrafu 1 ta' 3  % jew aktar għandu jiġi mgħoddi lill-vjaġġatur. Żieda fil-prezz skont il-paragrafu 1 tista' tiġi mgħoddija lill-vjaġġatur biss jekk il-prezz jinbidel bi 3 % jew aktar. Fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz ta' 3 % jew aktar, l-organizzatur tal-vjaġġi jista’ jitlob EUR 10 għal kull vjaġġatur għal spejjeż amministrattivi. [Em. 86]

2.    Jekk i ż-żieda fil-prezz msemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex teċċedi l-10 teċċedi t-8  % tal-prezz tal-pakkett , għandu japplika l-Artikolu 9(2) . [Em. 87]

3.   Iż-żieda fil-prezz imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun valida biss jekk l-organizzatur , mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika l-vjaġġatur b’mod ċar u komprensibbli dwar din iż-żieda b’ġustifikazzjoni u kalkolu fuq mezz li jibqa’ fit-tul mhux aktar tard minn 20 ġurnata qabel il-bidu tal-pakkett dwar iż-żieda fil-prezz b'ġustifikazzjoni u kalkolu . [Em. 88]

Artikolu 9

Tibdil ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali oħra

1.   l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-bidu tal-perjodu ta’ pakkett, l-organizzatur ma jistax, b’mod unilaterali, ibiddel il-kundizzjonijiet kuntrattwali għajr il-prezz konformi mal-Artikolu 8 , sakemm: [Em. 89]

(a)

l-organizzatur irriserva dak id-dritt fil-kuntratt,

(b)

il-bidla hija insinifikanti b'mod partikolari fir-rigward tal-elementi stabbiliti fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 4(1); [Em. 90]

(c)

l-organizzatur jinforma l-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti fuq mezz li jservi fit-tul.

1a.     Bidla fit-termini tal-kuntratt għandha, b'mod partikolari, titqies sinifikanti fis-sens tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jekk il-ħin tat-tluq u tar-ritorn pprovdut skont il-punt (a)(ii) tal-Artikolu 4(1) ivarja b'aktar minn tliet sigħat mill-ħin attwali ta' tluq jew ritorn jew, jekk ma jkunx fil-parti tal-ġurnata indikata fl-informazzjoni prekuntrattwali. [Em. 91]

2.   Jekk, qabel il-bidu tal-perjodu ta’ pakkett, l-organizzatur huwa kostrett li jibdel kwalunkwe mill-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ivvjaġġar kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4 (1) jew rekwiżiti speċjali kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2), jew jgħolli l-prezz tal-pakkett b’iktar minn 8 % tal-prezz kuntrattwali miftiehem bi qbil mal-Artikolu 8(2), l-organizzatur għandu jinforma mingħajr dewmien il-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti fuq mezz li jservi fit-tul ta’: [Em. 92]

(a)

bidliet proposti u  l-impatt tagħhom fuq il-prezz tal-pakkett; [Em. 93]

(b)

l-fatt li l-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt mingħajr penali f’perjodu speċifikat ta’ żmien raġonevoli u li inkella t-tibdil propost se jitqies bħala aċċettat jew jaċċetta pakkett ta' vvjaġġar ekwivalenti alternattiv offrut mill-vjaġġatur ; [Em. 94]

(ba)

il-fatt li l-bidliet kuntrattwali proposti għandhom jitqiesu bħala aċċettati, jekk il-vjaġġatur ma jkunx eżerċita d-dritt li jtemm jew li jaċċetta pakkett ta’ vjaġġ alternattiv ekwivalenti offrut mill-organizzatur. [Em. 95]

3.   Fejn it-tibdiliet għall- kuntratt jew il-pakkett ta’ vjaġġ alternattiv ekwivalenti offrut kif imsemmi fil-paragrafu 2 jirriżultaw f’pakkett ta’ kwalità aktar baxxa jew il-kost, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal sistema xierqa ta’ tnaqqis fil-prezz.

4.   Jekk il-kuntratt jintemm skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-organizzatur għandu jrodd lura l-pagamenti kollha li waslulu mingħand il-vjaġġatur fi żmien 14-il jum wara li l-kuntratt jiġi mitmum mit-tmiem tal-kuntratt, inklużi pagamenti għal servizzi anċillari bbukkjati minnu, bħal pereżempju assigurazzjoni għall-vjaġġ jew għall-kanċellazzjoni tal-vjaġġ jew attivitajiet addizzjonali pprenotati fil-post. Il-vjaġġatur għandu, fejn xieraq, ikun intitolat għal kumpens għad-danni skont l-Artikolu 12. [Em. 97]

Artikolu 10

Terminazzjoni tal-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett bi pagament ta’ kumpens xieraq lill-organizzatur. Il-kuntratt jista’ jispeċifika tariffi raġonevoli standardizzati ta' terminazzjoni bbażati fuq il-ħin tat-terminazzjoni u ffrankar konvenzjonali ta’ spejjeż u dħul minn skjerament alternattivi ta’ servizzi tal-ivvjaġġar. Fin-nuqqas ta’ tariffi standardizzati ta' terminazzjoni, l-ammont tal-kumpens għandu jikkorrispondi mal-prezz tal-pakkett bit-tnaqqis tal-ispejjeż li jista’ jiġi ppruvat li ġew iffrankati mill-organizzatur u li ma jistgħux jiġu rkuprati mill-fornituri tas-servizz tal-ivvjaġġar jew permezz ta’ użu alternattiv ta' dawk is-servizzi . It-tariffi dovuti għat-terminazzjoni tal-kuntratt, inklużi t-tariffi amministrattivi, m’għandhomx ikunu sproporzjonati jew eċċessivi. L-organizzatur għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għall-kalkolu tal-ammont tal-kumpens jew tat-tariffi standardizzati tat-terminazzjoni. L-oneru tal-prova tal-adegwatezza tal-kumpens għandu jkun tal-organizzatur. [Em. 98]

2.    Ladarba l-kuntratt tal-vjaġġ ikun ġie konkluż, il-vjaġġatur għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr kumpens fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jseħħu fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu u li jaffettwaw sinifikament il-pakkett u li minħabba fihom l-organizzatur ikollu jagħmel tibdiliet sinifikanti fl-elementi essenzjali tal-kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż . Ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji bħal dawn għandhom jitqiesu li jeżistu, pereżempju, jekk il-pakkett jiġi affettwat b’mod sinifikanti minn atti ta’ gwerer jew diżastru naturali . B'mod partikolari, għandhom jitqiesu li jeżistu ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji fejn rapporti kredibbli u pubblikament disponibbli, bħal rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jagħtu parir biex dak li jkun ma jivvjaġġax lejn il-post tad-destinazzjoni. [Em. 99]

3.   L-organizzatur jista’ jtemm il-kuntratt mingħajr pagament ta’ kumpens lill-vjaġġatur, jekk fil-każijiet li ġejjin biss : [Em. 101]

(a)

l-għadd ta’ persuni li jkunu nkitbu għall-pakkett ikun iżgħar minn numru minimu ddikjarat fil-kuntratt u jinnotifika lill-vjaġġatur dwar it-terminazzjoni fi żmien perjodu fiss stabbilit fil-kuntratt u i żda mhux aktar tard minn 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett; jew

(i)

20 jum qabel il-bidu tal-vjaġġ f’każ ta’ vjaġġi ta’ iktar minn sitt ijiem,

(ii)

sebat ijiem qabel il-bidu tal-vjaġġ f’każ ta’ vjaġġi ta’ bejn jumejn u sitt ijiem,

(iii)

48 siegħa qabel il-bidu tal-vjaġġ f’każ ta’ ġiti ta’ jum wieħed, jew [Em. 102]

(b)

l-organizzatur hu pprojbit milli jwettaq il-kuntratt minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji u jinnotifika lill-vjaġġatur tat-terminazzjoni mingħajr dewmien żejjed qabel il-bidu tal-pakkett.

4.   F’każijiet ta’ terminazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 3, l-organizzatur għandu jagħti rimborż ta’ kwalunkwe pagament mhux dovut magħmul mill-vjaġġatur fi żmien 14-il jum.

Kapitolu IV

Eżekuzzjoni tal-pakkett

Artikolu 11

Responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-pakkett

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt, irrispettivament jekk dawk is-servizzi għandhomx jitwettqu mill-organizzatur jew minn fornituri oħra tas-servizz.

2.   Jekk xi servizzi mhumiex eżegwiti f’konformità mal-kuntratt, l-organizzatur għandu jirrimedja n-nuqqas ta’ konformità, sakemm dan ma jkunx in-nuqqas ta' konformità jkun ġie rappurtat mill-vjaġġatur lill-organizzatur jew in-nuqqas ikun deher b'mod ċar lill-organizzatur u r-rimedju ma jkunx sproporzjonat u sakemm in-nuqqas ta' konformità ma jkunx jista' jiġi attribwit lill-vjaġġatur . [Em. 103]

3.   Meta proporzjon sinifikanti tas-servizzi ma jkunx jista' jiġi pprovdut kif miftiehem fil-kuntratt, l-organizzatur għandu jagħmel arranġamenti alternattivi adattati, mingħajr pagament żejjed għall-vjaġġatur, għall-kontinwazzjoni tal-pakkett, fejn il-kwalità tas-servizz tkun mill-inqas ekwivalenti għal dik speċifikata mill-kuntratt, , inkluż fejn ir-ritorn tal-vjaġġatur lejn il-post tat-tluq ma jkunx ipprovdut kif miftiehem. [Em. 104]

4.   Jekk huwa impossibbli għall-organizzatur li joffri arranġamenti alternattivi xierqa jew il-vjaġġatur ma jaċċettahomx minħabba li dawn ma jistgħux jiġu mqabbla ma’ dak li kien miftiehem fil-kuntratt, l-organizzatur għandu, sakemm il-pakkett jinkludi l-ġarr ta’ passiġġieri, jipprovdi lill-vjaġġatur mingħajr ma jintalab xi pagament addizzjonali, bi trasport ekwivalenti lejn il-post tat-tluq jew lejn post ieħor bi qbil mal-vjaġġatur u fejn is-servizzi miftiehma ma jkunux ġew ipprovduti, għandu , fejn dan ikun f’loku, jikkumpensa l-vjaġġatur skont l-Artikolu 12. Il-kumpens għandu jsir fi żmien 14-il jum. [Em. 105]

4a.     Jekk il-paragrafu 4 jkun japplika, il-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt fejn in-nuqqas ta’ konformità tas-servizz ikun sinifikanti, u rimedju sussegwenti ma jkunx possibbli jew ta’ suċċess. [Em. 106]

5.   Sakemm huwa impossibbli li jiġi żgurat ir-ritorn f’waqtu tal-vjaġġatur minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, l-organizzatur ma għandux ikun obbligat li jħallas l-ispejjeż għas-soġġorn kontinwat ta' aktar minn EUR 100 għal kull lejl u tlett ħamest iljieli għal kull vjaġġatur. L-organizzatur għandu jieħu ħsieb li jkun hemm akkomodazzjoni konsistenti mal-kategorija tal-lukanda bbukkjata oriġinarjament. Il-vjaġġatur jista' jibbukkja l-akkomodazzjoni hu stess biss jekk l-organizzatur jiddikjara espressament li mhuwiex lest jagħmel dan jew ma jistax jagħmel dan. F'tali każijiet, l-organizzatur jista' jillimita l-ispiża tal-akkomodazzjoni għal EUR 125 għal kull lejl għal kull vjaġġatur. [Em. 107]

6.   Il-limitazzjoni tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, u kwalunkwe persuna li tkun magħhom, nisa tqal u t-tfal mhux akkumpanjati, kif ukoll persuni fil-bżonn ta’ assistenza medika speċifika, sakemm l-organizzatur ikun ġie nnotifikat dwar il-ħtiġijiet partikolari tagħhom meta ġie konkluż il-kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż jew, jekk dan mhuwiex possibbli, mill-inqas 48 siegħa qabel il-bidu tal-pakkett. L-organizzatur ma jistax jinvoka ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jillimitaw l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jekk il-fornitur tat-trasport rilevanti ma jistax jiddependi fuq ċirkustanzi bħal dawn skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni. [Em. 108]

7.   Jekk l-arranġamenti alternattivi jirriżultaw f’pakkett ta’ kwalità aktar baxxa jew il-kost, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal tnaqqis fil-prezz u, fejn xieraq, kumpens għad-danni, skont l-Artikolu 12.

7a.     L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jipprevedu li l-bejjiegħ bl-imnut ikun responsabbli għall-prestazzjoni tal-pakkett u għalhekk, ikun marbut bl-obbligi li jirriżultaw minn dan l-Artikolu u l-punt (b) tal-Artikolu 6(2), l-Artikolu 12, l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 16. [Em. 109]

7b.     Kwalunkwe dritt għall-kumpens tal-vjaġġatur taħt ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 huwa indipendenti minn kwalunkwe dritt għall-kumpens tal-vjaġġatur taħt din id-Direttiva. Jekk il-vjaġġatur ikun intitolat għal kumpens kemm taħt ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 kif ukoll taħt din id-Direttiva, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jippreżenta talbiet taħt iż-żewġ atti legali, iżda ma jistax jakkumula d-drittijiet taħt iż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jipproteġu l-istess interess jew ikollhom l-istess għan. [Em. 110]

Artikolu 12

Tnaqqis fil-prezz u l-kumpens għad-danni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur hu intitolat għal tnaqqis ta’ prezzijiet xierqa għal:

(a)

kwalunkwe perjodu li matulu kien hemm nuqqas ta’ konformità; jew

(b)

fejn l-arranġamenti alternattivi kif imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 11 jirriżultaw f’pakkett ta’ kwalità baxxa, jew il-kost.

2.   Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mingħand l-organizzatur għal kwalunkwe dannu, inkluż dannu mhux materjali, li huwa jġarrab bħala riżultat ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità.

3.   Il-vjaġġatur ma għandux ikun intitolat għal tnaqqis fil-prezz jew kumpens għad-danni jekk:

(a)

l-organizzatur jagħti prova li n-nuqqas ta’ konformità jkun:

(i)

attribwibbli għall-vjaġġatur,

(ii)

attribwibbli għal terza persuna li ma jkollhiex x'taqsam mal-provvista tas-servizzi mniżżla fil-kuntratt, u jkunu imprevedibbli jew inevitabbli,

(iii)

minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jew

(b)

il-vjaġġatur jonqos milli jinforma lill-organizzatur mingħajr dewmien żejjed b’kull nuqqas ta’ konformità li l-vjaġġatur jara fuq il-post jekk ir-rekwiżit ta' dik l-informazzjoni kien iddikjarat b’mod ċar u espliċitu fil-kuntratt u huwa raġonevoli, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi tal-każ.

4.   Sakemm konvenzjonijiet internazzjonali vinkolanti għall-Unjoni jkunu limitati jew il-kundizzjonijiet li taħthom il-kumpens għandu jitħallas minn fornitur li jwettqu servizz li huwa parti minn pakkett, l-istess limitazzjonijiet għandhom japplikaw lill-organizzatur. Sakemm konvenzjonijiet internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jillimitaw kumpens li għandu jkun imħallas minn fornitur tas-servizz, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kumpens li għandu jitħallas mill-organizzatur skont dan. F’każijiet oħra, il-kuntratt jista' jillimita l-kumpens li għandu jitħallas mill-organizzatur sakemm din il-limitazzjoni ma tapplikax għal korriment personali u jew dannu kkawżati intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja u ma jammontawx għal anqas minn tliet darbiet il-prezz totali tal-pakkett. [Em. 111]

5.   Kwlaunkwe dritt għal kumpens għad-danni jew tnaqqis fil-prezzijiet taħt din id-Direttiva ma għandux jaffettwa d-drittijiet ta’ vjaġġaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004, ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 u r-Regolament (UE) Nru 181/2011. Il-vjaġġaturi jkunu intitolati li jippreżentaw pretensjonijiet skont din id-Direttiva u skont dawk ir-regolamenti iżda ma jistgħux fir-rigward tal-istess fatti, jakkumulaw msemmija, speċjalment talbiet ulterjuri għal danni . Drittijiet miż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jissalvagwardjaw l-istess interess jew għandhom l-istess objettiv li jirrigwardaw l-istess fatti ma jistgħux ikunu akkumulati . [Em. 112]

6.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni biex jiddaħħlu klejms skont dan l-Artikolu ma għandux ikun iqsar minn sena tliet snin . [Em. 113]

Artikolu 13

Il-possibbiltà li jiġi kkuntattjat l-organizzatur permezz tal-bejjiegħ bl-imnut

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur jista’ jindirizza l-messaġġi, l-ilmenti jew it-talbiet f’relazzjoni mal-eżekuzzjoni tal-pakkett direttament lill-bejjiegħ bl-imnut li minn għandu jkun inxtara dak il-pakkett. Il-bejjiegħ bl-imnut għandu jgħaddi dawn il-messaġġi, l-ilmenti jew it-talbiet lill-organizzatur mingħajr dewmien żejjed. Għall-fini ta’ konformità mal-limiti taż-żmien jew l-perjodi ta’ preskrizzjoni, il-wasla ta' tali notifiki minn bejjiegħ bl-imnut għandu jitqies bħala irċevuta mill-organizzatur.

Artikolu 14

Obbligu li tkun ipprovduta assistenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur jagħti assistenza pronta adegwata mingħajr dewmien żejjed lill-vjaġġatur f’diffikultà, b’mod partikolari billi: [Em. 114]

(a)

jipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-servizzi tas-saħħa, l-awtoritajiet lokali u l-assistenza konsulari, u

(b)

li jassisti l-vjaġġatur meta ssir biex jagħmel komunikazzjoni mill-bogħod u  jgħin lill-vjaġġatur biex jakkwista arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar. [Em. 115]

L-organizzatur għandu jkun kapaċi jimponi ħlas raġonevoli għal tali assistenza jekk is-sitwazzjoni hija kkawżata minn negliġenza jew intenzjoni tal-vjaġġatur. Dan il-ħlas m'għandu fl-ebda każ jaqbeż l-ispejjeż attwali li ġarrab l-organizzatur. [Em. 116]

Kapitolu V

Protezzjoni mill-insolvenza

Artikolu 15

L-effiċjenza u l-kamp ta' applikazzjoni ta’ protezzjoni mill-insolvenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi ta' pakketti u l-bejjiegħa bl-imnut ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta jiffaċilitaw l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta stabbiliti fit-territorju tagħhom biex jiksbu garanzija effettiva u rimborż immedjat tal-pagamenti kollha magħmula minn vjaġġaturi u, sakemm it-trasport tal-passiġġieri jkun inkluż, għal ripatrijazzjoni effettiva u immedjata tal-vjaġġaturi f’każ ta’ insolvenza. Fejn possibbli, għandha tiġi offruta l-kontinwazzjoni tal-vjaġġ. [Em. 117]

2.   Il-protezzjoni mill-insolvenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tqis ir-riskju finanzjarju attwali tal-attivitajiet tal-kummerċjant rilevanti. Għandhom jibbenefikaw minnha l-vjaġġaturi irrispettivament mill-post ta’ residenza, il-post tat-tluq jew fejn il-pakkett jew l-arranġament tal-ivvjaġġar marbut jkun mibjugħ.

Artikolu 16

Rikonoxximent reċiproku ta’ protezzjoni mill-insolvenza u kooperazzjoni amministrattiva

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu li ssodisfaw ir-rekwiżiti tar-regoli nazzjonali tagħhom li jittrasponu l-Artikolu 15 ta' kwalunkwe protezzjoni mill-insolvenza miksuba minn organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut li jiffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta skont ir-regoli tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit li jittrasponu l-Artikolu 15.

1a.     L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-organizzaturi tal-pakketti, lill-bejjiegħa bl-imnut li jiffaċilitaw l-akkwist tal-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta u lit-trasportaturi tal-passiġġieri stabbiliti barra mit-territorju tagħhom jew barra mill-Unjoni biex jiksbu l-protezzjoni mill-insolvenza skont l-iskemi nazzjonali tagħhom ta’ protezzjoni mill-insolvenza. [Em. 118]

2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw punti ta’ kuntatt ċentrali sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tal-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut għall-faċilitazzjoni tal-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li joperaw fi Stati Membri differenti. Huma għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-kuntatt ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt lill-Istati Membri l-oħra kollha u lill-Kummissjoni.

3.   Il-punti ċentrali ta’ kuntatt għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-iskemi tal-protezzjoni nazzjonali tal-insolvenza tagħhom u l-identità tal-korp jew tal-korpi li jipprovdu protezzjoni mill-insolvenza għal negozjant partikolari stabbilit fit-territorju tagħhom. Huma għandhom jagħtu lil xulxin aċċess għal kwalunkwe elenkar ta’ inventarju tal-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut biex jiffaċilitaw l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li huma konformi mal-obbligi ta' protezzjoni mill-insolvenza.

4.   Jekk Stat Membru jkollu dubji dwar protezzjoni mill-insolvenza ta’ organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut li jiffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta li hu stabbilit fi Stat Membru differenti u qed jopera fit-territorju tiegħu, għandu jfittex kjarifika mingħand l-Istat Membru ta’ stabbiliment. L-Istati Membri għandhom jirrispondu għal talbiet minn Stati Membri oħra mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċevuhom. [Em. 119]

Kapitolu VI

Arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta

Artikolu 17

Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal arranġamenti ta' vjaġġi marbuta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-vjaġġatur hu marbut bi kwalunkwe kuntratt jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, il-kummerċjant li qed jffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta għandu jiddikjara b’mod ċar u prominenti li:

(a)

kull fornitur ta’ servizz se jkun unikament responsabbli sabiex ikun hemm il-eżekuzzjoni kuntrattwali korretta tas-servizz tiegħu; u

(b)

l-vjaġġatur ma għandu jibbenefika minn ebda drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva esklużivament lil vjaġġaturi ta' pakkett, iżda jibbenefika mid-dritt għal rifużjoni ta’ pagamenti bil-quddiem u, sakemm it-trasport tal-passiġġieri jkun inkluż, għal ripatrijazzjoni fil-każ li l-bejjiegħ bl-imnut jew kwalunkwe mill-fornituri tas-servizz isiru insolventi; u

(ba)

madankollu l-vjaġġatur se jibbenefika mid-drittijiet mogħtija skont id-Direttiva 2011/83/UE, minbarra eċċezzjoni prevista f’din id-Direttiva. [Em. 120]

Fejn il-kummerċjant li jiffaċilita l-akkwist ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ma ssodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt b tal-paragrafu 1, il-vjaġġatur għandu jgawdi mill-garanziji u d-drittijiet kollha mogħtija minn din id-Direttiva rigward vjaġġi kollox kompriż. [Em. 121]

Artikolu 17a

L-informar lill-bejjiegħ bl-imnut tas-servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar ibbukkjati fil-qafas ta’ arranġamenti għall-ivvjaġġar marbuta permezz ta’ proċessi marbuta ta’ prenotazzjoni onlajn

Kummerċjanti li jipprovdu servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar fil-qafas tal-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta għandhom jiżguraw li l-bejjiegħ bl-imnut ikkonċernat ikun infurmat sew dwar il-prenotazzjoni kkonfermata ta’ servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar, li meta jittieħdu flimkien mal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar prenotat, għandhom jikkostitwixxu arranġament tal-ivvjaġġar marbut, biex b’hekk jiġu skattati r-responsabbiltà u l-obbligi tal-bejjiegħ bl-imnut responsabbli skont din id-Direttiva. [Em. 122]

Artikolu 17b

Kummerċjanti li jiffaċilitaw l-akkwist ta' arranġamenti marbuta tal-ivvjaġġar onlajn

Kummerċjanti li jiffaċilitaw l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta onlajn ma għandhomx jaħbu jew jipprovdu b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli jew ambigwa l-għażla li ma tibbukkjax xi servizzi ulterjuri jew servizzi anċillari. Tali għażla għandha dejjem tingħażel minn qabel b’mod prestabbilit. [Em. 123]

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 18

Obbligi speċifiċi tal-bejjiegħ bl-imnut fejn l-organizzatur huwa stabbilit barra ż-ŻEE.

Meta l-organizzatur huwa stabbilit barra ż-ŻEE, il-bejjiegħ bl-imnut stabbilit fi Stat Membru għandu jkun soġġetti għall-obbligi stabbiliti għall-organizzaturi fil-Kapitoli IV u V, sakemm il-bejjiegħ bl-imnut jipprovdi evidenza li l-organizzatur huwa konformi mal-Kapitoli IV u V.  Fejn organizzatur li jkun stabbilt barra ż-ŻEE, jaġixxi ta' bejjiegħ bl-imnut, għandha tapplika r-responsabbiltà eżistenti għall-kumpens rigward il-ksur ta' aspetti oħra tad-dmir kuntrattwali ta' premura. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal regoli oħra nazzjonali ta' responsabbiltà. [Em. 124]

Artikolu 18a

Obbligi tal-organizzaturi jew bejjiegħa bl-imnut stabbiliti barra miż-ŻEE

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut li jiffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta stabbiliti barra miż-ŻEE u li jbigħ direttament f’territorju ta’ Stat Membru għandu jkunu soġġett għall-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva. [Em. 125]

Artikolu 18b

Rekwiżiti formali għall-kuntratti

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratti kollha koperti minn din id-Direttiva jkunu f’kitba sempliċi, li tinftiehem u, sakemm dawn ikunu bil-miktub, leġġibbli. Il-lingwa tal-kuntratt għandha tkun l-istess bħal dik tal-informazzjoni prekuntrattwali.

2.     Il-kuntratt għandu jiġi pprovdut f'mezz li jservi fit-tul. Fir-rigward tal-kuntratti barra mill-post tan-negozju, il-kuntratt għandu jiġi pprovdut bil-miktub ukoll.

3.     Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz tat-telefown, il-kummerċjant għandu jikkonferma l-offerta lill-vjaġġatur fuq mezz li jservi għal żmien twil, u l-vjaġġatur għandu jkun marbut biss meta jiffirma jew jibgħat il-ftehim tiegħu bil-miktub fuq mezz li jservi għal żmien twil. [Em. 126]

Artikolu 19

Responsabbiltà għal żbalji ta’ prenotazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bejjiegħ bl-imnut li qabel li jirranġa l-prenotazzjoni ta’ pakkett jew arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta jew li jiffaċilita l-prenotazzjoni ta’ dawn is-servizzi għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe jekk jonqos milli jipprovdi l-informazzjoni li tkun ġiet provvduta mill-organizzatur skont l-Artikolu 4(1), jipprovdi informazzjoni mhijiex kompluta jew jekk jagħmel żbalji li jseħħu waqt il-proċess tal-prenotazzjoni, sakemm dawn f'każ li dawn fil-fatt jiġru waqt il-proċess tal-prenotazzjoni . Bejjiegħ bl-imnut ma għandux ikun responsabbli fejn l-iżbalji jkunu dovuti għall-vjaġġatur jew għal ċirkostanzi li ma jistgħux jiġu evitati u straordinarji. Fil-kuntest ta’ arranġament tal-ivvjaġġar marbut ibbażat fuq l-akkwist ta’ servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar minn kummerċjant ieħor b’mod iffukat permezz ta’ proċessi marbuta ta’ prenotazzjoni onlajn kif imsemmi fil-punt (b) tal-punt 5 tal-Artikolu 3, il-bejjiegħ bl-imnut ma għandux ikun responsabbli għal żbalji fil-prenotazzjoni li jirriżultaw minn żbalji mwettqa minn dak il-kummerċjant. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kummerċjant li jipprovdi servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar għandu jkun responsabbli għall-iżbalji li jseħħu fil-proċess ta’ prenotazzjoni ta’ tali servizzi. [Em. 127]

Artikolu 20

Dritt ta’ rimedju

1.    F’każijiet fejn organizzatur jew, skont l-Artikoli 15 u 18, bejjiegħ bl-imnut iħallas kumpens, jagħti skont fil-prezz jew jilħaq l-obbligi l-oħra li għandu d-dmir iwettaq skont din id-Direttiva, l-ebda dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva jew il-liġi nazzjonali tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut ikollu d-dritt tiegħu li jfittex rimedju minn kwalunkwe parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li kkawża kumpens, tnaqqis fil-prezz jew obbligi oħra obbligu ieħor .

2.     Id-dritt li wieħed ifittex rimedju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll id-dritt tal-organizzaturi u l-bejjiegħa li jfittxu rimedju minn fornituri tas-servizzi tal-ivvjaġġar fejn organizzatur jew bejjiegħ huwa obbligat iħallas kumpens lill-vjaġġatur skont din id-Direttiva u l-vjaġġatur fl-istess ħin għandu dritt għal kumpens skont liġi applikabbli oħra tal-Unjoni, inkluż iżda mhux limitat għar-Regolament (KE) Nru 261/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1371/2007. Dak id-dritt li wieħed ifittex rimedju ma jistax ikun ristrett f’kuntratt.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt li wieħed ifittex rimedju msemmi fil-paragrafu 1 ikun raġonevoli u proporzjonat, skont il-liġi nazzjonali applikabbli. [Em. 128]

Artikolu 21

In-natura imperattiva tad-Direttiva

1.   Dikjarazzjoni minn organizzatur li qed jaġixxi esklussivament bħala fornitur ta’ servizz tal-ivvjaġġar, bħala intermedjarju jew fi kwalunkwe kapaċità oħra li, jew li pakkett fis-sens ta’ din id-Direttiva ma jikkostitwixxix pakkett, ma jeħlisx lill-organizzatur mill-obbligi imposti fuq l-organizzaturi skont din id-Direttiva.

2.   Il-vjaġġaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom minn miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

3.   Kwalunkwe arranġament kuntrattwali jew kwalunkwe dikjarazzjoni mill-vjaġġatur li direttament jew indirettament tirrinunzja jew tirrestrinġi d-drittijiet konferiti fuq vjaġġaturi skont din id-Direttiva jew għandha l-għan li jevitaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandhiex tkun vinkolanti fuq min jivvjaġġa.

Artikolu 22

L-infurzar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa sabiex jiżguraw li ma jinsabu fis-seħħ l-ebda prattiki qarrieqa mill-kummerċjanti jew organizzaturi, li partikolarment joħolqu aspettattiva min-naħa tal-konsumatur dwar drittijiet u garanziji li mhumiex previsti fil-kuntratt relevanti. [Em. 129]

Artikolu 23

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li korpi tal-infurzar jistgħu jimponu għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi.

Artikolu 24

Rappurtar tal-Kummisjoni u r-rieżami

Il-Kummissjoni għandha, sa … (*2), tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk ikun il-każ, dak ir-rapport ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi biex id-Direttiva tiġi adegwata għall-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur.

Artikolu 25

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE

1.   Il-punt 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 ta-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jinbidel b'dan li ġej:

“5.

Id-Direttiva …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

2.   Il-punt (g) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/83/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

dwar pakketti kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 8(2), l-Artikoli 19, l-Artikolu 21 u l-Artikolu 22.

Kapitolu VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 26

Tħassir

Id-Direttiva 90/314/KEE titħassar b'effett minn … (*5). [Em. 130]

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mniżżla fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 27

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa … (*5), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet il-miżuri lill-Kummissjoni. [Em. 131]

2.   Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet il-miżuri minn … (*6) [Em. 133]

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-[20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea].

Artikolu 29

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 73.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar vjaġġi organizzati, vaganzi organizzati u tours organizzati (ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59).

(4)  Ara s-sentenza tat-30 ta' April 2012 fil-Kawża C-400/00 Club Tour, Viagens e Turismo SA v. Alberto Carlos Lobo Gonçalves Garrido and Club Med Viagens Ld, Ġabra 2002, I-04051.

(5)  Ara, id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1) u d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 ta' Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36), kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur bl-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15), ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar drittijiet u obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14), ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3), ir-Regolament (EU) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar u fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1) u r-Regolament (EU) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta' April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal) (ĠU L 194, 18.07.2001, p. 38).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/22/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu (ĠU L 8, 12.1.2012, p. 1).

(9)  Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom (ĠU L …).

(*1)  In-numru tar-Regolament (2013/0072(COD)) fil-premessa u n-numru, id-data tal-adozzjoni u l-pubblikazzjoni ta' referenza tar-Regolament fin-nota ta' taħt 4.

(10)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar kumpens u assistenza lill-passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).

(11)   Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur , li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(13)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(14)   Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

(15)   Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

(*2)  Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(16)  Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).

(+)  In-numru, id-data tal-adozzjoni u l-pubblikazzjoni referenza ta' din id-Direttiva.

(++)  In-numru, id-data tal-adozzjoni u l-pubblikazzjoni referenza ta' din id-Direttiva.

(*5)  24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(*6)  24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

ANNESS

Tabella ta' korrelazzjoni

Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(1)

Il-punt 2 tal-Artikolu 3 u l-punt (a) tal-Artikolu 2(2):

L-Artikolu 2(2)

Il-punt 8 tal-Artikolu 3

L-Artikolu 2(3)

Il-punt 9 tal-Artikolu 3

L-Artikolu 2(4)

Il-punt 6 tal-Artikolu 3

L-Artikolu 2(5)

Il-punt 3 tal-Artikolu 3

L-Artikolu 3(1)

 

Imħassar

L-Artikolu 3(2)

L-Artikoli 4 u 5

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 4(1), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 6(4)

 

Il-punt (b)(iv) tal-Artikolu 4(1)

Il-punt (a) tal-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 6(2)

Il-punt (b) tal-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6(1) u (3)

 

Il-punt (c) tal-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 4(3)

L-Artikolu 7

L-Artikolu 4(4)

L-Artikolu 8

L-Artikolu 4(5)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 4(6)

L-Artikolu 9(3) u (4) u l-Artikolu 10(3) u (4)

L-Artikolu 4(7)

L-Artikolu 11(3), (4) u (7)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 12(2) (3) u (4) u l-Artikolu 14

L-Artikolu 5(3)

L-Artikolu 21(3)

L-Artikolu 5(4)

Il-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 12(3)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 7

L-Artikolu 15 u l-Artikolu 16

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 27(1), (2) u (3)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 27(4)

L-Artikolu 10

L-Artikolu 29


Top