Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0198

    P7_TA(2014)0198 Il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 fir-rigward tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku (COM(2013)0449 – C7-0208/2013 – 2013/0213(COD)) P7_TC1-COD(2013)0213 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku

    ĠU C 378, 9.11.2017, p. 395–395 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 378/395


    P7_TA(2014)0198

    Il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 fir-rigward tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku (COM(2013)0449 – C7-0208/2013 – 2013/0213(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2017/C 378/52)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0449),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0208/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2013 (1),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta’ Novembru 2013 (2),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-24 ta' Jannar 2014, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0004/2014),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 79, 6.3.2014, p. 67.

    (2)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


    P7_TC1-COD(2013)0213

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/55/UE.)


    Top