This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0197
P7_TA(2014)0197 Rail transport statistics ***I European Parliament legislative resolution of 11 March 2014 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 91/2003 of the European Parliament and of the Council on rail transport statistics, as regards the collection of data on goods, passengers and accidents (COM(2013)0611 — C7-0249/2013 — 2013/0297(COD)) P7_TC1-COD(2013)0297 Position of the European Parliament adopted at first reading on 11 March 2014 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2014 of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 91/2003 on rail transport statistics, as regards the collection of data on goods, passengers and accidents
P7_TA(2014)0197 Statistika tat-trasport bil-ferrovija ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta’ dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti (COM(2013)0611 – C7-0249/2013 – 2013/0297(COD)) P7_TC1-COD(2013)0297 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti
P7_TA(2014)0197 Statistika tat-trasport bil-ferrovija ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta’ dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti (COM(2013)0611 – C7-0249/2013 – 2013/0297(COD)) P7_TC1-COD(2013)0297 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti
ĠU C 378, 9.11.2017, p. 385–394
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/385 |
P7_TA(2014)0197
Statistika tat-trasport bil-ferrovija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta’ dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti (COM(2013)0611 – C7-0249/2013 – 2013/0297(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 378/51)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0611), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0249/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0002/2014), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P7_TC1-COD(2013)0297
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni, it-trażmissjoni, l-evalwazzjoni u t-tixrid ta' statistika komparabbli dwar it-trasport ferrovjarju fl-Unjoni. |
(2) |
L-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja u tiżviluppa politika ta' trasport komuni u l-elementi tat-trasport tal-politiki dwar in-networks reġjonali u trans-Ewropej. |
(3) |
L-istatistika dwar is-sikurezza ferrovjarja hija neċessarja wkoll sabiex il-Kummissjoni tħejji u timmonitorja l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza tat-trasport. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tiġbor dejta dwar l-aċċidenti skont l-Anness Statistiku tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tal-Komunità fir-rigward tal-indikaturi komuni tas-sikurezza u l-metodi komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-aċċidenti. |
(3a) |
Il-Eurostat għandu jikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fil-ġbir tad-dejta dwar l-aċċidenti ferrovjarji bil-għan li jiġi żgurat li d-dejta ottenuta hija konsistenti u għalkollox komparabbli. Ir-rwol tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fil-qasam tas-sikurezza ferrovjarja għandu jiġi kontinwament imsaħħaħ. [Em. 1] |
(4) |
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li jitrażmettu dejta dwar il-passiġġieri lill-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-Regolament (KE) Nru 91/2003, ipprovdew b'mod regolari l-istess dejta kemm għad-dejtasets proviżorji kif ukoll għal dawk finali. |
(5) |
Għandu jkun hemm bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-utenti u l-piż ta' dawk li jwieġbu meta tiġi prodotta statistika Ewropea. |
(6) |
Il-Eurostat wettaq analiżi teknika tad-dejta eżistenti dwar l-istatistika ferrovjarja miġbura skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-politika ta' tixrid, fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma u t-Task Force fuq l-istatistika dwar it-trasport ferrovjarju, biex jissimplifika kemm jista' jkun id-diversi attivitajiet neċessarji biex tiġi prodotta statistika, filwaqt li r-riżultat finali jibqa' konformi mal-bżonnijiet attwali u futuri tal-utent. |
(7) |
Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni ssemmi li l-iżviluppi fuq terminu twil probabbilment ifissru t-trażżin jew is-simplifikazzjoni tad-dejta diġà miġbura skont ir-Regolament, u li l-intenzjoni hija li jitnaqqas il-perjodu ta' trażmissjoni tad-dejta, għad-dejta annwali dwar il-passiġġieri bil-ferrovija. Il-Kummissjoni għandha tkompli tagħti rapporti f’intervalli regolari dwar il-mod li bih dan ir-Regolament jiġi implimentat. [Em. 2] |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”), is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament għandhom bżonn jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat. |
(9) |
Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi l-ġodda fl-Istati Membri u fl-istess ħin jinżamm il-ġbir armonizzat tad-dejta ferrovjarja mal-Unjoni kollha u bil-għan li tinżamm il-kwalità għolja tad-dejta trażmessa mill-Istati Membri, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, bil-għan li tadatta d-definizzjonijiet u l-limiti għar-rappurtar u l-kontenuti tal-Annessi, u li tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi provduta. |
(10) |
Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert , u li tqis il-pożizzjoni tas-settur ferrovjarju . Waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm sottomissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 3] |
(11) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ddelegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu. |
(12) |
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, is-setgħat għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi porvduta għar-rapporti dwar il-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati , u dwar l-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat) . Dawk Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ dawk l-atti, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali tagħhom. |
(13) |
Ġie kkonsultat il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika. |
(14) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 5(2), il-punt b huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 7 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 7 Tixrid L-istatistika bbażata fuq id-dejta speċifikata fl-Annessi A, C, E, F, G , GA, H u L għandha tinxteredtixxerred mill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn 12-il xahar wara tmien il-perjodu li r-riżultati huma marbuta miegħu. L-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).” |
(4a) |
Fl-Artikolu 8, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta trasmessa.” [Em. 11] |
(5) |
Fl-Artikolu 8, jiżdiedu l-paragrafi: “3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta' kwalità li jridu jiġu applikati għad-dejta li se tiġi trażmessa, huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). 4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-modalitajiet, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti ta' kwalità standard. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11. (*2) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”" |
(6) |
Jitħassar l L -Artikolu 9 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 9 Rapport Sa … (*3) u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi, għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dak ir-rapport għandu:
(*3) Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. " |
(7) |
L-Artikolu 10 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 10 Eżerċizzju tad-delega 1. Il-Kummissjoni b'dan tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(5) għandha tingħata hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu perijodu ta’ żmien indeterminat ħames snin minn … (*4). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tal-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 13] 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(5) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(2) u 4(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.” (*4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda." |
(8) |
L-Artikolu 11 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 11 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (*5) Regolament (UE) Nru182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”" |
(9) |
Jitħassar l-Artikolu 12. |
(10) |
Jitħassru l-Annessi B, D, H u I. [Em. 15] |
(11) |
L-Anness C huwa mibdul kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(11a) |
L-Anness F huwa emendat kif ġej:
|
(11b) |
Jiddaħħal l-Anness li ġej; “Anness Ga Dejta dwar l-infrastruttura ferrovjarja
|
(11c) |
L-Anness H huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
L-Anness L jiżdied kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiġi kkonsolidat mar-Regolament (KE) Nru 91/2003 fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tiegħu. [Em. 21]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1).
(3) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar sigurtà fil-ferroviji tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva sigurtà tal-Ferroviji) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(4) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
“Anness C
STATISTIKA ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI – RAPPURTAR IDDETTALJAT |
|||||||||
Lista ta' varjabbli u unitajiet ta' kejl |
Passiġġieri ttrasportati fi:
Movimenti tat-trejns tal-passiġġieri fi:
Lokomottivi mgħammra bl-ERTMS fi:
|
||||||||
Perjodu ta’ referenza |
Sena |
||||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||||
Lista ta' tabelli b'rendikont għal kull tabella |
Tabella C3: passiġġieri ttrasportati skont it-tip ta' trasport Tabella C4: passiġġieri internazzjonali ttrasportati, skont il-pajjiż ta' imbark u l-pajjiż ta' żbark Tabella C5: movimenti tat-trejns tal-passiġġieri |
||||||||
Skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta |
Tmien xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza. |
||||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza |
2012 |
||||||||
Noti |
|
“Anness L
Tabella L.1
LIVELL TA' ATTIVITÀ TA' TRASPORT F'MERKANZIJA TTRASPORTATA |
|||||||
Lista ta' varjabbli u unitajiet ta' kejl |
Merkanzija ttrasportata fi:
|
||||||
Perjodu ta’ referenza |
Sena waħda |
||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||
Skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta |
Ħames xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza |
||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza |
201X |
||||||
Noti |
Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' inqas minn 200 miljun tunnellata-km u inqas minn 500 000 tunnellata u li ma jirrappurtawx skont l-Anness A (rappurtar iddettaljat)’ |
Tabella L.2
LIVELL TA' ATTIVITÀ TA' TRASPORT F'PASSIĠĠIERI TTRASPORTATI |
|||||||
Lista ta' varjabbli u unitajiet ta' kejl |
Passiġġieri ttrasportati fi:
|
||||||
Perjodu ta’ referenza |
Sena waħda |
||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||
Skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta |
Tmien xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza |
||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza |
201X |
||||||
Noti |
Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' inqas minn 100 miljun kilometru tal-passiġġieri u li ma jirrappurtawx skont l-Anness C (rappurtar iddettaljat)” |