EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0138

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ denunzja standard tal-VAT (COM(2013)0721 – C7-0394/2013 – 2013/0343(CNS))

ĠU C 285, 29.8.2017, p. 382–384 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/382


P7_TA(2014)0138

Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ denunzja standard tal-VAT (COM(2013)0721 – C7-0394/2013 – 2013/0343(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2017/C 285/45)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0721),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0394/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0090/2014),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (12) tirrikjedi li persuni taxxabbli jissottomettu d-denunzji tal-VAT iżda tippermetti flessibbiltà għall-Istati Membri biex jiddeterminaw l-informazzjoni meħtieġa. Dan iwassal għal diversi regoli u proċeduri li jirregolaw is-sottomissjoni tad-denunzji tal-VAT fl-Unjoni, kumplessità addizzjonali għan-negozji u l-obbligi tal-VAT i joħolqu ostakoli għall-kummerċ tal-Unjoni.

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (12) tirrikjedi li persuni taxxabbli jissottomettu d-denunzji tal-VAT iżda tippermetti flessibbiltà għall-Istati Membri biex jiddeterminaw l-informazzjoni meħtieġa. Dan iwassal għal diversi regoli u proċeduri li jirregolaw is-sottomissjoni tad-denunzji tal-VAT fl-Unjoni, kumplessità addizzjonali għan-negozji , piż amministrattiv żejjed kemm għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kif ukoll għall-persuni taxxabbli, lakuni li jippermettu li jitwettqu frodi tal-VAT, obbligi tal-VAT li joħolqu ostakoli għall-kummerċ tal-Unjoni , u spejjeż żejda kemm għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kif ukoll għall-persuni taxxabbli .

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozju u jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, denunzja standard al-VAT għandha tiġi introdotta għan-negozji kollha li għandhom rapporti kummerċjali fl-Unjoni. L-użu ta’ denunzji standardizzati għandu jiffaċilita l-kontroll tad-denunzji tal-VAT mill-Istati Membri.

(2)

Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet minn fuq in-negozju u jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, denunzja standard tal-VAT għandha tiġi introdotta għan-negozji kollha li għandhom rapporti kummerċjali fl-Unjoni , u l-użu ta’ denunzji standardizzati għandu jiffaċilita kemm il-ġbir u l-ħlas tal-VAT kif ukoll il-kontroll tad-denunzji tal-VAT mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Dan għandu jikkontribwixxi wkoll sabiex jgħin lin-negozji jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-VAT, u b'hekk titnaqqas ir-rata ta' żbalji, u, fl-aħħar nett jikkontribwixxi biex jitnaqqsu jew saħansitra jiġu eliminati l-frodi tal-VAT u d-distakk tal-VAT.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Huwa meħtieġ li l-piżijiet amministrattivi jitnaqqsu għal minimu. L-informazzjoni meħtieġa dwar id-denunzja standard tal-VAT għandha għalhekk ikollha sett limitat ta’ informazzjoni mandatorja. Barra minn hekk, fir-rigward tad-denunzja standard tal-VAT u denunzji oħrajn, l-Istati Membri m’għandhomx jiġu permessi li jirrikjedu informazzjoni oħra għajr dik stabbilita fil-Kapitolu 5 tat-Titolu XI tad-Direttiva.

(3)

Huwa meħtieġ li l-piżijiet amministrattivi jitnaqqsu għal minimu. L-informazzjoni meħtieġa dwar id-denunzja standard tal-VAT għandha għalhekk ikollha sett limitat ta’ informazzjoni mandatorja. Barra minn hekk, fir-rigward tad-denunzja standard tal-VAT u denunzji oħrajn, l-Istati Membri m’għandhomx jiġu permessi li jirrikjedu informazzjoni oħra għajr dik stabbilita fil-Kapitolu 5 tat-Titolu XI tad-Direttiva. Id-denunzja standard tal-VAT se tissodisfa l-potenzjal sħiħ tagħha biss jekk l-Istati Membri jittrasponu din id-Direttiva, b’mod f’waqtu, fil-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom, mingħajr ma jitbiegħdu mill-ambitu tagħha.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri għanhdom jipprovdu lill-uffiċjali tagħhom u lill-persuni taxxabbli b'taħriġ online dwar l-użu xieraq tal-preżentazzjoni elettronika sabiex jiġi żgurat li l-preżentazzjoni tad-denunzja standard tal-VAT issir b'mod xieraq u sikur.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Sabiex jitnaqqsu aktar il-piż minn fuq in-negozji u jitjieb il-funzjonament tas-suq intern, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni fid-denunzja standard tal-VAT għandhom jiġu unifikati fl-Istati Membri kollha, u l-Kummissjoni għandha, fi żmien ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva minn dik il-perspettiva u tressaq proposti jekk ikun xieraq.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.

Sa …* [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-adegwatezza ta' din id-Direttiva bl-għan li tnaqqas aktar il-piż minn fuq in-negozji u ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Ir-riżultati tar-rieżami għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjati, fejn meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tkun disponibbli f'forma kkonsolidata mad-Direttiva li temenda fi żmien tliet xhur mill-pubblikazjoni tagħha.


(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).


Top