EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AE1558

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom” COM(2014)5 final – 2014/0032 COD

ĠU C 226, 16.7.2014, p. 70–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/70


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom”

COM(2014)5 final – 2014/0032 COD

2014/C 226/15

Fil-25 ta' Frar 2014 u fid-19 ta' Marzu 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom

COM(2014)5 final – 2014/0032 COD

Billi l-Kumitat diġà ta fehmtu dwar il-kontenut ta’ din il-proposta fl-Opinjonijiet tiegħu CES 4014-2013_00_00_AC, adottata fis-16 ta' Ottubru 2013* (1) u CES 1334/88 adottata fl-14 ta' Diċembru 1988 (2), iddeċieda, matul l-497 sessjoni plenarja tiegħu tal-25 u s-26 ta’ Marzu 2014 (seduta tas-25 ta’ Marzu), b’135 vot favur, 3 voti kontra u 17-il astensjoni, li ma jfassalx opinjoni ġdida dwar il-kwistjoni, iżda li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti imsemmija.

Brussell, 25 ta' Marzu 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Opinjoni tal-KESE NAT/611 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nri 1151/2012, [….]/2013, u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali) u dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tal-infiq relatat mal-katina alimentari, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/26/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KE, 76/894/KEE u 2009/470/KE, ĠU 2014/C 67/34, paġna 166 tas-6 ta' Marzu 2014.

(2)  Opinjoni tal-KES AGR/337 dwar the Proposal for a Council Regulation (EEC) laying down zootechnical and pedigree requirements for the marketing of purebred animals, ĠU 89/C 56/10, paġna 25 tas-6 ta' Marzu 1989 (mhux disponibbli bil-Malti).


Top