Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XG0403(02)

    Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-iprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

    ĠU C 94, 3.4.2013, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 94/6


    Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-iprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

    2013/C 94/06

    Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku, javża li rċieva applikazzjoni għall-permess ta’ riċerka fuq l-idrokarburi tas-soċjetà Enel Longanesi Developments S.r.l., magħrufa fil-kummerċ bħala “Fontana Villanella”, għal żona li tinsab fir-reġjun tal-Puglia, b’mod aktar speċifiku fil-provinċja ta’ Foggia, li tinsab ġewwa l-arki meridjani u l-paralleli, li l-punti tagħhom huma indikati mill-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

    L-Ogħla punti

    Lonġitudni Lvant Monte Mario

    Latitudni Tramuntana

    A

    2°39′

    41°36′

    B

    2°42′,96

    41°36′

    C

    2°41′,56

    41°35′,75

    D

    2°44′,47

    41°26′,37

    E

    2°42′,7

    41°26′

    F

    2°38′

    41°26′

    G

    2°38′

    41°29′

    H

    2°39′

    41°29′

    I

    2°39′

    41°30′

    L

    2°40′

    41°30′

    M

    2°40′

    41°35′

    N

    2°39′

    41°35′

    Il-koordinati indikati hawn fuq huma determinati skont il-kartografija nazzjonali tal-Istitut Ġeografiku Militari (I.G.M.) – Mappa tal-Italja bl-iskala 1:100 000 Nru 163.

    Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini, is-superfiċje tal-wiċċ hija ugwali għal 98,29 km2.

    F’konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq; l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv tal-25 ta’ Novembru 1996, Nru 625; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku qed jippubblika avviż li jippermetti lill-entitajiet interessati jissottomettu applikazzjonijiet għall-permessi ta’ riċerka ta’ idrokarburi f’kompetizzjoni kummerċjali fl-istess żona, li tinsab ġewwa l-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.

    L-awtorità responsabbli mill-ħruġ tal-permess ikkonċernat ta’ riċerka, hija l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment għall-Enerġija – id-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Minerali u l-Enerġija – it-Taqsima VI.

    Ir-regoli għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni minerarja huma stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġislattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011.

    Id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija ta' 3 xhur qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż attwali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

    L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq l-indirizz li ġej:

    Ministero dello sviluppo economico

    Dipartimento per l’energia

    Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

    Divisione VI

    Via Molise 2

    00187 Roma RM

    ITALIA

    L-applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa anke permezz tal-użu tal-indirizz tal-email – “ene.rme.div.6@pec.sviluppoeconomico.gov.it”. Id-dokumentazzjoni f’format elettroniku għandha tintbagħat permezz biss tal-użu tal-firma diġitali ta’ rappreżentant legali tad-ditta li qed tissottometti l-applikazzjoni.

    Għall-finijiet tad-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-22 ta’ Diċembru 2010, Nru 22, l-Anness A, il-Punt 2, il-proċedura unika għall-għoti tal-permess għar-riċerka ma għandhiex tkun aktar minn total ta’ 180 jum.


    Top