EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XG0220(04)

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Appoigny” ) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 49, 20.2.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/13


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Appoigny”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/08

Permezz ta' applikazzjoni li saret fl-14 ta' Ġunju 2011, l-impriża Bluebach Ressources Sarl, li għandha s-sede tagħha f'178, boulevard Haussman, 75008 f'Pariġi 8e, France, talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta’ depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Appoigny”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju tad-Dipartiment ta' Yonne (89).

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

1,20

53,30

B

1,60

53,30

C

1,60

53,10

D

1,10

53,10

E

1,10

53,20

F

1,20

53,20

Skont din id-definizzjoni l-erja hija ta’ madwar 607 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-liċenzja, kif iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċeduri miġbura fil-qosor fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz imsemmi hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi jittieħdu fi żmien sentejn minn meta l-applikazzjoni inizjali tasal għand l-awtoritajiet Franċiżi, mhux aktar tard mill-24 ta' Ġunju 2013.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif rilevanti jista’ jinkiseb mill-Ministère de l'écologie, du développement durable, (il-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli):

Direction générale de l'énergie et du climat, Direction de l’énergie (id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u l-Klima, id-Direttorat tal-Enerġija), Sous-direction de la sécurité d’approvisionnement et nouveaux produits énergétiques (It-taqsima tas-sigurtà tal-provvista u tal-prodotti l-ġodda tal-enerġija), Grande Arche de la Défense — Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France (numru tat-telefown: +33 140819529).

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


Top