This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0759
Proposal for a COUNCIL IMPLEMENTING REGULATION imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of crystalline silicon photovoltaic modules and key components (i.e. cells) originating in or consigned from the People's Republic of China
Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
/* COM/2013/0759 final - 2013/0369 (NLE) */
Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina /* COM/2013/0759 final - 2013/0369 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’
dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament
bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u 14(1) tiegħu dwar
l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u
komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li li joriġinaw fi jew li
huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Kuntest ġenerali Din il-proposta ssir fil-kuntest
tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’
investigazzjoni li twettqet b’konformità mar-rekwiżiti sostantivi u
proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam
tal-proposta Fis-6 ta’ Settembru 2012,
il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) fetħet proċediment
antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju
kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li
joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Fl-1 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni
adottat ir-Regolament Nru 182/2013 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’
moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin
(jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma
kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti
għar-reġistrazzjoni. Fl-4 ta’ Ġunju 2013,
il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Nru 513/2013 li jimponi dazju anti-dumping
provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi
bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri
ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati
mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE)
Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi
jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
soġġetti għar-reġistrazzjoni. Imbagħad, dan
ir-Regolament ġiet emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni
Nru 748/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013. Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE
tat-2 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni aċċettat impenn
offrut b’rabta mal-proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’
moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin
(jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma
kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Konsistenza ma’ politiki u għanijiet
oħrajn tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati Il-partijiet interessati kkonċernati
mill-proċediment għandhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi
tagħhom matul l-investigazzjoni, b’konformità mad-dispożizzjonijiet
tar-Regolament bażiku. Ġbir u użu tal-kompetenzi Ma kien hemm ebda bżonn ta’ kompetenza
esterna. Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat
tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprovdix għal
valutazzjoni ġenerali tal-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta’
kundizzjonijiet li jridu jkunu vvalutati. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Il-Kummissjoni imponiet dazji antidumping
provviżorji fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi
tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u
wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina u mbagħad aċċettat impenn offrut b’rabta ma’
dawn l-importazzjonijiet. Il-proposta mehmuża għal Regolament
tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet definittivi li kkonfermaw
l-eżistenza ta’ dumping li jikkaġuna dannu, u l-fatt li
l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tmurx kontra l-interess ġenerali
tal-Unjoni. Għad li l-ambitu tal-prodotti ġie emendat fl-istadju
definittiv (bl-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodotti) u r-rati
finali tad-dazju ġew riveduti ftit, is-sejbiet provviżorji kienu
ġeneralment ikkonfermati. L-impenn huwa previst li japplika matul
il-perjodu ta’ validità tal-miżuri provviżorji u definittivi. Għalhekk huwa propost li l-Kunsill jadotta
l-proposta mehmuża għal Regolament li għandha tkun ippubblikata
mhux iktar tard mill-5 ta’ Diċembru 2013. Bażi legali Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’
dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza
esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-prinċipju ta’
sussidjarjetà ma japplikax. Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’
proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-forma tal-azzjoni hija deskritta fir-Regolament
bażiku msemmi iktar ’il fuq u ma tħalli ebda ambitu għal
deċiżjoni nazzjonali. Indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u
amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, gvernijiet nazzjonali, awtoritajiet
reġjonali u lokali, operaturi ekonomiċi u ċittadini huwa
minimizzat u proporzjonat għall-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. Għażla tal-istrumenti Strumenti proposti: regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux
adegwati għar-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku ma
jipprovdix għal għażliet alternattivi. 4. IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT
Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni
għall-baġit tal-Unjoni. 2013/0369 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv u li
jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq
l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u
komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li
huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina IL-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi
mhux membri tal-Komunità Ewropea[1]
(“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) u 14(1)
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa
mill-Kummissjoni Ewropea, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. PROĊEDURA 1. Miżuri Provviżorji (1) Il-Kummissjoni Ewropea
('il-Kummissjoni'), permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013[2] (“ir-Regolament provviżorju”), imponiet dazju antidumping
provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi
tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u
wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina (“il-PRC” jew il-“pajjiż ikkonċernat”). (2) L-investigazzjoni tnediet
wara lment ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2012 minn
EU ProSun (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw
iktar minn 25 % tal-produzzjoni kollha tal-Unjoni ta’ moduli
fotovoltajċi (“PV”) tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin. L-ilment
kien fih evidenza prima facie ta’ dumping tat-tali prodott u ta’ dannu
materjali li rriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex
tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni. 2. Reġistrazzjoni (3) Kif
intqal fil-premessa (3) tar-Regolament provviżorju, wara talba
mill-ilmentatur appoġġjata mill-evidenza meħtieġa, fl-1 ta’ Marzu 2013
il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 182/2013[3] li jagħmel dawn l-importazzjonijiet ta’ moduli PV
tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u
wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni mis-6 ta’ Marzu 2013.
Ir-Regolament provviżorju waqqaf ir-reġistrazzjoni
tal-importazzjonijiet għall-fini tal-investigazzjoni antidumping b’konformità
mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku peress li dazju antidumping
provviżorju pprovda protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping. (4) Uħud mill-partijiet
interessati qalu li d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni
tal-importazzjonijiet ma kellhiex bażi, peress li l-kundizzjonijiet ma
kinux issodisfati skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.
Madankollu, dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux sostanzjati jew ibbażati
fuq evidenza fattwali. Fiż-żmien li ttieħdet
id-deċiżjoni biex jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet,
il-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza prima facie li
tiġġustifika l-bżonn li jiġu rreġistrati
l-importazzjonijiet, b’mod partikolari żieda qawwija kemm f’termini ta’
importazzjonijiet assoluti kif ukoll f’temini ta’ sehem mis-suq.
Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet f’dan ir-rigward kellhom jiġu rrifjutati. 3. Aċċettazzjoni ta'
Impenn fir-rigward tad-dazji provviżorji (5) Permezz
tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE tat-2 ta’ Awwissu 2013[4], il-Kummissjoni kienet aċċettat impenn offrut
mill-produtturi esportaturi flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ
taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u
Prodotti Elettroniċi ('CCCME'). 4. Proċedura Sussegwenti (6) Wara d-divulgazzjoni
tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom
ġie deċiż li jiġu imposti miżuri antidumping
provviżorji (“id-divulgazzjoni provviżorja”), il-Gvern
taċ-Ċina ('GOC') u bosta partijiet interessati għamlu
sottomissjonijiet bil-miktub li fihom iddikjaraw il-fehmiet tagħhom dwar
is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu hekk ingħataw
l-opportunità li jinstemgħu. L-Assoċjazzjoni għall-Enerġija
Solari Affordabbli ("AFASE"), li tirrappreżenta importaturi,
operaturi downstream u upstream u importatur minnhom talbu u ngħataw smigħ
fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali
għall-Kummerċ. (7) Il-Kummissjoni
kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja
għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti orali u miktuba
ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u, fejn kien
xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew modifikati kif xieraq. (8) Barra
minn hekk, saru żjariet ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: (i) Operaturi downstream –
Jayme de la Costa, Pedroso, il-Portugall –
Sunedison Spain Construction, Madrid, Spanja (ii) Konsulent indipendenti –
Europressedienst, Bonn, il-Ġermanja (9) L-AFASE
xeħtet dubju fuq il-bażi legali għaż-żjara mwettqa
fil-bini ta’ Europressedienst, peress li din mhijiex parti interessata f’din
l-investigazzjoni u b’hekk ma taqax taħt l-Artikolu 16 tar-Regolament
bażiku. Europressedienst, kif intqal fil-premessi (99) u (120)
tar-Regolament provviżorju pprovdiet informazzjoni dwar indikaturi
makroekonomiċi. Huwa ċċarat li l-Kummissjoni wettqet verifika fuq
il-post fil-bini ta’ Europressedienst għall-fini tal-prinċipiju ta’
amministrazzjoni tajba biex tivverifika l-affidabbiltà u l-korrettezza
tad-dejta li fuqha bbażat is-sejbiet tagħha l-Kummissjoni. (10) Il-GOC tenna d-dikjarazzjoni
li d-drittijiet ta' difiża tiegħu fir-rigward tal-aċċess
għall-fajls miftuħin għal spezzjoni mill-partijiet interessati
nkisru għaliex (i) kien hemm informazzjoni nieqsa mill-fajls mhux
kunfidenzjali mingħajr ma ntweriet “kawża ġusta” jew
mingħajr ma ġew ipprovduti sommarji dettaljati biżżejjed, jew
b'mod eċċezzjonali, ir-raġunijiet għan-nuqqas milli
jiġi pprovdut is-sommarju mhux kunfidenzjali, (ii) il-verżjoni mhux
kunfidenzjali ta' tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju ta'
produttur tal-Unjoni kienet nieqsa u (iii) id-dewmien biex jitqiegħdu
għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati l-verżjonijiet mhux
kunfidenzjali tat-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-produtturi
tal-Unjoni kien eċċessiv. (11) (i) Rigward id-dikjazzjoni li
l-informazzjoni kienet nieqsa mill-fajl miftuħ, il-parti interessata ma
speċifikatx għal liema informazzjoni kienet qed tirreferi. (ii) Id-dikjarazzjoni
tagħha li l-verżjoni mhux kunfidenzjali ta' tweġiba
sħiħa għall-kwestjonarji ma tqegħditx
għad-dispożizzjoni ma kinitx korretta. (iii) Rigward id-dewmien fit-tqegħid
għad-dispożizzjoni tat-tweġibiet mhux kunfidenzjali
tal-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, ġie spjegat
lill-parti kkonċernata li l-kwestjonarji żdiedu biss mal-fajl mhux
kunfidenzjali wara li ġiet vverifikata l-kompletezza u r-raġonevolezza
tas-sommarji tagħhom. Sabiex ikun żgurat id-dritt ta' anonimità
tal-produtturi tal-Unjoni, ġie żgurat ukoll li l-verżjonijiet
mhux kunfidenzjali tal-kwestjonarji tabilħaqq ma kinux jikxfu l-identità
tal-produttur tal-Unjoni kkonċernat. Għalhekk, f'ċerti
każijiet, il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali kellhom jiġu
kkoreġuti kif xieraq mill-parti li ssottomettihom qabel setgħu
jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati
oħrajn. (12) Fi kwalunkwe każ, tqies
li dan bl-ebda mod ma affettwa d-drittijiet ta' difiża tal-partijiet
interessati. Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità
jwieġbu għall-informazzjoni inkluża fil-fajl miftuħ
għal spezzjoni fil-ħin sabiex il-kummenti tagħhom ikunu
jistgħu jiġu kkunsidrati, meta sostanzjati u ġġustifikati
qabel ma saret kwalunkwe konklużjoni fl-investigazzjoni. Il-parti interessata
kellha kull opportunità tikkummenta fuq il-kwestjonarju mill-produtturi
tal-Unjoni fil-kampjun anki wara d-divulgazzjoni provviżorja u finali. Għaldaqstant,
anki jekk id-divulgazzjonijiet u l-aċċess għall-fajl miftuħ
għal spezzjoni mill-partijiet interessati huma bbażati fuq
dispożizzjonijiet legali differenti, ta' min jinnota li kien hemm bosta
opportunitajiet sabiex il-partijiet interessati jikkummenaw fuq l-informazzjoni
kollha li tqiegħed għad-dispożizzjoni minn kwalunkwe parti
għall-investigazzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni kellha
tiġi rifjutata. (13) Il-partijiet interessati
kollha kienu informati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq
il-bażi tagħhom kien hemm l-intenzjoni li tiġi rakkomandata
l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet
ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri
ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika
Popolari taċ-Ċina u l-ġbir definittiv tal-ammonti permezz ta’
dazju provviżorju (“id-divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha
ngħataw perjodu li matulu setgħu jagħmlu kummenti dwar
id-divulgazzjoni finali. (14) Il-kummenti sottomessi
mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, fejn xierqa. 5. Aċċettazzjoni ta'
impenn fid-dawl ta' dazji definittivi (15) Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni
rċiviet offerta emendata għal impenn mill-produtturi esportaturi flimkien
mas-CCCME, li tkopri wkoll l-investigazzjoni antisussidji parallela. Permezz
tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/XXX/UE ta' XX ta’ Diċembru 2013,
il-Kummissjoni kkonfermat li qed taċċetta dak l-impenn. 6. Partijiet ikkonċernati
mill-proċediment (a) Kampjunar
tal-produtturi tal-Unjoni (16) Wara l-impożizzjoni
tal-miżuri provviżorji, uħud mill-partijiet interessati tennew
l-argument li użu żejjed ta’ kunfidenzjalità impedixxihom milli
jikkummentaw fuq l-għażla tal-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni u b’hekk,
anki mill-eżerċizzju xieraq tad-drittijiet ta’ difiża
tagħhom. Il-Kummissjoni diġà indirizzat din il-kwistjoni
fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju. Peress li f’dan
ir-rigward ma kienet ippreżentata l-ebda informazzjoni ġdida,
il-konklużjonijiet fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju
huma kkonfermati. (17) Il-GOC tenna d-dikjarazzjoni
tiegħu li l-użu tal-kunfidenzjalità tal-ismijiet tal-ilmentaturi u
l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mhuwiex iġġustifikat. Kif
diġà ġie ddikjarat fil-premessa (9) għar-Regolament
provviżorju, il-produtturi tal-Unjoni talbu li l-ismijiet tagħhom
jinżammu kunfidenzjali minħabba r-riskju ta' ritaljazzjoni.
Il-Kummissjoni qieset li dawn it-talbiet kienu sostanzjati biżżejjed
biex jintlaqgħu. L-informazzjoni li ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni
sabiex tissostanzja r-riskju ta' ritaljazzjoni ma tistax tiġi ddivulgata
lil partijiet terzi, għaliex b'hekk id-divulgazzjoni tkun qed tmur kontra
l-iskop tat-talba ta' kunfidenzjalità. Barra minn hekk, f'każ fejn, kif
irrapportat mill-GOC, produttur tal-Unjoni reġa' evalwa l-pożizzjoni
tiegħu u kixef l-identità tiegħu billi ppreżenta applikazzjoni
għal kawża fil-Qorti kontra r-Regolament provviżorju, ma
għadx hemm raġuni biex tiġi ddivulgata l-informazzjoni li fuq
il-bażi tagħha ngħatat l-anonimità, peress li l-identità nkixfet.
(18) Minbarra d-divulgazzjoni
provviżorja, parti interessata minnhom tenniet li l-informazzjoni li fuqha
kien ibbażat il-kampjun ma kinitx affidabbli, iżda, madankollu, ma
tatx xi evidenza ġdida f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, din
id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata. (19) Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME
tenniet l-argumenti tagħha dwar il-metodu użat
għall-għażla tal-kampjun provviżorju tal-produtturi
tal-Unjoni. B'mod partikolari ddikjarat li l-Istituzzjonijiet ma qisux 120
produttur. Il-Kummissjoni diġà indirizzat din il-kwistjoni fil-premessa
(9) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, l-Istituzzjonijiet
ivverifikaw l-attivitajiet tal-kumpaniji li jidhru f'dik il-lista. Instab li
dik il-lista tinkludi l-aktar installaturi, distributuri, importaturi relatati
u produttur esportatur fiċ-Ċina, it-Tajwan u l-Indja.
Għaldaqstant, il-lista ma kinitx adattata biex turi li l-Istituzzjonijiet
qabżu għadd notevoli ta' produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk,
is-CCCME ma kkontestatx il-produzzjoni totali tal-Unjoni billi pprovdiet ċifri
oħrajn, u lanqas ma ressqet xi evidenza li r-rappreżentattività
tal-kampjun setgħet kienet affetwata, peress li l-ebda wieħed
mill-produtturi addizzjonali allegati tal-Unjoni ma kienu jintgħażlu
fil-kampjun, lanqas li kieku l-Kummissjoni kienet taf bihom. (20) Wara l-esklużjoni
tal-wajfers mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u għalhekk
mill-ambitu ta' din l-investigazzjoni kif imsemmi fil-premessa (32) aktar 'l
isfel, il-kampjun finali kien jikkonsisti fi tmien produtturi tal-Unjoni. Fin-nuqqas
ta’ kummenti oħrajn fir-rigward tal-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni,
is-sejbiet fil-premessi (7) sa (10) għar-Regolament provviżorju
huma għalhekk ikkonfermati, kif emendat hawn fuq. (b) Kampjunar ta’ importaturi mhux
relatati (21) Wara
l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, kif intqal
fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni
kkuntattjat lil importaturi oħrajn li diġà kkooperaw
fl-investigazzjoni fl-istadju inizjali billi pprovdew informazzjoni bażika
dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott li qiegħed jiġi
investigat matul il-perjodu tal-investigazzjoni, kif speċifikat
fl-Avviż ta’ Bidu. L-iskop kien li jiġi ddeterminat jekk id-daqs
tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati setax jiżdied. Sitt kumpaniji,
li jikkwalifikaw bħala importaturi mhux relatati fin-negozju tal-prodott
ikkonċernat (jiġifieri xiri u bejgħ mill-ġdid tiegħu),
għarrfu bil-preżenza tagħhom u kienu lesti jikkooperaw iktar
fl-investigazzjoni. Minn dawn is-sitta, ħamsa wieġbu sad-data tal-iskadenza.
Mill-ħames tweġibiet li daħlu, tlieta biss kienu kompluti
biżżejjed u ppermettew li ssir valutazzjoni valida. Fuq din
il-bażi, il-kampjun tal-importaturi mhux relatati tkabbar u kien fih erba'
importaturi għal moduli, li jirrappreżentaw madwar 2 % -
5 % tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat. Minħabba l-istruttura tal-importaturi mhux relatati, li fil-parti
l-kbira kienu kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, ma kienx possibbli li
jinkiseb kampjun li jirrappreżenta sehem ikbar, minħabba
r-riżorsi limitati għad-dispożizzjoni tal-Istituzzjonijiet. (22) Fin-nuqqas ta’ xi kumment
ieħor fir-rigward tal-kampjunar tal-importaturi mhux relatati,
il-premessi (11) u (12) għar-Regolament provviżorju, kif
emendati hawn fuq huma kkonfermati. (c) Kampjunar tal-produtturi esportaturi (23) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, għadd ta’ kumpaniji mhux fil-kampjun issottomettew
kummenti li argumentaw li s-sitwazzjoni tagħhom hija differenti
mill-kumpaniji fil-kampjun. Argumentaw li, b’hekk, għandhom jibbenefikaw
minn rata ta’ dazju individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament
bażiku. Madankollu, minħabba n-numru kbir ta’ kumpanija li kkooperaw
(spiss gruppi ta’ kumpaniji), ma kienx possibbli li jiġu investigati
l-kumpaniji kollha b’mod individwali. Għaldaqstant, skont
l-Artikolu 9(6), dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-dazju
medju peżat tal-kumpaniji fil-kampjun. (24) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment
ieħor fir-rigward tal-kampjunar tal-produtturi esportaturi,
il-premessi (13) u (14) għar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 7. Perjodu ta’ investigazzjoni u
perjodu kkunsidrat (25) Kif stabbilit
fil-premessa (19) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni
tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2011
sat-30 ta’ Ġunju 2012 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew
“IP”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu
kopriet il-perjodu bejn l-2009 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni
(“il-perjodu kkunsidrat”). B. PRODOTT IKKONĊERNAT U
PRODOTT SIMILI 1. Introduzzjoni (26) Kif
stabbilit fil-premessi (20) sa (49) għar-Regolament
provviżorju, il-prodott ikkonċernat kif iddefinit b’mod
provviżorju huwa l-moduli jew il-pannelli PV tas-siliċju kristallin u
ċelloli u wejfers tat-tip użat f’moduli jew pannelli PV
tas-siliċju kristallin, li joriġinaw jew jintbagħtu mill-PRC.
Iċ-ċelloli u l-wejfers għandhom ħxuna li ma taqbiżx
l-400 mikrometru. Bħalissa dan il-prodott jaqa’ fi ħdan
il-kodiċijiet tan-NM ex 3818 00 10, ex 8501 31 00, ex 8501
32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501
61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u
ex 8541 40 90 (“il-prodott ikkonċernat”). (27) It-tipi ta’ prodotti li
ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat: –
ċarġers solari li jikkonsistu f’inqas
minn sitt ċelloli, li huma portabbli u li jfornu elettriku fl-apparati jew
jiċċarġaw batteriji –
prodotti PV b’rita rqiqa –
prodotti PV tas-siliċju kristallin li huma
integrati b’mod permanenti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni
tal-prodotti elettriċi tkun xi ħaġa oħra minbarra
ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi
jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/i PV
integrata/i tas-siliċju kristallin. 2. Dikjarazzjonijiet dwar
l-ambitu tal-prodotti 2.1. Esklużjoni ta’ wejfers (28) Wara
d-divulgazzjoni provviżorja, il-partijiet interessati talbu sabiex
il-wejfers jitneħħew mill-ambitu tal-prodotti peress li l-wejfers ma
jaqsmux l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi
bażiċi bħaċ-ċelloli u l-moduli. Minbarra l-argumenti
mressqa fl-istadju provviżorju, tressqu żewġ argumenti
oħrajn f’dan ir-rigward wara d-divulgazzjoni provviżorja. (29) L-ewwel nett, il-partijiet
interessati ddikjaraw li l-wejfers jistgħu jintużaw għal
skopijiet oħrajn minbarra l-produzzjoni ta’ ċelloli, b’mod
partikolari l-produzzjoni ta’ ċirkwiti integrati u mikroapparati
oħrajn. F’dan ir-rigward, huwa osservat li mhux il-wejfers kollha huma
inklużi fl-ambitu tal-prodotti ta’ din l-investigazzjoni, li huwa limitat
għal “wejfers tat-tip użat f’moduli jew pannelli PV
tas-siliċju kristallin”, u li dawk il-wejfers għandhom
“ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru”. Filwaqt li l-wejfers
żgur li jeżistu f’applikazzjonijiet oħrajn, l-investigazzjoni
qatt ma kopriet wejfers li jintużaw fil-produzzjoni ta’ prodotti
oħrajn bħal ċirkwiti integrati. Barra minn hekk, ebda produttur,
importatur jew utent involut fis-suq għal dawn it-tipi l-oħrajn ta’
wejfers ma ressqu sabiex jallegaw li l-wejfers tagħhom ikunu
soġġetti għal reġistrazzjoni jew dazji antidumping
provviżorji. Għalhekk huwa kkonfermat li dawn it-tipi l-oħrajn
ta’ wejfers mhumiex soġġetti għall-ambitu tal-prodotti ta’ din
l-investigazzjoni. Fl-istess ħin, dan juri li l-wejfers mhux bilfors
ikollhom l-istess użu finali bħaċ-ċelloli u l-moduli. (30) It-tieni, il-partijiet
interessati ddikjaraw li l-wejfers mhux ipproċessati ma fihom ebda
waħda mill-proprjetajiet elettriċi essenzjali li jiddistingwu
ċelloli u moduli solari minn prodotti oħrajn. B’mod partikolari,
il-wejfers ma għandhomx il-ħila jiġġeneraw elettriku
mid-dawl tax-xemx, li hija funzjoni fundamentali taċ-ċelloli u
l-moduli fotovoltajċi kristallini. (31) Din id-dikjarazzjoni tista’
tiġi aċċettata. Tabilħaqq, wara verifika ulterjuri u
għall-kuntrarju ta’ dak li huwa ddikjarat fil-premessa (36)
għar-Regolament provviżorju li “l-moduli, iċ-ċelloli u
l-wejfers għandhom l-istess użu finali, jiġifieri dak li jaqilbu
d-dawl tax-xemx f’elettriku”, huwa biss wara li l-wejfer tkun ittrasformata
f’ċellola li tikseb il-funzjonalità li tiġġenera l-elettriku
mid-dawl tax-xemx. (32) Minħabba
l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi
differenti, definiti matul l-investigazzjoni inter alia bħala
l-funzjonalità li tiġġenera elettriku mid-dawl tax-xemx, huwa
konkluż b’bilanċ li l-wejfers għandhom ikunu esklużi
mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u b’hekk anki mill-ambitu ta’
din l-investigazzjoni. 2.2. Investigazzjonijiet separati
għal ċelloli u moduli (33) Il-partijiet interessati
tennew li ċ-ċelloli u l-moduli mhumiex prodott wieħed, u b’hekk
għandhom ikunu vvalutati b’mod separat, u b’hekk kienu qegħdin
jirrepetu l-argumenti diġà indirizzati fil-premessi (27) sa (39)
għar-Regolament provviżorju. Madankollu, għall-kuntrarju
tal-wejfers, iċ-ċelloli u l-moduli għandhom l-istess proprjetà
bażika, jiġifieri l-kapaċità li jiġġeneraw elettriku
mid-dawl tax-xemx. Għalhekk dawn l-argumenti ġew rifjutati. (34) Wara d-divulgazzjoni finali, esportatur
minnhom argumenta li ċ-ċelloli waħedhom ma jistgħux
jipproduċu elettriku. Allegatament, iridu jiġu integrati f'moduli biex
jagħmlu hekk. Madankollu, is-soltu, kull ċellola waħedha jkollha
l-kapaċità li tiġġenera madwar 4W elettriku mid-dawl tax-xemx. Filwaqt
li din l-enerġija jaf mhijiex biżżejjed għal ħafna
mill-applikazzjonijiet li jeħtieġu assemblaġġ ta' bosta
ċelloli f'moduli, dan ma jfissirx li ċellola waħedha ma
għandhiex diġà l-kapaċità li tiġġenera elettriku. (35) Wara d-divulgazzjoni finali, esportatur
minnhom argumenta li l-impossibilità li jiġi stabbilit Valur Normali
għall-moduli fuq il-bażi tal-Valur Normali
għaċ-ċelloli, kif deskritt fil-premessa (100) iktar 'l isfel, turi
li l-moduli u ċ-ċelloli ma għandhomx jitqiesu bħala prodott
wieħed. (36) F'dan ir-rigward, ta' min
jinnota li fil-parti l-kbira tal-investigazzjonijiet antidumping, inkluża din
l-investigazzjoni, tqabbil bejn il-Valuri Normali u l-prezzijiet ta'
esportazzjoni ssir fuq il-bażi tat-tipi ta' prodotti. Dan isir peress li
spiss, medda ferm wiesgħa ta' tipi ta' prodotti jaqsmu l-istess
karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi bażiċi,
xi ħaġa li spiss twassal għal sitwazzjoni fejn tipi ta' prodotti
b'kostijiet u prezzijiet sostanzjalment differenti jaqgħu taħt
id-definizzjoni tal-"prodott ikkonċernat". Is-sempliċi fatt
li mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit Valur Normali għal ċertu
tip ta' prodott fuq il-bażi tal-Valur Normali ta' tip ieħor ta'
prodott ma jfissirx minnu nnifsu li dawn it-tipi ta' prodotti ma jistgħux
jitqiesu bħala l-istess prodott. Kif deskritt fil-premessa (32) iktar 'il
fuq, kemm iċ-ċelloli kif ukoll il-moduli jaqsmu l-istess
karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, inter
alia l-funzjonalità li jiġġeneraw elettriku mid-dawl tax-xemx. (37) Huwa argumentat ukoll li, li
kieku ċ-ċelloli u l-moduli kienu prodott wieħed b'differenzi
żgħar, l-aġġustament tal-prezzijiet taċ-ċelloli
biex jiġi stabbilit prezz tal-moduli ma jkunx diffiċli. F'dan
ir-rigward, ta' min jinnota li ma hemm ebda rekwiżit li jkun hemm biss
differenzi żgħar bejn it-tipi differenti tal-prodott
ikkonċernat. Għall-kuntrarju, huwa biżżejjed li t-tipi differenti
tal-prodott ikkonċernat jaqsmu l-istess karatteristiċi
fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi bażiċi. F'dan
il-każ, dan japplika għall-moduli u ċ-ċelloli, inter
alia l-funzjonalità li jiġġeneraw elettriku mid-dawl tax-xemx. (38) L-istess parti argumentat ukoll
li ċ-ċelloli mhumiex sempliċiment tip ieħor ta' modulu,
iżda huma prodott kompletament differenti. Fil-fatt, ċellola hija
l-komponent ewlieni ta' modulu. Bħala komponent ewlieni, huwa ċar li
ċellola mhijiex "prodott kompletament differenti", peress li l-moduli
u ċ-ċelloli jaqsmu l-istess karatteristiċi bażiċi li
jiġġeneraw elettriku mid-dawl tax-xemx, kif indikat fil-premessa (32)
iktar 'il fuq. (39) Barra minn hekk, l-istess
parti argumentat li meta ntgħażlu l-kampjuni għall-produtturi
tal-Unjoni u l-espotaturi Ċiniżi, ġiet ikkunsidrata d-differenza
bejn iċ-ċelloli u l-moduli. Għaldaqstant, kellhom jiġu
stabbiliti rati differenti tad-dazju għall-moduli u ċ-ċelloli. F'dan
ir-rigward, huwa kkonfermat li, tabilħaqq, id-differenza bejn il-moduli u
ċ-ċelloli ttieħdet f'kunsiderazzjoni meta sar il-kampjunar
tal-produtturi tal-Unjoni u l-esportaturi Ċiniżi, kif indikat
fil-premessi (10) u (14) tar-Regolament provviżorju. Madankollu, dan sar
biss biex jiġi żgurat li l-kampjun huwa rappreżentattiv u ma
jfissirx li ċ-ċelloli u l-moduli ma għandhomx jitqiesu
bħala prodott wieħed ikkonċernat, jew li għandhom jiġu
stabbiliti rati tad-dazju separati għaċ-ċelloli u l-moduli.
Tabilħaqq, sabiex jiġi żgurat li l-kampjun kien
jirrappreżenta t-tipi kollha tal-prodott, kien importanti li ssir
distinzjoni bejn iċ-ċelloli u l-moduli meta ntgħażel
il-kampjun. Barra minn hekk, peress li kien hemm ċertu grad ta'
inċertezza fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk iċ-ċelloli u
l-moduli kellhomx jitqiesu bħala prodott wieħed jew żewġ
prodotti separati, kien hemm bżonn li tkun żgurata
rappreżentattività għaż-żewġ eżiti possibbli. (40) Barra minn hekk, huwa
argumentat li l-premessa (100) ta' hawn taħt li tiddikjara li l-kostijiet
tal-ipproċessar għall-moduli huma sinifikanti tikkontradixxi l-premessa
(32) tar-Regolament provviżorju, li jiddikjara li l-valur miżjud
mhuwiex ikkonċentrat fi stadju partikolari tal-proċess
tal-produzzjoni. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li l-premessa (100) tiċċara
wkoll li d-differenza fil-kostijiet bejn iċ-ċelloli u l-moduli hija
ta' 34%, u dan ifisser li 66% tal-valur ta' modulu ġej miċ-ċellola.
Għaldaqstant huwa konkluż li l-valur miżjud mhuwiex
ikkonċentrat fi stadju partikolari tal-proċess tal-produzzjoni. (41) Il-produtturi esportaturi
ddikjaraw li l-fatt li l-impenn jimponi prezzijiet u volumi ta' importazzjoni minimi
differenti għaċ-ċelloli u l-moduli allegatament jikkonferma li
l-moduli u ċ-ċelloli huma prodotti differenti li jeħtieġu
żewġ investigazzjonijiet differenti. Madankollu, il-prezzijiet ta'
importazzjoni minimi differenti huma sempliċiment indikazzjoni li
ċ-ċelloli u l-moduli huma gruppi differenti ta' tipi ta' prodotti li
jinbiegħu bi prezzijiet differenti. Għalhekk, hemm bżonn li
jiġu definiti prezzijiet differenti biex il-prezzijiet minimi ta' importazzjoni
jsiru sinifikanti. (42) Barra minn hekk, il-fatt li
ċ-ċelloli u l-moduli huma gruppi differenti ta' tipi ta' prodotti
mhuwiex relevanti per se għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.
Għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, huwa biżżejjed li
l-prodotti jaqsmu l-istess karatteristiċi bażiċi u użi
finali, li huwa l-każ għall-moduli u ċ-ċelloli kif
deskritti fil-premessi (32) u (48) rispettivament. (43) Il-GOC argumenta li
l-valutazzjoni ta' jekk iċ-ċelloli u l-moduli humiex prodott
wieħed ikkonċernat ma tindirizzax għadd ta' kriterji definiti
mill-Korp tal-Appell f'KE – Asbestos[5]. Madankollu,
dawn il-kriterji jintużaw għad-definizzjoni tal-"prodott
simili", mhux il-prodott ikkonċernat. Fi kliem ieħor, dawn
il-kriterji jridu jintużaw biex jiddefinixxu l-prodott simili,
pereżempju l-prodott simili prodott mill-industrija tal-Unjoni, li
mbagħad jitqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat mill-produtturi
esportaturi Ċiniżi. Dawn il-kriterji mhumiex pertinenti meta
jiġi definit il-prodott ikkonċernat. Xorta waħda,
l-Istituzzjonijiet josservaw li l-applikazzjoni tal-kriterji użati f'KE
– Asbestos għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat f'dan
il-każ ma twassalx għal eżitu differenti. L-ewwel u t-tieni
kriterji (proprjetajiet, għamla u kwalità rispettivament u użi finali)
huma l-istess bħall-kriterji proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u
tekniċi u użu finali użati fil-premessi ta' qabel. It-tielet
kriterju (gosti u drawwiet tal-konsumatur) mhuwiex utli wisq f'dan il-każ,
peress li ċ-ċelloli huma l-komponent ewlieni tal-moduli; rigward
ir-raba' kriterju, klassifikazzjoni tat-tariffa, huwa osservat li kemm
iċ-ċelloli kif ukoll il-moduli jistgħu jiġu ddikjarati
taħt l-intestatura doganali 8541 40 90, filwaqt li l-intestaturi doganali
taħt l-intestatura 8501 huma għal ġeneraturi elettriċi
inġenerali u mhux għal prodotti solari b'mod partikolari. (44) Partijiet interessati
oħrajn jargumentaw li applikazzjoni oġġettiva tal-kriterji
żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja f'kawżi preċedenti[6] allegatament twassal għall-konklużjoni li l-moduli u
ċ-ċelloli huma prodotti differenti. F'dan ir-rigward, huwa osservat
li l-qorti indikat biss numru ta' kriterji li jistgħu jittieħdu
f'kunsiderazzjoni - ma hemm ebda obbligu li jintużaw il-kriterji kollha
f'kull każ, peress li jista' jkun li mhux kollha jkunu relevanti. Dawn
il-kriterji ġew ivvalutati fil-premessi (27) sa (39) tar-Regolament
provviżorju, fejn instab li għadd ta' kriterji mhumiex relevanti
f'dan il-każ. Fil-kawża Brosmann il-valutazzjoni dwar jekk
tipi differenti ta' żraben kinux jappartjenu għall-"prodott
ikkonċernat" saret ukoll fuq il-bażi ta' tliet kriterji biss li
nstabu li kienu relevanti. Peress li l-partijiet interessati ma pprovdew ebda
raġuni għaliex applikazzjoni oġġettiva tal-kriterji twassal
għall-konklużjoni li ċ-ċelloli u l-moduli huma prodotti
differenti, l-argument ma jistax jintlaqa'. (45) Barra minn hekk, huwa mfakkar
li ċ-ċelloli u l-moduli għandhom l-istess użi finali
bażiċi, jiġifieri jinbiegħu biex jiġu integrati
fis-sistemi solari PV. Il-prestazzjoni tal-moduli hija direttament marbuta
mal-prestazzjoni taċ-ċelloli, kif indikat fil-premessa (28)
tar-Regolament provviżorju. (46) Parti interessata minnhom
argumentat li bl-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott, u
minħabba l-ipproċessar sinifikanti involut biex isiru moduli
miċ-ċelloli, l-argument li ċ-ċelloli u l-moduli
għandhom l-istess użi finali għandu jiġi rifjutat ukoll. Huwa
argumentat ukoll li l-valutazzjoni li l-moduli u ċ-ċelloli
għandhom l-istess użi finali hija bbażata fuq is-suppożizzjoni
li l-wejfers, il-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess
proċess ta' produzzjoni. (47) L-ewwel nett, il-konklużjoni
li l-valutazzjoni li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess
użi finali hija bbażata fuq il-proċess ta' produzzjoni hija
żbaljata. Filwaqt li tabilħaqq iż-żewġ
dikjarazzjonijiet huma fl-istess premessa (36) tar-Regolament provviżorju,
dan ma jfissirx li konklużjoni waħda hija bbażata fuq
is-suppożizzjoni l-oħra. Il-frażi "barra minn hekk" li
tissepara ż-żewġ dikjarazzjonijiet tagħmilha ċara li
t-tieni dikjarazzjoni mhijiex ibbażata fuq l-ewwel waħda. Barra minn
hekk, iż-żewġ dikjarazzjonijiet saru biex jindirizzaw kwistjonijiet
separati taħt l-intestatura "Użu finali u
interkambjabbiltà". L-ewwel dikjarazzjoni dwar il-proċess ta'
produzzjoni tindirizza l-interkambjabbiltà, filwaqt li t-tieni dikjarazzjoni
tindirizza l-użu finali. Għalhekk, hija żbaljata s-suppożizzjoni
bażi li l-valutazzjoni li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom
l-istess użi finali hija msejsa fuq is-suppożizzjoni li l-wejfers,
il-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess proċess ta'
produzzjoni. (48) Rigward
l-użu finali propju taċ-ċelloli u l-moduli, il-partijiet
interessati mhux qed imeru li l-moduli u ċ-ċelloli jinbiegħu
għall-integrazzjoni f'sistemi solari PV. Għaldaqstant, il-konklużjoni
li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess użu finali hija
kkonfermata. 2.3. Ċelloli monokristallini u
multikristallini (49) Parti interessata minnhom
iddikjarat li ma kienx hemm produzzjoni ta’ ċelloli monokristallini
fl-Unjoni, u li l-esportazzjonijiet ta’ ċelloli monokristallini ma kinux
qegħdin jikkompetu mal-industrija tal-Unjoni. Madankollu,
l-investigazzjoni kixfet li tabilħaqq kien hemm produzzjoni ta’
ċelloli monokristallini fl-Unjoni. Għaldaqstant, dan l-argument ġie
rrifjutat. Xorta waħda, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fi Brosmann li
n-nuqqas ta' produzzjoni fil-Komunità ta' tip ta' prodott partikolari
mhuwiex deċiżiv. 2.4. Il-klawżola “kkonsinjati
minn” (50) Il-partijiet interessati
argumentaw li l-estensjoni tal-ambitu tal-investigazzjoni għal prodotti
“kkonsinjati mill-”PRC ma kinitx iġġustifikata, meta l-investigazzjoni
nfetħet biss kontra prodotti li joriġinaw mill-PRC. (51) Madankollu,
prodotti kkonsinjati mill-PRC diġà kienu koperti fl-istadju inizjali. Fil-punt 5 tal-Avviż ta’ Bidu[7] huwa ddikjarat li “l-kumpaniji li jesportaw il-prodott investigat
mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina iżda li jikkunsidraw li parti
minn dawk l-esportazzjonijiet jew saħansitra kollha ma għandhomx
oriġini doganali tagħhom fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina,
huma mistiedna biex jippreżentaw ruħhom fl-investigazzjoni u biex
ifornu l-informazzjoni kollha rilevanti”. Għaldaqstant,
huwa ċar li l-kumpaniji kollha li jikkonsinjaw prodotti mill-PRC kellhom
l-opportunità li jikkooperaw f’din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, peress
li l-prodott investigat spiss jinkorpora komponenti u partijiet minn
pajjiżi differenti, fil-punt 5 tal-Avviż ta’ Bidu tħabbar
ukoll li “jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali”
biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni. (52) Għaldaqstant, huwa meqjus
li l-atturi ekonomiċi kollha affettwati kienu informati kif suppost
bil-possibbiltà li jistgħu jkunu adottati dispożizzjonijiet
speċjali fir-rigward tal-prodotti kkonsinjati mill-PRC, jekk ikunu xierqa,
u kienu mistiedna jikkooperaw fl-investigazzjoni. B’hekk, l-ambitu
tal-investigazzjoni ma kienx estiż għal prodotti “kkonsinjati
mill-PRC”, peress li dawn kienu koperti mill-bidu nett. (53) Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet
interessati argumentaw li indipendentement mid-dispożizzjonijiet fl-Avviż
tal-Bidu msemmi fil-premessa (51) iktar 'il fuq, l-investigazzjoni kienet
limitata għal prodotti li joriġinaw mill-PRC u ma vvalutatx l-impatt
tal-prodotti kkonsinjati mill-PRC. (54) F'dan ir-rigward, huwa
osservat li l-passi li ġejjin ittieħdu sabiex jiġi żgurat
li l-prodotti kollha kkonsinjati mill-PRC ġew ivvalutati matul
l-investigazzjoni, u mhux biss prodotti li oriġinaw fil-PRC: ·
Il-kumpaniji kollha li jibagħtu l-prodott
ikkonċernat mill-PRC kienu mistiedna biex jgħarrfu bil-preżenza
tagħhom fl-investigazzjoni indipendentement mill-oriġini tal-prodotti.
·
Fl-Anness A tal-Avviż ta' bidu, l-esportaturi
ntalbu jirrapportaw informazzjoni għall-prodotti kollha manifatturati
mill-kumpanija. Din l-informazzjoni ma kinitx limitata għal prodotti li
oriġinaw fil-PRC. ·
Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, li kien
fiha l-esportazzjonijiet kollha lejn l-UE indipendentement mill-oriġini
tal-prodotti, intgħażel kampjun rappreżentattiv. ·
Il-produtturi fil-kampjun irċivew kwestjonarju
għal "produtturi li jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea", u l-PRC
issemmiet bħala l-"pajjiż ikkonċernat", mhux
il-pajjiż ta' oriġini. Għalhekk, kien ċar li kienu
investigati l-prodotti kollha indipendetement mill-oriġini tal-prodotti. (55) Fuq din il-bażi, huwa
konkluż li l-investigazzjoni kopriet il-prodotti kollha li oriġinaw
fil-PRC jew ikkonsinjati minnha, u li s-sejbiet tal-investigazzjoni,
inklużi d-dumping u d-dannu, ikopru l-prodotti kollha li joriġinaw
jew li huma kkonsinjati mill-PRC. (56) Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet
interessati argumentaw li l-ilment kien fih biss evidenza prima facie dwar
importazzjonijiet ta' pannelli solari li joriġinaw fil-PRC, mhux prodotti
kkonsinjati mill-PRC. F'dan ir-rigward, ta' min jiċċara li l-ilment
tabilħaqq kopra prodotti "mill-PRC", li jista' jidher
mill-paġna tal-qoxra sottomessa mill-applikant li fiha t-timbru. Qabel din
il-paġna, hemm paġna oħra fuq il-fajl li tabilħaqq
tuża l-kliem "li joriġina fir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina". Iżda dan il-każ ma kienx parti mid-dokument
sottomess mill-ilmentatur, iżda żdied bħala paġna tal-qoxra
mis-Servizzi tal-Kummissjoni, billi użat isem l-investigazzjoni minflok ma
tenniet it-titlu tal-ilment. Għaldaqstant, jitqies li l-ilment kopra
l-prodotti kollha mill-PRC, kemm jekk joriġinaw mill-PRC jew le. (57) Il-produtturi esportaturi
Ċiniżi qablu wkoll li l-produtturi esportaturi f'pajjiżi terzi
ma jistgħux ikunu raġonevolment mistennija jkunu jafu li l-prodotti
tagħhom jistgħu jkunu fil-mira tal-investigazzjoni wkoll. F'dan
ir-rigward, huwa osservat li l-miżuri ma japplikawx għal prodotti li
huma fi transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V GATT. Għalhekk, il-produtturi
esportaturi li ma għandhomx operazzjonijiet fil-PRC mhumiex affettwati
mill-miżuri. Barra minn hekk, ebda produttur esportatur fil-pajjiżi terzi
ma qajjem il-kwistjoni li l-prodotti li jesporta huma soġġetti
għal dazju antidumping. (58) L-istess produtturi
esportaturi argumentaw li l-produtturi esportaturi f'pajjiżi terzi ma
ntalbux jgħarrfu bil-preżenza tagħhom, u ma ngħatawx
l-opportunità juru li l- prodotti tagħhom
mhumiex l-oġġett ta' dumping. L-Istituzzjonijiet iqisu li dawk
il-produtturi esportaturi mingħajr ebda operazzjoni fil-PRC mhumiex
affettwati mill-miżuri, peress li l-prodotti tagħhom, jekk
ikkonsinjati mill-PRC, kienu jkunu fi transitu. Il-produtturi esportaturi
kollha l-oħrajn kienu mgħarrfin permezz tal-Avviż ta' Bidu li
l-operazzjonijiet tagħhom huma parti mill-investigazzjoni. (59) Il-GOC argumenta li filwaqt li
l-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku jippermetti li jkun hemm devjazzjoni
mill-prinċipju li l-pajjiż esportatur huwa l-pajjiż ta'
oriġini, dan l-Artikolu ma jistax jintuża f'dan il-każ.
B'appoġġ ta' din id-dikjarazzjoni, jargumentaw li ma saret ebda
analiżi kompluta ta' jekk il-pajjiż esportatur jistax ikun
pajjiż intermedjarju. L-Istituzzjonijiet ma jaqblux ma' din
l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 (3) tar-Regolament bażiku.
Ebda parti ma tikkontesta li hemm produzzjoni importanti fil-PRC. Jekk il-PRC
hijiex il-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti lesti jiddependi fuq bosta
fatturi. L-analiżi tad-dumping, id-dannu, il-kawża u l-interess
tal-Unjoni mwettqa mill-Istituzzjonijiet tirreferi għal dik
il-produzzjoni, irrelevanti mill-kwistjoni ta' jekk il-prodott esportat lest
kellux il-PRC bħala l-oriġini doganali tiegħu. Peress li kien
hemm indikazzjonijiet qawwijin li mhux il-prodotti kollha li tal-inqas kienu
parzjalment prodotti fil-PRC kienu jitqiesu li kellhom l-oriġini doganali
tagħhom fil-PRC, l-Istituzzjonijiet iddeċidew li kien hemm bżonn
li jkunu koperti wkoll il-prodotti li għalihom il-PRC hija biss
pajjiż intermedjarju. (60) Il-GOC argumenta wkoll li
peress li ebda esportatur Ċiniż ma ngħata MET, ma hemm ebda
prezz paragunabbli għall-pannelli solari fil-PRC, u b'hekk, il-PRC ma
tistax tintuża bħala pajjiż intermedjarju. Madankollu, f'dan
ir-rigward huwa osservat li t-tliet kundizzjonijiet tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament
bażiku jingħataw biss bħala eżempji, u jista' jkun li mhux
il-kundizzjonijiet kollha jkunu relevanti fil-każijiet kollha. F'dan
il-każ, peress li l-ebda esportatur Ċiniż ma ngħata MET,
il-prezz paragunabbli kellu jiġi stabbilit fil-pajjiż analogu – u dan
il-prezz paragunabbli huwa l-istess, indipendentement minn jekk il-PRC titqiesx
bħala l-pajjiż ta' oriġini jew il-pajjiż intermedju.
Għaldaqstant, il-kwistjoni ta' jekk hemmx prezz paragunabbli "f'dak
il-pajjiż" hija irrelevanti, peress li f'dan il-każ il-prezz
kumparabbli mhuwiex stabbilit "f'dak il-pajjiż", iżda
fil-pajjiż analogu. 2.5. Ċarġers solari (61) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, il-partijiet interessati ddikjaraw li d-definizzjoni ta’
“ċarġers solari li jikkonsistu f’inqas minn sitt ċelloli” kienet
wisq dejqa, u għandha tkun estiża għal prodotti b’funzjoni
simili li mhumiex koperti minn din id-definizzjoni bħal prodotti b’daqs
simili li jużaw numru ikbar ta’ ċelloli iżgħar. (62) Barra minn hekk, il-partijiet
interessati ddikjaraw li d-definizzjoni ta’ “prodotti PV tas-siliċju li
huma integrati b’mod permanenti fi prodotti elettriċi” hija dejqa wisq,
peress li huwa eskluż il-prodott elettriku sħiħ biss, filwaqt li
l-komponenti solari għall-integrazzjoni fil-prodotti elettriċi mhux
bilfors huma esklużi. (63) Tabilħaqq, analiżi
tal-argumenti ta’ hawn fuq uriet li jkun iktar xieraq li mal-esklużjoni
tat-tali prodotti jiżdied kriterju fuq il-bażi ta’ standard tekniku.
B’mod partikolari, ġie stabbilit li d-definizzjonijiet tal-istandard li
ġej jiddefinixxu b’mod iktar xieraq il-prodotti li għandhom ikunu
esklużi mill-ambitu tal-miżuri: Standard internazzjonali IEC 61730-1,
Klassijiet ta’ Applikazzjoni, Klassi C: Vultaġġ Limitat,
applikazzjonijiet tal-enerġija limitata (p. 13)[8]. (64) Wara d-divulgazzjoni
definittiva, daħlu kummenti dwar l-esklużjoni bbażata fuq
l-istandard internazzjonali msemmi iktar 'il fuq. Kien argumentat li minfok ma
ssir referenza għall-istandard, ikun iktar xieraq li tiġi definita
l-esklużjoni fuq il-bażi tal-vultaġġ tal-output u l-output
tal-enerġija bħala "moduli jew pannelli b'vultaġġ
tal-output li ma jaqbiżx il-50 V DC u output tal-enerġija li ma
jaqbiżx il-50 W biss għall-użu dirett bħala
ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess karatteristiċi
tal-vultaġġ u l-enerġija". Din id-dikjarazzjoni tista'
tkun aċċettata, u l-esklużjoni hija finalment iddeterminata
skont din id-definizzjoni. 2.6. Moduli solari integrati fuq
il-bjut (65) Parti interessata oħra
ddikjarat li l-moduli solari integrati fuq il-bjut għandhom ikunu
esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni, peress li
jħalltu l-funzjonalità ta’ modulu solari ma’ dik ta’ maduma tas-saqaf jew
lavanja. Għalhekk, ma jkunux direttament interkambjabbli ma’ modulu solari
standard. (66) Madankollu,
l-investigazzjoni wriet li kemm moduli standard kif ukoll il-moduli solari
integrati fuq il-bjut iridu jikkonformaw mal-istess standards elettriċi.
Barra minn hekk, filwaqt li l-modulu solari integrat fuq il-bjut ma jistax
jaqbad u jinbidel ma’ modulu standard, jista’ jittiħidlu postu minn modulu
standard flimkien ma’ madum tas-saqaf jew lavanja. Għaldaqstant, dawn
il-prodotti għandhom l-istess proprjetà teknika bażika ta’
ġenerazzjoni tal-elettriku mid-dawl tax-xemx. Il-funzjonalità miżjuda
(li, kieku, tkun ipprovduta minn materjal tas-soqfa) ma tqisitx sostanzjali u
ma tiġġustifikax esklużjoni ta’ moduli solari integrati fuq
il-bjut mill-ambitu tal-prodotti. (67) Wara d-divulgazzjoni
definittiva, l-istess parti interessata argumentat li n-nuqqas ta'
interkambjabbiltà doppja bejn moduli solari integrati fuq il-bjut u moduli
solari standard huwa indikazzjoni li l-moduli solari integrati fuq il-bjut
għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri,
b'referenza għall-kawża footware[9]
inġenerali u ż-żraben atletiċi
b'teknoloġija speċjali 'STAF' b'mod partikolari. Madankollu, ir-raġunijiet
għall-esklużjoni ta' STAF kienu bosta, u n-nuqqas ta'
interkambjabbiltà doppja waħdu ma tqiesx raġuni valida
biżżejjed mill-Qorti Ġenerali fil-kawża Brosmann[10], xi ħaġa li kkonfermat li prodotti ferm differenti bħal
żraben formali u żraben tal-ħajkijiet tabilħaqq
jistgħu jitqiesu prodott ikkonċernat fl-istess investigazzjoni
antidumping minkejja d-differenzi bejniethom. (68) Barra minn hekk, il-parti
interessata argumentat li minħabba n-nuqqas ta' produzzjoni fl-Unjoni u
l-fatt li l-parti interessata għandha drittijiet ta' proprjetà
intellettwali allegatament jikkonferma li moduli solari integrati fuq il-bjut huma
innovattivi u differenti minn kull prodott ieħor. Madankollu, b'referenza
mill-ġdid għall-kawża footwear imsemmija mill-parti
interessata, fi Brosmann il-Qorti Ġenerali ddikjarat li “[i]n-nuqqas
ta’ produzzjoni Komunitarja ta’ dan it-tip ta’ żraben u fuq
l-eżistenza ta’ privattiva, għandu jiġi kkonstatat li dawn ma
humiex determinanti."[11]. B'hekk, żarbun teknoloġiku bil-privattiva tqies prodott
ikkonċernat f'dak il-każ. (69) Il-parti interessata
argumentat ukoll li moduli solari integrati fuq il-bjut għandhom ikunu
esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, peress li
jinbiegħu bi prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-moduli standard.
Barra minn hekk, fil-kawża footwear, STAF ogħla minn
ċertu prezz ġew esklużi mid-definizzjoni tal-prodott
ikkonċernat. F'dan ir-rigward, huwa osservat li modulu solari integrati
fuq il-bejt ma jgħaqqadx il-funzjonalità ta' modulu solari u madum
tas-soqfa jew lavanja, kif indikat fil-premessa (66) iktar 'il fuq. Għalhekk,
paragun dirett tal-prezzijiet mhuwiex sinifikanti, peress li l-funzjonalità
miżjuda twassal b'mod naturali għal prezzijiet ogħla. (70) Bħala tweġiba
għal dan l-argument, il-parti interessata argumentat li fuq il-bażi
ta' dan l-argument, kien ikun impossibbli li jissemmew d-differenzi fil-prezzijiet
bħala indikatur addizzjonali li jiġġustifika l-esklużjoni
mill-ambitu tal-prodott. Madankollu, din l-interpretazzjoni hija estiża
wisq. Dak li ntqal fil-premessa ta' qabel jistipula sempliċiment li f'dan
il-każ partikolari fejn il-moduli integrati fuq il-bjut jgħaqqdu
l-funzjonalità tal-prodott ikkonċernat flimkien ma' prodott ieħor
(f'dan il-każ madum tas-soqfa jew lavanja), il-prezz ovvjament mhuwiex
sinifikanti. Dan bl-ebda mod ma jfisser li f'każijiet oħrajn id-differenza
fil-prezz ma tistax tkun indikatur utli biex jiġi stabbilit jekk prodott
għandux ikun eskluż mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. (71) Finalment, il-parti
interessata argumentat li l-fornitur tagħha ta' moduli solari integrati
fuq il-bjut għandu jingħata aċċess għall-impenn
tal-prezz minimu. Madankollu, jidher li l-esportatur Ċiniż
ikkonċernat ma kkooperax fl-investigazzjoni, u bħala parti li ma
kkooperatx, mhijiex eliġibbli li tieħu sehem fl-impenn.
Għaldaqstant, din it-talba ma tistax tintlaqa'. 3. Konklużjoni (72) Fid-dawl
ta’ dan li ntqal hawn fuq, l-ambitu tal-prodotti huwa definit b’mod definittiv
bħal f’moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin u ċelloli
tat-tip użat f’moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin, li
joriġinaw jew huma kkonsinjati mill-PRC, sakemm ma jkunux fi tranżitu
skont it-tifsira tal-Artikolu V tal-GATT. Iċ-ċelloli
għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru.
Bħalissa dan il-prodott jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM
ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00,
ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00,
ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90. (73) It-tipi ta’ prodotti li
ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat: –
ċarġers solari li jikkonsistu f’inqas
minn sitt ċelloli, li huma portabbli u li jfornu elettriku f’apparati jew
jiċċarġjaw batteriji, –
prodotti fotovoltajċi b’rita rqiqa, –
prodotti fotovoltajċi tas-siliċju
kristallin li huma integrati b’mod permaneti fi prodotti elettriċi, fejn
il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni tal-enerġija,
u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku
ġġenerat miċ-ċellola/i fotovoltajka/ċi integrata/i
tas-siliċju kristallin. –
moduli jew pannelli b'vultaġġ tal-output
li ma jaqbiżx il-50 V DC u output tal-enerġija li ma jaqbiżx il-50
W biss għall-użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji
f'sistemi bl-istess karatteristiċi ta' vultaġġ u enerġija. (74) Wara
l-esklużjoni tal-wejfers, l-analiżi ġiet riveduta billi
ġiet eskluża d-dejta u l-analiżi relatata mal-wejfers, sakemm ma
kienx indikat mod ieħor. Peress li l-wejfers kienu jirrappreżentaw
biss sehem żgħir mill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat
fl-Unjoni (madwar 2 % f’valur) matul l-IP, l-esklużjoni tal-wejfers
titqies li għandha impatt negliġibbli, jekk fil-fatt għandha,
fuq is-sejbiet. Il-kummenti kollha mill-partijiet interessati kienu indirizzati
iżda kwalunkwe referenza għall-wejfers, anki jekk tqajmet, ġiet
eskluża. Bħala konsegwenza, ir-referenzi kollha u d-dejta relatata
dwar il-wejfers rapportati fil-premessi għar-Regolament provviżorju
ma għadhomx japplikaw, anki meta l-premessi rilevanti jkunu kkonfermati
minn dan ir-Regolament. (75) Għaldaqstant,
il-konklużjonijiet provviżorji, modifikati kif stipulat
fil-premessi (26) sa (74) ta’ hawn fuq, ġew ikkonfermati b’mod
definittiv. Għall-finijiet ta’ dan il-proċediment u skont il-prattika
konsistenti, għalhekk tqies li t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat
għandhom jitqiesu li jagħmlu prodott wieħed uniku. C. DUMPING 1. Il-PRC 1.1. Trattament tal-Ekonomija
tas-Suq (MET) (76) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, il-partijiet interessati ddikjaraw li d-determinazzjoni
tal-MET saret wara li għadda ż-żmien, jiġifieri wara
l-perjodu ta’ tliet xhur stipulat fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament
bażiku u li għalhekk l-investigazzjoni għandha tiġi
terminata bla dewmien. (77) F’dan ir-rigward, dawn
il-partijiet argumentaw li l-emenda tar-Regolament bażiku[12] li allegatament testendi d-data ta’ skadenza tad-determinazzjoni
tal-MET għal tmien xhur daħal fis-seħħ biss wara
l-għeluq tad-data ta’ skadenza preċedentement applikabbli ta’ tliet
xhur. L-emenda tkun tapplika biss għal investigazzjonijiet futuri u
għal investigazzjonijiet pendenti meta d-data ta’ skadenza biex issir
id-determinazzjoni tal-MET tkun għadha ma skadietx f’dak iż-żmien. (78) Madankollu,
l-Artikolu 2 tal-emenda tar-Regolament bażiku tiddikjara
biċ-ċar li “dan ir-Regolament għandu japplika
għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha mill-15 ta’ Diċembru 2012”.
Dan l-Artikolu, jew tabilħaqq ir-Regolament sħiħ, ma fih ebda
referenza għar-restrizzjoni “meta d-data ta’ skadenza biex issir
id-determinazzjoni tal-MET tkun għadha ma skadietx” iddikjarata
mill-partijiet interessati. Għaldaqstant, dan l-argument ma jistax ikun
aċċettat. (79) Wara d-divulgazzjoni finali, bosta
partijiet interessati tennew l-argument tagħhom li d-determinazzjoni
tal-MET saret barra żmienha, bla ma kkontestaw il-fatt li l-emenda
tar-Regolament bażiku li saret referenza għaliha fil-premessa (78) iktar
'il fuq tapplika għal "kull investigazzjoni pendenti", jiġifieri
inkluża din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, huwa finalment
konkluż li d-determinazzjoni tal-MET ma saritx barra minn żmienha. (80) Wara d-divulgazzjoni finali, esportatur
minnhom iddikjara li l-MET ma għandux ikun imċaħħad
għaliex tliet kumpaniji li waqqfu l-operazzjonijiet matul l-2011 ma
kellhomx sett ċar ta' rekords kontabilistiċi bażiċi. B'mod
partikolari, ġie mistoqsi skont liema standard kontabilistiku kumpanija li
waqqfet l-operazzjonijiet xorta waħda għandha tħejji t-tali
rekords kontabilistiċi. (81) F'dan ir-rigward huwa osservat
li l-istandards kontabilistiċi ma jiddefinixxux liema kumpaniji huma
meħtieġa jħejju d-dikjarazzjonijiet finanzjarji - l-istandards
kontabilistiċi jiddefinixxu kif iridu jitħejjew dawn
id-dikjarazzjonijiet. Fil-każ tal-PRC, huwa l-"Istandard
Kontabilistiku għall-Impriżi tan-Negozju: Standard Bażiku" li
fl-Artikolu 4 tiegħu jiddefinixxi li "impriża għandha
tħejji rapporti finanzjarji". Dan huwa obbligu u ma hemm ebda
eżenzjoni għal kumpaniji li waqqfu l-operat. (82) Barra minn hekk, anki jekk
dawn il-kumpaniji waqqfu l-operat, xorta għadhom is-sidien tal-assi
(inklużi art, binjiet, makkinarju u ħażniet) u obbligazzjonijiet
u kienu jeżistu bħala entitajiet legali tal-inqas sa kmieni fl-2013. Għaldaqstant
jitqies li dawn il-kumpaniji kienu obbligati jippubblikaw rekords
kontabilistiċi għas-sena 2011, u n-nuqqas ta' dawn ir-rekords
kontabilistiċi jikkostitwixxi ksur tal-kriterju 2. (83) Wara d-divulgazzjoni finali, l-esportaturi
ddikjaraw ukoll li l-benefiċċji riċevuti minn skema/i tat-taxxa
preferenzjali u għotjiet ma jirrappreżentawx sehem importanti
mill-fatturat tagħhom, xi ħaġa li allegatament hija kkonfermata
mill-investigazzjoni antisussidji parallela. (84) F'dan ir-rigward, huwa mfakkar
li dan l-argument diġà ġie indirizzat fil-premessa (65) għar-Regolament
provviżorju. Instaħaq li b'mod partikolari, minħabba
l-għamla ta' dan il-vantaġġ, il-benefiċċju assolut irċevut
matul l-IP huwa irrelevanti għall-valutazzjoni ta' jekk id-distorsjoni hijiex
'sinifikanti'. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni hija rrifjutata. (85) Fin-nuqqas ta’ kummenti
oħrajn rigward tat-Trattament tal-Ekonomija tas-Suq,
id-determinazzjonijiet kollha fil-premessi (50) sa (69)
għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. 1.2. Analiżi individwali (86) Kif indikat
fil-premessa (70) għar-Regolament provviżorju, 18-il produttur
esportatur jew grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw mhux
magħżula fil-kampjun issottomettew talbiet għal analiżi
individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. F’dan
il-każ, il-kampjun diġà kien jikkonsisti f’seba’ gruppi ta’
kumpaniji, li ġeneralment jikkonsistu f’numru ta’ produtturi esportaturi,
negozjanti relatati u importaturi relatati fl-Unjoni u pajjiżi terzi.
Analiżi individwali ta’ 18-il (grupp ta’) prodottur esportatur
addizzjonali, minbarra s-seba’ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi
fil-kampjun, ikun ta’ piż eċċessiv u jżomm lura t-tlestija
tal-investigazzjoni fil-ħin. (87) Fin-nuqqas ta’ kummenti
oħrajn rigward l-analiżi individwali, id-determinazzjonijiet kollha
fil-premessi (70) sa (71) għar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 1.3. Pajjiż Analogu (88) Il-partijiet interessati
osservaw li l-Indja mhijiex pajjiż analogu xieraq minħabba
d-dispożizzjonijiet tal-kontenut lokali għal proġetti tal-"Jawaharlal
Nehru National Solar Mission” ('JNNSM'). Parti minnhom allegat li hemm
bżonn ta’ 75 % ta’ kontenut lokali, filwaqt li parti oħra
allegat li l-produtturi Indjani jistgħu jitolbu prezzijiet ogħla
għal moduli prodotti 100 % domestikament. Dawn komplew jallegaw li
t-tali rekwiżiti jżidu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-prodotti
lokali. B’appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, ġie sottomess
artiklu mill-istampa Indjana[13]. Madankollu, dan l-Artikolu ġie ppubblikat kważi sena wara
tmiem l-IP, u ma ngħatat ebda prova tal-impatt tiegħu matul l-IP. (89) Madankollu, l-istess artiklu
mill-istampa rrapporta li l-industrija solari Indjana tħabbat
wiċċha ma’ “kompetizzjoni iebsa minn manifatturi tal-Punent u
Ċiniżi”. Dan huwa appoġġjat miż-żieda kostanti
ta’ importazzjonijiet lejn l-Indja, kif iddikjarat fil-premessa (92) iktar
’l isfel. Filwaqt li r-rekwiżiti tal-kontenut lokali jistgħu fil-fatt
ikollhom ċertu impatt fuq is-suq domestiku Indjan, xorta tista’ tinstilet
konklużjoni ċara li s-suq Indjan huwa wieħed kompetittiv, fejn
bosta kumpaniji Indjani u barranin jikkompetu b’mod effettiv ma’ xulxin. (90) Barra
minn hekk, skont l-informazzjoni ppubblikata mill-JRC[14], il-maġġoranza tal-proġetti tal-JNNSM ser
jittellgħu online mill-2015 'l hemm. Tabilħaqq, il-mira għas-sistemi
PV kollegati mal-grilja skont il-JNNSM għall-2012 kienet ta' 50 MW biss
meta mqabbla ma' kapaċità totali ta' kollegament mal-grilja fl-Indja li
kienet taqbeż 1 GW diġà f'Ġunju 2012. Dan juri li matul
l-IP, l-importanza tal-JNNSM fuq l-istallazzjonijiet solari totali fl-Indja
kienet inqas minn 5% u għalhekk l-impatt tal-JNNSM u r-rekwiżiti
tal-kontenut lokali tagħha, jekk diġà kienu jeżistu matul l-IP,
fatt li ma ġiex stabbilit mill-partijiet interessati, kien limitat
ħafna. Il-maġġoranza tal-istallazzjonijiet matul l-IP kienet
fl-itat ta' Gujarat (madwar 65%), xprunata minn politiki ta' appoġġ
mill-istat. (91) Il-partijiet
interessati ddikjaraw li s-suq Indjan kien protett de facto matul l-IP
minn importazzjonijiet minn varjetà ta’ sorsi, inkluża l-PRC,
minħabba li mill-bidu tal-2012 diġà kienet bdiet miexja l-kelma dwar
il-bidu ta’ investigazzjoni antidumping. Tabilħaqq, l-Indja bdiet
investigazzjoni antidumping kontra importazzjonijiet ta’ ċelloli u moduli
solari mill-PRC, il-Malasja, it-Tajwan u l-Istati Uniti fit-23 ta’ Novembru 2012, jiġifieri kważi ħames xhur biss wara tmiem l-IP. (92) Madankollu,
din l-allegazzjoni mhijiex appoġġjata mill-iżvilupp
tal-importazzjonijiet ta’ ċelloli u moduli solari rrapportat
mill-istatistiki kummerċjali tal-Indja[15]: Valuri f’miljiun USD || April 2010 ‑ Marzu 2011 || April 2011 ‑ Marzu 2012 || April 2012 ‑ Marzu 2013 PRC || 77,33 || 577,24 || 371,72 Indiċi || 100 || 746 || 481 Total || 252,63 || 1 348,48 || 827,07 Indiċi || 100 || 534 || 327 (93) It-tabella ta’ hawn fuq turi
li l-importazzjonijiet ta’ ċelloli u moduli solari żdiedu b’mod qawwi
b’iktar minn 600 % għall-PRC u b’iktar minn 400 % b’mod globali
bejn l-2010/11 u l-2011/12. Sussegwentement, il-valuri ta’ importazzjoni naqsu
kemxejn, iżda tant ieħor il-prezzijiet għal ċelloli u
moduli solari. Tabilħaqq, it-tnaqqis fil-valuri ta’ importazzjoni bejn
l-2011/12 u l-2012/13 huwa konformi mat-tnaqqis fil-prezz rapportat minn
konsulenzi speċjalizzati bħal pvXchange għall-istess perjodu, u
dan wassal għall-konklużjoni li l-volumi ta’ importazzjonijiet
baqgħu kemxejn stabbli bejn l-2011/12 u l-2012/13. Għaldaqstant huwa
konkluż li s-suq Indjan ma kienx protett de facto matul l-IP minn
importazzjonijiet minn varjetà ta’ sorsi, inkluża l-PRC. (94) Wara d-divulgazzjoni finali, il-Gvern
taċ-Ċina argumenta li l-Istati Uniti talbu konsultazzjonijiet
mal-Indja skont il-proċeduri tad-WTO ta' soluzzjoni tat-tilwim dwar
ir-rekwiżiti tal-kontenut lokali tal-JNNSM fis-6 ta’ Frar 2013.
L-effett ta' dawn ir-regoli lokali dwar il-kontenut, flimkien mal-investigazzjoni
antidumping imsemmija f'(91) iktar 'il fuq, allegatament wassal għal
tnaqqis ta' 38% f'termini tal-valur f'April 2012 – Marzu 2013 meta mqabblin
mas-sena ta' qabel, għall-kuntrarju taż-żieda fis-snin ta' qabel. (95) F'dan ir-rigward, huwa
osservat li t-tnaqqis f'termini tal-valur huwa dovut għal tnaqqis
fil-prezzijiet u mhux fil-volumi ta' importazzjoni. Wara d-divulgazzjoni
definittiva, parti interessata pprovdiet l-informazzjoni dwar l-iżvilupp
tal-importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari fis-suq Indjan f'termini
ta' volum bejn l-2010 u Marzu 2013. Din id-dejta turi żieda kostanti fl-importazzjonijiet
ta' moduli u ċelloli solari fis-suq Indjan f'termini ta' volum.
Għalhekk huwa konkluż li s-suq Indjan ma kienx protett de facto
minħabba investigazzjoni antidumping wara l-bieb, u l-effetti ddikjarati, iżda
mhux ipprovati, u fi kwalunkwe każ ferm żgħar tar-rekwiżiti
tal-kontenut lokali skont il-JNNSM imsemmijin fil-premessa (90) iktar 'il fuq ma
żammewx milli jkun hemm żieda kostanti fl-importazzjonijiet f'termini
ta' volum. (96) Barra minn hekk, huwa indikat
li l-perjodu ta’ April 2012 – Marzu 2013 li juri l-effetti
allegati tal-JNNSM fuq l-importazzjonijiet fl-Indja huwa fil-parti l-kbira tiegħu
wara l-IP. Għalhekk, kwalunkwe impatt possibbli ta' dan l-allegat tnaqqis
fl-IP jista' jkun minuri biss. (97) Parti interessata minnhom
allegat li Tata Power Solar (“Tata”) daħlet fis-suq dan l-aħħar
biss, u għalhekk mhijiex produttur xieraq tal-pajjiż analogu. F’dan
ir-rigward, huwa osservat li l-kumpanija, qabel bl-isem “Tata BP Solar”, ilha
tipproduċi moduli solari mill-1989 u għalhekk ma tistax titqies li
daħlet fis-suq dan l-aħħar biss. Tabilħaqq, skont
informazzjoni pprovduta minn parti interessata oħra, Tata daħlet
fis-suq ferm qabel l-ikbar ħames esportaturi Ċiniżi fil-kampjun. (98) Parti interessata minnhom
iddikjarat li t-Tajwan ikun pajjiż analogu iktar xieraq mill-Indja, peress
li d-daqs tal-kumpaniji Tajwaniżi huwa iktar paragunabbli mad-daqs
tal-esportaturi Ċiniżi, u hemm kooperazzjoni mill-produtturi
Tajwaniżi wkoll. Barra minn hekk, partijiet interessati oħrajn
xeħtu dubju fuq jekk l-Indja tkunx pajjiż analogu raġonevoli
minħabba d-daqs paragunabbli żgħir ta’ Tata bla ma pproponew
alternattiva iktar xierqa. (99) Tabilħaqq, il-kumpaniji
Tajwaniżi kkooperaw. Kumpanija minnhom ikkooperat bis-sħiħ,
filwaqt li oħra kkooperaw biss b’mod parzjali. Madankollu, l-unika
kumpanija Tajwaniża li kkooperat bis-sħiħ hija iżgħar
minn Tata, b’mod partikolari f’termini ta’ bejgħ u produzzjoni ta’ moduli
li jammontaw għal madwar 90 % tal-bejgħ tal-prodott
ikkonċernat, filwaqt li Tata tbiegħ ferm iktar mill-kumpanija
Tajwaniża li għandha biss bejgħ insinifikanti f’dan ir-rigward,
kif intqal fil-premessa (76) għar-Regolament provviżorju. Wara
d-divulgazzjoni definittiva, esportatur minnhom staqsa jekk il-kumpanija
Tajwaniża li kkooperat b'mod parzjali kinitx ikkuntattjata sabiex
tagħti l-informazzjoni nieqsa. F'dan ir-rigward, issir referenza
għall-premessa (76) għar-Regolament provviżorju, li
jiċċara li t-Tajwan ma setax jintuża bħala pajjiż
analogu peress li l-kumpaniji Tajwaniżi li kkooperaw pproduċew ċelloli
kważi esklussivament, filwaqt li l-esportazzjonijiet Ċiniżi huma
fil-parti l-kbira fil-forma ta' moduli. Dan japplika wkoll għall-produttur
Tajwaniż li kkoopera b'mod parzjali. Peress li dan il-produttur diġà
tqies li mhuwiex adattat għal din ir-raġuni, ma tqiesx xieraq li
tintalab informazzjoni addizzjonali minn din il-kumpanija. (100) L-istess
parti interessata ddikjarat li n-nuqqas kważi assolut ta’ bejgħ ta’
moduli ma jiskwalifikax lit-Tajwan bħala pajjiż analogu per se,
peress li l-ispejjeż tal-ipproċessar mit-trasformazzjoni
taċ-ċelloli f’moduli jistgħu jiġu stabbiliti bla wisq
diffikultà. Madankollu, dan mhuwiex appoġġjat mill-fatti tal-investigazzjoni.
Il-produzzjoni ta’ modulu minn ċelloli teħtieġ bosta livelli ta’
produzzjoni, li matulhom tinħoloq parti sinfikanti mill-valur miżjud
tal-modulu. Kif indikat fil-premessa (137) tar-Regolament
provviżorju, matul l-IP id-differenza medja fil-prezz bejn
iċ-ċelloli u l-moduli kienet ta’ EUR 555,92 jew 54 %,
filwaqt li d-differenza medja fl-ispejjeż ammontat għal EUR 377,99
jew 34 %. Dan ikun ifisser li sehem sinifikanti mill-Valur Normali
possibbli Tajwaniż għal moduli tkun trid tiġi bbażata fuq
aġġustamenti għall-ispejjeż ta’ pproċessar, li ma
jistgħux jitqiesu iktar raġonevoli minn pajjiż fejn il-Valur
Normali jista’ jkun ibbażat fuq il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku
għall-biċċa l-kbira mill-prodott ikkonċernat. Għalhekk
tqies li l-Indja ntgħażlet bħala pajjiż analogu b’mod
raġonevoli, meta titqies l-informazzjoni affidabbli disponibbli. (101) Parti interessata oħra
argumentat li ma ngħatat ebda raġuni għaliex l-Istati Uniti ma
tqisitx pajjiż analogu xieraq. F’dan ir-rigward issir referenza
għall-premessa (74) tar-Regolament provviżorju, fejn hemm
iddikjarat b’mod ċar “li l-Istati Uniti tal-Amerka ma tkunx pajjiż
analogu xieraq, prinċipalment minħabba l-fatt li s-suq tal-Istati
Uniti kien protett mill-importazzjonijiet Ċiniżi matul parti mill-PI
permezz ta’ miżuri anti-dumping u kontra s-sussidji.” Peress li ma
daħal ebda kumment dwar il-protezzjoni tas-suq tal-Istati Uniti bħal tali,
il-pożizzjoni f’dan ir-rigward għadha l-istess. (102) Il-partijiet interessati
argumentaw li r-riżultat tal-kalkolu tad-dumping huwa distortjat minħabba
d-differenzi fl-ekonomiji tal-kobor bejn il-produtturi Ċiniżi u
l-produttur Indjan. Għalhekk ġie vverifikat jekk fil-fatt
teżistix korrelazzjoni bejn il-volum ta’ produzzjoni ta’ kumpanija u
l-marġni tad-dumping tagħha. (103) Mis-seba’ gruppi ta’ kumpaniji
inklużi fil-kampjun, hemm żewġ gruppi ta’ kumpaniji ta’ daqs
medju (Jinzhou Yangguang u Delsolar) u ħames gruppi ta’ kumpaniji kbar
(JingAo, LDK, Suntech, Trina u Yingli). Mill-kumpaniji ta’ daqs mejdu, Jinzhou
Yangguang għandha l-inqas marġni, filwaqt li Delsolar għandha
l-ogħla marġni. L-ikbar ħames kumpaniji huma fin-nofs. Dan juri
biċ-ċar in-nuqqas ta’ kwalunkwe korrelazzjoni bejn l-ekonomiji
tal-kobor u l-marġni tad-dumping. Għaldaqstant, huwa meqjus li
l-kalkolu tad-dumping ma jiġix distortjat minħabba differenzi
fl-ekonomiji tal-kobor bejn il-produtturi Ċiniżi u l-produttur Indjan. (104) Wara d-divulgazzjoni
definittiva, il-partijiet interessati ddikjaraw li n-nuqqas ta' kwalunkwe
korrelazzjoni bejn l-ekonomiji tal-kobor u l-marġnijiet tad-dumping ma
turix li ma hemmx impatt tal-ekonomiji tal-kobor u paragunabilità
tal-prezzijiet. F'sitwazzjoni fejn il-marġni tad-dumping ikun imsejjes fuq
Valur Normali identiku għall-esportaturi kollha bħal f'dan
il-każ, il-marġni tad-dumping ikun fil-parti l-kbira influwenzat
mill-prezzijiet tal-esportazzjoni. Għalhekk, in-nuqqas ta' xi
korrelazzjoni bejn l-ekonomiji tal-kobor u l-marġni tad-dumping bl-istess
mod turi n-nuqqas ta' kwalunkwe korrelazzjoni bejn l-ekonomiji tal-kobor u l-prezzijiet
tal-bejgħ. Għalhekk huwa konkluż li d-differenzi fl-ekonomiji
tal-kobor ma jaffettwawx il-paragunabbiltà tal-prezzijiet f'dan il-każ. (105) Parti interessata minnhom
iddikjarat li l-produttur tal-pajjiż analogu kellu prezzijiet
tal-bejgħ domestiku estremament għoljin, li allegatament huma
sinifikament ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija
tal-Unjoni, peress li l-marġni tad-dumping jaqbeż il-marġni ta’
twaqqigħ tal-prezz b’mod sinifikanti. Din id-dikjarazzjoni saret permezz
ta’ paragun tal-Valuri Normali Indjani mal-prezzijiet tal-bejgħ
tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, dan il-paragun huwa żbaljat peress
li l-Valur Normali Indjan huwa bbażat fuq il-bejgħ profittabbli biss.
Speċjalment f’sitwazzjoni fejn l-industrija tal-Unjoni qiegħda tagħmel
it-telf, mhuwiex sorprendenti li l-prezzijiet profittabbli fl-Indja jaqbżu
l-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-fatt li l-Valur
Normali Indjan jaqbeż il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni ma
jurix li l-għażla tal-Indja bħala pajjiż analogu mhijiex
waħda raġonevoli. (106) Parti interessata minnhom
argumentat li l-prezzijiet ta' Tata huma distortjat, peress li hija relatata
ma' Tata Power, kumpanija tal-enerġija. Allegatament dan jippermetti
sabiex Tata titlob prezzijiet ogħla fiż-żoni moqdijin minn Tata
Power. Madankollu, ma ġiet ipprovduta ebda evidenza ta' sostenn, u lanqas
ma ngħatat xi kwantifikazzjoni ta' dan l-effett. Għaldaqstant, din
id-dikjarazzjoni ma setgħetx tintlaqa'. (107) Wara d-divulgazzjoni
definittiva, esportatur minnhom argumenta li TATA hija kumpanija mhux
kompetittiva b'kostijiet ta' produzzjoni u prezzijiet ta' bejgħ
għoljin, u allegatament din kienet ir-raġuni għaliex BP Solar
irtirat mill-impriża konġunta f'Diċembru 2011.
B'appoġġ ta' dan, huwa kkwotat artiklu mill-istampa, li jiddikjara li
"[I]l-ħruġ ta' BP mill-industrija solari wara madwar
erbgħin sena juri kemm
sar kompetittiv u popolat is-suq solari." Madankollu, dan l-artiklu ma tkellimx b'mod
speċifiku fuq Tata bħala kumpanija mhux kompetittiva, indirizza
s-sitwazzjoni fis-suq għall-pannelli solari inġenerali, billi tkellem
dwar "kompetizzjoni ħarxa li timmarka industrija ", u li
"ħafna kumpaniji madwar id-dinja għalqu l-fabbriki,
keċċew mijiet ta' ħadidema u rreġistraw għal falliment".
Għalhekk, dan l-artiklu mill-istampa ma jurix li Tata hija kumpanija mhux
kompetittiva b'kostijiet ta' produzzjoni u prezzijiet tal-bejgħ
għoljin. (108) Wara d-divulgazzjoni, esportatur
minnhom argumenta li Tata ma kinitx inkluża bħala parti
mill-industrija domestika tal-Indja fl-investigazzjoni antidumping attwali
tal-Indja msemmija fil-premessa (91) iktar 'il fuq, minħabba
l-importazzjonijiet importanti tagħha ta' ċelloli. Filwaqt li huwa
kkonfermat li tabilħaqq Tata mhijiex parti mill-industrija domestika
Indjana fl-investigazzjoni antidumping attwali tal-Indja, dan mhux bilfors
ifisser li Tata mhijiex produttur xieraq tal-pajjiż analogu. Il-Valur
Normali kien ibbażat esklussivament fuq ċelloli u moduli prodotti
minn Tata fl-Indja, u mhux fuq prodotti importati. Il-fatt li l-komponenti
importati ntużaw fil-produzzjoni ta' uħud mill-prodotti ma jfissirx
li l-Valur Normali li rriżulta mhuwiex rappreżentattiv
għall-Indja, speċjalment peress li huwa bbażat fil-parti l-kbira
fuq il-prezzijiet tal-bejgħ u mhux fuq il-kostijiet. (109) Il-Gvern taċ-Ċina
argumenta li l-bejgħ ta' Tata ta' moduli allegatament jirrappreżenta
biss 0,3% tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE u ma jistax jitqies
rappreżentattiv, b'referenza għas-sentenza Detlef Nölle[16] tal-Qorti. F'dik il-kawża, il-Qorti qieset li meta l-produzzjoni
totali f'pajjiż tkun biss 1,25% tal-volum ta' esportazzjoni lejn l-UE, din
tammonta għal indikazzjoni li s-suq meqjus mhuwiex wisq
rappreżentattiv. F'dan il-każ, il-Gvern taċ-Ċina ma qabbilx
il-produzzjoni totali fl-Indja mal-esportazzjonijiet totali taċ-Ċina,
iżda biss il-produzzjoni ta' kumpanija Indjana minnhom
mal-esportazzjonijiet totali tal-esportaturi Ċiniżi kollha.
Madankollu, dan it-tqabbil huwa żbaljat, peress li f'suq kompetittiv ma'
bosta atturi l-kwantitajiet relatati ma' produttur wieħed mhumiex
indikattivi tar-rappreżentattività tas-suq sħiħ. Barra minn
hekk, lanqas ma huwa t-tqabbil li sar fil-kawża Detlef Nölle, fejn
il-produzzjoni totali tal-pajjiż tqabblet mal-esportazzjonijiet totali. Skont
l-informazzjoni pprovduta mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina
għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju ('CCCME'), il-produzzjoni
fl-Indja tbassret li ser taqbeż 2 GW qabel tmiem l-2012, jiġifieri
ftit wara tmiem l-IP. Din il-produzzjoni tkun tilħaq 14% tal-esportazzjonijiet
Ċiniżi lejn l-UE, ferm iktar mil-livell limitu indikattiv ta' 5% fis-sentenza
Detlef Nölle. (110) Wara d-divulgazzjoni, parti
interessata minnhom irreferiet għall-fatt li Tata kellha nuqqas ta'
integrazzjoni upstream u trid iġġib il-wejfers minn partijiet terzi.
Allegatament, dan in-nuqqas ta' integrazzjoni vertikali upstream iwassal
għal żieda fil-kostijiet meta mqabblin mal-produtturi
Ċiniżi integrati vertikalment. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma
kinitx sostanzjata. B'mod partikolari, il-kost totali ta' Tata jkun ogħla
biss jekk il-prezz tax-xiri tagħhom għall-wejfers ikun jaqbeż
il-kost tal-produzzjoni ta' wejfer, ħaġa li mhijiex ċerta peress
li ħafna kumpaniji fil-kummerċ solari kienu qed jagħmlu telf
matul l-IP. Barra minn hekk, anki produtturi Ċiniżi kbar integrati
vertikalment spiss xtraw kwantitajiet importanti ta' wejfers minn fornituri
indipendenti, xi ħaġa li ssostni l-konklużjoni li n-nuqqas ta'
integrazzjoni vertikali fil-wejfers mhux bilfors iwassal għal kostijiet
ogħla għall-moduli u ċ-ċelloli. (111) Parti interessata minnhom
argumentat li l-pajjiż analogu mhuwiex kompetittiv. Din id-dikjarazzjoni
hija appoġġjata mill-fatt li l-produzzjoni ta' ċelloli solari
fl-Indja hija fl-inqas livell tal-aħħar ħames snin fl-2013.
Madankollu, ir-rapport ikkwotat minn dik il-parti interessata wera li matul
l-IP, il-produzzjoni Indjana taċ-ċelloli kienet għadha f'livell
għoli qrib l-ogħla livell irrapportat. It-tnaqqis importanti
fil-produzzjoni seħħ wara l-IP, u għalhekk ma kellu ebda impatt
fuq ir-riżultati tal-investigazzjoni. (112) Argument ieħor imressaq
biex jappoġġja d-dikjarazzjoni li l-pajjiż analogu mhuwiex
kompetittiv huwa l-investigazzjoni antidumping imsemmija fil-premessa (91) iktar
'il fuq. L-Istituzzjonijiet josservaw li l-investigazzjoni għadha
għaddejja, u li għalhekk, ma tista' tinħareġ ebda
konklużjoni minnha. B'mod ġenerali, l-investigazzjonijiet antidumping
mhumiex indikazzjoni għal nuqqas ta' kompetittività, iżda
indikazzjoni li l-industrija dometsika tqisha li hija soġġetta
għal prattiki kummerċjali inġusti minn kompetituri li jinsabu
f'pajjiżi terzi. (113) Kollox ma' kollox, il-Kummissjoni
tqis li l-għażla tal-Indja bħala pajjiż analogu hija
raġonevoli. (114) Fin-nuqqas ta’ kummenti
oħrajn dwar il-Pajjiż Analogu, id-determinazzjonijiet kollha
fil-premessi (72) sa (77) għar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 1.4. Valur Normali (115) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, parti interessata minnhom ikkummentat li l-kumpaniji Indjani
biegħu l-iktar moduli mhux kollegati mal-grilja, li għandhom
prezzijiet u spejjeż ogħla mill-moduli kollegati mal-grilja
mibjugħa mill-esportaturi Ċiniżi. Kien iddikjarat ukoll li
l-moduli mhux kollegati mal-grilja normalment ikollhom output enerġetiku
inqas mill-moduli kollegati mal-grilja. (116) F’dan ir-rigward, huwa osservat
li ġew stabbiliti Valuri Normali differenti għal moduli “ta’ daqs
standard” b’iktar minn 36 ċellola li huma ġeneralment kollegati
mal-grilja u moduli iżgħar b’36 ċellola jew inqas li
ġeneralment jintużaw filwaqt li ma jkunux kollegati mal-grilja.
Għalhekk tqies li Valur Normali xieraq huwa stabbilit għat-tipi
kollha ta’ prodotti, inklużi moduli mhux kollegati mal-grilja u moduli
kollegati mal-grilja. (117) Parti interessata oħra
ddikjarat li Tata hija attiva wkoll bħala żviluppatur
tal-proġetti, u għalhekk, il-bejgħ minn din il-kumpanija mhuwiex
paragunabbli mal-bejgħ ta’ moduli minn produtturi esportaturi
Ċiniżi biss. F’dan ir-rigward huwa osservat li l-paragun bejn
il-prezzijiet Indjani domestiċi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni
Ċiniżi saru b’mod esklussiv għall-bejgħ ta’ moduli, u
l-bejgħ ta’ proġetti sħaħ jew soluzzjonijiet integrati ma
ntużawx sabiex jiġi stabbilit il-Valur Normali peress li ma tqisx
paragunabbli. (118) Fin-nuqqas ta’ kummenti
oħrajn dwar il-Valur Normali, id-determinazzjonijiet kollha
fil-premessi (78) sa (86) għar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 1.5. Prezz ta’ esportazzjoni (119) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, uħud mill-esportaturi fil-kampjun ikkummentaw fuq
kwistjonijiet żgħar dwar il-prezz ta’ esportazzjoni użat biex
jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping. Fejn dan kien
iġġustifikat, il-kummenti ttieħdu f’kunsiderazzjoni u wasslu
għal reviżjoni żgħira tal-marġni tad-dumping
tal-kumpaniji kkonċernati. (120) Fin-nuqqas ta’ xi kumment
ieħor dwar il-prezz ta’ esportazzjoni, id-determinazzjonijiet kollha
fil-premessi (87) sa (89) għar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 1.6. Paragun (121) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, uħud mill-esportaturi fil-kampjun ikkummentaw fuq
kwistjonijiet minuri li jikkonċernaw il-provvedimenti użati biex
jitqablu l-prezzijiet ta’ esportazzjoni. Fejn dan kien iġġustifikat,
il-kummenti ttieħdu f’kunsiderazzjoni u wasslu għal reviżjoni
żgħira tal-marġni tad-dumping tal-kumpaniji kkonċernati. (122) Wara d-divulgazzjoni provviżorja,
instab żball klerikali li rriżulta f’aġġustament
żbaljat fil-Valur Normali għall-merkanzija domestika. Dan
l-iżball ġie kkoreġut u wassal għal tnaqqis żgħir
fil-marġnijiet tad-dumping. (123) Wara d-divulgazzjoni, parti
interessata minnhom iddikjarat li aġġustament għal-livell ta'
kummerċ jista' jkun iġġustifikat, peress li l-parti ma
tbiegħx direttament lill-installaturi, iżda lil impriżi li
jerġgħu jbiegħu u lil distributuri. Il-parti talbet
informazzjoni dettaljata dwar il-kanali tal-bejgħ tal-produttur
tal-pajjiż analogu, li ma setgħetx tiġi pprovduta biex tkun
imħarsa l-informazzjoni kunfidenzjali. Minflok, il-bażi tal-klijenti
tal-produttur tal-pajjiż analogu ġiet kategorizzata f'kategoriji
differenti skont il-volum ta' bejgħ, li wera li livell ta'
aġġustament tal-kummerċ ma kienx iġġustifikat. (124) Bħala tweġiba
għal din l-analiżi, il-parti interessata ammettiet li differenza
fil-kwantitajiet ta' bejgħ tkun tirriżulta f'differenzi fil-prezz,
iżda sostniet l-argument tagħha li allegatament ikollha titlob
prezzijiet ogħla lill-installaturi meta mqabblin
mad-distributuri/impriżi li jerġgħu jbiegħu. Madankollu,
din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata u għalhekk ma setgħetx
tittieħed f'kunsiderazzjoni. (125) Fin-nuqqas ta’ xi kumment
ieħor dwar prezz ta’ esportazzjoni, id-determinazzjonijiet kollha
fil-premessi (90) sa (92) għar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 1.7. Marġnijiet tad-dumping (126) Produttur esportatur minnhom
fil-kampjun talab divulgazzjoni sħiħa tal-kalkoli tad-dumping tiegħu,
filwaqt li ddikjara li nkella ma jkunx jista' jikkummenta fuq
il-preċiżjoni tagħhom. Peress li din il-kumpanija ma
ngħatatx MET, il-valur normali tagħha kien imsejjes fuq id-dejta
mill-Indja bħala pajjiż analogu. Peress li produttur wieħed biss
fil-pajjiż analogu kkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni,
l-informazzjoni mill-pajjiż analogu ma setgħetx tiġi ddivulgata
f'livell tat-tip ta' prodott sabiex tkun imħarsa l-informazzjoni
kunfidenzjali. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni trid tiġi rrifjutata. (127) Għall-kumpaniji
fil-kampjun, il-valur normali medju peżat ta’ kull tip tal-prodott simili
stabbilit għall-pajjiż analogu tqabbel mal-prezz medju peżat ta’
esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif stipulat
fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. (128) Il-marġni tad-dumping
medju peżat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi
fil-kampjun ġie kkalkolat skont id-dispożizzjonijiet
tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. B’hekk, dak il-marġni
ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet stabbiliti
għall-produtturi esportaturi tal-kampjun. (129) Fuq dik il-bażi,
il-marġni tad-dumping definittiv għall-kumpaniji li kkooperaw mhux
inklużi fil-kampjun kien stabbilit għal 88,1 %. (130) Fir-rigward tal-produtturi
esportaturi l-oħra kollha fil-PRC, il-marġnijiet tad-dumping ġew
stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli b’konformità
mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan,
il-livell ta’ kooperazzjoni l-ewwel ġie stabbilit billi tqabbel il-volum
ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrapportat mill-produtturi esportaturi li
kkooperaw mal-volum ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi, kif stipulat
fil-premessa (167). (131) Peress li l-kooperazzjoni
ammontat għal iktar minn 80 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi
totali lejn l-Unjoni, il-livell ta’ kooperazzjoni jista’ jitqies għoli.
Peress li ma kien hemm ebda raġuni għaliex wieħed jemmen li xi
produttur esportatur astjena b’mod deliberat milli jikkoopera, il-marġni
tad-dumping residwu ġie stabbilit għal-livell tal-kumpanija
fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping. Dan tqies xieraq peress li
ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-kumpaniji li ma kkooperawx kienu
qegħdin jagħmlu dumping f’livell inqas, u biex tiġi żgurata
l-effettività ta’ kwalunkwe miżura. (132) Fuq din il-bażi
il-marġnijiet tad-dumping definittivi mogħtija bħala
perċentwal tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni tas-CIF, id-dazju mhux
imħallas, huma kif ġej: Kumpanija || Marġni tad-dumping Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd Changzhou Youze Technology Co. Ltd Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd || 90,3 % Delsolar (Wujiang) Ltd, || 111,5 % Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd || 91,9 % JingAo Solar Co. Ltd Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd Hefei JA Solar Technology Co. Ltd Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd || 97,5 % Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd || 53,8 % Wuxi Suntech Power Co. Ltd Suntech Power Co. Ltd Wuxi Sun-Shine Power Co. Ltd Luoyang Suntech Power Co. Ltd Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd || 73,2 % Yingli Energy (Ċina) Co. Ltd Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd || 93,3 % Kumpaniji oħrajn li kkooperaw (Anness I, Anness II) || 88,1 % Il-kumpaniji l-oħra kollha || 111,5 % D. DANNU 1. Definizzjoni tal-industrija
tal-Unjoni u produzzjoni tal-Unjoni (133) Il-prodott
simili kien manifatturat minn madwar 215-il produttur fl-Unjoni. L-Istituzzjonijiet ivverifikaw dikjarazzjonijiet minn partijiet
interessati li kien hemm għadd ogħla; din il-verifika wriet li
fil-verità l-parti l-kbira mill-produtturi addizzjonali allegati kienet
produtturi esportaturi, importaturi relatati magħhom, distributuri u
installaturi. (134) Wara
d-divulgazzjoni provviżorja, bosta partijiet ikkontestaw il-fatt li
d-dejta pprovduta minn Europressedienst, ditta ta’ konsulenza indipendenti
(“il-konsulent”), intużat biex jiġu determinati, fost l-oħrajn, il-produzzjoni
tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-Unjoni kif ukoll indikaturi
ta’ dannu makroekonomiku oħrajn li jikkonċernaw d-dejta
tal-industrija u l-importazzjoni tal-Unjoni. Dawn il-partijiet xeħtu dubju
fuq l-indipendenza tal-konsulent billi allegaw li kien marbut mal-ilmentatur.
Talbu wkoll kjarifiki fuq liema bażi ntgħażel il-konsulent
mill-Kummissjoni u xeħtu dubju fuq il-kompetenza tiegħu fil-ġbir
ta’ dejta ekonomika relatata mas-settur PV. F’dan ir-rigward, kien iddikjarat
li l-Kummissjoni missha bbażat is-sejbiet tagħha fuq dejta minn sorsi
oħrajn għad-dispożizzjoni, b’mod partikolari istituti ta’
riċerka magħrufa. L-aħħar nett,
l-AFASE għamlet referenza għall-Aħjar Prattiki
għas-sottomissjoni ta’ evidenza ekonomika u ġbir ta’ dejta
f’każijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u
102 TFUE u f’każijiet ta’ fużjonijiet biex tikkontesta l-affidabbiltà
tad-dejta sottomessa mill-konsulent. (135) Fir-rigward tal-allegati
rabtiet bejn il-konsulent u l-ilmentatur, il-partijiet interessati rilevanti ma
wrew ebda evidenza li turi l-eżistenza tat-tali rabtiet. Bl-istess mod,
l-investigazzjoni ma xeħtitx dawl fuq xi evidenza ta’ relazzjoni li tmur
lil hinn minn karattru purament kummerċjali. Wara d-divulgazzjoni finali,
parti interessata minnhom iddikjarat li kien hemm indikazzjonijiet li
l-evidenza prima facie pprovdita mill-ilmentatur mill-industrija
tal-Unjoni fl-ilment kienet ibbażata fuq dejta pprovduta mill-istess
konsulent. Minkejja li huwa rikonoxxut li s-sejbiet għal uħud
mill-indikaturi tabilħaqq kienu simili għall-evidenza pprovduta
fl-ilment, dan mhux bilfors ifisser li kienu stabbiliti fuq il-bażi ta'
sors wieħed biss. F'dan ir-rigward, l-iment jipprovdi l-bosta sorsi
użati. (136) Kif
spjegat fil-premessa (99) għar-Regolament provviżorju,
il-Kummissjoni qieset li jkun xieraq li tintuża din il-konsulenza
fl-investigazzjoni attwali, minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sorsi
pubbliċi oħrajn tad-dejta makroekonomika neċessarja li tkopri
s-suq sħiħ tal-Unjoni kif ukoll dejta tal-importazzjoni. Qabel ma
għażlet lil Europressedienst il-Kummissjoni vvalutat
il-metodoloġija użata mill-konsulent għall-ġbir tad-dejta
rilevanti kif ukoll il-ħila tal-konsulent li jipprovdi d-dejta
neċessarja għat-tipi kollha tal-prodott u għall-perjodu
sħiħ ikkunsidrat. (137) Barra
minn hekk, matul l-investigazzjoni, id-dejta pprovduta mill-konsulent kienet
kontroverifikata fejn dan kien possibbli ma’ sorsi oħrajn disponibbli u
kienet ikkonfermata. F’dan ir-rigward, huwa osservat li jeżistu bosta
kumpaniji ta’ riċerka speċjalizzati fil-ġbir ta’ statistika
tad-dejta fis-suq u ċ-ċifri rrapportati kważi qatt ma huma
l-istess. Dan huwa dovut għall-fatt li huwa diffiċli għal
kwalunkwe istitut ta’ riċerka li joħroġ ċifri
preċiżi u għaldaqstant, l-indikaturi rrapportati tas-suq PV
dejjem ser ikunu msawra fuq stimi, indipendenti mill-fornitur tat-tali ċifra.
F’dan il-kuntest, l-eżerċizzju ta’ kontroverifika mwettaq
mill-Kummissjoni kkonsista fit-tqabbil tax-xejriet tad-dejta riċevuta
mill-konsulent max-xejriet tal-istess dejta ppubblikata minn kumpaniji
oħrajn ta’ riċerka, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka
tal-Kummissjoni ('JRC') u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Industrija
Fotovoltajka ('EPIA') dwar l-istess suġġetti, meta kienet
disponibbli. Ma ġiet osservata ebda differenza importanti b'riżultat
tal-eżerċizzju ta’ kontroverifika peress li x-xejriet tal-indikaturi
li għalihom saret il-kontroverifika kienu simili. Għalhekk,
is-sejbiet provviżorji ma kinux ibbażati biss fuq dejta pprovduta
mill-konsulent iżda anki mill-analiżi u l-valutazzjoni proprja ta’
din id-dejta mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, kif intqal iktar ’il fuq fil-premessa (9),
wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, saret żjara ta’
verifika fil-bini tal-konsulent. Il-Kummissjoni wettqet verifika fuq il-post
fil-bini tal-konsulent biex tivverifika l-affidabbiltà tal-metodoloġija u
d-dejta fornita. Il-verifika fuq il-post twettqet bħala segwitu
għall-kontroverifika tad-dejta mill-Kummissjoni u sabiex tinkiseb
garanzija dwar l-affidabbiltà u l-kwalità tad-dejta u l-metodoloġija
relatata. Il-verifika fuq il-post tqieset xierqa fl-applikazzjoni
tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, anki jekk dik id-dejta ma kinitx
ipprovduta minn parti interessata iżda minn konsulent. Bis-saħħa
ta’ dan, il-Kummissjoni kompliet isserraħ rasha dwar l-affidabbiltà
tad-dejta pprovduta mill-konsulent. (138) Parti minnhom iddikjarat li
l-metodoloġija ta' kontroverifika użata mill-Kummissjoni ma kinitx
spjegata f'biżżejjed dettall u talbet li jiġu ddivulgati s-sorsi
l-oħrajn użati għall-kontroverifika. Din il-parti kompliet
targumenta li l-metodoloġija użata xorta waħda kienet invalida
peress li tqabblu biss ix-xejriet ta' bosta sorsi u mhux il-valuri assoluti. (139) F'dak li għandu x'jaqsam
ma' sorsi oħrajn użati għall-kontroverifika tad-dejta pprovduta
mill-konsulent, dawn kienu r-rapporti ppubblikati mill-JRC u l-EPIA dwar
l-istess suġġetti. Dwar it-tqabbil tad-dejta ma' sorsi oħrajn,
huwa osservat li dawn urew li mhux biss xejriet simili iżda anki daqsijiet
simili. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-metodoloġija
użata kienet xierqa u d-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward ġew
irrifjutati. (140) Dwar
il-kompetenza tal-konsulent, ta’ min jinnota li l-attività ewlenija tiegħu
hija l-ġbir ta’ dejta marbuta mas-settur PV u l-iżvilupp ta’ bażi
tad-dejta aġġornata ta’ kumpaniji attivi fis-suq PV. Din id-dejta
hija ppubblikata f’rivisti fotovoltajċi speċjalizzati u tintuża
wkoll minn kumpaniji individwali li twettaq riċerka speċjalizzata
għalihom. Il-bażi tad-dejta żviluppata minn Europressedienst
hija aġġornata u ppubblikata mill-ġdid b’mod regolari. Barra
minn hekk, il-konsulent għandu bosta snin esperjenza f’ dan is-settur.
B’mod iktar preċiż, il-metodoloġija tal-konsulent hija li
jiġbor, jikkontroverifika u jagglomera informazzjoni billi juża
d-diversi sorsi disponibbli fis-suq. Għal dan l-għan, jiġbor
id-dejta permezz ta’ kwestjonarji standard mibgħuta lill-kumpaniji elenkati
fil-bażi tad-dejta jew bit-telefown, speċjalment mill-produtturi
tal-Unjoni, jew matul il-fieri speċjalizzati, l-iktar minn produtturi
f’pajjiżi terzi. Meta l-informazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb permezz
tal-kanali li għadhom kif issemmew, Europressedienst tivverifika
r-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji fis-settur fotovoltajku jew tikkoopera
minn jedda ma’ istituti ta’ riċerka oħrajn bil-għan li tikseb
jew tagħmel kontroverifika tad-dejta. Ġie vverifikat u filfatt
ikkonfermat li dawn is-sorsi ntużaw mill-konsulent fl-attività ta’ kuljum
tiegħu. Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, jitqies xieraq li
jintużaw is-servizzi ta’ Europressedienst f’din l-investigazzjoni u
għalhekk, id-dikjarazzjonijiet tal-partijiet f’dan ir-rigward ġew
rifjutati. (141) Fir-rigward tal-Aħjar
Prattiki għas-sottomissjoni tal-evidenza ekonomika maħruġa
mis-servizz kompetenti tal-Kummissjoni (‘l-Aħjar Prattiki’), għandhom
isiru r-rimarki li ġejjin. L-ewwel nett, huwa dokument li ma jistax
jimpenja lill-Kummissjoni, peress li ma kienx adottat mill-Kulleġġ,
iżda ppubblikat mis-servizz kompetenti bl-għan li jiġu pprovduti
rakkomandazzjonijiet lil partijiet dwar kif jippreżentaw evidenza
ekonomika. It-tieni nett, l-Aħjar Prattiki jikkonċernaw is-sottomissjoni
ta' analiżi u dejta ekonomiċi użati f'xi investigazzjonijiet
tal-kompetizzjoni, skont l-Artikolu 101 u 102 TFUE u f'każijiet ta'
fużjoni. Ir-regoli applikabbli, l-istandards ta' prova u s-setgħat
investigattivi tal-Kummissjoni f'dawk il-każijiet ta' kompetizzjoni ma
jistgħux jitqabblu mal-investigazzjonijiet ta' difiża kummerċjali,
li għalihom japplika sett kompletament differenti ta' regoli. (142) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, bosta partijiet ikkontestaw il-metodoloġija użata
mill-konsulent u ddikjaraw li ma tilħaqx standards xjentifiċi
rikonoxxuti. Madankollu, kif intqal iktar ’il fuq fil-premessa (137), il-metodoloġija ġiet ivvalutata u d-dejta li
rriżultat kienet kontroverifikata u verifikata u b’hekk tqieset konformi
ma’ dejta oħra ppubblikata u għalhekk affidabbli b’mod raġonevoli.
Punti speċifiċi li tqajmu mill-partijiet interessati,
speċjalment l-AFASE, ġew iċċarati u tqiegħdu
għad-dispożizzjoni fil-fajl miftuħ tal-investigazzjoni għal
spezzjoni mill-partijiet interessati. (143) Is-CCCME argumentat li
l-metodoloġija tal-aggregazzjoni tad-dejta ma kinitx iċċarata.
Din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata peress li l-informazzjoni rilevanti
tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati kollha
fil-fajl tal-investigazzjoni miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet
interessati. (144) Wara d-divulgazzjoni finali, bosta
partijiet tennew it-tħassib tagħhom dwar l-għażla
tal-konsulent mill-Kumissjoni u fuq il-kwalità tad-dejta pprovduta. F'dan
ir-rigward, kien iddikjarat li d-dejta tal-konsulent tista' tiġi ordnata u
tinxtara fuq bażi ad hoc biex ikunu ssodisfati t-talbiet speċifikament
identifikati tal-klijenti potenzjali u għalhekk taf ma tkunx
oġġettiva. Barra minn hekk, is-CCCME kkontestat li d-dejta
miġbura mill-konsulent tista' titqies bħala evidenza pożittiva
skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku peress li d-dejta
kienet fil-parti l-kbira msejsa fuq suppożizzjonijiet u stimi. Barra minn
hekk, kien iddikjarat li d-dejta pprovduta ma kinitx sostnuta
biżżejjed minn evidenza fil-fajl u li ma kinitx ta' bixra affermattiva,
oġġettiva u verifikabbli. (145) Fir-rigward ta' dawn
id-dikjarazzjonijiet, issir referenza għall-premessi (136) sa (137) iktar
'il fuq fejn ġiet ipprovduta iktar informazzjoni dwar l-għażla
tal-konsulent. Barra minn hekk, huwa osservat li l-Kummissjoni ħatret
il-konsulent fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibli dak
iż-żmien u b'konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju
tal-Kummissjoni applikabbli għall-proċedura. Barra minn hekk, huwa
mfakkar li l-kapaċità tal-konsulent li jipprovdi d-dejta kollha
meħtieġa fil-ħin kienet ta' importanza kbira peress li
l-Kummissjoni kienet marbuta b'dati ta' skadenza statutorji
għall-pubblikazzjoni tas-sejbiet provviżorji fl-investigazzjoni
kurrenti. (146) Rigward il-kwalità tad-dejta
pprovduta u jekk tistax titqies bħala evidenza pożittiva skont
l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, kif intqal iktar 'il fuq
fil-premessa (137), il-metodoloġija tal-konsulent għall-ġbir
tad-dejta ġiet mistħarrġa u ġiet ivvalutata bħala
waħda ta' kwalità sodisfaċenti. Barra minn hekk, kif intqal iktar 'il
fuq fl-istess premessa, id-dejta pprovduta mill-konsulent ġiet
kontroverifikata meta dan kien possibbli ma' sorsi oħrajn u nstab li
kienet raġonevolment preċiża. Fl-aħħar, huwa osservat
li l-konsulent għandu bażi tad-dejta li hija aġġornata fuq
bażi regolari, indipendentement mill-ħtiġijiet u t-talbiet
tal-klijenti. L-istess bażi tad-dejta tintuża biex taggrega u tforni
statistiki PV lil bosta klijenti, u għalhekk kellha tiġi rifjutata
l-allegazzjoni li d-dejta ma kinitx oġġettiva. (147) Wara d-divulgazzjoni finali, parti
interessata minnhom iddikjarat li l-Kummissjoni ma kinitx iddivulgat is-sorsi,
il-metodoloġija użata u l-kumpaniji li magħhom ikkoopera
l-konsulent biex jikkompila d-dejta makroekonomika pprovduta. Parti interessata
oħra tenniet li l-metodoloġija applikata mill-konsulent
tissuġġerixxi riżultati impreċiżi. Bosta partijiet
interessati talbu iktar informazzjoni dwar il-metodoloġija użata
mill-konsulent bħar-rati medji ta' rispons
għall-kwestjonarji/intervisti, il-perċentwal tad-dejta miġbura
permezz ta' kull kanal, kif din ġiet ivverifikata,
l-approssimazzjonijiet/suppożizzjonijiet użati biex tiġi
ġġenerata d-dejta, l-għadd ta' kumpaniji li għalihom saru
l-approssimazzjonijiet, u tal-inqas medda tal-għadd ta' impjegati
tal-konsulent. (148) Fir-rigward ta' dawn
id-dikjarazzjonijiet, huwa osservat li wara l-impożizzjoni tas-sejbiet
provviżorji, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet interessati
bil-metodoloġija u s-sorsi użati mill-konsulent fl-aggregazzjoni
tad-dejta u indirizzat mistoqsijiet speċifiċi tal-partijiet
interessati f'dan ir-rigward wara d-divulgazzjoni provviżorja. It-talbiet
addizzjonali ta' informazzjoni tal-partijiet interessati kkonċernati wara
d-divulgazzjoni finali jitqiesu li huma koperti mill-informazzjoni
mqiegħda għad-dispożizzjoni wara l-impożizzjoni ta' dazji
provviżorji sal-punt li kienu jippermettulha l-limitazzjonijiet
tal-kunfidenzjalità. Barra minn hekk, huwa enfasizzat li l-Kummissjoni
vverifikat fuq il-post il-mod li bih inġabret u ġiet aggregata
d-dejta mill-konsulent u s-suppożizzjonijiet sottostanti relevanti
għall-aggregazzjoni tad-dejta. Ir-riżultati tal-verifika kienu
sodisfaċenti u l-Kummissjoni serrħet rasha mir-raġonevolezza
tas-suppożizzjonijiet sottostanti u mill-kwalità tad-dejta pprovduta
mill-konsulent. Barra minn hekk, il-partijiet ma kkontestawx id-dejta bħala
tali. (149) Wara
d-divulgazzjoni finali, parti oħra talbet kjarifiki fir-rigward tal-għadd
ta' produtturi tal-Unjoni meqjusin mill-konsulent fil-ġbir ta' dejta
tiegħu u s-sovrappożizzjoni bejn dawn u l-kważi 215-il produttur
tal-Unjoni magħrufin mill-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, huwa
ċċarat li l-produtturi tal-Unjoni meqjusin mill-konsulent fil-parti
l-kbira huma l-istess bħal dawk magħrufin li jirrappreżentaw
l-industrija tal-Unjoni fl-investigazzjoni msemmija fil-premessa (133) iktar
'il fuq. (150) Wara d-divulgazzjoni finali, parti
minnhom iddikjarat li l-Kummissjoni wettqet l-analiżi tad-dannu b'mod
inkonsistenti peress li saret b'mod separat għall-moduli u ċ-ċelloli
filwaqt li l-kalkoli tad-dannu u l-marġni tad-dumping ġew stabbiliti
bħala medja peżata għall-moduli u ċ-ċelloli f'daqqa.
F'dan ir-rigward, huwa osservat li filwaqt li l-indikaturi ntwerew b'mod
separat għal kull tip ta' prodott, il-konklużjonijiet milħuqin
għal kull indikatur jirreferu għall-prodott investigat
sħiħ. Huwa mfakkar ukoll li l-moduli u ċ-ċelloli huma
prodott wieħed uniku u għalhekk, il-marġnijiet tad-dumping u
l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu ġew stabbiliti fuq din il-bażi.
Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (151) Finalment, parti oħra
ddikjarat li l-kalkolu tal-valuri tal-indikaturi makroekonomiċi matul l-IP
kien ibbażat inkorrettament fuq medja sempliċi tas-snin 2011 u 2012
peress li t-tali metodoloġija ma tkunx oġġettiva u ma twassalx
għal riżultati li jirriflettu r-realtà matul l-IP. Huwa
ċċarat li medja sempliċi tad-dejta ntużat biss fil-każ
fejn kien hemm xejriet simili fil-perjodi kkonċernati. F'każ li
x-xejret kienu differenti, il-metoodloġija ġiet adattata kif xieraq
billi ttieħdet f'kunsiderazzjoni r-realtà tas-suq. Il-parti
kkonċernata ma elaboratx billi tiddikjara kemm ir-riżultati
tal-metodoloġija użata ma kinux jirriflettu r-realtà tas-suq.
Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew rifjutati. (152) Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ xi
kumment ieħor f’dan ir-rigward, is-sejbiet fil-premessi (98) sa (101)
għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. 2. Determinazzjoni tas-suq
rilevanti tal-Unjoni (153) Bosta partijiet argumentaw li
d-dannu kellu jkun ivvalutat b’mod separat għas-suq magħluq u
għas-suq ħieles. Parti minnhom argumentat li d-dejta relatata ma’
ċelloli destinati għal użu ristrett kellha tkun eskluża
mill-valutazzjoni tad-dannu minħabba l-fatt li ma kinitx effettwata
mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. (154) Kif intqal
fil-premessa (105) għar-Regolament provviżorju, il-konsum,
il-volum ta’ bejgħ, il-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni,
l-użu tal-kapaċità, it-tkabbir, l-investimenti, l-ħażniet,
l-impjiegi, il-produttività, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investiment,
il-ħila ta’ żieda tal-kapital u l-kobor tal-marġni tad-dumping
għandhom ikunu eżaminati b’referenza għall-attività
sħiħa tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri inkluż
l-użu ristrett, peress li l-produzzjoni destinata għas-suq
magħluq kienet affettwata bl-istess mod mill-kompetizzjoni ta’
importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. (155) B’hekk,
l-investigazzjoni wriet li produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment kienu
mġiegħla jimportaw prodotti li kienu l-oġġett ta’ dumping
(ċelloli) u jwaqqfu l-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti bi spiża
ogħla mill-prezz ta’ importazzjoni, minħabba l-pressjoni fuq
il-prezzijiet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.
Barra minn hekk, l-investigazzjoni kixfet ukoll li s-suq ħieles u s-suq
magħluq urew xejriet simili fil-prezzijiet, li wrew ukoll li kienu
affettwati bl-istess mod mill-importazzjonijiet ikkonċernati. (156) Wara d-divulgazzjoni finali, bosta
partijiet tennew li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi analiżi adegwata
u rraġunata tas-suq magħluq jew għaliex ma saritx analiżi
separata. Pati minnhom iddikjarat li ma kienet ipprovduta ebda informazzjoni
dwar l-importanza tal-produzzjoni tal-Unjoni destinata għal użu
ristrett. Barra minn hekk, kien iddikjarat li l-premessa (106) għar-Regolament
provviżorju li kkonkludiet li l-prezzijiet fis-suq magħluq mhux
dejjem jirriflettu l-prezzijiet tas-suq, kienet tikkontradixxi
l-konklużjonijiet stipulati fil-premessa (155) iktar 'il fuq li s-suq
ħieles u s-suq magħluq urew xejriet simili fil-prezzijiet. (157) L-ewwel nett huwa osservat li
l-premessa (105) għar-Regolament provviżorju tistabbilixxi
r-raġunijiet għaliex tqies xieraq li ssir analiżi tal-indikaturi
tad-dannu (minbarra l-profittabilità) li jirreferu għall-attività totali
tal-industrija tal-Unjoni inkluż l-użu ristrett. F'dan ir-rigward
huwa mfakkar, kif stipulat fl-istess premessa, li l-investigazzjoni wriet li
l-produzzjoni destinata għall-użu ristrett kienet affettwata
bl-istess mod mill-kompetizzjoni tal-importazzjonijiet mill-PRC, xi
ħaġa li ma kinitx ikkontestata per se mill-partijiet interessati
kkonċernati. Għalhekk, id-dikjarazzjoni li ma ngħatat ebda
spjegazzjoni għaliex ma saret ebda analiżi separata kellha tiġi
rifjutata. Bl-istess mod, bħala riżultat ta' din il-konklużjoni,
kellu jiġi rifjutat ukoll li missha saret analiżi separata bħal
din tas-suq magħluq. (158) It-tieni, filwaqt li fuq
il-bażi ta' dan ta' hawn fuq l-importanza tal-produzzjoni tal-Unjoni
destinata għal użu ristrett ma tqisitx bħala element essenzjali,
huwa osservat li l-produzzjoni tal-Unjoni taċ-ċelloli destinati
għal użu ristrett kienet tirrappreżenta madwar nofs
il-produzzjoni totali fl-IP. Finalment, huwa ċċarat li l-fatt li l-prezzijiet
fis-suq magħluq ma jirriflettux il-prezzijiet fis-suq ħieles, mhux
bilfors jikkontradixxi l-fatt li ż-żewġ prezzijiet segwew
l-istess xejriet, peress li xorta jistgħu jkunu f'livelli differenti jew
iċ-ċaqliq tal-prezzijiet jaf ikun fi grad ogħla jew inqas u
b'hekk juri stampa differenti. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq,
id-dikjarazzjonijiet dwar is-suq magħluq ġew rifjutati. (159) Il-partijiet ikkonċernati
ma pprovdew ebda informazzjoni li setgħet tmeri s-sejbiet dwar
id-determinazzjoni tas-suq tal-Unjoni. Fuq dawn il-bażijiet, id-dikjarazzjonijiet
f’dan ir-rigward ġew rifjutati filwaqt li s-sejbiet kif stabbiliti
fil-premessi (102) sa (106) għar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 3. Konsum tal-Unjoni (160) Parti interessata minnhom
argumentat li d-dejta dwar il-konsum tal-Unjoni tal-prodott investigat tvarja
sew, skont is-sors użat. Din il-parti argumentat li d-dejta affidabbli
tista’ tiġi stabbilita biss fuq il-bażi tal-informazzjoni
miġbura minn istituzzjonijiet speċjalizzati jew ċentri ta’
riċerka. Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet u l-konklużjonijiet
milħuqa fil-premessi (134) sa (152) iktar ’il fuq, rigward
l-affidabbiltà tad-dejta pprovduta mill-konsulent użat fl-investigazzjoni,
dan l-argument ġie rifjutat. (161) L-istess parti argumentat li
l-konsum tal-Unjoni ma għandux ikun stabbilit billi sempliċiment
jingħaddu l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-modulu fl-Unjoni u li
l-konsum tal-modulu tal-proġetti tal-industrija tal-Unjoni stess
għandu jitnaqqas minnu. Dan l-argument ġie rifjutat, peress li l-konsum
tal-moduli kien stabbilit fuq il-bażi ta’ kapaċitajiet istallati
ġodda fl-Unjoni. Din hija prattika komuni biex jiġi determinat
il-konsum tal-moduli. Għaċ-ċelloli, il-konsum kien iddeterminat
fuq il-bażi tal-produzzjoni ta’ moduli tal-Unjoni. (162) Parti oħra argumentat li
l-metodoloġija deskritta mill-konsulent tammetti d-diffikultà biex
jiġu stabbiliti ċifri tal-konsum affidabbli. Kien argumentat ukoll li
d-dejta dwar l-importazzjoni kif ukoll il-bejgħ tal-esportazzjonijiet
mill-industrija tal-Unjoni kienu jew ibbażati fuq stimi mhux verifikabbli
jew dejta inkompluta u li l-kontroverifika tal-Kummissjoni ma kinitx
biżżejjed biex tkun tista' tinħareġ il-konklużjoni li
dik id-dejta tabilħaqq kienet affidabbli u preċiża. (163) Kif diġà ntqal iktar 'il
fuq fil-premessi (136) u (137) il-kwalità tad-dejta u l-metodoloġiji
użati biex tinġabar ġew verifikati mill-Kummissjoni matul
iż-żjara fuq il-post li fuq il-bażi tagħha tqies li
l-metodoloġiji użati kienu xierqa u r-riżultati kienu
preċiżi u raġonevolment affidabbli. Għaldaqstant din
id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (164) Fuq din il-bażi, u
fin-nuqqas ta’ xi kumment ieħor fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni,
il-premessi (107) sa (109) għar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 4. Importazzjonijiet
mill-pajjiż ikkonċernat 4.1. Il-volum u s-sehem mis-suq
tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (165) Parti interessata minnhom
argumentat li d-dejta dwar il-volumi ta’ importazzjonijiet tal-prodott
investigat tvarja b’mod sinifikanti, skont is-sors użat. Din il-parti
argumentat li d-dejta affidabbli tista’ tiġi stabbilita biss fuq
il-bażi tal-informazzjoni miġbura minn istituzzjonijiet
speċjalizzati jew ċentri ta’ riċerka. Fid-dawl
tal-ispjegazzjonijiet u l-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (134) sa
(152) iktar ’il fuq, rigward l-affidabbiltà tad-dejta pprovduta mill-konsulent
użata fl-investigazzjoni, dan l-argument ġie rifjutat. (166) Wara d-divulgazzjoni finali, parti
interessata minnhom ikkontestat il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat
il-valur totali tal-importazzjonijiet mill-PRC billi ddikjarat li kienet
ibbażata fuq transazzjonijiet li saru fil-livell CIF bid-dazju mhux
imħallas u għaldaqstant għandha dubju fuq jekk dawn
it-transazzjonijiet kinux destinati għal konsum fl-Unjoni. Fir-rigward ta'
din id-dikjarazzjoni, huwa ċċarat li l-valur totali
tal-importazzjonijiet mill-PRC kif stipulat mill-konsulent ma ntużax
fis-sejbiet provviżorji u definittivi u li ġew iddeterminati biss il-volumi
ta' importazzjoni u l-prezzijiet ta' importazzjoni matul l-investigazzjoni kif
muri fil-premessi (110) sa (113) tar-Regolament provviżorju. Peress li
l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezzijiet ta' importazzjoni
ma kinitx ikkontestata minnha nfisha mill-parti interessata kkonċernata,
issir referenza għas-sejbiet relevanti fil-premessa (113) sa (117) tar-Regolament
provviżorju u l-premessi (168) sa (176) hawn taħt. Għaldaqstant,
id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq ġiet rifjutata. (167) Fuq din
il-bażi, u fin-nuqqas ta’ xi kumment ieħor fir-rigward
tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-PRC,
il-premessi (110) sa (112) għar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 4.2. Prezzijiet
tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezzijiet (168) Importatur
mhux relatat minnhom li kkoopera ddikjara li l-prezzijiet ta’ importazzjoni
kellhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-importazzjonijiet tiegħu
tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Madankollu, id-dejta pprovduta minn dan
l-importatur matul l-investigazzjoni kienet tirrappreżenta biss frazzjoni
tal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni u ma setgħet tinstilet ebda
konklużjoni importanti dwar il-prezz medju ta’ importazzjoni
tal-importazzjonijiet kollha mill-PRC matul il-perjodu sħiħ
ikkunsidrat li jkopri seba’ snin. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni
ġiet rifjutata. (169) Parti oħra ddikjarat li
l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezzijiet ma kinitx
spjegata, b'mod partikolari fir-rigward ta' kif id-dejta ta' bosta sorsi
nġabret flimkien u ġiet rikonċiljata. Barra minn hekk, kien
argumentat li l-kostijiet ta' importazzjoni kellhom ikunu bbażati fuq
l-informazzjoni verifikata miġbura matul l-investigazzjoni minflok fuq
l-istimi. (170) Huwa meqjus li
l-metodoloġija mqiegħda għad-dispożizzjoni
għall-partijiet interessati hija kompluta biżżejjed biex
wieħed jifhem kif ġew stabbiliti ċ-ċifri. F'dak li
għandu x'jaqsam mal-kost ta' ‘importazzjoni’, huwa ċċarat li sar
aġġustament għall-prezzijiet fuq il-post biex waslet
għall-prezzijiet CIF. L-istima li saret ġiet ikkonfermata mad-dejta
miġbura matul l-investigazzjoni. (171) Wara d-divulgazzjoni provviżorja,
bosta partijiet interessati talbu iktar dettalji dwar il-kalkoli ta’
twaqqigħ tal-prezzijiet minn dawk diġà pprovduti
fil-premessa (116) għar-Regolament provviżorju. Sa fejn
l-għamla sensittiva ta’ din l-informazzjoni u l-fatt li l-produtturi tal-Unjoni
kienu ngħataw anonimità, ippermettew li jsir hekk, l-informazzjoni
addizzjonali ngħatat f’divulgazzjonijiet bilaterali. (172) B’konformità
mad-deċiżjoni ta’ esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu
tal-prodotti (ara l-premessi (28) sa (32) iktar ’il fuq), dawn il-prodotti
ġew esklużi wkoll mill-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. Barra
minn hekk, saru xi korrezzjonijiet fuq il-prezzijiet tas-CIF ipprovduti
mill-partijiet interessati. Peress li l-kampjun ta’ importaturi mhux relatati
ġie rivedut għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (21),
intużaw l-ispejjeż medji ta’ wara l-importazzjoni tal-kampjun
il-ġdid ta’ importaturi, meta d-dejta kienet disponibbli u sħiħa. (173) Il-paragun tal-prezzijiet
riveduti sar fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet
fl-istess livell ta’ negozju, aġġustati kif suppost fejn kien hemm
bżonn, u wara tnaqqis ta’ roħs u skonti. Ir-riżultat
tal-paragun, meta mogħti bħala perċentwal tal-fatturat
tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul l-IP wera marġnijiet medji
peżati ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet fi ħdan il-meded ta’ 19,8 %
- 32,1 % għall-moduli, 4 % - 28,5% għaċ-ċelloli u
8% - 29% f’termini ġenerali għall-prodott ikkonċernat. (174) Ta’ min jinnota li għal
wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, ġie stabbilit
twaqqigħ tal-prezz negattiv għaċ-ċelloli. Madankollu,
il-kwantitajiet esportati ma kinux sinifikanti u b’hekk ma jistgħux
jitqiesu rappreżentattivi. (175) Wieħed mill-produtturi
esportaturi fil-kampjun ikkontesta s-sors għall-aġġustament tal-monoċelloli
għall-multiċelloli, iżda madankollu ma sostniex l-argument.
Tabilħaqq, ma daħlet ebda informazzjoni jew evidenza ġdida u
għalhekk din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (176) Fin-nuqqas
ta’ xi kumment ieħor fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet
mill-PRC u dwar il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, il-premessi (113)
sa (117) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati kif emendati iktar
'il fuq. 5. Is-sitwazzjoni ekonomika
tal-industrija tal-Unjoni 5.1. Ġenerali (177) Uħud mill-partijiet
xeħtu dubju fuq l-affidabbiltà ġenerali tal-indikaturi
makroekonomiċi tad-dannu użati mill-Kummissjoni għall-fini ta’
din l-investigazzjoni. Argumentaw li x-xejriet stabbiliti għal għadd
minn dawn l-indikaturi varjaw mix-xejriet għall-istess indikaturi
stabbiliti għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Saret referenza
partikolari għall-produzzjoni, il-produttività, il-bejgħ,
il-kostijiet lavorattivi medji u l-impjiegi fl-Unjoni. (178) Kif intqal
fil-premessa (121) għar-Regolament provviżorju, l-indikaturi
makroekonomiċi ġew stabbiliti fir-rigward tal-produtturi kollha
fl-Unjoni. F’każ li l-istess dejta tinġabar fir-rigward ta’
produtturi individwali tal-Unjoni jew grupp ta’ produtturi tal-Unjoni
(jiġifieri l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun), ix-xejriet mhux bilfors
huma l-istess, bħal pereżempju l-piż ta’ kull kumpanija
kkunsidrata ma jitteħidx inkunsiderazzjoni fi tqabbil bħal dan.
Għaldaqstant, ir-riżultati tal-eżerċizzju ta’ tqabbil
tal-indikaturi makroekonomiċi għall-produtturi kollha tal-Unjoni u
dawk għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mhux bilfors huma sinifikanti
u ma jippermettux li tinħareġ konklużjoni li sett tad-dejta
minnhom mhuwiex affidabbli. Fi kwalunkwe każ, meta jitqabblu x-xejriet
tal-indikaturi makroekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni mal-istess
indikaturi konsolidati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, jistgħu
jiġu osservati differenzi fix-xejriet għal bosta indikaturi,
bħall-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, il-volumi ta’
bejgħ, l-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2011 u
l-IP. Għal dawn l-indikaturi kollha, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun
marru aħjar mill-industrija ġenerali tal-Unjoni. Ir-raġuni
għal dan huwa li fl-IP, ħafna produtturi tal-Unjoni, mhux
inklużi fil-kampjun, waqqfu l-produzzjoni tagħhom jew saru insolventi,
u b’hekk ħallew impatt negattiv fuq l-indikatur makroekonomiku fil-livell
tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn id-dikjarazzjonijiet huma rifjutati. (179) Parti interessata minnhom
iddikjarat li l-konklużjoni kif stipulata fil-premessa (153)
għar-Regolament provviżorju li l-analiżi tas-sitwazzjoni
tal-industrija tal-Unjoni wriet xejra negattiva ċara tal-indikaturi
ewlenin kollha tad-dannu kienet ibbażata fuq dejta pprovduta
mill-konsulent. F’dan ir-rigward, huwa ċċarat li, min-naħa,
l-indikaturi makroekonomiċi, kif elenkati fit-Tabelli 4-a sa 6-c tar-Regolament
provviżorju, kienu bbażati fuq dejta miksuba mill-konsulent u ġiet
kontroverifikata meta dan kien possibbli ma’ sorsi oħrajn
għad-dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, l-indikaturi
mikroekonomiċi, kif elenkati fit-Tabelli 7-a sa 11-c tar-Regolament
provviżorju, kienu bbażati fuq dejta miġbura mill-produtturi
mill-Unjoni fil-kampjun u verifikati fuq il-post mill-Kummissjoni. Ta’ min
jinnota li fatturi determinanti għas-sitwazzjoni dannuża
tal-industrija tal-Unjoni bħal-livelli ta’ profittabbiltà tal-industrija
tal-Unjoni, il-prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni kif ukoll il-kalkoli
tat-twaqqigħ tal-prezz kienu bbażati fuq dejta miġbura
mill-produtturi fil-kampjun u produtturi esportaturi tal-Unjoni kif verifikati
fuq il-post. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq ġiet
rifjutata. (180) Fin-nuqqas ta’ xi kumment
ieħor dwar il-metodoloġija ġenerali tal-valutazzjoni
tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi (118) sa
(123) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. 5.2. Indikaturi makroekonomiċi 5.2.1. Il-produzzjoni,
il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità (181) L-AFASE
ddikjarat li l-volum ta’ produzzjoni stabbilit għall-moduli
fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju u l-kapaċità ta’
produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni stabbilita għall-moduli u
ċ-ċelloli fl-istess premessa kienu sopravvalutati u pprovdiet dejta
minn sorsi oħrajn (jiġifieri EPIA, IMS u BNEF) li taw volumi inqas. (182) Il-volum ta’ produzzjoni stabbilit fil-premessa (124) tar-Regolament
provviżorju huwa bbażat fuq informazzjoni li tkopri kemm kumpaniji
elenkati pubblikament u kumpaniji mhux elenkati. L-iżvilupp
tal-produzzjoni tal-Unjoni kif stabbilita fil-premessa (124) tar-Regolament
provviżorju huwa konformi mal-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni
stabbilit fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju.
Għall-kuntrarju, id-dejta pprovduta mill-AFASE dwar il-volumi ta’
produzzjoni wrew xejriet differenti mal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit
fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju u bl-istatistiki tal-konsum
tal-Unjoni ppubblikati mill-EPIA. (183) F’dak
li għandu x’jaqsam mal-kapaċità ta’ produzzjoni, l-investigazzjoni
wriet li s-sejbiet kif stipulati fil-premessa (124) tar-Regolament
provviżorju inkludew il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ kumpaniji li
rreġistraw għal insolvenza jew li waqqfu l-produzzjoni matul l-IP,
filwaqt li ma kinux biegħu l-impjanti u l-makkinarju ta’ produzzjoni
tagħhom u b’hekk setgħu jerġgħu jibdew il-produzzjoni rapidament.
Bl-istess mod, kif intqal iktar ’il fuq fil-premessa (182), iċ-ċifri
fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju inkludew dejta minn
kumpaniji mhux elenkati. (184) Fl-aħħar, kif intqal
iktar ’il fuq fil-premessa (137), id-dejta pprovduta mill-konsulent
indipendenti ġiet verifikata u nstabet li hija raġonevolment
preċiża. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, id-dejta pprovduta
mill-AFASE bbażata fuq sorsi disponibbli oħrajn ma nstabitx li
bilfors tmur kontra s-sejbiet provviżorji. (185) Fi kwalunkwe każ,
l-aċċettazzjoni taċ-ċifri pprovduti mill-AFASE ma jkollhiex
impatt fuq is-sejba ġenerali li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu
materjali peress li x-xejra negattiva ta’ dawn l-indikaturi, jiġifieri
l-produzzjoni tal-Unjoni u l-kapaċità ta’ produzzjoni tal-Unjoni tinħass
saħansitra iktar. (186) Importatur mhux relatat li
kkoopera minnhom argumenta li l-volum ta’ produzzjoni, il-kapaċità ta’
produzzjoni u l-użu tal-kapaċità misshom ġew stabbiliti fuq
il-bażi tad-dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biss. Madankollu,
peress li dawn huma indikaturi makroekonomiċi, għandhom jiġu stabbiliti
fil-livell tal-produtturi kollha tal-Unjoni sabiex tiġi stabbilita stampa
sinifikattiva u sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.
Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (187) Wara d-divulgazzjoni finali, parti
minnhom talbet lill-Kummissjoni sabiex tiċċara kif il-produzzjoni
annwali tal-Unjoni kienet ġiet ikkalkolata mill-konsulent. Parti oħra
talbet lill-Kummissjoni tispjega iktar ir-rikonċiljazzjoni tad-dejta
differenti disponibbli relatata mal-kapaċità tal-produzzjoni totali
tal-Unjoni. Parti oħra ssuġġeriet li l-produzzjoni totali
tal-Unjoni u l-kapaċità ta' produzzjoni kellhom jinkisbu mill-produtturi
tal-Unjoni magħżulin fil-kampjun peress li dan kien jagħti
riżultat iktar affidabbli. F'dan ir-rigward, kien allegat li dejta
pubblikament disponibbli kienet impreċiża minħabba l-għamla
kunfidenzjali ta' din id-dejta u li kwalunkwe ċentru ta' riċerka jew
konsulent kellu jibbaża l-analiżi tiegħu fuq għadd ta' stimi
u suppożizzjonijiet. (188) Huwa ċċarat li
l-produzzjoni annwali tal-Unjoni ġiet ikkalkolata fuq il-bażi taċ-ċifri
rrapportati mill-produtturi tal-Unjoni lill-konsulent. Meta l-produzzjoni
annwali ta' ċertu produttur tal-Unjoni ma setgħetx tinkiseb għal
sena speċifika, din ġiet stmata billi ġiet applikata r-rata ta'
użu tal-kapaċità mis-sena ta' qabel għall-kapaċità ta'
produzzjoni ġdida ta' dik is-sena. L-Istituzzjonijiet qabblu wkoll iċ-ċifra
miksuba mill-konsulent maċ-ċifri rrapportati fit-tweġibiet
tal-industrija tal-Unjoni għall-kwestjonarji tal-qagħda qabel
il-bidu. Iż-żewġ ċifri huma simili. (189) Rigward it-talba biex jiġu
pprovduti iktar spjegazzjonijiet dwar ir-rikonċiljazzjoni tad-dejta
differenti disponibbli għall-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni,
huwa osservat li din l-informazzjoni diġà kienet ġiet ipprovduta
fil-fajl miftuħ li kien miftuħ għall-ispezzjoni mill-partijiet
interessati. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (190) Fl-aħħar, il-produzzjoni
u l-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni huma indikaturi
makroekonomiċi u għalhekk iridu jiġu stabbiliti fil-livell
tal-industrija sħiħa tal-Unjoni minflok fil-livell tal-produtturi
tal-Unjoni fil-kampjun. (191) Wara d-divulgazzjoni finali, parti
minnhom argumentat li l-metodoloġija użata biex tinġabar dejta
dwar il-produzzjoni (fil-parti l-kbira intervisti u żjarat fis-siti ta'
produzzjoni) ma ppermettewx li jinħarġu riżultati affidabbli
minħabba l-għamla kunfidenzjali ta' din id-dejta u bħala
konsegwenza n-nuqqas ta' rieda tal-kumpaniji sabiex jiddivulgawha.
Għaldaqstant, it-tali metodoloija ma tistax titqies bħala adegwata.
Dan kien allegatament ikkonfermat mill-fatt li għad li l-konsulent
uża għadd ferm ogħla ta' produtturi tal-Unjoni minn dak
meħud f'kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni matul l-analiżi
tal-qagħda fl-istadju tal-bidu, il-volum totali ta' produzzjoni stabbilit
mill-konsulent huwa inqas mill-volum ta' produzzjoni totali stabbilit
mill-Kummissjoni għall-fini tal-analiżi tal-qagħda. Din il-parti
kompliet billi ddikjarat li għalhekk, l-informazzjoni relatata ma' dan
l-indikatur tad-dannu ma tistax titqies bħala evidenza pożittiva
skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. (192) L-ewwel
nett huwa ċċarat li l-għadd ta' produtturi meħudin
f'kunsiderazzjoni mill-konsulent min-naħa u l-Kummissjoni min-naħa
l-oħra kien fil-parti l-kbira l-istess u li għaldaqstant, l-argument
li r-riżultati kienu inkonsistenti kellu jiġi rifjutat. Huwa mfakkar
ukoll li d-dejta miġbura mill-konsulent ġiet kontroverifikata ma'
sorsi oħrajn kull meta dan kien possibbli u nstab li l-istimi kienu
affidabbi biżżejjed. Għaldaqstant, huwa kkonfermat li
l-informazzjoni fuq id-dejta dwar il-produzzjoni mill-konsulent tqieset
bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament
bażiku. (193) Fin-nuqqas ta’ xi kumment
ieħor dwar il-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu
tal-kapaċità, il-premessi (124) sa (128) tar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 5.2.2. Il-volumi ta’ bejgħ u
s-sehem mis-suq (194) Parti interessata minnhom
iddikjarat li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni għal moduli
diġà kien ta’ 19 % biss fl-2009 u li tnaqqis ta’ 6 punti
perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat ma jistax jitqies bħala dannu.
(195) It-tnaqqis fis-sehem mis-suq
b’6 punti perċentwali tul il-perjodu kkunsidrat irid jitqies
fl-isfond ta’ żieda fil-konsum tal-Unjoni għal moduli ta’ iktar minn
200 % tul l-istess perjodu. L-industrija tal-Unjoni ma tistax tibbenefika
mill-konsum miżjud; għall-kuntrarju, anki fix-xenarju ta’ konsum
ikbar ma tistax iżżid il-volum ta’ bejgħ tagħha kif xieraq
u ġarrbet telf fis-sehem mis-suq. Għaldaqstant, dan l-argument kellu
jiġi rifjutat. (196) Parti minnhom argumentat li
l-metodoloġija użata biex tinġabar dejta dwar il-bejgħ
(l-iktar intervisti u żjariet fis-siti ta' produzzjoni) ma ppermettietx li
jinħarġu riżultati affidabbli minħabba l-għamla
kunfidenzjali ta' din id-dejta u b'hekk in-nuqqas ta' rieda tal-kumpaniji milli
jiddivulgawha. Għalhekk, it-tali metodoloġija ma tistax titqes
bħala adegwata. Bl-istess mod, ma tistax titqies bħala evidenza
pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kif
intqal iktar 'il fuq fil-premessa (137), id-dejta miġbura mill-konsulent
ġiet kontroverifikata ma' sorsi oħrajn kull meta dan kien possibbli u
nstab li l-istimi kienu affidabbli biżżejjed. Għaldaqstant, huwa
kkonfermat li l-informazzjoni fuq id-dejta dwar il-bejgħ ipprovduta
mill-konsulent tqieset bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira
tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. (197) Fin-nuqqas ta’ kummenti
oħrajn dwar il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-ishma
mis-suq tagħha, il-premessi (129) sa (131) għar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 5.2.3. L-impjiegi u l-produttività (198) Wara d-divulgazzjoni finali, parti
minnhom iddikjarat li l-metodoloġija biex jiġu stabbiliti l-impjiegi
totali fl-Unjoni matul il-perjodu meqjus ma kinitx korretta. Din il-parti
allegat li kull meta r-rata ta' impjiegi ta' produttur speċifiku
tal-Unjoni ma kinitx disponibbli, minflokha ttieħdet f'kunsiderazzjoni
l-medja tal-impjiegi ta' dawk il-produtturi tal-Unjoni li għalihom kienet
disponibbli din l-informazzjoni. Din kellha tiġi rifjutata peress li
l-metodoloġija biex jiġu stabbiliti l-impjiegi totali kienet
differenti, jiġifieri f'każ li d-dejta dwar l-impjiegi għal
ċertu produttur tal-Unjoni ma kinitx disponibbli, din iċ-ċifra
kienet stmata fuq il-bażi tad-dejta ta' dik l-istess kumpanija
mis-sena/snin ta' qabel. Kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (137), din
il-metodoloġija ġiet ivverifikata u nstab li hija raġonevoli.
Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (199) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment dwar il-livell tal-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni,
il-premessi (132) sa (134) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.
5.2.4. Il-kobor tal-marġni
tad-dumping u rkupru minn dumping preċedenti (200) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment f’dan ir-rigward, il-premessi (135) sa (136) għar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 5.3. Indikaturi mikroekonomiċi 5.3.1. Prezzijiet u fatturi li
jaffettwaw il-prezzijiet (201) Parti interessata minnhom
ikkontestat is-sejbiet li t-tnaqqis tal-prezzijiet medji tal-bejgħ kellu
effett devastanti fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Din
iddikjarat li l-kost medju tal-industrija tal-Unjoni naqas bl-istess mod u li
għaldaqstant, tnaqqis fil-prezz huwa naturali. Madankollu, kif spjegat
fil-premessa (138) għar-Regolament provviżorju,
l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija
tal-Unjoni komplew jonqsu mill-ispiża medja ta’ produzzjoni tagħha u
b’hekk it-tali tnaqqis fl-ispejjeż ma kienx rifless fil-profittabbiltà
tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, huwa kkonfermat li t-tnaqqis
fil-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kellu effett devastanti fuq
il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni u d-dikjarazzjonijiet f'dan
ir-rigward kellhom jiġu rifjutati. (202) Parti oħra kkontestat
il-konklużjoni fil-premessa (138) għar-Regolament provviżorju li
l-prezzijiet kienu f'livelli insostenibbli fl-IP, billi ddikjarat li dan kien
f'idejn il-forzi tas-suq. L-istess parti oġġezzjonat
għall-konklużjoni fl-istess premessa li l-industrija tal-Unjoni ma
rnexxilhiex tibbenefika mit-tnaqqis fil-kost minħabba l-pressjoni fuq
il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. F'dan
ir-rigward, l-Istituzzjonijiet jossevaw dan li ġej: "livell
insostenibbli" jirreferi għall-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet
qed tbiegħ b'telf, u għalhekk ma setgħetx tibqa' għaddejja
fit-tul. Għalhekk, il-kwistjoni dwar jekk il-livell tal-prezz huwiex
sostenibbli hija kwistjoni biss tar-relazzjoni bejn il-kostijiet ta'
produzzjoni u l-prezzijiet. B'"ma tkunx kapaċi tibbenefika
mit-tnaqqis fil-kostijiet" issir referenza għall-fatt li l-kostijiet
jonqsu inqas malajr meta mqabblin mal-prezzijiet. Dawn iż-żewġ
dikjarazzjonijiet huma sostnuti b'evidenza fil-premessa (138) tar-Regolament
provviżorju. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutati. (203) Fin-nuqqas ta' xi kumment
ieħor dwar il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni,
huma kkonfermati l-premessi (137) u (138) għar-Regolament provviżorju. 5.3.2. Kost lavorattiv (204) L-istess parti interessata
ddikjarat li għall-kuntrarju ta’ dak li huwa stipulat
fil-premessa (140) għar-Regolament provviżorju, ma kien hemm
ebda inflazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat u li għalhekk
iż-żieda ġenerali tal-kost lavorattiv ma setgħetx kienet
ikkaġunata minn dan il-fattur. (205) Għall-kuntrarju ta’ dak li
ddikjarat il-parti kkonċernata, l-investigazzjoni wriet li kien hemm
inflazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat u li l-fatt li ż-żieda
fil-kost lavorattiv kienet limitata għal moduli jista' jkun spjegat minn
inflazzjoni u żieda fil-produttività. (206) Parti interessata minnhom
iddikjarat li s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni kienet
ikkaġunata miż-żieda fil-kost lavorattiv u t-tnaqqis parallel
fil-produttività. Madankollu, l-ewwel nett ta' min jinnota li l-kost lavorattov
baqa' stabbli fil-każ taċ-ċelloli, filwaqt li l-produttività
żdiedet kemm għaċ-ċelloli kif ukoll għall-moduli.
Għaldaqstant, iż-żieda f'tal-aħħar tista' tiġi
spjegata minn produttività ogħla. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet
li l-kost lavorattiv ma jirrappreżentax parti importanti mill-kost ta'
produzzjoni, kif diġà intqal fil-premessa (203) tar-Regolament
provviżorju. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat. (207) Fuq din il-bażi,
is-sejbiet fil-premessi (139) u (140) għar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 5.3.3. Inventarji (208) Parti interessata minnhom
iddikjarat li, iż-żieda fil-livelli tal-ħażniet tul
il-perjodu kkunsidrat, meta mogħtija bħala perċentwal
tal-produzzjoni totali, ma tkunx insinifikanti u għalhekk ma tistax
titqies bħala evidenza għal dannu. Din il-parti argumentat ukoll li
l-preżentazzjoni tal-valuri tal-ħażniet fil-premessa (141)
għar-Regolament provviżorju hija qarrieqa peress li
l-ħażniet ingħataw f’kW minflok MW għall-kuntrarju
tal-volum ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. (209) F’dan ir-rigward, huwa osservat
li l-premessa (143) għar-Regolament provviżorju għandha
tkun emendata u għandha tgħid “… iż-żieda
fil-ħażniet għall-prodott simili tul il-perjodu kkunsidrat mhijiex
fattur rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni
ġarrbitx dannu materjali”. L-eżistenza ta’ żball klerikali
toħroġ mis-sentenza ta’ qabel li tikkonkludi li l-produtturi
tal-Unjoni għandhom it-tendenza li jżommu ħażniet limitati
peress li l-produzzjoni tagħhom hija bbażata fuq ordnijiet. (210) Fl-aħħar, jekk
il-ħażniet humiex espressi f’kW jew MW per se tqies
irrilevanti fid-determinazzjoni ta’ jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx
dannu materjali jew le. (211) Wara d-divulgazzjoni finali, bosta
partijiet iddikjaraw li l-ħażniet kellhom jiġu ddeterminati
għall-industrija sħiħa tal-Unjoni u li ċ-ċifri ta'
għaxar produtturi biss tal-Unjoni ma kinux rappreżentattivi. Huwa
ċċarat li l-ħażniet tqisu bħala indikatur
mikroekonomiku u għalhekk kellhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi
tal-informazzjoni miġbura fuq bażi ta' kull kumpanija, f'dan
il-każ mill-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni meqjusin bħala
rappreżentattivi għall-industrija sħiħa tal-Unjoni.
Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta' hawn fuq kellha tiġi rifjutata. (212) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment ieħor dwar l-inventarji, il-premessi (141) sa (143) għar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 5.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss
tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti, il-ħila ta’ ġbir
ta' kapital (213) Wara kumment minn parti
interessata, huwa ċċarat li d-dikjarazzjoni li l-flussi tal-flus
segwew “xejra progressivament negattiva” bejn l-2009 u l-IP fil-premessa (148) għar-Regolament
provviżorju kienet żbaljata peress li l-flussi tal-flus
għall-moduli, filwaqt li naqsu bejn l-2009 u l-2010, fil-fatt żdiedu
fl-2011 u reġgħu naqsu fl-IP. (214) L-istess parti allegat li ċ-ċifri
ta' investiment kif murjia fil-premessa (149) għar-Regolament
provviżorju kienu baxxi wisq meta mqabblin mal-kapaċità ta'
produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif muri fil-premessa (124) tar-Regolament
provviżorju. B'appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, il-parti
qalet li kienet konxja mill-investiment li sar minn produttur tal-Unjoni
f'żidiet tal-kapaċità li kellu kost ferm ogħla. Il-parti
kkonċernata kkonkludiet li għalhekk, il-kapaċità ta' produzzjoni
stabbilita tal-industrija tal-Unjoni kienet sopravalutata. Huwa osservat li din
id-dikjarazzjoni ma kienet appoġġjata minn ebda evidenza, b'mod
partikolari fir-rigward tal-investiment li sar mill-produttur tal-Unjoni
inkwistjoni. B'kuntrast, iċ-ċifri ta' investiment fir-Regolament
provviżorju kienu bbażati fuq informazzjoni vera u vverifikata
mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Ta' min jinnota li din id-dikjarazzjoni
kienet imsejsa wkoll fuq it-tqabbil bejn l-investimenti totali tal-produtturi
tal-Unjoni fil-kampjun u l-kapaċità totali ta' produzzjoni tal-industrija
sħiħa tal-Unjoni, li ma tistax titqies li hija bażi xierqa
għat-tqabbil peress li ma tqisux l-investimenti totali tal-industrija
sħiħa tal-Unjoni. Għalhekk, dan l-argument kellu jiġi
rifjutat. (215) Fin-nuqqas ta’ xi kumment
ieħor dwar il-profattibbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu
fuq l-investimenti u l-ħila ta’ żieda tal-kapital,
il-premessi (144) sa (152) tar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 5.4. Konklużjonijiet (216) Fid-dawl ta’ dak li ntqal
qabel, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi (153) sa (158) tar-Regolament
provviżorju, jiġifieri li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu
materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku,
huma kkonfermati. E. KAWŻALITÀ 1. Introduzzjoni (217) Wara
d-divulgazzjoni provviżorja, bosta partijiet interessati ddikjaraw li
l-analiżi tal-kawżalità li saret ma sseparatx, ma għamlitx
distinzjoni u lanqas ma kkwantifikat l-effetti dannużi
tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-effetti ta’
fatturi magħrufa oħrajn li fl-istess ħin qegħdin ikunu ta’
dannu għall-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, kien iddikjarat li
l-Kummissjoni naqset milli tagħmel analiżi kollettiva ta’ dawn il-fatturi
magħrufa. (218) Fi tweġiba għal din
id-dikjarazzjoni, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni, skont il-prattika
stabbilita, l-ewwel eżaminat jekk hemmx rabta kawżali bejn
l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u d-dannu
mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u mbagħad eżaminat jekk xi
fatt magħruf ieħor kisirx ir-rabta kawżali stabbilita bejn
id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. F’din
l-analiżi, ġew ivvalutati l-effetti tal-fatturi magħrufa
l-oħrajn fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, distinti u separati
mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’
dumping biex jiġi żgurat li d-danni kkaġunati minn dawn
il-fatturi ma kinux attribwiti għall-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping. Instab li l-ebda minnhom ma kellhom impatt
sinifikanti, jekk kellhom wieħed affattu, fuq is-sitwazzjoni
tal-industrija li seta’ reġġa’ lura l-fatt li d-dannu materjali
vvalutat irid ikun attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett
ta’ dumping. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argument twarrab. (219) Wara d-divulgazzjoni finali, bosta
partijiet interessati tennew l-argumenti ta' hawn fuq. F'dan ir-rigward, huwa
ddikjarat li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi b'mod espliċitu,
permezz ta' spjegazzjoni rraġunata u adegwata, li d-dannu kkaġunat
minn fatturi oħrajn minbarra l-importazzjonijiet li kienu
l-oġġett ta' dumping mhuwiex attribwit lil dawn l-importazzjonijiet. (220) F'din l-investigazzjoni, wara
li ġew eżaminati l-fatti kollha, ġie konkluż li l-importazzjonijiet
li kienu l-oġġett ta' dumping meħudin għalihom
ikkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward,
il-kwantifikazzjoni tal-effetti ta' fatturi magħrufin oħrajn ma
kintix possibbli u għalhekk, saret valutazzjoni kwalitattiva kif stipulat
fil-premessi (164) sa (222) għar-Regolament provviżorju. Bħala
konklużjoni, ġie kkonfermat li d-dannu materjali tal-industrija
tal-Unjoni kien ikkaġunat mill-importazzjonijiet li kienu
l-oġġett ta' dumping. Tabilħaqq, l-effetti ta' fatturi oħrajn
fuq l-iżvilupp negattiv tal-industrija tal-Unjoni tqiesu li huma limitati.
Ta' min jinnota li, skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, l-ebda
obbligu ma huwa impost dwar l-analiżijiet ta' attribuzzjoni u mhux
attribuzzjoni li għandhom isiru. Għall-kuntrarju, skont l-Artikolu
3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, dawk l-analiżijiet iridu jsiru
b'tali mod li jippermettu sabiex l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet
li kienu l-oġġett ta' dumping ikunu separati u distinti mill-effetti
dannużi kkaġunati minn fatturi oħrajn. L-investigazzjoni ma
kixfet ebda evidenza li l-fattturi kollha magħrufin l-oħrajn li
setgħu kkontribwixxew għad-dannu mġarrab, flimkien jew individwalment,
kissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu
l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija
tal-Unjoni. Bis-saħħa tal-analiżi ta' hawn fuq, ġie
kkonfermat li fatturi magħrufin oħrajn ma kinux tali li jmeru s-sejba
li d-dannu materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni jrid ikun
attribwit għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping.
Għal dawn ir-raġunijiet, dawn l-argumenti ġew rifjutati. (221) Wara
d-divulgazzjoni provviżorja, uħud mill-partijiet interessati
oġġezzjonaw għas-sejba fil-premessa (160) tar-Regolament
provviżorju. Tennew li l-kundizzjonijiet tas-suq tal-prodott investigat
ivarjaw f’kull Stat Membru u li għalhekk l-analiżi tal-kawża
għandha ssir fil-livell ta’ kull Stat Membru b’mod separat. Barra minn
hekk, dawn il-partijiet argumentaw li l-iskemi nazzjonali ta’ appoġġ,
l-espożizzjoni għax-xemx u l-prezzijiet tal-elettriku (inklużi
tariffi regolatorji) jvarjaw f’kull Stat Membru u li b’hekk hemm segmenti
tas-suq differenti f’kull suq (l-installazzjonijiet residenzjali ta’ inqas minn
40 kW, l-installazzjonijiet kummerċjali u industrijali bejn 40 kW u 1 MW u
s-segment tas-suq tal-utilitajiet - l-istallazzjonijiet ta’ bejn 1 MW u 10 MW).
Fid-dawl ta’ dan iddikjaraw li l-analiżi tal-kawżalità għandha
ssir b’mod separat għal kull Stat Membru min-naħa u
għas-segmenti ta’ skala kbira u residenzjali min-naħa l-oħra. (222) Wara d-divulgazzjoni finali,
uħud mill-partijiet interessati tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li
l-analiżi tal-kawżalità għandha ssir fuq bażi ta' kull Stat
Membru, iżda madankollu ma pprovdewx iktar argumenti jew evidenza
ġdida f'dan ir-rigward. (223) L-investigazzjoni
wriet li l-prezzijiet tal-bejgħ u ta' importazzjoni huma simili madwar
l-Unjoni. Għaldaqstant, jista' jitqies li tabilħaqq hemm suq
wieħed għall-prodott investigat. L-investigazzjoni lanqas ma sabet li
l-produtturi f'kull Stat Membru jew reġjun ikkonċentraw
l-attivitajiet tagħhom f'dan is-suq speċifiku jew li
l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping kienu
kkonċentrati fuq Stat Membru jew reġjun wieħed. Barra minn hekk,
ebda waħda mill-partijiet interessati ma argumentat li d-dumping u d-dannu
għandhom jiġu analizzati fuq bażi ta' kull Stat Membru li
madankollu tkun prekondizzjoni għat-twettiq ta' analiżi
tal-kawżalità separata għal kull Stat Membru. L-investigazzjoni ma
sabet ebda evidenza li dan ikun approċċ xieraq, b'mod partikolari
minħabba li kien hemm prezzijiet simili madwar l-Unjoni tal-prodott
ikkunsidrat fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li
l-espożizzjoni għax-xemx tista’ tkun differenti f’reġjuni
differenti tal-istess Stati Membri, eż. in-Nofsinhar ta’ Franza
għandha iktar espożizzjoni għax-xemx mit-Tramuntana ta’ Franza,
jew reġjuni differenti fi ħdan Stat Membru wieħed jista’
jkollhom skemi ta’ appoġġ differenti (eż. il-Belġju) u li
għalhekk l-impatt ta’ dawn il-fatturi fuq id-domanda jista’ jvarja minn
reġjun għal ieħor fi ħdan l-istess Stat Membru. Madankollu,
id-differenzi fil-qafas regolatorju ta' kull Stat Membru u/jew reġjun u
d-differenzi fil-kundizzjonijiet bħal espożizzjoni għax-xemx ma
jiġġustifikawx analiżi tal-kawżalità separata, u b'hekk
analiżi tad-dannu u tad-dumping separata. Għaldaqstant, dawn
l-argumenti kellhom jiġu rifjutati. (224) Parti interessata oħra
argumentat li filwaqt li fatturi oħrajn huma rilevanti, l-iskemi
nazzjonali ta’ appoġġ għadhom il-fattur ewlieni
fid-determinazzjoni tad-domanda. L-istess parti kkontestat ukoll li l-parità
tal-grilja ntlaħqet ukoll f’ċerti postijiet u argumentat li
l-prezzijiet tal-moduli żdiedu mill-IP filwaqt li l-prezzijiet
tal-elettriku naqsu. Hija kompliet targumenta li, xorta waħda, tal-inqas
f’ċerti Stati Membri, il-kundizzjonijiet regolatorji, ekonomiċi u
tekniċi ma jippermettux li jsir kollegament mal-grilja u għalhekk,
għal dawk l-Istati Membri kien irrilevanti jekk intlaħqitx parità
tal-grilja. Madankollu, din il-parti ma pprovdiet ebda evidenza ta’ sostenn
għall-allegazzjonijiet ta’ hawn fuq. Xorta waħda, l-argumenti ta’
hawn fuq jikkonfermaw li s-sitwazzjoni fir-rigward tal-iskemi nazzjonali ta’
appoġġ kif ukoll il-parità tal-grilja jistgħu jkunu differenti
sa ċert punt bejn l-Istati Membri. Madankollu, l-ebda informazzjoni
sottomessa ma kienet tali li turi li jkun hemm bżonn ta’ analiżi
separata għal kull Stat Membru. (225) Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess
parti interessata tenniet id-dikjarazzjoni u pprovdiet xi informazzjoni li
allegatament turi l-kundizzjonijiet differenti tas-suq għal kull Stat
Membru u kull segment. Madankollu, l-informazzjoni sottomessa ma tistax titqies
bħala konklużiva peress li kkonsistiet fi preżentazzjoni
bil-power point mingħajr ebda evidenza ta' sostenn, u għalhekk, ma
urietx li kien iġġustifikat li ssir analiżi għal kull Stat
Membru. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta' din il-parti ġiet
rifjutata. (226) Fuq din
il-bażi, ġie konkluż li analiżi tal-kawżalità
għal kull Stat Membru u/jew reġjun u għal kull segment ma
tikkorrispondix għar-realtà tas-suq. Fin-nuqqas ta’ xi kumment ieħor
f’dan ir-rigward, is-sejbiet li saru fil-premessi (159) u (160) tar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. (227) Il-GOC iddikjara li l-Kummissjoni
wettqet l-analiżi tal-kawża b'mod inkonsistenti peress li
l-analiżi tad-dannu saret b'mod separat għall-moduli u
ċ-ċelloli, filwaqt li l-analiżi tal-kawża ma sseparatx bejn
it-tipi ta' prodotti. F'dan ir-rigward, huwa osservat li filwaqt li l-indikaturi
tad-dannu tabilħaqq intwerew b'mod separat għal kull tip ta' prodott,
il-konklużjonijiet milħuqin għal kull indikatur jirreferu
għall-prodott investigat sħiħ. Huwa mfakkar ukoll li l-moduli u
ċ-ċelloli huma prodott wieħed waħdu u li għalhekk,
l-analiżi tal-kawża saret fuq din il-bażi. Għaldaqstant,
id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. 2. L-effett
tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping (228) Parti interessata minnhom
ikkontestat li kien hemm biżżejjed korrelazzjoni bejn
l-importazzjonijiet tal-prodott li huwa l-oġġett ta’ dumping
ikkonċernat mill-PRC u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija
tal-Unjoni. Kien argumentat li dan ikun appoġġjat, min-naħa,
mill-fatt li mill-2009 sal-2010, il-marġni tal-profitt tal-industrija
tal-Unjoni għaċ-ċelloli żdied b’mod sinifikanti (minn telf
għal profitt ta’ 12 %) filwaqt li l-importazzjonijiet
Ċiniżi kellhom prezz 36 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija
tal-Unjoni u rdoppja s-sehem tagħhom fis-suq matul l-istess perjodu.
Min-naħa l-oħra, bejn l-2010 u l-2011 l-importazzjonijiet
Ċiniżi żdiedu biss b’6 punti perċentwali fis-sehem
mis-suq, anki jekk il-konsum żdied ferm iktar matul l-istess perjodu,
filwaqt li l-industrija tal-Unjoni xorta ġarrbet telf ta’ 36 %. Din
il-parti argumentat ukoll li fir-rigward tal-IP, l-importazzjonijiet ta’
ċelloli minn pajjiżi terzi oħrajn kienu fl-istess livell ta’
prezz bħall-importazzjonijiet Ċiniżi iżda kisbu sehem
mis-suq ikbar li jikkorrispondi għat-telf fis-sehem mis-suq tal-industrija
tal-Unjoni. (229) L-investigazzjoni wriet li kien
hemm żieda kostanti fis-sehem mis-suq taċ-Ċiniżi
għat-tipi kollha ta’ prodotti tul il-perjodu kkunsidrat (17-il
punt perċentwali għall-moduli, 17-il punt perċentwali
għaċ-ċelloli). L-importazzjonijiet li huma l-oġġett
ta’ dumping mill-PRC żdiedu b’iktar minn 300 % għall-moduli u
b’482 % għaċ-ċelloli. Fl-istess ħin, kien hemm tnaqqis
konsiderevoli u kostanti fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi
(64 % għall-moduli u, 42 % għaċ-ċelloli matul
il-perjodu kkunsidrat) u fl-IP kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet
tal-industrija tal-Unjoni b’mod sinifikanti. B’mod parallel, l-industrija
tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq tul il-perjodu kkunsidrat u kif deskritt
fil-premessi (153) u (154) għar-Regolament provviżorju
l-indikaturi kollha ewlenin tad-dannu wrew xejra negattiva. Għalhekk, huwa
kkonfermat li hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn
iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
u t-telf fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. (230) Kif muri
fil-premessi (161) u (162) għar-Regolament provviżorju, din
il-korrelazzjoni fiż-żmien ġiet stabbilita għat-tipi kollha
ta’ prodotti b’mod separat. Barra minn hekk, l-analiżi tal-impatt
tal-importazzjonijiet fuq il-marġni ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni
b’mod separat għal kull sena tal-perjodu kkunsidrat ma twassalx għal
riżultati sinifikanti peress li l-eżistenza tad-dumping u d-dannu
materjali kif ukoll ir-rabta kawżali bejniethom ma għandhomx
għaliex ikunu stabbiliti għal kull sena b’mod separat. Il-korrelazzjoni
bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu
materjali tintwera biżżejjed bl-analiżi tal-iżviluppi tul
il-perjodu sħiħ ikkunsidrat. (231) Huwa osservat ukoll li
l-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni hija wieħed mill-fatturi
msemmija fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku li għandhom
ikunu investigati meta jiġi eżaminat l-impatt tal-importazzjonijiet
li huma l-oġġett ta’ dumping fuq is-sitwazzjoni tal-industrija
tal-Unjoni. Il-fatt waħdu li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda
tagħmel profitt matul sena speċifika mhux bilfors ifisser li ma
ġarrbet ebda dannu materjali. Barra minn hekk, it-telf fis-sehem mis-suq
tal-industrija tal-Unjoni ma għandux għaliex jikkorrispondi
bl-eżatt għaż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet
li huma l-oġġett ta’ dumping sabiex tiġi stabbilita rabta
kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’
dumping. Fl-aħħar, fatturi oħrajn (eż. importazzjonijiet
ta’ pajjiżi terzi oħrajn jew l-iżvilupp fil-konsum) li seta’
kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni
ġew eżaminati u indirizzati b’mod separat fil-premessi (164) sa
(224) għar-Regolament provviżorju. (232) Il-koinċidenza
fiż-żmien taż-żieda tal-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping fi kwantitajiet importanti, li jwaqqgħu
l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u s-sitwazzjoni dejjem iktar prekarja
tal-industrija tal-Unjoni huma indikatur ċar ta’ kawżalità
fil-każ preżenti, kif stabbilit fil-premessi (161) sa (163)
għar-Regolament provviżorju. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet
fir-rigward tan-nuqqas ta’ xi korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija
tal-Unjoni ġew rifjutati. (233) Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess
parti interessata kompliet tikkontesta l-analiżi tal-kawżalità peress
li l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx analizzata b'mod
speċifiku fir-rigward għal ċerti snin (b'mod partikolari
l-2010), iżda għall-perjodu sħiħ ikkunsidrat. (234) F'dan ir-rigward, ta' min
jinnota li ma tista' tinħareġ ebda konklużjoni valida dwar
il-kawżalità billi tiġi iżolata sena speċifika mill-perjodu
meqjus filwaqt li jitwarrab l-iżvilupp tal-industrija tal-Unjoni matul
il-perjodu sħiħ ikkunsidrat u l-korrelazzjonijiet tiegħu
mal-iżvilupp tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta'
dumping. Analiżi bħal din tista' twassal biss għal dehra
parzjali u minnha ma tkun tista' tinħareġ ebda konklużjoni soda.
B'hekk, ir-rati ta' profittabilità li xprunaw ukoll indikaturi finanzjarji
oħrajn li l-industrija tal-Unjoni kisbet matul l-2010 kienu għoljin
minħabba l-qabża partikolarment qawwija fil-konsum tal-Unjoni,
immotivata minn skemi ta' appoġġ ġenerużi sew li ppermettew
il-industrija tal-Unjoni tara l-ikbar titjib fil-bejgħ tagħha
fl-istess sena, iżda ta' bixra temporanja biss u fi kwalunkwe każ
mhux sostenibbli għal dan it-tip ta' industrija. Għaldaqstant, dan
l-argument kellu jiġi rifjutat. (235) Fin-nuqqas ta’ kummenti
oħrajn dwar l-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’
dumping, is-sejbiet fil-premessi (159) sa (163) għar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 3. L-effett ta’ fatturi
oħrajn 3.1. Importazzjonijiet minn
pajjiżi terzi oħrajn (236) Bosta partijiet interessati
kkummentaw wara d-divulgazzjoni provviżorja fir-rigward tas-sejbiet dwar
l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn u tennewhom wara
d-divulgazzjoni finali. Madankollu, dawn il-partijiet ma ppreżentawx
informazzjoni ġdida u evidenza ta' sostenn li setgħu jibdlu s-sejbiet
provviżorji relevanti. (237) Dawn il-partijiet saħqu
b'mod partikolari fuq il-volum tal-importazzjonijiet taċ-ċelloli
mit-Tajwan. Madankollu, il-volum assolut ta' importazzjonijiet tal-prodott
ikkonċernat mit-Tajwan (1132 MW) jirrappreżenta biss sehem
żgħir ħafna (inqas minn 5%) tal-konsum ġenerali tal-Unjoni
(21559 MW) u meta mqabblin mal-importazzjonijiet mill-PRC (15005 MW). Għalhekk,
l-importazzjonijiet mit-Tajwan, jekk xejn, ikkontribwixxew biss b'mod
marġinali għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, u ma kissrux ir-rabta
kawżali. (238) Fin-nuqqas ta’ xi kumment
ieħor fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
oħrajn, is-sejbiet fil-premessa (164) sa (167) għar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 3.2. Żvilupp tal-konsum
tal-Unjoni (239) Parti interessata minnhom
iddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-impatt tal-iżvilupp
fil-konsum. F’dan ir-rigward, kien argumentat li l-importazzjonijiet mill-PRC
ma kinux ikopru ż-żieda sħiħa fil-konsum u li, filwaqt li
fil-każ tal-moduli l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq bejn l-2009
u l-2010, xorta żiedet il-profitabbiltà tagħha matul l-istess
perjodu. Barra minn hekk, kien argumentat li fl-2009, meta l-importazzjonijiet
ta’ ċelloli mill-PRC kellhom sehem mis-suq ta’ 8 % biss, l-industrija
tal-Unjoni xorta ġarrbet telf ta’ 8%. (240) Kif intqal
fil-premessa (168) għar-Regolament provviżorju, minkejja
t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni fl-IP, l-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping mill-PRC jew żammew is-sehem mis-suq
(moduli) tagħhom jew żiduh (ċelloli) għad-detriment
tal-industrija tal-Unjoni tul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, ma
jistax jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-konsum kien tali li jikser
ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’
dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk,
l-investigazzjoni wriet li peress li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni
xorta waħda kienet ferm inqas mil-livelli tal-konsum, il-konsum dejjem jonqos
fl-IP ma setax kellu impatt fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija
tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (241) Parti interessata oħra
kkontestat li d-domanda fl-Unjoni ser tibqa’ teżisti anki fin-nuqqas
tal-iskemi nazzjonali ta’ appoġġ. Din il-parti argumentat li hemm
korrelazzjoni bejn id-domanda u l-iskemi ta’ appoġġ u li fin-nuqqas
ta’ proġetti ta’ skemi bħal dawn fis-settur PV, dan ma jibqax iktar
profittabbli u b’hekk id-domanda għal pannelli solari tispiċċa
wkoll. (242) Kif stipulat
fil-premessa (169) għar-Regolament provviżorju, matul
l-investigazzjoni nġabru ċerti indikaturi li anki fin-nuqqas ta’
skemi ta’ appoġġ, kien għad hemm domanda u din ser tibqa’
teżisti fl-Unjoni. Il-parti ma pprovdiet ebda evidenza li setgħet
tnaqqas il-valur ta’ dawn is-sejbiet. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni
ġdida f’dan ir-rigward, is-sejbiet stabbiliti fil-premessa (169) għar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati u d-dikjarazzjoni li saret f’dan ir-rigward
ġiet rifjutata. (243) Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOC
argumenta li l-fatt li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni xorta ma laħqitx
id-domanda tal-Unjoni huwa irrelevanti peress li l-volum ta' bejgħ
tal-moduli tal-industrija tal-Unjoni naqas flimkien mat-tnaqqis tal-konsum u
tenna li t-tnaqqis fil-konsum bejn l-2011 u l-IP ikkaġuna d-dannu
materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li huwa minnu li fl-2011
u l-IP il-konsum tal-Unjoni naqas u l-volum ta' bejgħ tal-moduli naqas
b'xejra simili, dan irid jitqies fid-dawl tal-iżvilupp tal-prezzijiet li
kienu l-oġġett ta' dumping taċ-Ċina, li kienu qed
iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod sinifikanti, u
b'hekk ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tbiegħ b'telf. F'dan
ir-rigward huwa mfakkar, kif imsemmi fil-premessa (111) tar-Regolament
provviżorju, li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping
mill-PRC jew żammew is-sehem mis-suq tagħhom (moduli) jew żiduh
(ċelloli) meta l-konsum kien qed jonqos. Fl-istess ħin, il-prezzijiet
tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b'mod sinifikanti u kienu qed
iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'mod
sostanzjali. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (244) Fin-nuqqas ta’ xi kumment
ieħor fir-rigward tal-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni, is-sejbiet
fil-premessi (168) u (169) għar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 3.3. Tariffi feed-in (“FITs”)
bħala l-eżempju ewlieni ta’ skemi ta’ appoġġ (245) Wara
d-divulgazzjoni provviżorja bosta partijiet tennew li d-dannu mġarrab
mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat mill-iżvilupp tat-tariffi
feed-in (“FITs”). Iddikjaraw li l-iżviluppi fl-FIT eżerċitaw
pressjoni qawwija ’l isfel fuq il-prezzijiet u għaldaqstant fuq
il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Parti interessata minnhom
iddikjarat li huwa biss l-impatt tal-iżvilupp tal-FITs fuq id-domanda li
ġie eżaminat, filwaqt li l-impatt fuq il-prezzijiet kellu jkun
analizzat ukoll. Fl-istess kuntest, bosta partijiet interessati argumentaw li
ħafna mill-Istati Membri diġà implimentaw tnaqqis kbir
fl-ispejjeż fl-2010 u b’hekk xeħtu pressjoni ’l isfel fuq
il-prezzijiet tal-moduli. (246) Fir-rigward
ta’ din id-dikjarazzjoni, ta’ min jinnota li l-Istati Membri implimentaw
tnaqqis tal-FITs f’waqtiet differenti u b’rata differenti u li huwa kemxejn
diffiċli li toħroġ stampa ġenerali għall-Unjoni
sħiħa. Irrispettivament mill-waqt meta r-rati tal-FITs laħqu
livelli baxxi ħafna, it-tnaqqis importanti fil-prezzijiet tal-Unjoni u
l-profittabbiltà matul il-perjodu kkunsidrat ma jistgħux ikunu spjegati
biss jew primarjament mit-tnaqqis tal-FITs. L-ewwel nett, fuq il-bażi
tal-informazzjoni miġbura għall-Ġermanja u l-Italja li flimkien
kienu jirrappreżentaw madwar 75 % tas-suq tal-Unjoni fl-2011,
it-tnaqqis fil-prezz medju tal-bejgħ inħass iktar mit-tnaqqis fir-rati
tal-FIT matul l-IP. It-tieni, l-evidenza miġbura turi li, għal
ċerti pajjiżi bħall-Italja, anki fil-kuntest ta’ rati tal-FITs
ferm ġenerużi, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas sew
il-prezzijiet tagħha. Fl-aħħar, matul l-IP, il-produtturi tal-Unjoni
kellhom ibigħu bi prezzijiet inqas mill-kost tal-produzzjoni tagħhom,
sitwazzjoni li kienet konsegwenza primarja tal-fatt li l-produtturi esportaturi
Ċiniżi kellhom 80 % mis-suq tal-Unjoni u b’hekk is-setgħa
li jinfluwenzaw il-mekkaniżmu tal-istipular tal-prezzijiet. (247) L-investigazzjoni
stabbilixxiet ukoll li sal-2011, l-ogħla rati tal-FITs flimkien
mat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-moduli fl-Unjoni għamlu l-investimenti
fl-enerġija solari estremament attraenti peress li l-investituri kienu
qegħdin jaqilgħu lura rati għoljin ħafna.
Għaldaqstant, dan irriżulta f’numru għoli ta’ investimenti u
konsegwentement, domanda għolja għal pannelli solari. Minħabba
ż-żieda fid-domanda, l-ammont totali ta’ FITs imħallsa
żdied b’mod sinifikanti u ħafna mill-Istati Membri rrivedew u naqqsu
l-iskemi tal-FITs eżistenti biex, fost l-oħrajn jevitaw żieda
fl-ispejjeż tal-elettriku. Dan juri li t-tnaqqis tal-FITs seta’ kien
ikkaġunat ukoll mit-tnaqqis fil-prezzijiet u mhux viċi versa. (248) Wara d-divulgazzjoni finali,
parti minnhom iddikjarat li hemm kontradizzjoni bejn il-premessa (246) iktar 'il fuq, li valutazzjoni tad-domanda
għall-Unjoni sħiħa hija diffiċli, u l-premessa (223) iktar
'il fuq li tiddikjara li analiżi tal-kawżalità għal kull Stat
Membru ma twassalx għal riżultati sinifikanti. F'dan ir-rigward, huwa
ċċarat li fil-valutazzjoni li saret fil-premessa (246) iktar 'il fuq,
issir referenza għad-diffikultà li tinħareġ stampa ġenerali
tal-iżviluppi tal-FIT għall-Unjoni sħiħa u mhux
għad-domanda tal-Unjoni kif iddikjarat mill-parti interessata.
Konsegwentement, minn dan joħroġ li ma teżisti ebda
kontradizzjoni bejn iż-żewġ premessi u għalhekk
id-dikjarazzjoni hija rifjutata. (249) Wara d-divulgazzjoni finali, parti
minnhom iddikjarat li anki fil-kuntest ta' rati għoljin tal-FITs, il-prezz
tal-moduli jista' jonqos b'mod sinifikanti minħabba żvilupp teknoloġiku,
ekonomiji tal-kobor, tnaqqis tal-kostijiet u kapaċità ta' produzzjoni
globali li qed tikber. Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, huwa osservat li
l-evidenza miġbura turi li l-produtturi Taljani kellhom inaqqsu
l-prezzijiet tagħhom sa livelli inqas mill-kost tal-produzzjoni anki meta r-rati
tal-FITs kienu għoljin. Filwaqt li l-fatturi msemmijin hawn fuq
tabilħaqq seta' kellhom impatt fuq l-ispejjeż medji, ma jistgħux
jispjegaw għaliex il-produtturi tal-Unjoni kellhom inaqqsu l-prezzijiet
tagħhom f'livelli inqas mill-kost ta' produzzjoni tagħhom.
Għaldaqstant, huwa konkluż li fil-parti l-kbira kienu
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-PRC li kaxkru
l-prezzijiet lejn livelli insostenibbli u din id-dikjarazzjoni ġiet
rifjutata. (250) Wara d-divulgazzjoni finali, parti
minnhom iddikjarat li l-konklużjoni fil-premessa (247) iktar 'il fuq, li
anki t-tnaqqis fl-FITs jaf kien ir-riżultat tal-prezzijiet li bdew jonqsu
u mhux viċi versa, mhijiex sostnuta minn xi evidenza. (251) Huwa osservat li
l-konklużjonijiet maħruġin fil-premessa (247) iktar 'il fuq kienu
bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli matul l-investigazzjoni u
x-xenarju deskritt tabilħaqq tqies li huwa raġonevoli minħabba
ċ-ċirkustanzi f'dan is-suq speċifiku. Għaldaqstant, dan
l-argument ġie rifjutat. (252) Wara d-divulgazzjoni finali, parti
minnhom tenniet li ma qablitx mal-konklużjoni li l-pressjoni 'l isfel fuq
il-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni kienet ġejja l-iktar
mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u ddikjarat li,
għall-kuntrarju, kien it-tnaqqis fl-FIT li ġiegħel
lill-produtturi tal-Unjoni sabiex inaqqsu l-prezzijiet tagħhom. L-istess
parti tenniet li meta l-FITs tnaqqsu, il-prezzijiet tas-sistemi PV naqsu
bħat-tnaqqis fl-FITs sabiex il-kostijiet għall-iżviluppaturi ta'
proġetti ma jiżdidux, u din kienet il-kawża finali li
xeħtet il-pressjoni fuq il-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni. (253) Peress li ma tressqet ebda
evidenza konklużiva b'appoġġ ta' dawn id-dikjarazzjonijiet,
il-Kummissjoni kkonfermat l-analiżi u l-konklużjonijiet tagħha kif
stipulati fil-premessi (246) sa (247) iktar 'il fuq. (254) L-istess parti ddikjarat li
s-swieq huma xprunati mill-iżvilupp tal-FITs u pprovdiet informazzjoni li
turi n-numru ta' istallazzjonijiet PV għas-snin 2012 u 2013 fir-Renju
Unit. L-informazzjoni pprovduta minn din il-parti kienet pubblikazzjoni
tal-gvern tar-Renju Unit ibbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet ta' kull
ġimgħa fir-Reġistru FiT Ċentrali tar-Renju Unit (CFR). Huwa
osservat li din l-informazzjoni kienet relatata l-iktar ma' perjodu barra l-IP
u rreferiet għal Stat Membru wieħed biss, filwaqt li din
l-investigazzjoni kienet iffokata fuq is-sitwazzjoni tas-suq tal-Unjoni
inġenerali. Xorta waħda, ma kkontestatx li l-livelli tal-FITs
jinfluwenzaw id-domanda, peress li l-profittabilità tal-investimenti
f'postijiet b'inqas radjazzjoni solari tiddependi fuq il-livell tal-FITs.
Madankollu, sabiex juru li l-livell li bih l-FITs kienu stabbiliti matul l-IP
ikkaġuna d-dannu, il-partijiet interessati kellhom juru li żieda
fil-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni sal-livell mhux dannuż ikun
ifisser li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux ikunu kapaċi jbiegħu
l-prodott ikkonċernat għaliex l-investimenti f'sistemi PV ma kinux ikunu
vijabbli b'dawk il-livelli ta' prezzijiet. Ma ġiet ipprovduta ebda
evidenza bħal din. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat. (255) Għalhekk, l-argument li
t-tnaqqis fl-FITs kisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija
tal-Unjoni ġie rifjutat. (256) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja parti minnhom tenniet li l-iżviluppi fl-FIT għamlu
l-opportunitajiet ta’ investiment solari mhux attraenti għall-investituri
u b’hekk baxxew id-domanda għall-prodott. Parti oħra ddikjarat li
s-sejbiet stipulati fil-premessa (173) għar-Regolament
provviżorju li fi Spanja għadhom isiru l-investimenti minkejja
s-sospensjoni tal-iskemi tal-FIT kienu żbaljati. (257) L-impatt tal-FITs fuq
id-domanda kien indirizzat fil-premessa (173) tar-Regolament
provviżorju. Peress li ma tressaq ebda argument ġdid f’dan
ir-rigward, id-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq li d-domanda naqset minħabba
l-iżviluppi fl-FIT ġiet rifjutata. Rigward l-investimenti fi Spanja,
huwa ċċarat li s-sejbiet fil-premessa (177) għar-Regolament
provviżorju huma bbażati fuq informazzjoni miksuba matul
l-investigazzjoni u vverifikata matul investigazzjoni fuq il-post. Peress li
l-parti kkonċernata ma pprovdiet ebda informazzjoni jew evidenza
ġdida f’dan ir-rigward, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata. (258) Wara
d-divulgazzjoni provviżorja bosta partijiet iddikjaraw li fil-kuntest
tar-rati baxxi tal-FIT, l-investimenti fi proġetti PV kienu ekonomikament
vijabbli biss meta forniti bil-pannelli solari bi prezzijiet iktar baxxi
importati mill-PRC. B’hekk, kien argumentat li t-tnaqqis fl-FITs ikkaġuna
d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Parti oħra argumentat li
l-livell tar-rata tal-FITs jinfluwenza l-mekkaniżmi tal-istipular
tal-prezzijiet għall-moduli. (259) Ta’ min jinnota li l-kost ta’
modulu li bih proġett ikun għadu ekonomikament vijabbli jvarja skont
l-Istat Membru jew skont ir-reġjun fil-funzjoni ta’ bosta fatturi
bħal FITs, inċentivi regolatorji oħrajn, espożizzjoni solari,
prezzijiet tal-elettriku konvenzjonali, eċċ. (260) Barra minn hekk,
l-investigazzjoni wriet li l-istallazzjonijiet attwali saru jiddependu dejjem
inqas fuq l-FITs peress li l-parità tal-grilja PV aktarx li ntlaħqet
għal ċerti tipi ta’ istallazzjonijiet f’bosta reġjuni fl-Ewropa,
bħal sehem kbir mill-Italja, Spanja, il-Portugall, in-Nofsinhar ta’ Franza
u l-Greċja. (261) Għar-raġunijiet ta’
hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet li saru f’dan ir-rigward ġew rifjutati. (262) Parti interessata minnhom
iddikjarat li l-Kummissjoni ma investigatx jekk l-industrija tal-Unjoni naqsitx
milli tantiċipa li l-iskemi ta’ appoġġ tal-gvern jiġu
rtirati jew jitnaqqsu f’daqqa. Ma tressaq l-ebda argument b’appoġġ
ta’ din id-dikjarazzjoni. Madankollu, ta’ min jinnota li, fuq il-bażi tal-evidenza
miġbura, ma hemm ebda informazzjoni li tindika li l-industrija tal-Unjoni
wieġbet għas-sinjali tas-suq (jiġifieri żvilupp fil-konsum)
u informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni (jiġifieri tnaqqis
fl-iskemi ta’ appoġġ) b’mod mhux raġunat. Għaldaqstant, din
id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (263) Parti
interessata minnhom argumentat li t-tnaqqis fl-FITs ikkaġuna t-tnaqqis
fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għaliex l-investimenti kienu saru
vijabbli biss bil-prezzijiet Ċiniżi affordabbli. Fil-fatt, l-evidenza
miġbura turi biss tnaqqis ċkejken fil-bejgħ tal-industrija
tal-Unjoni matul l-IP, għall-kuntrarju ta’ dak li jkun mistenni li kieku
l-proġetti PV kienu fattibbli biss b’moduli Ċiniżi.
Min-naħa l-oħra, il-bejgħ ta’ moduli tal-industrija tal-Unjoni
żdied sal-2011 u mbagħad naqas ftit fl-IP, billi segwa l-istess xejra
bħall-konsum. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (264) Parti interessata oħra
argumentat li s-sejbiet kif stabbilit fil-premessi (174) u (175)
għar-Regolament provviżorju li l-bidliet fl-FIT ma kissrux ir-rabta
kawżali, ma għandhom ebda bażi fattwali jew legali u huma
inkonsistenti mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku peress li
l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta l-livell ta’ dannu kkaġunat
mit-tnaqqis tal-FITs u għaliex qieset li t-tnaqqis sinifikanti fil-prezz
tal-industrija tal-Unjoni kienet konsegwenza biss tal-importazzjonijiet
Ċiniżi li kienu l-oġġett ta’ dumping. L-istess parti
argumentat li t-tnaqqis fil-prezz tal-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers
kien fenomenu globali u mhux dovut għall-pressjoni tal-importazzjonijiet
Ċiniżi. (265) Fir-rigward tad-dikjarazzjoni
li l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta l-livell tad-dannu kkaġunat
mit-tnaqqis fl-FIT, issir referenza għall-premessi (174), (175) u
(182) tar-Regolament provviżorju u l-premessi (245) sa (263) iktar ’il
fuq, fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li la t-tnaqqis fid-domanda u lanqas
l-impatt tal-FITs fuq il-prezzijiet tal-Unjoni ma kienu tali li jkissru r-rabta
kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-PRC,
irrispettivament minn jekk kinux possibbilment ikkaġunati mit-tnaqqis
fl-FITs u sa liema punt. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni li s-sejbiet
tal-Kummissjoni ma għandhom ebda bażi fattwali ġiet rifjutata.
Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li t-tnaqqis fil-prezz tal-moduli u
ċ-ċelloli kien fenomenu globali, issir referenza għall-premessi (164)
sa (167) tar-Regolament provviżorju fejn huma vvalutati l-volumi u
l-prezzijiet ta’ importazzjoni minn pajjiżi oħrajn li mhumiex il-PRC
fl-Unjoni. Filwaqt li tabilħaqq kien hemm xejra globali negattiva
fil-prezzijiet tal-moduli u ċ-ċelloli, il-prezzijiet
tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-PRC komplew
jiggravaw ix-xejra negattiva tal-livelli tat-telf. Fuq il-bażi ta’ dan li
ntqal hawn fuq, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. 3.4. Appoġġ finanzjarju
ieħor mogħti lill-industrija tal-Unjoni (266) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment dwar skemi ta’ appoġġ finanzjarju oħrajn mogħtija
lill-industrija tal-Unjoni, is-sejbiet fil-premessi (184) u (185) tar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 3.5. Kapaċità żejda (267) Parti interessata minnhom
tenniet id-dikjarazzjoni li l-kapaċità żejda fis-suq globali kif
ukoll tal-Unjoni kkaġunat id-dannu materjali minflok l-importazzjonijiet
mill-PRC. F’dan ir-rigward, kien argumentat li l-industrija tal-Unjoni
espandiet wisq il-kapaċitajiet tagħha kif muri mir-rata baxxa ta’
użu tal-kapaċità u li għalhekk id-dannu ġabitu b’idejha.
L-allegat impatt tal-kapaċità żejda fl-Unjoni u madwar id-dinja
diġà kien indirizzat fil-premessi (185) sa (190) tar-Regolament
provviżorju u b’hekk fin-nuqqas ta’ xi element ġdid, id-dikjarazzjoni
kellha tiġi rifjutata. (268) Parti interessata oħra
ddikjarat li l-kapaċità żejda wasslet għal razzjonalizzazzjoni
tal-prezzijiet. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li, min-naħa,
il-kapaċità żejda fil-fatt wasslet għal “ġirja lejn l-iktar
livell baxx” u s-soppressjoni tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li
bħala medja qabżet it-tnaqqis tal-kostijiet ta’ produzzjoni.
Min-naħa l-oħra, kif spjegat fil-premessa (186) tar-Regolament
provviżorju, iż-żidiet fil-kapaċità mill-industrija
tal-Unjoni segwew l-iżviluppi tas-suq u tqiesu raġonevoli. Barra minn
hekk, iż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ ċelloli
kienet f’livell inqas mill-moduli. Il-parti kkonċernata ma ppreżentat
ebda informazzjoni jew evidenza ġdida f’dan ir-rigward u għalhekk,
id-dikjarazzjoni f’dan ir-rigward kellha tiġi rifjutata. (269) Parti interessata oħra
ddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa dovut
għall-enfasi uniku tal-industrija tal-Unjoni fuq investimenti
speċjalizzati u n-nuqqas tagħha milli tagħmel l-investimenti
neċessarji fiż-żidiet tal-kapaċità u t-tnaqqis tal-kostijiet.
Bl-istess mod, din id-dikjarazzjoni ma setgħetx tkun ikkonfermata
mis-sejbiet tal-investigazzjoni li wrew li l-industrija tal-Unjoni żiedet
il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-effiċjenza tagħha matul
il-perjodu kkunsidrat (il-premessi (124) u (187) tar-Regolament
provviżorju). Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (270) Barra minn hekk, parti
interessata ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità
ta’ produzzjoni tagħha minkejja rati diġà baxxi ta’ użu
tal-kapaċità, u b’hekk ġabet id-dannu b’idejha. Din id-dikjarazzjoni
kienet ibbażata fuq it-tqabbil bejn ix-xejra tal-investimenti
tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u x-xejra tal-użu tal-kapaċità
tal-industrija sħiħa tal-Unjoni, li mhijiex bażi xierqa
għal paragun. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-industrija
tal-Unjoni ma kinitx espandiet il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha
fuq skala li taqbeż l-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni, u
għaldaqstant dan l-argument ġie rifjutat. (271) Minbarra dan, l-evidenza
miġbura tindika li permezz tal-investimenti f’makkinarju ġdid,
l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tnaqqas il-kost ta’ produzzjoni tagħha
u ssir iktar kompetittiva fil-kostijiet. Għaldaqstant, dan l-argument
kellu jiġi rifjutat. (272) Parti interessata minnhom
allegat li l-konklużjonijiet fil-premessa (189) tar-Regolament
provviżorju kkontradixxew is-sejbiet li saru fil-premessi (124) u
(186) tar-Regolament provviżorju mingħajr madankollu ma jagħtu
ebda spjegazzjoni oħra li tispeċifika l-għamla jew sa fejn jaslu
l-kontradizzjonijiet allegati. Għalhekk din id-dikjarazzjoni kellha
tiġi rifjutata. (273) Wara d-divulgazzjoni finali, uħud
mill-partijiet interessati kkontestaw li ż-żidiet fil-kapaċità
tal-industrija tal-Unjoni kienu raġonevoli u segwew l-iżviluppi
tas-suq u b'mod partikolari l-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni. Madankollu,
f'dak li għandu x'jaqsam ma' moduli, il-kapaċità ta' produzzjoni
żdiedet b'106%, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b'221% tul
il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri iktar mid-doppju. Bl-istess mod, f'dak li
għandu x'jaqsam ma' ċelloli, il-kapaċità ta' produzzjoni
żdiedet b'39%, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b'87% matul
il-perjodu kkunsidrat. Dan juri li ż-żieda fil-kapaċità kienet
sostanzjalment inqas miż-żieda fil-konsum u għaldaqstant ma
tistax titqies bħala waħda mhux raġonevoli peress li qatt ma
kien hemm kapaċità żejda fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-analiżi
ta' jekk iż-żidiet fil-kapaċità kinux raġnoevoli ma
għandhiex tkun ibbażata fuq analiżi ta' sena b'sena, iżda
għandha tieħu f'kunsiderazzjoni x-xejra matul il-perjodu sħiħ
ikkunsidrat. B'hekk, tipikament iż-żidiet tal-kapaċità jsiru
kompletament operazzjonali wara ċertu perjodu ta' żmien wara li jsir
l-investiment u l-analiżi iżolata ta' sena waħda jaf twassal
għal stampa b'distorsjoni. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat. (274) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment ieħor dwar il-kapaċità żejda tal-industrija tal-Unjoni,
is-sejbiet fil-premessi (185) sa (190) tar-Regolament provviżorju
huma kkonfermati. 3.6. Impatt tal-prezzijiet
tal-materja prima (275) Uħud mill-partijiet
interessati tennew li l-industrija tal-Unjoni jew tal-inqas parti minnha ma
setgħux jibbenefikaw mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-pilisiliċju,
matul l-IP, minħabba kuntratti b’terminu twil għal materja prima.
B’referenza għas-sejbiet fil-premessa (193) tar-Regolament
provviżorju li jiddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni setgħet
terġa’ tinnegozja l-kuntratti b’terminu twil tagħha mal-fornituri
tagħha (inklużi produtturi ta’ wejfers) u b’hekk setgħet
tibbenefika minn prezzijiet irħas, dawn il-partijiet iddikjaraw li
n-negozjati l-ġodda jew it-terminazzjoni tal-kuntratti b’terminu twil
tal-polisiliċju u/jew wejfers irriżultaw f’penali. Biex
jappoġġjaw dan l-argument, dawn il-partijiet ipprovdew artikli
mill-istampa li wħud mill-produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin
iħabbtu wiċċhom ma’ litigazzjoni jew li temmew il-kuntratti
tagħhom. Uħud mill-partijiet ipprovdew informazzjoni li allegatament
tikkonferma li l-kuntratti fit-tul ma setgħux jerġgħu jiġu
nnegozjati. (276) Il-polisiliċju
huwa l-materja prima ewlenija għall-produtturi ta’ wejfers.
L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-polisiliċju żdiedu
fl-2008 meta laħqu l-ogħla livell tagħhom ta’ madwar
500 $/kg, iżda naqsu mill-ġdid fl-2009 u laħqu madwar 50-55 $/kg
fi tmiem l-2009 b’xejra pożittiva minima fl-2010 u fil-bidu tal-2011.
Il-prezzijiet waqgħu sew matul l-IP u dan irriżulta fit-30 $/kg
(Rapporti Xjentifiċi u Politiki tal-JRC, Rapport dwar l-Istatus tal-PV
2012). Ta’ min jinnota li l-impatt tal-prezzijiet tal-polisiliċju fuq
l-industrija tal-Unjoni seta’ x'aktarx ikun marġinali biss peress li
kwalunkwe effett fuq il-kost tal-produzzjoni ta’ ċelloli u moduli ntilef
tul il-katina tal-valur. Barra minn hekk, l-artikli mill-istampa msemmija
rreferew għal żviluppi li seħħew wara l-IP, li ma kinux
jaffettwaw is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kkonċernati matul
l-IP, u b’hekk ma setgħux jiġu kkunsidrati. Din il-kwistjoni kompliet
tiġi investigata wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji
u, b’hekk, jista’ jiġi kkonfermat li l-industrija tal-Unjoni tabilħaqq
setgħet terġa’ tinnegozja mhux biss il-prezzijiet tal-kuntratti
b’terminu twil iżda anki kwalunkwe penali kuntrattwali relatata ma’ dawn
il-kuntratti b’terminu twil. (277) Waħda mill-partijiet
interessati msemmija hawn fuq argumentat ukoll li huwa biżżejjed li
kienu biss uħud mill-produtturi tal-Unjoni li kienu affettwati
mill-kuntratti b’terminu twil u li s-sitwazzjoni tal-industrija ġenerali
tal-Unjoni hija irrilevanti. Din iddikjarat li kostijiet ogħla mhux
bilfors jaffettwaw l-operaturi kollha bl-istess mod. Dan l-argument jinjora
s-sejba li b’mod ġenerali, għall-industrija tal-Unjoni, il-prezzijiet
medji tal-polisiliċju f’ħafna każijiet ma nstabux li kienu
ogħla mill-prezzijiet tas-suq jew mill-prezzijiet spot u li għalhekk,
il-kwistjoni dwar jekk kostijiet ogħla jaffettwawx lill-operaturi kollha
jew ftit minnhom ma tqisitx rilevanti. Għaldaqstant, dan l-argument
ġie rifjutat. (278) Parti interessata oħra
talbet sabiex il-Kummissjoni tissepara, tiddistingwi u tikkwantifika l-effetti
ta’ kull fattur li għandu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija
tal-Unjoni; b’mod partikolari, l-effett tat-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet
tal-polisiliċju għandu jiġi kkunsidrat b’mod separat. F’dan
ir-rigward, kien argumentat li kien it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisiliċju
u mhux il-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi
li kkaġuna t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ. F’dak li għandu
x’jaqsam mal-industrija tal-Unjoni, ta’ min jinnota li l-prezzijiet medji tal-bejgħ
naqsu ferm iktar mit-tnaqqis fil-kost medju tal-produzzjoni, li fuqu seta’
ħalla impatt it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima.
Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat. (279) Wara d-divulgazzjoni finali, xi
partijiet interessati tennew li l-impatt tat-tnaqqis tal-prezzijiet
tal-polisiliċju fuq il-kost tal-industrija tal-Unjoni ma kienx limitat jew
dilwit fil-katina tal-valur kif konkluż fl-investigazzjoni. Madankollu,
kif diġà ntqal fil-premessa (276) iktar 'il fuq, il-polisiliċju huwa
l-materja prima ewlenija għall-produtturi ta' wejfers, u b'hekk kwalunkwe
impatt fuq il-kost ta' produzzjoni taċ-ċelloli jew moduli nstab li
huwa dilwit fil-katina tal-valur. Il-partijiet interessati ma pprovdew ebda
evidenza li setgħet tmeri din is-sejba. Barra minn hekk, l-investigazzjoni
wriet li t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-polisiliċju tul il-perjodu
kkunsidrat kien rifless fil-kost medju tal-produzzjoni taċ-ċelloli u
l-moduli tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun li naqas b'mod simili
għall-prezzijiet tal-polisiliċju. Parti interessata ddubitat l-impatt
tal-penali allegati li l-industrija tal-Unjoni kellha tħallas
minħabba n-negozjar mill-ġdid tal-kuntratti tal-fornituri. F'dan
ir-rigward, ma jistax ikun eskluż li numru limitat ta' produtturi jaf
ikollhom iħallsu penali għall-kanċellazzjoni ta' kuntratti ta'
provvista tal-wejfers matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-Kummissjoni
ma sabet ebda evidenza li dawn il-penali seta' kellhom effett fuq
is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni sħiħa jew ikunu
rappreżentattivi. Lanqas ma ġiet ipprovduta evidenza simili
mill-parti interessata inkwistjoni. Għaldaqstant, filwaqt li ma jistax
ikun eskluż li l-penali jista' jkollhom ċertu impatt negattiv fuq
numru limitat ta' proċeduri tal-Unjoni, l-impatt ġenerali fuq l-industrija
tal-Unjoni huwa xejn iktar minn marġinali u b'hekk ma jistax ikisser
ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta'
dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija sħiħa
tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn l-argumenti kellhom jiġu rifjutati. (280) Parti interessata
oħra ddikjarat li t-tnaqqis tal-prezzijiet ta' bejgħ tal-prodott
investigat fl-Unjoni huwa parzjalment dovut għat-tnaqqis fil-prezz
tal-polisiliċju. Madankollu, f'dan ir-rigward, ta' min jinnota li
l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mill-PRC kienu
l-oġġett ta' dumping u kienu qed iwaqqgħu b'mod sostanzjali
l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, it-tnaqqis
tal-prezzijiet imur lil hinn mit-tnaqqis fil-kostijiet ta' produzzjoni li
jista' jkun spjegat mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima. Jekk
it-tnaqqis fil-prezz kien sempliċiment l-effett tat-tnaqqis tal-prezzijiet
ta' materja prima, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx tkun imġiegħla
tnaqqas il-prezzijiet ta' bejgħ tagħha f'livelli inqas mill-kost ta'
produzzjoni. Għadaqstant, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.
(281) Parti interessata
oħra tenniet li l-litigazzjoni ta' produttur minnhom tal-Unjoni wara l-IP
jaf diġà kien affettwa s-sitwazzjoni ta' tal-inqas dan il-produttur
tal-Unjoni matul l-IP. Madankollu, din il-parti ma spjegatx kif u kemm it-tali
avveniment li seħħ wara l-IP seta' verament kellu effett fuq
is-sitwazzjoni ta' dan il-produttur matul l-IP. Bl-istess mod,
l-investigazzjoni ma sabet ebda evidenza li turi t-tali effetti. Għaldaqstant,
din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata. (282) Barra minn hekk, l-istess parti
interessata ddubitat is-sejbiet imsemmijin hawn fuq, peress li allegatament ma
ntweriet ebda evidenza. Madankollu, is-sejbiet tal-investigazzjoni kienu
bbażati fuq fatti u evidenza pożittiva, li l-verżjonijiet mhux
kunfidenzjali tagħhom kienu disponibbli għall-partijiet interessati
kollha. (283) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment ieħor fir-rigward tal-impatt tal-prezzijiet tal-materja prima,
is-sejbiet fil-premessi (191) sa (194) tar-Regolament provviżorju
huma kkonfermati. 3.7. Dannu awtoinflitt: impatt
tal-awtomatizzazzjoni, id-daqs, l-ekonomiji tal-kobor, il-konsolidazzjoni,
l-innovazzjoni, il-kosteffiċjenza, l-importazzjonijiet tal-industrija
tal-Unjoni (284) Wara
d-divulgazzjoni provviżorja, ċerti partijiet interessati tennew
id-dikjarazzjoni li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut
għan-nuqqas ta’ ekonomiji tal-kobor suffiċjenti fl-industrija
tal-Unjoni. Kien imtenni li produtturi ta’ skala żgħira kellhom
żvantaġġ meta mqabbla ma’ produtturi ikbar integrati
vertikalment u b’hekk, kwalunkwe dannu mġarrab minn produtturi ta’ skala
żgħira ma jistax ikun attribwit għall-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping. Parti interessata oħra argumentat li
l-awtomatizzazzjoni tal-proċess ta’ produzzjoni jiswa l-flus u li
għalhekk, l-ekonomiji tal-kobor huma saħansitra iktar importanti biex
jonqos il-kost tal-produzzjoni. (285) L-investigazzjoni
wriet li l-industrija tal-Unjoni, anki dawk kbar u integrati vertikalment,
minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ma
setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mir-rati ta’ użu
b’kapaċità għolja biex tilħaq l-ekonomiji tal-kobor. Iżda
xorta waħda, l-investigazzjoni ma kixfet ebda korrelazzjoni bejn id-daqs,
l-integrazzjoni vertikali u r-rati ta’ profittabbiltà aħjar, peress li
l-pressjoni għolja fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping biddlet din il-korrelazzjoni. L-investigazzjoni
wriet li l-benefiċċju tal-ekonomiji tal-kobor ma għadux
jeżisti f’suq fejn ir-rati ta’ użu kienu baxxi, u dan kien minnu
wkoll għall-produtturi Ċiniżi. Għaldaqstant, dawn
l-argumenti ġew rifjutati. (286) Barra minn hekk, parti
interessata minnhom iddikjarat li l-investituri u l-banek ma jiffinanzjawx
proġetti jekk il-manifattur tal-moduli jkun żgħir wisq, peress
li l-produtturi l-kbar jipprovdu garanziji aħjar u huma iktar “bankabbli”.
F’termini oħrajn, l-investituri u l-banek jaqtgħu qalbhom milli
jiffinanzjaw proġetti relatati mal-PV li jużaw moduli prodotti
fl-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wrew li kwalunkwe preferenza possibbli
tal-investituri u l-banek biex jiffinanzjaw produtturi Ċiniżi li
għandhom kapaċitajiet ikbar ta’ produzzjoni hija r-riżultat tad-distorsjoni
li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ħolqu
fis-suq tal-Unjoni. Kif intqal iktar ’il fuq fil-premessa (285), id-daqs
tal-linji ta’ produzzjoni ma għandhomx rwol importanti jekk ir-rati ta’
użu jibqgħu baxxi. Għalhekk, dan l-argument twarrab. (287) Parti
interessata minnhom tenniet li l-industrija tal-Unjoni kellha struttura
tal-kost kontriha meta mqabbla mal-kompetituri Ċiniżi tagħha,
peress li dawn tal-aħħar kienu jgawdu minn kost lavorattiv,
tal-elettriku u ta’ deprezzament iktar baxx, u barra minn hekk kellhom l-aħħar
tagħmir. Madankollu, il-parti kkonċernata ma rnexxilhiex tipprovdi xi
informazzjoni jew evidenza ta’ sostenn ġdida li setgħet tmeri
s-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni f’dan ir-rigward. B’mod partikolari,
id-dikjarazzjoni li l-produtturi Ċiniżi kienu qegħdin jużaw
l-aħħar tagħmir ġiet indirizzata fil-premessa (203) tar-Regolament
provviżorju, fejn hemm iddikjarat li l-produtturi esportaturi fil-PRC ma
kienu jgawdu minn ebda vantaġġ komparattiv, b’mod partikolari peress
li l-makkinarju u t-tagħmir kien importat mill-Unjoni Ewropea.
Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq ġew rifjutati. (288) Parti oħra ddikjarat li
ċ-Ċiniżi kienu jgawdu minn vantaġġ komparattiv rigward
il-prezzijiet tal-polisiliċju u l-ekonomiji tal-kobor li rriżultaw
f’inqas spejjeż tal-makkinarju. Din il-parti ma pprovdiet ebda
informazzjoni jew evidenza ta’ sostenn ġdida f’dan ir-rigward li
setgħet tmeri s-sejbiet kif stabbilit fil-premessi (195) u (196) kif
ukoll (203) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant,
id-dikjarazzjoni ta’ din il-parti kellha tiġi rifjutata. (289) Huwa mfakkar li kif stipulat
fil-premessa (203) għar-Regolament provviżorju u kif intqal
ukoll fil-premessa (287) iktar ’il fuq, il-produtturi esportaturi fil-PRC
ma jgawdu minn ebda vantaġġ komparattiv fir-rigward tal-materja prima
u l-makkinarju użat peress li t-tnejn li huma kienu importati mill-Unjoni
fil-parti l-kbira tagħhom. Parti interessata waħda biss ikkontestat
dan ta’ hawn fuq, iżda ma pprovdiet ebda evidenza. F’dak li għandu
x’jaqsam ma’ kostijiet lavorattivi u spejjeż ġenerali, inklużi
kostijiet ta’ deprezzament, dawn irrappreżentaw bħala medja inqas
minn 10 % tal-kost totali ta’ modulu fl-IP u ma jitqisux li kellhom xi
rwol importanti. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kostijiet tal-elettriku,
bħala medja dawn irrappreżentaw inqas minn 1 % tal-kost totali
ta’ moduli fl-IP u ma jitqisux li kellhom xi rwol importanti. Barra minn hekk,
id-dikjarazzjoni li ċ-Ċiniżi kienu qegħdin jużaw
l-aħħar tagħmir ma kinitx sostanzjata. (290) Barra minn hekk, parti
interessata minnhom tenniet li wħud mill-produtturi tal-Unjoni ġabu
ċelloli u/jew moduli mill-pajjiż ikkonċernat, u reġgħu
biegħu dawk il-prodotti fis-suq tal-Unjoni bħala prodott
tagħhom. Din iddikjarat li d-dannu li rriżulta minn dawn
it-tranżazzjonijiet mhuwiex attribwit għall-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li
l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat
kienu komplimentari fl-għamla tagħhom kif ukoll limitati f’termini
ta’ volum meta mqabbla mal-produzzjoni totali tal-Unjoni u b’hekk jekk ikollhom
effett, dan ikun marġinali biss u ma jistax jitqies li qiegħed
ikisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.
(291) Importatur mhux relatat minnhom
argumenta li l-fatt li n-numru ta’ impjegati żdied tul il-perjodu
kkunsidrat ma kienx indirizzat biżżejjed fir-Regolament
provviżorju. Fir-rigward ta’ din id-dikjarazzjoni, ta’ min jinnota li
l-impjiegi żdiedu bejn l-2009 u l-2011 għall-moduli u mbagħad
naqsu matul l-IP. Għaċ-ċelloli, l-impjiegi żdiedu sal-2010
u mbagħad naqsu fl-2011 u komplew jonqsu fl-IP. Ta’ min jinnota li
għall-moduli, l-impjiegi segwew ix-xejra tal-produzzjoni tal-Unjoni.
Għaċ-ċelloli, hekk kif l-importazzjonijiet Ċiniżi
żiedu s-sehem mis-suq tagħhom matul il-perjodu sħiħ,
l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mill-konsum ikbar kif
mistenni. Għaldaqstant, it-tnaqqis fl-impjiegi fl-2011 u fl-IP
jikkorrispondi għall-kumpaniji li jew saru insolventi jew li waqqfu l-produzzjoni
tagħhom ta’ ċelloli. (292) Wara d-divulgazzjoni finali,
parti interessata minnhom tenniet li d-dannu mġarrab mill-industrija
tal-Unjoni kien dovut għall-iskala żgħira u n-nuqqas ta'
ekonomiji tal-kobor. Kif diġà spjegat fil-premessa (285) iktar 'il fuq u
fil-premessi (195) u (196) tar-Regolament provviżorju, anki fis-suq
globali, id-daqs u għalhekk il-benefiċċju tal-ekonomiji
tal-kobor ma jistgħux jibqgħu jeżistu meta r-rati ta' użu
kienu ġeneralment baxxi, u meta madwar id-dinja kienu jeżistu kapaċitajiet
żejda enormi. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi
rifjutata. (293) Barra minn hekk, l-istess parti
tenniet li d-dannu mġarrab mill-Unjoni kien dovut għan-nuqqas ta'
ħila tal-industrija tal-Unjoni biex tieħu xi vantaġġ
fil-kost. Din il-parti ddikjarat li dan kien partikolarment dovut
għall-fatt li ħafna mill-produtturi tal-Unjoni kienu integrati
vertikalment. Madankollu, din il-parti ma pprovdiet ebda informazzjoni
oħra dwar kemm il-fatt li l-produtturi huma vertikalment integrati seta'
kellu impatt negattiv fuq l-istruttura tal-kost tagħhom.
Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata. (294) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment ieħor f’dan ir-rigward, il-premessi (195) sa (206) tar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 3.8. Kompetizzjoni minn prodotti PV
b’rita rqiqa u teknoloġiji PV oħrajn (295) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, parti interessata minnhom tenniet li d-dikjarazzjoni li
d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat
mill-kompetizzjoni minn prodotti PV b’rita rqiqa u teknoloġiji PV
oħrajn, peress li dawn it-teknoloġiji kienu qegħdin jikkompetu
mal-prodott investigat speċjalment għal sistemi mmuntati fuq l-art u
kummerċjali/industrijali fuq il-bejt, li kkostitwixxew parti sostanzjali
mis-suq PV totali tal-Unjoni. (296) L-investigazzjoni
wriet li għad li l-prodotti PV b’rita rqiqa jiswew inqas mill-prodott
investigat, dawn ikopru biss sehem limitat mis-suq tas-suq solari sħiħ
tal-Unjoni peress li għandhom effiċjenzi ta’ konverżjoni ferm
iktar baxxi u output ta’ watts aktat baxx mill-moduli tas-siliċju
kristallin. Skont l-informazzjoni disponibbli, is-sehem mis-suq ta’ prodotti
b’rita rqiqa ma kienx importanti meta mqabbel mas-suq solari sħiħ
tal-Unjoni matul l-IP. Għalhekk, is-sejbiet fil-premessa (208) tar-Regolament
provviżorju, li għad li jista’ jkun hemm xi kompetizzjoni bejn
prodotti b’rita rqiqa u l-prodott ikkunsidrat, din il-kompetizzjoni hija
meqjusa bħala marġinali, huma kkonfermati. Għal dawn
ir-raġunijiet, l-argumenti mressqa f’dan ir-rigward kellhom jiġu
rifjutati. (297) Wara d-divulgazzjoni finali,
parti interessata minnhom tenniet li l-kompetizzjoni minn prodotti b'rita rqiqa
aktarx li kkaġunaw id-dannu materjali mġarrab mill-industrija
tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-parti ssottomettiet li fil-Ġermanja,
is-sehem mis-suq tal-prodotti b'rita rqiqa fis-suq solari sħiħ kien
sostanzjali matul ħafna mill-IP u naqas biss lejn il-bidu tal-2012. (298) Tabilħaqq,
l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet medji tal-prodotti b'rita rqiqa kienu
f'livelli inqas mil-livelli tal-prezz medju tal-prodott investigat. (299) Madankollu, kif stipulat
fil-premessa (296) iktar' il fuq, il-prodotti b'rita rqiqa għandhom
effiċjenzi ta' konverżjoni li huma ferm inqas u output tal-wattagge
inqas mill-moduli tas-siliċju kristallin u għaldaqstant,
il-kompetizzjoni bejn dawn il-prodotti, jekk fil-fatt teżisti, ma tistax
tikkontribwixxi għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, peress li l-moduli
tas-siliċju kristallin huma t-teknoloġija dominanti fis-suq solari
tal-Unjoni. Ir-Rapport 2012 tal-Istatus tas-Settur PV tal-JRC jiddikjara li
bħala konsegwenza tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisiliċju,
fl-aħħar snin ir-rita rqiqa tilfet sehem mis-suq għal moduli
tas-siliċju kristallin. (300) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment ieħor f’dan ir-rigward, is-sejbiet tal-premessi (207) sa
(210) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. 3.9. Kriżi finanzjarja u
l-effetti tagħha fuq l-aċċess għall-finanzjament (301) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja kien iddikjarat li l-effetti dannużi tal-kriżi
finanzjarja u l-effetti tagħha fuq l-aċċess
għall-finanzjament għandhom ikunu separati u distinti u mhux
attribwiti għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.
(302) F’dan ir-rigward, issir
referenza għall-premessa (212) għar-Regolament provviżorju
fejn kienu indirizzati b’mod speċifiku l-effetti tal-kriżi
finanzjarja u r-reċezzjoni ekonomika fuq is-sitwazzjoni tal-industrija
tal-Unjoni. Din il-premessa tistabbilixxi f’dettall ir-raġunament wara
s-sejba li l-kriżi finanzjarja, għad li kellha impatt fuq
is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma kissritx ir-rabta kawżali
bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu
materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Dan ir-raġunament
speċifiku ma ġiex ikkontestat mill-partijiet interessati u lanqas ma
taw xi informazzjoni jew evidenza ġdida li setgħet twaqqa’ s-sejbiet
stipulati f’din il-premessa. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet li saru f’dan
ir-rigward ġew rifjutati. (303) Barra minn hekk, kien
iddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut
għan-nuqqas min-naħa tal-industrija tal-Unjoni li tikseb finanzjament
xieraq u li l-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk l-industrija tal-Unjoni
talbitx finanzjament meta kienet tagħmel profitt. Fil-fatt, l-investigazzjoni
wriet li fl-2010, meta l-industrija tal-Unjoni kienet għadha tagħmel
profitt, il-livell ta’ investiment żdied għall-moduli u
għaċ-ċelloli rispettivament bi 315 % u 10 % meta
mqabbel mal-2009. Peress li l-industrija PV hija intensiva fl-użu
tal-kapital, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni kontinwament tfittex
finanzjament xieraq sabiex ittejjeb il-kosteffiċjenza tagħha u
tikkompeti mal-importazzjonijiet inġusti li huma l-oġġett ta’
dumping. Għalhekk, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ aċċess
għall-finanzjament kien riżultat tas-sitwazzjoni distorta
kkaġunata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u
mhux il-kawża tagħha. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta’ hawn
fuq ġiet rifjutata. (304) Wara d-divulgazzjoni finali, parti
interessata minnhom tenniet li l-effetti dannużi tal-kriżi
finanzjarja għandhom ikunu separati u distinti u mhux attribwiti
għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. Din
il-parti rreferiet għall-informazzjoni disponibbli pubblikament li tindika
li tal-inqas produttur minnhom tal-Unjoni qies il-kriżi finanzjarja
bħala l-kawża ewlenija għas-sitwazzjoni dannuża
tiegħu. Din l-investigazzjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq dejta
ta' kumpaniji speċifiċi li tmur sew lil hinn mid-dikjarazzjonijiet
pubblikament disponibbli ta' kumpaniji speċifiċi. Għadaqstant, id-dikjarazzjoni
pubblikament disponibbli li għaliha saret referenza ma tistax tnaqqas
il-valur tas-sejbiet li saru fil-premessa (212) tar-Regolament
provviżorju, fejn ġie konkluż li filwaqt li l-kriżi
finanzjarja kellha ċertu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija
tal-Unjoni, din ma setgħetx tkisser ir-rabta kawżali bejn
l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali
mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din
id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata. (305) Parti interessata oħra
ddikjarat li l-aċċess differenti għall-finanzjament bejn
l-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-produtturi esportaturi Ċiniżi
għandha tiġi kkunsidrata. Din il-parti ddikjarat li dan kien
wieħed mill-fatturi ewlenin li kkaġuna d-dannu materjali
għall-industrija tal-Unjoni u mhux l-importazzjonijiet li kienu
l-oġġett ta' dumping. Madankollu, instab li l-aċċess
preferenzjali għall-finanzjament ta' għadd ta' produtturi esportaturi
Ċiniżi ġab distorsjoni fis-suq u jaf ikun waħda
mir-raġunijiet ewlenin li jippermettu lill-produtturi esportaturi
Ċiniżi jesportaw il-prodott ikkonċernat bi prezzijiet ta'
dumping. Għaldaqstant, dan il-fattur ma jistax ikisser ir-rabta
kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u
d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għadaqstant,
din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (306) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment ieħor rigward l-effetti tal-kriżi finanzjarja, is-sejbiet
tal-premessi (211) u (212) tar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 3.10. Prestazzjoni
tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni (307) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment imressaq sabiex jerġgħu jiġu kkunsidrati s-sejbiet
stipulati fil-premessi (213) u (215) tar-Regolament provviżorju, dawn
huma kkonfermati. 3.11. L-iskoperta ta’ depożiti
ta’ gass tax-shale fl-Unjoni (308) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment imressaq sabiex jerġgħu jiġu kkunsidrati s-sejbiet
stipulati fil-premessi (215) sa (217) tar-Regolament provviżorju,
dawn huma kkonfermati. 3.12. L-Iskema tal-Unjoni Ewropea
għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS) (309) Fin-nuqqas ta’ xi kumment
imressaq sabiex jerġgħu jiġu kkunsidrati s-sejbiet stipulati
fil-premessi (218) u (219) tar-Regolament provviżorju, dawn huma
kkonfermati. 3.13. Deċiżjonijiet
maniġerjali (310) Uħud mill-partijiet
interessati tennew li d-dikjarazzjoni mqajma fil-premessa (220) tar-Regolament
provviżorju li d-dannu materjali mġarrab minn tal-inqas wieħed
mill-produtturi tal-Unjoni kien ikkaġunat minn deċiżjonijiet
maniġerjali żbaljati. Dawn il-partijiet taw iktar informazzjoni
fil-forma ta’ artiklu għall-istampa. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta
ma setgħetx tiġi verifikata u ma setgħetx tmeri s-sejbiet ta’
din l-investigazzjoni li d-deċiżjonijiet maniġerjali tal-kumpanija
kkonċernata kienu normali u prudenti jew li ma kellhom ebda impatt fuq
l-industrija sħiħa tal-Unjoni. Għaldaqstant,
id-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq ġew rifjutati. (311) Fin-nuqqas ta’ xi argument
ieħor f’dan ir-rigward, is-sejbiet kif stabbilit fil-premessi (220) u
(221) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. 3.14. Politiki oħrajn tal-gvern (312) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment biex jerġgħu jiġu kkunsidrati s-sejbiet stipulati
fil-premessa (222) tar-Regolament provviżorju, dawn huma kkonfermati. 3.15. Argumenti oħrajn (313) Parti interessata minnhom
iddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut
għall-iżvantaġġ tal-imgħoddi u n-nuqqas ta’
appoġġ politiku mill-Kummissjoni Ewropea fis-snin ta’ qabel. Din
il-parti ddikjarat ukoll li minbarra l-iskemi nazzjonali ta’ appoġġ,
anki l-popolazzjoni, il-PDG, il-konsum tal-elettriku, l-opportunitajiet ta’
finanzjament u l-kollegabbiltà mal-grilja huma fatturi importanti f’kull suq.
Madankollu, il-parti ta’ hawn fuq ma rnexxilhiex tissostanzja
d-dikjarazzjonijiet tagħha li għaldaqstant ġew rifjutati. (314) Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess
parti interessata tenniet li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni
kien dovut għall-iżvantaġġ preċedenti. Madankollu,
id-dikjarazzjoni la kienet analizzata u lanqas sostanzjata; u għalhekk
kellha tiġi rifjutata. 4. Valutazzjoni kumulattiva ta'
dawk il-fatturi l-oħrajn li nstabu li jikkontribwixxu għad-dannu (315) L-investigazzjoni wriet li
l-fatturi l-oħrajn li ġejjin jaf ikkontribwixxew għad-dannu:
Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajwan; Tnaqqis fil-livell
tal-FITs; Kuntratti tal-polisiliċju fit-tul ta' numru limitat ta'
produtturi tal-Unjoni; il-kriżi finanzjarja u ekonomika. (316) Kif intwera iktar 'il fuq
fit-taqsimiet 3.1 u 3.6 rispettivament, il-kontribuzzjoni possibbli
tal-importazzjonijiet mit-Tajwan u tal-kuntratti tal-polisiliċju fit-tul
ta' numru limitat ta' produtturi tal-Unjoni ma huma xejn iktar minn
marġinali, għaliex kwalunkwe impatt kompla jiġi dilwit
fil-katina tal-valur. (317) Fir-rigward tal-kriżi
finanzjarja u ekonomika, l-investigazzjoni wriet li r-raġuni ewlenija
għad-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni fl-aċċess
tal-kapital meħtieġ għall-investimenti kienet
l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping, li żammew
lill-industrija tal-Unjoni milli tbiegħ il-prodotti tagħha bi
prezzijiet profittabbli meta s-suq tal-Unjoni kien juri rati ta' tkabbir
b'saħħithom (2009-2011). (318) Rigward l-FIT, il-partijiet
terzi ma rnexxilhomx juru li l-livelli tal-FITs matul l-IP tant kienu jkunu
baxxi li kienu jżommu lill-produtturi tal-Unjoni milli jbiegħu
l-prodott ikkonċernat bi prezzijiet mhux dannużi. L-Istituzzjonijiet
huma tal-fehma li t-tnaqqis fil-livelli tal-FITs jista' jkun spjegat minn
tnaqqis fid-domanda, peress li l-investimenti f'ċerti postijiet ma
baqgħux vijabbli iktar. Madankollu, ma jistgħux ikissru r-rabta
kawżali, anki meħudin flimkien mal-fatturi l-oħrajn li nstabu li
jikkontribwixxu għad-dannu, għaliex kienu għadhom f'livell li
fih, fin-nuqqas tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping,
il-produtturi tal-Unjoni setgħu jbiegħu l-prodotti tagħhom bi
prezzijiet mhux dannużi. (319) Għaldaqstant, anki jekk
jiġi vvalutat l-effett kumulattiv tal-erba' fatturi l-oħrajn li
possibilment ikkontribwixxew għad-dannu, ir-rabta kawżali bejn
id-dumping u d-dannu ma titkissirx. 5. Konklużjoni dwar
il-kawżalità (320) L-effetti kollha tal-fatturi
tad-dannu minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping
ġew analizzati b'mod individwali u kollettiv. Għaldaqstant, huwa
konkluż li l-valutazzjoni kollettiva tal-fatturi kollha li seta' kellhom
impatt fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni
(jiġifieri importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, FITs, impatt ta'
prezzijiet ta' materja prima, kriżi finanzjarja) b'mod kollettiv jonqsu
milli jispjegaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni b'mod
partikolari f'termini ta' prezzijiet baxxi u telf finanzjarju minħabba
l-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi fi kwantitajiet
importanti tal-prodott ikkonċernat mill-PRC. Fuq il-bażi ta’ dan ta’
hawn fuq, is-sejbiet provviżorji kif stabbilit fil-premessi (223) sa
(224) tar-Regolament provviżorju li l-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta’ dumping mill-PRC ikkaġunaw dannu materjali lill-industrija
tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku
huma kkonfermati. F. L-INTERESS TAL-UNJONI 1. Kummenti preliminari (321) Wara
d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata minnhom iddikjarat li
l-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni ma kienx ibbażat fuq numru
rappreżentattiv ta’ operaturi. (322) Il-Kummissjoni
kkuntattjat lill-operaturi differenti bil-mod li ġej. (323) Importaturi mhux relatati: kif
imsemmi fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni
kkuntattjat lil kull wieħed mill-250 importatur mhux relatat li
għarrafha bihom l-ilmentatur u għażlet kampjun provviżorju
b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku biex tkopri
l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ importazzjonijiet li b’mod
raġonevoli setgħu jiġu investigati matul iż-żmien
disponibbli. Madankollu, kif stipulat fil-premessa (12) u (232) tar-Regolament
provviżorju, hija waħda biss mill-kumpaniji magħżulin b'mod
provviżorju li tabilħaqq, wara l-verifika, ikkonfermat li hija
importatur mhux relatat. Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju,
ħmistax-il importatur oħrajn mhux relatati, li għall-ewwel kienu
ssottomettew formola ta' kampjunar fl-istadju tal-bidu iżda li ma kinux
kampjunati, ġew mistiedna jikkooperaw iktar fl-investigazzjoni. Sitta
minnhom qablu u rċivew kwestjonarju, u ħamsa ssottomettew
tweġiba u tlieta minnhom tqiesu li kienu kompluti b'mod suffiċjenti.
Għaldaqstant, il-kampjun definittiv ta' importaturi mhux relatati jinvolvi
erba' importaturi mhux relatati, li jirrappreżentaw medda ta' 2 % sa 5 %
tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Fir-rigward ta' dak
il-perċentwal baxx, wieħed irid iżomm f'moħħu li
l-maġġoranza tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat
fl-Unjoni ma jseħħux permezz ta' importaturi mhux relatati, kif
spjegat fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju. (324) Operaturi
oħrajn minbarra importaturi mhux relatati (operaturi upstream u
downstream): kif imsemmi fil-premessa (226) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni
bagħtet ukoll kwestjonarji speċifiċi lil madwar 150 operatur
inklużi dawk l-importaturi mhux relatati li ressqu wara l-bidu
tal-investigazzjoni, li għalhekk kellhom l-opportunità li jipprovdu
d-dejta rilevanti lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, fl-investigazzjoni ma
ġewx ikkunsidrati biss it-tweġibiet għall-kwestjonarji iżda
anki kummenti u sottomissjonijiet verifikabbli u sostanzjati kif xieraq
ipprovduti mill-partijiet interessati fil-limiti tad-dati ta’ skadenza,
irrispettivament minn jekk dawn il-partijiet kinux wieġbu għall-kwestjonarju
jew le. B'mod partikolari, l-AFASE bagħtet lill-Kummissjoni kummenti
f'isem il-membri tagħha - operaturi PV li ġew analizzati wkoll. (325) Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn
fuq, inġabru biżżejjed elementi li ppermettew li ssir
valutazzjoni sinifikanti tal-interess tal-Unjoni. Għal dawn
ir-raġunijiet, l-argument ġie rifjutat. (326) Parti interessata minnhom
talbet lill-Kummissjoni sabiex tiċċara kif il-Kummissjoni ttrattat
il-kwestjonarji tal-importaturi li qieset li kienu sottomessi minn operaturi downstream.
(327) Bi tweġiba għal din
it-talba, iċċarat li s-36 tweġiba indikati
fil-premessa (241) tar-Regolament provviżorju kkonċernaw
tweġibiet għall-Anness B tal-Avviż tal-bidu, li l-iskop
tiegħu huwa li jieħu kampjun tal-importaturi mhux relatati, jekk
xieraq. (328) Dwar it-tweġibiet
għall-kwestjonarji taż-żewġ operaturi indikati
fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju, wieħed
ittieħed inkunsiderazzjoni fl-analiżi rilevanti tal-operaturi
downstream. It-tieni operatur issottometta iktar informazzjoni li żvelat
li, għall-kuntrarju ta’ dak li ntqal fil-premessa (12) tar-Regolament
provviżorju, filfatt kien importatur ta’ moduli iżda mhux importatur
ta’ ċelloli. Minkejja dan, l-informazzjoni pprovduta fit-tweġiba
tiegħu għall-kwestjonarju ma kinitx biżżejjed biex
tiddaħħal fl-analiżi tal-importaturi mhux relatati minħabba
l-fatt li t-tweġibiet ipprovduti kienu inkompluti. (329) Wara
l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, saru iktar żjariet
ta’ verifika fis-siti ta' żewġ żviluppaturi ta’ proġetti
(ara l-premessa (8) iktar 'il fuq). Minbarra dan, is-sitt tweġibiet
għall-kwestjonarji speċifiċi (ara l-premessa (324) minn
fornituri tas-servizzi attivi wkoll fis-settur PV (loġistika, trasport,
relazzjonijiet pubbliċi, eċċ), li għall-ewwel tqiesu mhux
kompluti biżżejjed (ara l-premessa 241 tar-Regolament
provviżorju) ġew analizzati u ttieħdu inkunsiderazzjoni
għall-fini ta’ din l-investigazzjoni (ara l-premessi (369) sa (371)
iktar ’l isfel). (330) Kollox ma' kollox, l-analiżi
tal-interess tal-Unjoni ssawret fuq l-informazzjoni li ġejja: –
it-tweġibiet għall-kwestjonarji
riċevuti minn tmien produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u erba' importaturi
mhux relatati fil-kampjun kif ukoll it-tweġibiet għall-kwestjonarji
speċifiku riċevut minn tmien operaturi upstream u tlettax-il operatur
downstream (seba' żviluppaturi ta' proġetti/installaturi; sitt
żviluppaturi/installaturi; sitt fornituri ta' servizzi attivi wkoll
fis-settur PV) minn 150 operatur li resqu wara t-tnedija u li rċivew
il-kwestjonarji speċifiċi; –
id-dejta verifikata matul il-verifiki fuq il-post
fil-bini ta' tmien produtturi, importatur mhux relatat, żewġ
operaturi upstream, ebra' operaturi downstream (żviluppaturi ta'
proġetti/installaturi) u assoċjazzjoni (ara l-premessa (17) tar-Regolament
provviżorju u l-premessa (8) iktar 'il fuq) –
id-dejta dwar l-interess tal-Unjoni sottomessa minn
partijiet interessati oħrajn, inklużi assoċjazzjonijiet, kif
ukoll dejta pubblikament disponibbli fuq l-evoluzzjoni tas-suq PV fl-Ewropa,
b'mod partikolari: EPIA’s Global Market Outlook for Photovoltaics 2013-2017 2. L-interess tal-industrija
tal-Unjoni (331) Uħud mill-partijiet
interessati kkontestaw li l-industrija tal-Unjoni setgħet tibbenefika minn
kwalunkwe miżura billi argumentaw li (i) il-miżuri ser ibaxxi
d-domanda għal prodotti PV fl-Unjoni u b’hekk l-industrija tal-Unjoni mhux
ser tkun tista’ żżid il-bejgħ tagħha, (ii) l-industrija
tal-Unjoni għandha faċilitajiet ta’ produzzjoni żgħar u
b’hekk mhijiex kapaċi tlaħħaq mad-domanda għal ċerti
tipi ta’ istallazzjonijiet bħal istallazzjonijiet kummerċjali kbar
immuntati fuq l-art u oħrajn fuq il-bejt, (iii) il-produtturi tal-Unjoni
mhumiex “bankabbli” (iv) l-impożizzjoni ta’ dazji fuq iċ-ċelloli
ser de facto żżid il-kost tal-produzzjoni tal-produtturi
tal-Unjoni ta’ moduli u jagħmilhom inqas attraenti għall-konsumaturi,
(v) fil-każ ta’ tnaqqis importanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi,
il-produtturi minn pajjiżi terzi oħrajn aktarx jisfruttaw
il-vantaġġ ta’ inqas importazzjonijiet mill-PRC. (332) Rigward id-dikjarazzjoni li
l-miżuri ser inaqqsu d-domanda għal prodotti PV fl-Unjoni u li b’hekk
l-industrija tal-Unjoni mhux ser jirnexxilha żżid il-bejgħ
tagħhom, huwa osservat li l-partijiet ma rnexxilhom jipprovdu ebda
evidenza verifikabbli dwar l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn l-impożizzjoni
ta’ miżuri u t-tnaqqis fid-domanda għal prodotti PV li wrew li matul
is-snin kienu influwenzati minn bosta fatturi. (333) Fi tweġiba
għad-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni għandha
faċilitajiet ta’ produzzjoni żgħar u li b’hekk mhijiex kapaċi
tlaħħaq mad-domanda għal ċerti tipi ta’ istallazzjonijiet
bħal istallazzjonijiet kummerċjali kbar immunitati fuq l-art u
oħrajn fuq il-bejt, ta’ min jinnota li l-investigazzjoni wriet li
l-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità li tforni kemm istallazzjonijiet
kummerċjali kif ukoll industrijali (bejn 40 KW u 1 MW) u l-istallazzjonijiet
tas-segment tas-suq tal-utilitajiet (1 MW u 10 MW). Barra minn hekk,
l-investigazzjoni ma żvelat ebda evidenza li l-prodotti forniti minn
manifatturi differenti setgħu jintużaw fl-istess proġett.
Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (334) L-argument li l-industrija
tal-Unjoni ma tibbenefikax mill-miżuri għaliex il-produtturi
tal-Unjoni mhumiex “bankabbli” u li l-fondi ta’ investimenti ma jkunux
aċċettati biex jiffinanzjaw proġetti li jużaw moduli li
saru fl-UE ma kienx sostanzjat. Xorta waħda huwa mistenni li
l-impożizzjoni ta’ miżuri ser treġġa’ lura
l-kundizzjonijiet lejn suq ekwu u dan għandu jserraħ ras
l-investituri, anki dawk mis-settur bankarju, rigward il-ħila li
l-produtturi tal-Unjoni jiżviluppaw proġetti vijabbli. Għal dawn
ir-raġunijiet, dan l-argument ġie rifjutat. (335) B’referenza
għad-dikjarazzjoni li l-impożizzjoni ta’ dazji fuq ċelloli ser
iżżid de facto l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi ta’
moduli tal-Unjoni u tagħmilhom inqas attraenti għall-konsumaturi,
filwaqt li mhuwiex eskluż li jista’ jkun hemm ċerta żieda
fil-prezzijiet wara l-impożizzjoni tad-dazji, għandu jiġi
kkunsidrat ukoll li s-sorsi disponibbli pubblikament jindikaw li x-xejra
tal-prezzijiet tal-moduli u ċ-ċelloli hija negattiva. B’hekk, anki
jekk il-kost taċ-ċelloli jaf jiżdied minħabba
l-miżuri, ix-xejra ġenerali ta’ tnaqqis tal-prezzijiet għandha
tirriżulta f’inqas kostijiet tal-moduli. Il-produtturi inkwistjoni jafu jiddeċiedu
wkoll li jġibu ċ-ċelloli tagħhom mill-Unjoni, u mhux iktar
mill-PRC. Fl-aħħar, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’
miżuri ser issaħħaħ l-użu tal-kapaċità
tal-produtturi taċ-ċelloli fl-Unjoni u b’hekk iżżid
l-ekonomiji tal-kobor tagħhom u b’konsegwenza ta’ dan jonqsu l-kostijiet.
Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. (336) L-argument
li f’każ ta’ tnaqqis sinifikanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi
wara l-impożizzjoni ta’ miżuri, huwa ferm probabbli li l-pajjiżi
terzi l-oħrajn jisfruttaw din is-sitwazzjoni iktar milli l-industrija
tal-Unjoni, ma kienx ikkonfermat mill-investigazzjoni. L-investigazzjoni ma
sabet ebda indikazzjoni ċara li l-pajjiżi terzi l-oħrajn
imbagħad jindirizzaw l-esportazzjonijiet tagħhom bil-qawwa lejn
is-suq tal-Unjoni, speċjalment jekk tittieħed inkunsiderazzjoni
l-probabbiltà ta’ espansjoni ta’ swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn,
speċjalment l-Asja, kif imbassar mis-sorsi disponibbli pubblikament.
Fl-aħħar, ma hemm ebda indikazzjoni li anki jekk l-importazzjonijiet
minn pajjiżi terzi oħrajn jiżdiedu minħabba tnaqqis
fl-importazzjonijiet miċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni mhijiex ser
tkun kapaċi tikkompeti mal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. (337) Bħala
tweġiba għad-divulgazzjoni finali, uħud mill-partijiet argumentaw
li mhuwiex realistiku li jkun mistenni li tfeġġ industrija
sostenibbli tal-Unjoni li timmanifattura moduli u ċelloli għaliex
l-ebda investitur razzjonali ma jinvesti fil-produtturi tal-Unjoni li
allegatament ibatu minn struttura tal-kostijiet xejn favorevoli u li
għaldaqstant ma jistgħux jipproduċu bi prezzijiet kompetittivi.
L-investigazzjoni ma kkonfermatx li l-industrija tal-Unjoni qed tbati minn
struttura tal-kostijiet mhux favorevoli, kif spjegat fil-premessi (202) u (203)
tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet li
kienu l-oġġett ta' dumping li huma nieqsin u l-użu
tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni b'rata ogħla għandhom
iġubu magħhom ekonomiji tal-kobor u jippermettu sabiex
tfeġġ industrija sostenibbli tal-Unjoni. Fid-dawl ta' dan ta' hawn
fuq, l-argument ġie rifjutat. (338) Parti minnhom argumentat li
d-domanda fl-Unjoni hija mmexxija mill-iżvilupp tal-FITs filwaqt li
r-redditu mistenni fuq l-investiment mill-investituri huwa marbut ma’ dan
l-iżvilupp. B’mod partikolari, din iddikjarat li jekk il-prezzijiet
jiżdiedu fl-Unjoni, minħabba d-dazji, u l-FITs ma jsegwux din
iż-żieda wkoll, id-domanda ser tonqos u l-industrija tal-Unjoni mhux
ser tibbenefika mid-dazji imposti. (339) Fi tweġiba
għad-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq, ta’ min jinnota li minkejja
l-korrelazzjoni bejn il-livell ta' FITs u d-domanda għal istallazzjonijiet
PV, l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni tindika li d-domanda futura
ser tkun dejjem inqas dipendenti fuq l-FITs u skemi ta’ appoġġ
oħrajn peress li l-grilja PV aktarx li tkun intlaħqet minn ċerti
tipi ta’ istallazzjonijiet f'bosta postijiet fl-Unjoni (ara l-premessa (260)
iktar ’il fuq). Barra minn hekk, ir-redditu mistenni fuq l-investiment
għandu jkun ibbażat fuq prezzijiet tas-suq ekwu. Fl-aħħar,
kif stipulat fil-premessa (335) iktar ’il fuq, filwaqt li mhuwiex
eskluż li jista’ jkun hemm ċerta żieda fil-prezzijiet wara
l-impożizzjoni tal-miżuri, ta’ min jinnota li sorsi disponibbli
pubblikament jindikaw li x-xejra ġenerali tal-prezzijiet hija negattiva. Għaldaqstant,
l-argument ġie rifjutat. (340) Il-partijiet interessati
indikaw li peress li d-domanda għall-pannelli solari hija motivata minn
skemi ta' appoġġ, b'mod partikolari FITs, u mil-livell tal-prezzijiet
tad-dawl għall-konsumatur finali (li jiddeterminaw il-parità tal-grilja),
l-elastiċità tal-prezzijiet tad-domanda jaf tkun ferm għolja. Filwaqt
li huwa minnu li żieda sinifikanti fil-prezzijiet tista' twassal għal
tnaqqis importanti fid-domanda minħabba l-għamla partikolari tas-suq
indikata minn dawk il-partijiet interessati, l-argument irid jiġi rifjutat
għaliex huwa ferm improbabbli li ż-żidiet tal-prezzijiet
ikkaġunati mill-miżuri ser ikunu importanti,
għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, is-sorsi kollha
disponibbli jikkonfermaw li t-tnaqqis importanti fil-prezzijiet
għall-prodott ikkonċernat matul l-IP u mill-IP sal-lum ser ikompli.
It-tieni, l-effett ekonomiku tal-impenn li ġie aċċettat
mill-Kummissjoni huwa li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ser ifornu
l-prodott ikkonċernat bi prezz minimu ta' importazzjoni ta' inqas minn 60
c/W, li huwa ferm inqas mill-prezz li kien osservat matul l-IP, b'volum li
jikkorrispondi għal tnaqqis b'mod sinifikanti, peress li dak il-livell
tal-prezz jiżgura domanda suffiċjenti kemm bil-livell attwali ta'
appoġġ ipprovdut minn skemi ta' appoġġ u bil-livelli
attwali ta' parità tal-grilja. Barra minn hekk, il-prezz tad-dawl
għall-konsumatur finali huwa mistenni jiżdied, filwaqt li l-prezz
tal-prodott ikkonċernat huwa mistenni jonqos. Permezz ta' formula ta'
indiċizzar, l-impenn jiżgura li t-tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet
tal-prodott ikkonċernat jittieħed f'kunsiderazzjoni fil-prezz minimu
ta' importazzjoni. Għaldaqstant, dawk l-argumenti jridu jiġu
rifjutati. (341) Bosta partijiet interessati
tennew li l-allegazzjoni li l-interess tal-industrija tal-Unjoni mhuwiex
sinifikanti peress li l-valur miżjud maħluq mill-industriji upstream
u downstream huwa ferm iktar importanti mill-valur miżjud maħluq
mill-industrija tal-Unjoni fil-katina tal-valur tal-PV. L-argument li l-bosta
segmenti fis-settur PV għandhom valur miżjud mhijiex ikkontestata. Kif
stipulat fil-premessa (228) tar-Regolament provviżorju,
l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu
materjali kkaġunat minn prattiki kummerċjali inġusti.
Tabilħaqq, uħud mill-produtturi tal-Unjoni diġà kienu
mġiegħla jieqfu u fin-nuqqas ta’ miżuri, jidher li żgur ser
ikun hemm iktar problemi. Peress li s-segmenti kollha fis-suq PV huma marbutin
ma' xulxin mill-qrib, l-għibien tal-produzzjoni tal-Unjoni jkun ta' dannu
għas-settur PV sħiħ u jagħmilha kompletament dipendenti fuq
provvista esternalizzata. Għaldaqstant, anki għal raġunijiet ta'
sigurtà tal-provvista, l-argument ġie rifjutat. (342) Bħala tweġiba
għad-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom tenniet
id-dikjarazzjoni li l-ogħla valur miżjud maħluq mill-industrija
upstream u downstream, meta mqabbla mal-industrija tal-Unjoni tal-prodott
ikkonċernat, huwa relevanti għal jekk għandhomx jiġu
imposti dazji antidumping. F'dan ir-rigward, huwa kkonfermat li
fil-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni, l-Istituzzjonijiet ibbilanċjaw
il-konsegwenzi pożittivi u negattivi li d-dazji jista' jkollhom fuq
il-bosta atturi ekonomiċi. Filwaqt li l-impatt fuq l-industrija upstream u
downstream huwa limitat, il-miżuri ser jagħtu lill-industrija
tal-Unjoni l-possibilità li jirkupraw minn dumping dannuż. (343) Parti minnhom ikkontestat
in-numru ta’ impjiegi li jkunu salvagwardjati mill-impożizzjoni ta’
miżuri. Din iddikjarat li l-industrija tal-Unjoni tħaddem madwar 6 000
ruħ, u mhux 25 000 kif irrapportat fil-premessa (229) tar-Regolament
provviżorju. (344) Madankollu
ma ġiet ipprovduta ebda evidenza biex issostni d-dikjarazzjoni ta’ hawn
fuq, u għalhekk twarrbet. Huwa ċċarat li fid-dawl
tal-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott, l-impjiegi
fl-industrija tal-Unjoni ammontaw għal madwar 21 000 impjegat matul
l-IP. Il-partijiet interessati ma pprovdew ebda prova li n-numru ta' impjegati fl-industrija
tal-Unjoni nbidel b'mod notevoli wara l-IP. (345) Bħala konklużjoni,
l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni batiet dannu materjali minħabba
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-PRC, hekk kif
ma setgħetx tirkupra l-investiment permezz ta’ bejgħ li jrendi
profitt. Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri ser
treġġa’ lura lejn kundizzjonijiet ta' kummerċ ġust fis-suq
tal-Unjoni, u dan ser jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tikkompeti
f’sitwazzjoni fejn kulħadd ikun indaqs. It-tnaqqis probabbli
fl-importazzjonijiet mill-PRC għandu jippermetti lill-industrija
tal-Unjoni żżid il-bejgħ tagħha fl-Unjoni u b’hekk
tuża aħjar il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni disponibbli
fit-terminu qasir. Min-naħa tiegħu, dan jista’ jġib ekonomiji
tal-kobor. Filwaqt li huwa possibbli li l-prezzijiet tal-prodott simili
jiżdiedu f’perjodu qasir ta’ żmien minħabba l-miżuri,
ix-xejra ġenerali ta’ tnaqqis fil-prezzijiet aktarx li tinżamm anki
peress li, min-naħa, ser ikun hemm it-tnaqqis ulterjuri fil-kost
tal-produzzjoni tal-prodott investigat, u, min-naħa l-oħra, il-pressjoni
kompetittiva mill-produtturi ta’ pajjiżi terzi, li jkunu qegħdin
jikkompetu wkoll fis-suq tal-Unjoni. (346) Fin nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment ieħor, il-premessi (227) u (231) tar-Regolament
provviżorju, bl-eċċezzjoni taċ-ċifra dwar l-impjiegi
msemmija fil-premessa (344) iktar 'il fuq, huma kkonfermati. 3. L-interess ta’ importaturi
mhux relatati (347) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, l-importatur mhux relatat li pprovda tweġiba
għall-kwestjonarju qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri
provviżorji u li tqies li jikkostitwixxi l-kampjun provviżorju ddikjara
li l-konklużjonijiet fir-rigward tal-impatt tal-miżuri fuq
l-importaturi mhux relatati kienu bbażati fuq it-tweġiba
tal-kwestjonarju tiegħu stess li għalhekk ma tistax titqies
bħala rappreżentattiva. (348) Ir-Regolament provviżorju
bbaża s-sejbiet tiegħu fir-rigward tal-importaturi mhux relatati fuq
kumpanija waħda peress li, kif spjegat fil-premessa (232) tar-Regolament
provviżorju, l-attività ewlenija ta’ wieħed biss mit-tliet
importaturi fil-kampjun provviżorju kienet tikkonsisti fin-negozjar
tal-prodott ikkonċernat. Kif iddikjarat iktar ’il fuq
fil-premessa (21) wara l-impożizzjoni ta’ miżuri
provviżorji, il-kampjun tkabbar, ġew ikkuntattjati iktar importaturi
mhux relatati u mill-ħames tweġibiet għall-kwestjonarji
riċevuti, tlieta biss kienu kompluti biżżejjed u minnhom
setgħet tinħareġ valutazzjoni sinifikanti. Għaldaqstant,
fl-istadju definittiv il-kampjun għal importazzjonijiet mhux relatati
ġie estiż sabiex jinkludi erba’ importaturi. B’mod ġenerali,
matul l-IP, l-attività tal-erba’ importaturi mhux relatati li kkooperaw
fil-kampjun, li għandha x’taqsam mal-prodott ikkonċernat varjat bejn
60 % u 100 % tan-negozju totali tagħhom. Barra minn hekk,
l-erba’ importaturi mhux relatati li kkooperaw akkwistaw mill-PRC bejn
16 % sa 100 % tal-importazzjonijiet ta’ moduli totali tagħhom,
b’wieħed biss jakkwista esklussivament mill-pajjiż ikkonċernat.
Il-profitabbiltà tal-erba’ importaturi mhux relatati li kkooperaw fil-kampjun,
li għandha x’taqsam mal-prodott ikkonċernat kienet, bħala medja,
ta’ 2.3 % fl-IP. (349) Parti interessata minnhom
argumentat li l-impatt tad-dazji fuq l-importaturi mhux relatati kien
sottovalutat peress li ma hemm ebda sors alternattiv immedjat ta’ provvista li
jista’ jieħu post l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott
ikkonċernat jekk jiġu imposti dazji u l-bidla ta’ sors tal-provvista
hija diffiċli fid-dawl tal-fatt li l-produzzjoni ewlenija hija
bbażata fil-PRC u dan ikun jinvolvi kostijiet addizzjonali sinifikanti. (350) F’dan ir-rigward, huwa mfakkar
li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma għandhiex tirriżulta
fl-għibien tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-PRC.
L-investigazzjoni indikat li t-tnaqqis possibbli tal-importazzjonijiet mill-PRC
ser jħalli b’mod partikolari impatt fuq dawk l-importaturi li jġibu
l-prodott ikkonċernat esklussivament mill-PRC, li huwa l-każ ta’
wieħed minn kull erba’ importaturi mhux relatati li kkooperaw biss.
Rigward l-impatt tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi
mhux relatati, ma kienx eskluż li dan jista’ jkun negattiv, iżda kien
konkluż li fil-parti l-kbira dan ser jiddependi fuq il-kapaċità
tagħhom li jibdlu s-sorsi tal-provvista jew li jgħaddu tal-inqas
parti miż-żieda possibbli fil-prezzijiet lill-klijenti tagħhom.
Għall-operaturi li jimportaw il-prodott anki minn sorsi oħrajn
minbarra l-PRC jew li jimportaw anki prodotti oħrajn minbarra l-prodott
ikkonċernat, l-impatt ser ikompli jiġi limitat. Għaldaqstant,
il-Kummissjoni tqis li għad li aktarx li jkun hemm impatt negattiv fuq
l-importaturi tal-prodott ikkonċernat, dan l-impatt, bħala medja, ser
jibqa' limitat. (351) Importatur mhux relatat minnhom
argumenta li jeħtieġ siegħat ta' xogħol u investiment
finanzjarji sinifikanti qabel jaċċetta l-prodotti ta’ fornitur
ġdid. F'dan ir-rigward, saret dikjarazzjoni bħala tweġiba
għad-divulgazzjoni finali li l-evidenza relevanti dwar ir-rekwiżit
ta' ttestjar twil li importatur irid jagħmel qabel jieħu
deċiżjoni li jimporta minn esportatur partikolari kienet ipprovduta lit-tim
ta' verifika meta saret iż-żjara fuq il-post. (352) Huwa rikonoxxut li
l-istabbiliment ta' relazzjoni ġdida bejn importatur u fornitur jista'
jinvolvi kostijiet addizzjonali u investiment ta' żmien (eż.
fl-ittestjar tal-prodott). Fl-istess ħin, il-bidla tal-fornituri tidher li
hija riskju normali kkalkolat fl-attività professjonali ta' importatur u hija
relatata mal-fatt li s-suq PV qed jimmatura u b'hekk għaddej minn bidliet
kostanti (eż. falimenti, konsolidazzjonijiet) li jeħtieġu l-bdil
ma' fornituri ġodda. Barra minn hekk, jista' jiġi supponut li tipi
ġodda ta' moduli li jilħqu s-suq fuq bażi kostanti (li fihom,
eż. karatteristiċi ġodda ta' effiċjenza) jeħtieġu
ttestjar ukoll. F'dan ir-rigward, l-ittestjar ta' prodott ġdid (anki
mill-istess fornitur) donnu standard u mhux xi attività mhux tas-soltu.
Għaldaqstant, l-argument huwa rifjutat. (353) Bħala tweġiba
għad-divulgazzjoni finali, żewġ partijiet tennew
id-dikjarazzjoni tagħhom li l-interess tal-importaturi mhux relatati ma
tqiesx kif xieraq. Parti minnhom iddikjarat li n-nuqqas tal-verżjoni mhux
kunfidenzjali tat-tweġibiet għall-kwestjonarji mill-importaturi
addizzjonali li kkooperaw ma ppermettiex li ssir valutazzjoni xierqa
mill-partijiet. Xeħtet dubju fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward
il-possibilità li jiżdiedu l-importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi
oħrajn lejn l-Unjoni u b'hekk l-importaturi jkunu jistgħu jibdlu
l-fornituri tagħhom, fuq il-bażi tal-allegazzjoni li swieq terzi
sejrin tajjeb ħafna. Għal dan l-għan, il-parti ddikjarat li
t-tali suppożizzjoni tikkontradixxi l-konklużjonijiet fil-premessa (336),
li argumentat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma
jkunux enormi. Parti oħra ddubitat kemm il-Kummissjoni rrispettat
il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni peress li l-produtturi tal-Unjoni
ngħataw iktar prominenza fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni meta mqabbla
mal-operaturi l-oħra. (354) L-ewwel nett, huwa kkonfermat
li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet
għall-kwestjonarji riċevuti wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament
provviżorju mill-importaturi addizzjonali li kkooperaw kienet inkluża
fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. It-tieni, ma
hemmx kontradizzjoni bejn is-suppożizzjoni li l-importazzjonijiet minn
pajjiżi terzi oħrajn jistgħu jiżdiedu bħala
tweġiba għal inqas importazzjonijiet mill-PRC u li t-tali żieda
ma għandhiex tkun enormi fid-dawl tad-domanda dejjem ikbar għal istallazzjonijiet
PV madwar id-dinja. Fl-istess ħin, peress li l-industrija tal-Unjoni hija
mistennija terġa' tieħu ċerta parti mis-sehem tas-suq li qabel
kienet tal-prodotti mill-PRC, ma jistax jiġi eskluż li se jkun hemm
ċertu telf fin-negozju għal importaturi mhux relatati. Madankollu,
huwa osservat li d-daqs ġenerali tas-suq PV huwa mistenni jkompli jikber
fit-tul, peress li l-parità tal-grilja tintlaħaq f'dejjem iktar postijiet.
Fl-aħħar, huwa ċċarat li, bħal fl-investigazzjonijiet
kollha ta' difiża tan-negozju, filwaqt li s-sitwazzjoni tal-industrija
tal-Unjoni ġiet ivvalutata sabiex jiġi stabbilit jekk ġarrbitx
dannu materjali minħabba l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett
ta' dumping, fil-kuntest tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni, ġie
vvalutat l-interess tal-industrija tal-Unjoni fuq bażi ndaqs
bħall-atturi ekonomiċi l-oħrajn, inklużi l-importaturi mhux
relatati. Huwa ċċarat ukoll li l-investigazzjoni dwar jekk
l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali hija rregolata b'mod
partikolari mill-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku li jistabbilixxi
l-istandards minimi tat-tali investigazzjoni. L-interess tal-Unjoni huwa
analizzat biss ladarba ssir determinazzjoni pożittiva tad-dumping
dannuż skont l-istandards stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament
bażiku. Minħabba dan, ġie konkluż li l-impatt negattiv
probabbli tal-miżuri fuq ċerti importaturi, b'mod partikolari dawk li
jġibu l-prodott esklussivament mill-PRC, ma kienx jegħleb
il-benefiċċji tal-miżuri għall-industrija tal-Unjoni u
l-benefiċċji fit-terminu medju u fit-tul għas-suq PV tal-Unjoni
li jinkisbu minn kompetizzjoni leali. (355) Fin-nuqqas ta' xi kumment
ieħor, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkopri l-erba' importaturi
fil-kampjun, ġew ikkonfermati l-premessi (233) u (234) tar-Regolament
provviżorju. 4. L-interess ta' operaturi
upstream (356) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, bosta partijiet tennew id-dikjarazzjoni li sehem kbir
mill-kontributi fil-katina tal-valur PV ġej mill-Unjoni u li din
is-sitwazzjoni vantaġġuża tista’ tintemm jekk
jiddaħħlu dazji peress li l-produzzjoni fil-PRC tal-prodott
ikkonċernat ser tonqos minħabba d-dazju. Bħala tweġiba
għad-divulgazzjoni finali, parti minnhom indikat li l-miżuri f'dan
il-każ jistgħu jġibu magħhom miżuri oħrajn, li
l-PRC tista' timponi fuq il-prodotti tal-Unjoni. (357) F’dan
ir-rigward, kif stipulat fil-premessa (239) tar-Regolament
provviżorju, l-importazzjonijiet Ċiniżi huma mistennija jkomplu
jfornu s-suq tal-Unjoni anki bid-dazji fis-seħħ. Barra minn hekk,
bosta sorsi pubblikament disponibbli fis-settur PV, bħall-EPIA’s Global
Market Outlook for Photovoltaics 2013-2017, ibassru li t-tiċkin possibbli
fid-domanda fl-Unjoni għandu jseħħ biss fit-terminu qasir
(fl-2013 u l-2014) peress li l-konsum fl-Unjoni ser ikompli jiżdied
fis-snin ta’ wara. Barra minn hekk, kif konkluż fil-premessa (239) tar-Regolament
provviżorju, l-indirizzar ta’ prattiki kummerċjali inġusti
aktarx li jippermetti sabiex jinbena tkabbir sostenibbli fis-suq PV fl-Unjoni
fit-terminu medju sa twil, li minnu għandhom jibbenefikaw l-operaturi
kollha fl-Unjoni. Fl-aħħar, rigward l-argument dwar ir-ritaljazzjoni
possibbli tal-PRC bħala tweġiba għall-miżuri f'dan il-każ,
huwa mfakkar li l-PRC, bħal kwalunkwe membru ieħor tad-WTO, tista'
tirrikorri għal investigazzjonijiet ta' difiża tan-negozju biss
f'ċirkustanzi ġġustifikati u kwalunkwe investigazzjoni bħal
din trid tikkonforma mar-regoli stretti tad-WTO. Il-Kummissjoni tissorvelja
kwalunkwe investigazzjoni bħal din biex tara li jkunu rrispettati r-regoli
tad-WTO. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat. (358) Uħud mill-partijiet
ikkontestaw il-konklużjoni fil-premessa (239) tar-Regolament
provviżorju li t-tnaqqis fl-esportazzjonijiet tal-operaturi upstream PV
tal-Unjoni lejn il-PRC jista’ jiġi kkumpensat minn esportazzjonijiet lejn
swieq oħrajn billi argumentaw li d-dazji ser inaqqsu d-domanda
għall-prodott madwar id-dinja. (359) F’dan
ir-rigward, l-ewwel nett ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet
Ċiniżi mhumiex mistennija jieqfu għal kollox minħabba
d-dazji. Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni
ma stabbilixxiet ebda korrelazzjoni diretta bejn l-iżvilupp tal-importazzjonijiet
mill-PRC fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjonijiet mill-PRC lejn swieq
oħrajn. Minbarra dan, sorsi disponibbli pubblikament, bħall-EPIA’s
Global Market Outlook for Photovoltaics 2013-2017, ibassru li s-suq PV madwar
id-dinja ser jikber fis-snin li ġejjin. F’dak li għandu x’jaqsam
mas-suq Ċiniż, hemm indikazzjonijiet li l-konsum domestiku fil-PRC
ser jiżdied b’mod sostanzjali (eż. kif indikat mill-EPIA). Fid-dawl
ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-esportazzjonijiet tal-operaturi upstream
tal-Unjoni lejn il-PRC mhumiex mistennija jonqsu b’mod sinifikanti
minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri. (360) Ta’ min jinnota wkoll li
t-tiċkin tad-domanda fl-Unjoni fl-2013 u l-2014 imsemmi
fil-premessa (357) iktar 'il fuq jista’ jħalli impatt negattiv fuq
l-operaturi upstream. Madankollu, dan ma jistax ikun marbut, tal-inqas mhux
fil-parti l-kbira tiegħu, mad-dazji hekk kif kien previst ferm qabel
l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji. Barra minn hekk, rigward
il-produtturi tal-Unjoni ta’ makkinarju għall-industrija PV, kif intqal
ukoll fil-premessa (239) għar-Regolament provviżorju,
minħabba l-kapaċità sostanzjali żejda fil-PRC, huwa improbabbli
li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-PRC jistgħu jiżdiedu
b’mod sinifikanti anki fix-xenarju li l-produtturi Ċiniżi jżidu
l-volum ta’ produzzjoni tagħhom. Fl-aħħar, l-informazzjoni
miġbura matul l-investigazzjoni indikat li anki l-produtturi
tal-makkinarju jistgħu jintlaqtu mit-12-il pjan ta’ ħames snin
taċ-Ċina għall-Industrija Solari Fotovoltajka li jipprevedi li
sal-2015, 80 % tat-tagħmir tal-manifattura
għaċ-ċelloli għandu jiġi mill-PRC. Diment li din
il-bidla tinkiseb skont ir-regoli tad-WTO, din tista' tkompli tillimita l-possibilità
li l-manifatturi ta' makkinarju fl-Unjoni jikkompetu fis-suq Ċiniż. Għaldaqstant,
l-argument ta’ hawn fuq ġie rifjutat. (361) Bħala tweġiba
għad-divulgazzjoni finali, il-GOC argumenta li t-12-il pjan ta' ħames
snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari joffri biss xi prinċipji
ġenerali ta' gwida li mhumiex vinkolanti peress li ma hemm ebda
setgħa ta' infurzar prevista, u li għalhekk ma għandux jitqies
bħala indikazzjoni li l-possibilità ta' manifatturi ta' makkinarju
fl-Unjoni sabiex jikkompetu fis-suq Ċiniż ser tkun limitata. F'dan
ir-rigward, huwa osservat li l-GOC inkluda l-industrija PV fost l-industirji
strateġiċi fit-12-il pjan ta' ħames snin u ħareġ ukoll
pjan speċifiku għall-industrija fotovoltajka solari. F'dan il-pjan,
il-GOC esprima l-appoġġ tiegħu għal“impriżi
superjuri” u “impriżi ewlenin”, ħa l-impenn li “jippromwovi
l-implimentazzjoni ta' bosta politiki ta' appoġġ għas-settur
fotovoltajku”, u “jsawwar it-tħejjija ġenerali tal-politiki
ta' appoġġ fuq l-industrija, il-finanzjament, it-tassazzjoni …”. Barra
minn hekk, peress li l-pjan fih direttivi essenzjali x'jintlaħqu
mill-industrija Ċiniża matul il-perjodu ta' ħames snin, dan
għandu impatt profond fuq l-ambjent kummerċjali, kemm fi ħdan
il-PRC kif ukoll f'pajjiżi li għandhom kummerċ mal-PRC. Wara li
jitqiesu dawn ta' hawn fuq, hemm indikazzjonijiet ċari li l-libertà
tal-għażla tal-manifatturi Ċiniżi ta' ċelloli u
l-pressjoni kompetittiva tal-produtturi tal-Unjoni tat-tagħmir ta'
manifattura li jesportaw lejn is-suq Ċiniż hija ristretta mill-pjan.
Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat. (362) Produttur minnhom tal-materja
prima li kkoopera kkontesta l-prospett ta’ kumpens ta’ swieq oħrajn
għat-tnaqqis fil-produzzjoni mis-suq Ċiniż, fid-dawl
tal-kapaċità ta’ produzzjoni istallata sostanzjali fil-PRC, li mhux
faċli tinbena xi mkien ieħor. (363) Fid-dawl
tal-konklużjonijiet fil-premessa (359) iktar 'il fuq, dan l-argument
twarrab peress li ma hemm ebda indikazzjoni tal-allegat tnaqqis fil-produzzjoni
fis-suq Ċiniż. (364) Parti interessata minnhom
ikkontestat in-numru ta’ impjegati fis-settur upstream ikkwotat fil-premessa (236)
tar-Regolament provviżorju. (365) Huwa ċċarat li
n-numru ta’ 4 200 impjegat irrapportati fir-Regolament provviżorju
jirreferi biss għall-operaturi upstream li kkooperaw, bħal
manifatturi tat-tagħmir u fornituri tal-polisiliċju, fuq il-bażi
tat-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, u mhux
għas-settur sħiħ. (366) Wara l-esklużjoni
tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott, il-produtturi fl-Unjoni ta’ dan il-prodott
xorta għandhom jibbenefikaw mill-impożizzjoni ta’ dazji, peress li
l-industrija tal-Unjoni hija mistennija żżid il-produzzjoni tagħha
ta’ ċelloli u moduli. (367) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment ieħor, il-premessi (235) u (240) tar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 5. L-interess tal-operaturi
downstream (368) Kif
stipulat fil-premessa (329) iktar ’il fuq, wara l-impożizzjoni ta’
miżuri provviżorji, saru iktar żjarat ta’ verifika għand
żewġ żviluppaturi ta’ proġetti. (369) Minbarra
s-seba' tweġibiet għall-kwestjonarji tal-operaturi downstream li
l-attività tagħhom hija direttament relatata mal-prodott simili (l-iktar
l-iżviluppaturi ta' proġetti u l-installaturi), li l-analiżi
tagħhom ikkostitwixxiet il-bażi għall-valutazzjoni tal-operaturi
downstream fir-Regolament provviżorju, sitt
tweġibiet addizzjonali għall-kwestjonarji sottomessi fl-istadju
provviżorju u meqjusa mhux kompluti kif suppost (ara l-premessa (241)
għar-Regolament provviżorju) komplew jiġu analizzati peress li
pprovdew indikazzjonijiet dwar l-importanza relattiva tal-attività tagħhom
relatata mal-PV meta mqabbla mal-attività totali. (370) Is-sitt
operaturi kkonċernati addizzjonali kienu fornituri ta’ servizzi fis-settur
PV (loġistika, trasport, relazzjonijiet pubbliċi, eċċ.) u
b'hekk huma operaturi li l-attività tagħhom mhijiex direttament relatata
mal-prodott investigat. Minkejja ċerti nuqqasijiet fit-tweġibiet, id-dejta
fil-kwestjonarji wriet li l-attività relatata mal-PV ta’ dawn l-operaturi
kienet marġinali meta mqabbla mal-attività totali tagħhom.
Tabilħaqq, matul l-IP, l-attività relatata mal-PV kienet
tirrappreżenta bħala medja madwar 5 % biss mill-fatturat totali
tagħhom u 8 % tal-impjiegi totali tagħhom. Bħala medja,
il-profittabbiltà kienet ta’ madwar 7 %. Madankollu, huwa osservat li
d-dejta dwar il-profittabbiltà ma kinitx kompluta, peress li mhux l-operaturi
kollha rrapportaw fuq din l-entrata. (371) Fuq
il-bażi tal-analiżi ulterjuri, ġie konkluż li fid-dawl
tad-dejta pprovduta, kwalunkwe impatt possibbli tal-miżuri fuq
is-sitwazzjoni ekonomika tal-fornituri ta’ servizzi fis-settur PV aktarx li
mhuwiex ser ikun sinifikanti. (372) Wara d-divulgazzjoni provviżorja
u finali, bosta partijiet ikkontestaw ir-rappreżentattività tad-dejta li
tikkonċerna l-operaturi downstream fuq il-fatturat, il-profittabbiltà u
l-impjiegi miġbura mill-Kummissjoni mit-tweġibiet
għall-kwestjonarji ta’ seba’ operaturi downstream. L-AFASE ssottomettiet
“stħarriġ” imwettaq fost il-membri tagħha (installaturi) biex
turi li għall-maġġoranza tal-installaturi, in-negozju PV
jikkostitwixxi sors primarju ta’ dħul. L-AFASE kompliet tallega li
l-operaturi downstream, b’mod partikolari l-installaturi, għall-kuntrarju
tas-sejbiet stipulati fil-premessa (242) tar-Regolament provviżorju
jagħmlu biss marġni ta’ profitt b’figura waħda li ma
jippermettix assorbiment ta’ xi dazju. (373) Rigward
ir-rappreżentattività tad-dejta użata fir-Regolament provviżorju,
il-Kummissjoni użat id-dejta kollha pprovduta minn dawk l-operaturi
downstream li mlew il-kwestjonarju speċifiku, kif ukoll
is-sottomissjonijiet ipprovduti mill-AFASE, kif spjegat fil-premessa (330) iktar
'il fuq. (374) Fir-rigward
tad-dikjarazzjoni li n-negozju PV jikkostitwixxi sors primarju tad-dħul
għall-installaturi, analiżi ulterjuri tat-tweġibiet
għall-kwestjonarju sottomessi mill-operaturi downstream (installaturi u
żviluppaturi ta' proġetti) ikkonfermat li l-attività direttament
relatata mal-prodott simili investigat kienet tirrappreżenta medja ta'
madwar 42 % tal-attività totali ta' dawn l-operaturi u l-profittabilità
laħqet medja ta' 11 %. Madankollu, meta jittieħdu
f'kunsiderazzjoni l-attivitajiet tagħhom ukoll (mhux direttament relatati
mal-prodott investigat), l-importanza ġenerali tagħhom tiżdied
b'mod sostanzjali għal tlieta mis-seba' operaturi. B'hekk, il-proporzjon
korrispondenti varja minn madwar 45 % sa 100 % matul l-IP. Barra minn hekk, għas-seba'
operaturi (installaturi u żviluppaturi ta' proġetti)
il-profittabilità tal-attività PV inklużi l-attivitajiet mhux direttament
marbutin mal-prodott investigat ikunu jammontaw għal medja ta' 9%. F'dak
li għandu x'jaqsam mal-impjiegi, l-attività PV, inklużi
l-attivitajiet mhux direttament marbutni mal-prodott investigat, tkun tammonta
għal madwar 660 xogħol full-time fl-IP għas-seba' operaturi. Minbarra
proġetti u istallazzjonijiet PV, dawn l-operaturi kienu attivi wkoll f'istallazzjonijiet
tal-enerġija mir-riħ u l-produzzjoni ta' tagħmir elettriku. (375) Jitqies li kwalunkwe impatt
tal-miżuri fuq l-operaturi downstream irid ikun ivvalutat primarjament fuq
l-attività tagħhom direttament marbuta mal-prodott investigat li fl-IP
laħqet profittabilità medja ta' 11 %. Madankollu, anki jekk issir
kunsiderazzjoni fuq il-bażi tal-attività PV ġenerali mhux direttament
relatata mal-prodott investigat, il-konklużjonijiet ikunu simili għal
dik li saret fl-istadju provviżorju peress li, b'mod ġenerali,
il-bosta fatturi meħudni f'kunsiderazzjoni, jiġifieri
l-profittabilità u l-possibilità ta' assorbiment ta' parti mid-dazju, ma
jvarjawx wisq (il-profittabilità tonqos minn medja ta' 11 % għal medja
ta' 9 %). Bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, parti
minnhom li l-Kummissjoni wettqet żjara ta' verifika għandha kkontestat
ir-rappreżentattività tal-konklużjoni dwar il-profittabilità
tal-installaturi u l-iżviluppaturi, li, f'dak li għandu x'jaqsam
magħha, allegatament kient ibbażata biss fuq tranżazzjoni
waħda. Dan l-argument twarrab peress li l-Kummissjoni kkalkolat
il-profittabilità tal-operaturi downstream fuq il-bażi tad-dejta kollha
sottomessa mill-operaturi downstream fit-tweġibiet tagħhom
għall-kwestjonarji. (376) Rigward l-istħarriġ
konkluż mill-AFASE fost il-membri tagħha, l-ewwel nett huwa osservat
li l-operaturi kollha kellhom l-opportunità li jgħarrfu bil-preżenza
tagħhom fil-bidu tal-investigazzjoni u jwieġbu
għall-kwestjonarju speċifiku mfassal għall-operaturi downstream
li jitlob l-informazzjoni neċessarja għall-valutazzjoni tal-impatt
tad-dazji fuq dawn l-operaturi. It-tieni, l-identità tal-installaturi ma kinitx
ipprovduta fl-istħarriġ, u dan ma ppermettix li ssir verifika ta’,
pereżempju, ir-rilevanza u l-affidabbiltà tad-dejta pprovduta. It-tielet,
filwaqt li numru ta’ mistoqsijiet li saru f’dan l-istħarriġ kien
jikkonċerna l-kapaċità tal-installaturi sabiex jassorbu d-dazji
possibbli, l-istħarriġ kien nieqes minn kwalunkwe referenza
għall-profitt li sar minn dawn l-installaturi fl-IP, u b’hekk ma kellux
element importanti għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-miżuri.
Konsegwentement, ma setgħet tinħareġ ebda konklużjoni
importanti mill-istħarriġ ipprovdut. (377) Għadd
ta’ partijiet ikkontestaw il-konklużjonijiet fil-premessi (247) u
(250) tar-Regolament provviżorju li l-impjiegi fis-segment downstream ser
ikunu affettwati b’mod negattiv fit-terminu qasir u li l-impatt ġenerali
ser ikun negattiv iżda biss sa ċertu limitu fid-dawl tal-fatt li
s-suq PV fl-Unjoni huwa mbassar li jikber fit-terminu medju u twil. Uħud
mill-partijiet komplew jiddikjaraw li b’mod partikolari l-installaturi, li jiddependu
mill-istallazzjonijiet PV, ser ibatu mit-tnaqqis fid-domanda. (378) It-telf
possibbli ta’ impjiegi li jirriżulta mill-impożizzjoni tad-dazji
kompla jiġi analizzat. F’termini ġenerali, l-informazzjoni miġbura
matul l-investigazzjoni kkonfermat li s-settur downstream kien qiegħed
jara telf ta’ impjiegi minħabba t-tiċkin tad-domanda għall-istallazzjonijiet
PV fl-Unjoni ta’ madwar 5 GW bejn l-2011 u l-2012, kif diġà stipulat
fil-premessa (246) tar-Regolament provviżorju. Dan it-telf ta’
impjiegi ma jistax ikun marbut mal-miżuri peress li dawn irriflettew
evoluzzjoni tas-suq. Barra minn hekk, fl-2013 u l-2014 huwa previst tiċkin
ulterjuri tad-domanda u aktarx li dan ser jirriżulta f’iktar telf ta’
impjiegi fis-settur PV. B’mod simili, it-tali evoluzzjoni tad-domanda tbassret
minn ċentri kbar ta’ riċerka bħall-EPIA qabel il-bidu
tal-investigazzjoni u għaldaqstant, it-tali telf ta’ impjiegi ma jistax
ikun attribwit għall-impożizzjoni ta’ miżuri. (379) L-industrija
tal-Unjoni ppreżentat studju mill-konsulent PriceWaterHouseCoopers (“PWC”)
dwar l-impatt possibbli tal-miżura fuq l-impjiegi relatati mal-PV.
L-istudju ta’ PWC jirreferi għal studju li sar qabel minn konsulent
ieħor, Prognos, li bassar telf ta’ ħafna impjiegi fis-suq PV
minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri, li kien sottomess mill-AFASE
qabel l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji u li kien indirizzat
fil-premessi (243) sa (246) tar-Regolament provviżorju. L-istudju ta’
PWC ikkritika l-istudju ta’ Prognos li indika l-fatt li t-telf totali ta’
impjiegi stmat minn Prognos fil-fatt kien jaqbeż in-numru totali ta’
impjiegi PV eżistenti fl-Unjoni. Rigward l-impatt tad-dazji fis-suq
tal-Unjoni, PWC laħqet konklużjonijiet li jmorru kontra ta’ dawk ta’
Prognos, billi bassret impatt nett pożittiv fuq l-impjiegi fl-Unjoni u li
l-benefiċċji huma ikbar mill-effetti negattivi possibbli tad-dazji
(eż. fuq id-domanda). Fid-dawl tan-nuqqas ta’ argumenti sostanzjati
ġodda fuq l-impatt tal-miżuri fuq l-impjiegi fis-settur downstream,
il-konklużjonijiet fil-premessi (247) sa (250) tar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. (380) L-AFASE argumentat li
l-Kummissjoni ma ddivulgatx is-sors tal-marġni ta’ żball ta’
20 % għall-impjiegi diretti relatati mal-PV ikkalkolat għall-2011
u msemmi fil-premessa (245) tar-Regolament provviżorju. (381) Dan il-marġni ta’
żball ta’ 20 %, li jista’ japplika ’l fuq jew ’l isfel, beda jidher
matul iż-żjara ta’ verifika għand EPIA. Dan juri d-diffikultà
biex jiġu vvalutati ċifri preċiżi fuq l-impjiegi fis-settur
downstream peress li hemm biss ftit sorsi, li spiss jikkontradixxu lil xulxin,
għall-ġbir ta’ dejta. (382) Bħala
tweġiba għad-divulgazzjoni finali, uħud mill-partijiet
iddikjaraw li l-analiżi tal-Kummissjoni ma tkellmitx dwar il-fatt li d-dazji
ser ikomplu jżidu biss mat-telf ta' impjiegi li jirriżulta min-numru
mnaqqas ta' istallazzjonijiet PV wara l-2011. Kien argumentat li t-tali telf
ta' impjiegi, b'mod partikolari fis-settur downstream, huwa marbut mill-qrib
mal-fatt li l-installaturi PV jiddependu fuq l-istallazzjonijiet solari. Barra
minn hekk, l-AFASE maqdret lill-Kummissjoni għaliex ma qisitx kif xieraq
l-istħarriġ li għamlet fost il-membri tagħha u
stħarriġ simili li sar minn Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Solari
fir-Renju Unit, li allegatament urew it-tali dipendenza. (383) Rigward l-allegat silenzju
tal-Kummissjoni dwar l-impatt tad-dazji fuq l-impjiegi, issir referenza
għall-premessi (377) u (379) iktar 'il fuq, fejn id-dikjarazzjonijiet dwar
l-impatt tal-miżuri fuq l-impjiegi fis-settur PV huma indirizzati u fejn
huwa rikonoxxut li huwa minnu li l-impjiegi fis-settur downstream jafu jkunu
affettwati fit-terminu qasir minħabba l-miżuri. (384) Fir-rigward
tal-istaħrriġ li sar mill-AFASE u l-Assoċjazzjoni
tal-Kummerċ Solari fir-Renju Unit, bħala tweġiba
għad-divulgazzjoni finali, ġiet ipprovduta l-identità tal-kumpaniji
li ħadu sehem fl-intervista. Madankollu, l-istħarriġijiet kien
għad fihom nuqqasijiet, peress li pereżempju ċerti
tweġibiet ma kinux sħaħ. L-analiżi tal-istħarriġ
uriet dan li ġej. Rigward l-istħarriġ mill-AFASE, l-ewwel huwa
osservat li l-maġġoranza tal-50 installatur li wieġbu
għall-intervista ddikjaraw li huma esklussivament attivi fis-suq PV. 15
mill-50 installatur iddikjaraw li huma attivi wkoll f'attivitajiet oħrajn
mhux relatati mal-PV bħat-tisħin, l-istallazzjonijiet elettriċi,
u r-riħ sa ċertu punt. Fil-każ tal-istħarriġ tar-Renju
Unit, 21 mill-31 kumpanija tar-Renju Unit li wieġbu għall-intervista
kellhom attivitajiet oħrajn minbarra dawk relatati mal-PV. Dan ir-riżultat
juri li fir-rigward ta' kważi nofs l-iżviluppaturi ta' proġetti
u l-installaturi, is-sejba stipulata fil-premessa (247) tar-Regolament
provviżorju dwar il-ħila li jwettqu attivitajiet oħrajn
bħal installazzjonijiet elettriċi u tat-tisħin, plumbing u istallazzjonijiet
ta' enerġiji ekoloġiċi oħrajn, hija korretta. Madankollu,
huwa rikonoxxut li din il-ħila jaf teżisti sa ċertu punt inqas
minn dak supponut fir-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, l-impatt
ta' mitigazzjoni tagħha fuq it-telf tal-impjiegi jaf hija inqas importanti
minn dak li kien supponut fil-bidu. It-tieni, uħud mill-operaturi
fl-istħarriġ tal-AFASE u l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Solari
tar-Renju Unit kienu qed jużaw prodotti mill-Unjoni u uħud jipprevedu
li ser jixtru prodotti mhux Ċiniżi wara l-miżuri biex jevitaw
żieda fil-prezzijiet. B'hekk, id-dipendenza tagħhom fuq
l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-impatt tal-miżuri huma mistennija
jonqsu peress li jkunu jistgħu jaċċessaw prodotti mill-Unjoni. It-tielet,
l-istima tal-impatt tal-miżuri fuq in-negozji tal-operaturi kollha
fl-istħarriġ ma ppermettietx li jinħarġu
konklużjonijiet sodi peress li l-valutazzjoni tagħhom kienet ferm
varjata. Uħud mill-kumpaniji saħansitra lanqas ma setgħu
jivvalutaw dan l-impatt. Ir-raba', anki t-tweġibiet għall-mistoqsija
dwar in-numru tal-proġetti PV li huma f'riskju ta' kanċellazzjoni f'każ
ta' dazji varjaw minn 'mhux għoli' għall-'proġetti kollha'
fl-istħarriġ tar-Renju Unit. Uħud mill-operaturi ma rnexxilhomx
jagħmlu stima. Fl-aħħar, iż-żewġ
stħarriġijiet ma staqsewx dwar il-profittabilità tal-operaturi
ekonomiċi intervistati, mistoqsija importanti għall-valutazzjoni
tal-assorbiment possibbli taż-żieda fil-prezz, jekk isseħħ,
minħabba d-dazju. (385) Partijiet oħrajn
iddikjaraw li mhux faċli għall-installaturi biex jibdlu l-attivitajiet
tagħhom jew jeqilbu għal istallazzjonijiet tal-enerġija
ekoloġika oħrajn minħabba t-teknoloġiji u l-għarfien
ferm differenti involut. Għaldaqstant, jekk ikunu imposti d-dazji, dawn
ikollhom jgħalqu. Wara d-divulgazzjoni finali, din
id-dikjarazzjoni ttenniet minn parti interessata minnhom, li argumentat li
l-installaturi investew riżorsi sostanzjali fl-ispeċjalizzazzjoni PV,
bħal taħriġ speċifiku, xi ħaġa li turi li
jagħfsu l-iktar fuq is-settur PV u li mhux lakemm jaqbdu u jibdlu
għal attivitajiet oħrajn. (386) Dan l-argument mhuwiex
sostanzjat biżżejjed peress li ma ntweriex x'għarfien
preċiż ikollu bżonn jikseb installatur u kemm hu diffiċli u
kemm jiswa biex tiksbu. Xorta waħda, l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu li
l-installaturi żviluppaw għarfien speċifiku
għall-installazzjoni ta' moduli PV. Madankollu, l-iżvilupp ta' dan
l-għarfien huwa relattivament riċenti u jżid mal-kompetenza
primarja tal-installaturi li tkun fl-istallazzjonijiet elettriċi jew
tat-tisħin, plumbing, eċċ. Żviluppa wkoll bħala
tweġiba għal prattika inġusta, jiġifieri l-influss enormi
ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-PRC.
Indipendenti mill-ħiliet speċjalizzati tal-impjegati
tal-installaturi, l-argument irid jiġi kkunsidrat b'mod parallel mal-analiżi
li saret fil-premessi (378) u (382) iktar 'il fuq dwar is-sitwazzjoni
tal-impjiegi fis-settur downstream li fit-terminu qasir jaf tkun impattata
b'mod negattiv iżda li, bis-saħħa tal-kummerċ sostenibbli,
twassal għal żieda fl-impjiegi tal-installaturi fit-terminu medju sa
twil. Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat. (387) Bosta partijiet ikkontestaw
l-argument dwar il-ħila tal-operaturi downstream sabiex jassorbu parti
miż-żieda possibbli fil-prezzijiet imsemmija fil-premessa (247) tar-Regolament
provviżorju. Barra minn hekk, dan l-argument ma kienx sostanzjat
biżżejjed u b'hekk ma setgħetx issir valutazzjoni dwar kemm din
l-allegazzjoni kienet preċiża. Kif intqal fil-premessa (374) iktar
'il fuq, il-profittabilità tal-operaturi downstream li kkooperaw relatata
direttament mal-prodott ikkonċernat ġiet ivvalutata għal medja
ta' madwar 11 % li tagħti lok għall-possibilità li l-operaturi
inkwistjoni jassorbu tal-inqas b'mod parzjali żieda fil-prezzijiet, jekk
ikun hemm waħda. F'dan il-kuntest, huwa mfakkar kif imsemmi fil-premessa (335)
iktar 'il fuq li x-xejra ġenerali tal-prezzijiet hija 'l isfel. Għaldaqstant,
l-argument huwa rifjutat. (388) Bħala tweġiba
għad-divulgazzjoni finali, uħud mill-partijiet tennew
id-dikjarazzjoni tar-riskju serju ta' tiċkin tad-domanda għal
prodotti solari fl-Unjoni minħabba l-miżuri, li skont dawn
il-partijiet hija raġuni għal kontra l-miżuri. Parti minnhom
argumentat li l-enerġija solari bħalissa għandha elastiċità
għolja tal-prezzijiet tad-domanda u anki żieda limitata fil-prezz ta'
prodotti solari tirriżulta f'tiċkin qawwi fid-domanda. Din il-parti
stmat li dazju antidumping fil-medda ta' 30 % jaf ikompli jċekkem
id-domanda bi 8 GW filwaqt li dazju ta' 50 % iċekken id-domanda b'10 GW. Fuq
l-istess nota, l-AFASE rreferiet għal studju li sar minn analist tas-suq,
li jipprevedi wkoll tiċkin tad-domanda li jasal sa 2GW fl-2013 wara dazju
ta' 50 %, u b'hekk tiċkin fuq skala ferm iżgħar. (389) Għad li l-partijiet
issottomettew xenarji ta' tiċkin differenti matul l-investigazzjoni
minbarra dawk imsemmijin iktar 'il fuq, ma kienx fihom riżultati
paragunabbli. Filwaqt li ma jistax ikun eskluż li d-dazji jafu
jirriżultaw f'tiċkin tad-domanda għal istallazzjonijiet PV,
il-kwantifikazzjoni tat-tali effett diffiċli tiġi stabbilita fid-dawl
tal-bosta elementi li jinfluwenzaw l-attraenza tal-istallazzjonijiet PV
fl-Unjoni (ara pereżempju l-premessa (258) tar-Regolament provviżorju).
Barra minn hekk, anki li kieku kellu jseħħ it-tali tiċkin fit-terminu
qasir, il-benefiċċji fit-terminu medju u twil li jirriżultaw
huma mistennija jkunu ikbar mill-impatt negattiv fit-terminu qasir. Finalment,
l-AFASE stess irrikonoxxiet li l-valutazzjoni tar-rabta diretta bejn id-domanda
u d-dazji tkun disponibbli biss ladarba d-dazji jidħlu fis-seħħ.
Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat. (390) Fin-nuqqas ta' xi kumment
ieħor, il-premessi (243) u (250) tar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. Is-sejbiet fuq is-sitt fornituri tas-servizzi li għalihom
l-attività relatata mal-PV tikkostitwixxi biss sehem żgħir
tal-attivitajiet usa' tagħhom (ara l-premessa (370) iktar 'il fuq) ma
jibdlux il-konklużjoni li tinsab fil-premessa (250) tar-Regolament
provviżorju u lanqas id-distinzjoni tal-attività PV mhux direttament
relatata mal-prodott ikkonċernat tas-seba' żviluppaturi ta'
proġetti/installaturi msemmijin fil-premessa (374). 6. L-interess tal-utenti
finali/konsumaturi (391) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, uħud mill-partijiet tennew l-argument li d-dazji
jżidu l-prezz tal-prodott ikkonċernat. B’konsegwenza ta’ dan, ikun hemm
tnaqqis fid-domanda għal istallazzjonijiet PV peress li jsiru għoljin
wisq għall-konsumaturi u mhux attraenti biżejjed
għall-investituri l-oħrajn. (392) Kif
diġà ntqal fil-premessa (335) iktar ’il fuq, anki jekk jista’ jkun
hemm żieda temporanja fil-prezzijiet minħabba l-impożizzjoni ta’
miżuri, ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet hija negattiva kif
ikkonfermat minn bosta sorsi pubbliċi. Filwaqt li diffiċli
tikkwantifika ż-żieda possibbli eżatta fil-prezzijiet li
tirriżulta mill-miżuri u tiċkin possibbli konsegwenti
tad-domanda, jitfakkru bosta elementi. L-ewwel nett, il-prodott investigat
jikkostitwixxi sa 50 % tal-kost totali ta’ istallazzjoni PV u
għalhekk, id-dazju jista’ jkun assorbit tal-inqas f’parti minnu. It-tieni,
il-kompetizzjoni tal-industrija tal-Unjoni mal-produtturi ta’ pajjiżi
terzi, diġà preżenti fis-suq tal-Unjoni, aktarx li żżomm
il-prezzijiet baxxi. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni għandu
jirnexxilha tikseb riżultati finanzjarji aħjar bis-saħħa
tal-ekonomiji tal-kobor li jirriżultaw minn użu aħjar
tal-impjanti ta’ produzzjoni u t-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni. It-tielet,
id-domanda għal istallazzjonijiet PV mhijiex korrelatata biss mal-livelli
tal-prezzijiet tal-prodott investigat iżda anki mal-livell tal-FITs. Fil-livelli
baxxi ta’ domanda ta’ żmienna, meta mqabbla ma’ dawk miksuba fl-2011 u
l-IP, huma mistenni li l-FITs ma jonqsux tant malajr bħal fil-perjodu
kkunsidrat, u dan għandu jippermetti li jkun hemm investiment kontinwu fi
proġetti PV. Għalhekk, l-argument ġie rifjutat. (393) Bħala tweġiba
għad-divulgazzjoni finali, parti minnhom ikkontestat ir-raġunar ta'
hawn fuq. Iddikjarat li x-xejra tal-prezzijiet li niżlin ma tistax tibqa'
wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Il-parti fakkret li l-miżuri
jirrappreżentaw żieda ferm importanti fil-kostijiet li ma tistax
titpaċa bis-sħiħ minn tnaqqis fil-kost u jew importazzjonijiet
mill-pajjiżi terzi. Barra minn hekk, ittenna li l-industrija tal-Unjoni
mhijiex ser tkun tiflaħ tidħol f'investimenti ġodda f'impjanti u
makkinarju u l-operaturi downstream ftit li xejn jistgħu jassorbu jekk
il-profitt tagħhom huwa ta' 11 %. Finalment, ma hemmx evidenza li
tissuġġerixxi li l-FITs jistgħu jikkumpensaw iż-żieda
fil-prezzijiet. (394) Huwa mfakkar li
għall-kuntrarju ta' din id-dikjarazzjoni, mhuwiex mistenni li
ż-żieda fil-prezzijiet li tirriżulta mill-miżuri tista'
titpaċa bis-sħiħ, iżda li żieda temporanja
fil-prezzijiet wara l-miżuri hija possibbli (ara l-premessa (247) tar-Regolament
provviżorju). Tabilħaqq, it-tali żieda fil-prezzijiet jaf
tirriżutla mid-differenza fil-livelli ta' prezzijiet bejn il-prezzijiet
Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping u l-prodotti mhux
Ċiniżi. Iżda l-informazzjoni miġbura matul
l-investigazzjoni tippermetti li jiġi ddikjarat li ż-żieda
eventwali fil-prezzijiet jaf tkun assorbita f'parti minnha minn numru ta'
fatturi fid-dawl tal-profitti fis-settur downstream fil-livell ta' 11 %. Finalment,
rigward id-dikjarazzjoni li ma hemm ebda evidenza li tissuġġerixxi li
l-FITs jafu jikkumpensaw iż-żieda fil-perzzijiet, huwa
raġonevoli li jiġi supponut li l-FITs ser jiġu
aġġusatti maż-żmien skont l-iżvilupp tal-prezzijiet
għall-proġetti. (395) Parti minnhom iddikjaraw li
fil-fatt, minn Marzu 2013, il-prezzijiet tal-moduli żdiedu
b’20 % fl-Ewropa u li hemm nuqqas kbir ta’ ħażniet mill-2013.
L-argument ma kienx sostanzjat u għall-kuntrarju, is-sorsi ta'
informazzjoni pubblika jikkonfermaw stabilità relattiva tal-prezzijiet
fit-tieni trimestru tal-2013. Anki li kieku dik l-informazzjoni kienet korretta,
tkun tirrifletti biss il-fatt li wara r-reġistrazzjoni
tal-importazzjonijiet, ir-riskju ta' dazju antidumping possibbli ddaħħal
fil-prezz. Għaldaqstant l-argument ġie rifjutat. (396) Parti oħra ddikjarat li
l-proġetti PV ma jiġġenerawx redditu għal investitur jekk
it-tnaqqis fl-FITs mhuwiex korrelatat mal-ispejjeż tal-proġetti li
qegħdin jonqsu, inkluż il-prezz tal-moduli, peress li
jirrappreżentaw sehem importanti mill-kostijiet fi proġett
partikolari. Għal dan l-għan, kien iddikjarat li d-dazji jixħtu
f’periklu l-vijabbiltà ta’ ħafna proġetti PV peress li jżidu
l-prezz. (397) Kif stipulat
fil-premessa (335) iktar ’il fuq, ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet
taċ-ċelloli u l-moduli hija negattiva. Barra minn hekk, l-importanza
tal-FITs fir-rigward tas-suq qiegħda tonqos hekk kif f’bosta reġjuni
aktarx li tintlaħaq il-parità tal-grilja. Għal dawn
ir-raġunijiet, l-argument li l-prezz tal-moduli PV jista’ jkollu impatt
negattiv fuq il-proġetti PV inkluża l-kwistjoni tal-vijabbiltà
tagħhom ġie rifjutat. (398) Parti interessata minnhom
ipprovdiet mudellar intern biex turi li l-vijabbiltà ta’ ħafna
proġetti PV kienet ipperikolata li kieku jiġu applikati d-dazji. (399) Dan l-immudellar ma ppermettix
li ssir kwantifikazzjoni xierqa dwar kemm tista’ tonqos l-attraenza
tal-investiment fl-istallazzjonijiet PV (eż. ir-redditu fuq l-investiment)
f’każ ta’ prezzijiet ogħla taċ-ċelloli u l-moduli. Minkejja
dan, is-suppożizzjoni li xi dazju jingħadda bis-sħiħ fuq
l-utenti finali jew il-konsumaturi, użata fit-tali mmudellar, hija
improbabbli fid-dawl tal-marġnijiet ta’ profitt eżistenti
tal-operaturi downstream. Barra minn hekk, deċiżjoni ta’ investiment
mhijiex ibbażata biss fuq il-prezz ta’ moduli iżda tiddependi wkoll
fuq ħafna fatturi oħrajn inkluża, fost l-oħrajn
l-eżistenza ta’ qafas ġenerali favorevoli għall-istallazzjonijiet
PV f’pajjiż partikolari, il-livell ta' appoġġ rispettivament tal-prezz
tad-dawl (għal parità tal-grilja). Għaldaqstant, dan l-argument kellu
jiġi rifjutat. (400) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kumment ieħor, il-premessi (252) u (254) tar-Regolament
provviżorju huma kkonfermati. 7. Argumenti oħrajn (401) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, ittenna l-argument li l-industrija tal-Unjoni mhijiex
kapaċi tforni s-suq tal-Unjoni u li l-PRC biss għandha
l-kapaċità li tforni s-suq tal-Unjoni. (402) Id-dikjarazzjoni ġiet indirizzata
fil-premessa (256) tar-Regolament provviżorju. Anki jekk issir
suppożizzjoni iktar konservattiva dwar il-kapaċità ta’ produzzjoni
tal-Unjoni (ara l-premessa (183) iktar ’il fuq), il-kapaċità
konġunta ta’ riżerva tal-Unjoni u l-pajjiżi terzi tkun
biżżejjed biex tikkomplimenta fit-terminu qasir it-tnaqqis potenzjali
fl-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, fit-terminu
medju, huwa raġonevoli li jiġi supponut li l-industrija tal-Unjoni
ser tespandi l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha sabiex tilqa’
għad-domanda li ser tippermettilha tilħaq ekonomiji tal-kobor, li
min-naħa tagħhom ser jippermettu tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet.
Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat. (403) Uħud mill-partijiet tennew
l-argument dwar id-diffikultà fl-ilħuq tal-miri tal-2020 tal-Kummissjoni
dwar l-enerġija ekoloġika jekk jiddaħħlu dazji. Dan
l-argument diġà ġie indirizzat fil-premessi (257) sa (259)
tar-Regolament provviżorju, u għalhekk, fin-nuqqas ta’ xi element
ieħor, il-premessi (257) u (259) tar-Regolament provviżorju huma
kkonfermati. 8. Konklużjoni dwar
l-interess tal-Unjoni (404) Fid-dawl ta’ dan li ntqal iktar
’il fuq, il-valutazzjoni fil-premessi (260) sa (261) tar-Regolament
provviżorju hija kkonfermata. (405) Għaldaqstant, ma hemm ebda
raġuni valida kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi fuq
l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-PRC. G. MIŻURI ANTIDUMPING
DEFINITTIVI (406) Fid-dawl
tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, id-dannu,
il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti
miżuri antidumping definittivi sabiex jiġi evitat milli jiġi
kkaġunat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet
li huma l-oġġett ta’ dumping. 1. Livell ta’ eliminazzjoni
tad-dannu (407) Għall-fini ta’
determinazzjoni tal-livell ta’ dawn il-miżuri, ittieħdu
f’kunsiderazzjoni l-marġnijiet tad-dumping misjuba u l-ammont ta’ dazju
neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-produtturi
tal-Unjoni, bla ma jinqabżu l-marġnijiet tad-dumping misjuba. (408) Wara d-divulgazzjoni
provviżorja, parti interessata minnhom ikkontestat il-marġni ta’
profitt ta’ 10 % użat biex jiġi kkalkolat il-livell ta’
eliminazzjoni tad-dannu billi ddikjarat li dan il-livell kien għoli wisq għal
din l-industrija fiċ-ċirkustanzi kurrenti tas-suq u ntuża kemm
għall-moduli kif ukoll għaċ-ċelloli. Huwa osservat li
l-parametru legali biex jiġi ddeterminat il-profitt qabel it-taxxa
għall-fini ta’ kalkolu tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu huwa jekk
it-tali profitt jinkisibx raġonevolment f’ċirkustanzi normali ta’
kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ dumping. Skont
il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, dan il-profitt huwa dak
realizzat fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri qabel
iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.
Għalhekk, il-profitt fil-mira kien aġġustat għal 8 %
fuq il-bażi tal-profitt medju peżat realizzat mill-industrija
tal-Unjoni fl-2009 u l-2010 għall-moduli u ċ-ċelloli meta kienu
jrendu profitt. (409) Wara d-divulgazzjoni finali, l-industrija
tal-Unjoni ddikjarat li l-profittabilità tas-sena 2010 għandha
tintuża bħala l-livell tal-profittabilità li l-industrija tal-Unjoni
setgħet raġonevolment tikseb fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta' dumping minflok il-marġni tal-profitt medju
tas-snin 2009 u 2010. F'dan ir-rigward, kien argumentat li, il-profittabilità
fl-2009 ma kinitx biżżejjed u ċ-ċirkustanzi fis-sentejn
kienu differenti b'mod ċar minħabba b'mod partikolari l-iżvilupp
fil-konsum fl-2010 li taffa l-effetti tad-dumping f'dik is-sena. F'dan
ir-rigward, ta' min jinnota li mhuwiex relevanti jekk il-marġni medju
tal-profitt li sar mill-industrija tal-Unjoni kienx 'suffiċjenti' meta
jiġi ddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu. Kif diġà
ddikjarat fil-premessa (264) tar-Regolament provviżorju, il-livell ta'
eliminazzjoni tad-dannu għandu jkun ibbażat fuq il-profitt li jista'
raġonevolment jinkiseb fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta' dumping. Hija l-prattika tal-Awtoritajiet Investigattivi
li jqisu li dan il-livell intlaħaq fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Peress
li f'dan il-każ l-industrija tal-Unjoni għamlet telf fir-rigward
tal-bejgħ ta' ċelloli fil-bidu tal-perjodu meqjus fl-2009, din il-metodoloġija
ma kinitx adattata u tqies iktar affidabbli li d-determinazzjoni tal-livell ta'
tneħħija tad-dannu tkun ibbażata fuq il-marġni medju
tal-profitt tal-ewwel u t-tieni sena tal-perjodu kkunsidrat. F'dan ir-rigward,
tqies ukoll li huwa irrelevanti li ċ-ċirkustanzi kienu differenti
f'dawn is-sentejn. (410) Parti oħra tenniet li
għandhom ikunu stabbiliti profitti fil-mira differenti għall-moduli u
ċ-ċelloli, peress li l-profittabilità ta' dawn it-tipi ta' prodotti
wriet xejriet differenti matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li l-indikaturi
ntwerew b'mod separat għal kull tip ta' prodott, il-konklużjonijiet
milħuqin għal kull indikatur jirreferu għall-prodott investigat
bħala wieħed uniku. Huwa mfakkar li l-moduli u ċ-ċelloli
huma prodott wieħed uniku u għalhekk, il-marġnijiet ta' dumping
u l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kienu stabbiliti fuq din il-bażi. (411) Barra minn hekk, il-kampjun
rivedut tal-kostijiet ta' wara l-importazzjoni tal-importaturi mhux relatati
(modifikat għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (21)) kellhom
impatt fuq il-marġnijiet tad-dannu kkalkolati. Fl-aħħar,
il-marġnijiet kollha tal-bejgħ nieqes kienu affettwati
mill-korrezzjoni tal-prezzijiet CIF, l-esklużjoni tal-wejfers u l-profitt
ġdid fil-mira. (412) Parti minnhom argumentat li
l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien iffokat fuq is-suq ta’
livell għoli, bħas-settur residenzjali/kummerċjali
żgħir, li kien jattira FITs ogħla u ssuġġerixxiet li
għalhekk, il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għandu
jiġi aġġustat kif suppost. Ta’ min jinnota li din
id-dikjarazzjoni ma għandhiex tkun deċiżiva għall-kalkolu
tal-marġni tad-dannu, peress li l-investigazzjoni wriet li l-produtturi
tal-Unjoni ma kinux profittabbli. (413) Fin-nuqqas ta’ kummenti
oħrajn dwar il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, il-metodoloġija
spjegata fil-premessi (263) sa (266) tar-Regolament provviżorju hija
kkonfermata. 2. Miżuri definittivi (414) Fid-dawl
tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, id-dannu,
il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni u b’konformità mal-Artikolu 9(4)
tar-Regolament bażiku, huwa meqjus li l-miżuri antidumping
definittivi għandhom ikunu imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli jew
pannelli PV tas-siliċju kristallin u ċ-ċelloli tat-tip użat
f’moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin, li joriġinaw jew jiġu
konsenjati mill-PRC fl-inqas livell tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu
misjuba, skont ir-regola tal-inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju
għandha tkun stabbilita kif suppost fil-livell tal-marġnijiet
tad-dannu misjuba. (415) Huwa osservat li saret
investigazzjoni antisussidji b’mod parallel mal-investigazzjoni antidumping.
Fid-dawl tal-użu tar-regola tal-inqas dazju u l-fatt li l-marġnijiet
tas-sussidju definittivi huma inqas mil-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu,
huwa meqjus xieraq li jiġi impost dazju kompensatorju definittiv
fil-livell tal-marġnijiet ta’ sussidju definittiv stabbiliti u
mbagħad jiġi impost dazju antidumping definittiv sal-livell rilevanti
ta’ eliminazzjoni tad-dannu. Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq,
ir-rata li biha t-tali dazji jkunu imposti hija stabbilita kif ġej: Kumpanija || Marġni tas-sussidju || Marġni tad-dumping || Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu || Dazju kompensatorju || Dazju antidumping Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd Changzhou Youze Technology Co. Ltd; Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd; Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd || 3,5 % || 90,3 % || 48,2 % || 3,5 % || 44,7 % Delsolar (Wujiang) Ltd || de minimis || 111,5 % || 64,9 % || 0,0 % || 64,9 % Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd || 11,5 % || 91,9 % || 58,2 % || 11,5 % || 46,7 % JingAo Solar Co. Ltd Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd Hefei JA Solar Technology Co. Ltd Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd || 5,0 % || 97,5 % || 56,5 % || 5,0 % || 51,5 % Jinko Solar Co. Ltd Jinko Solar Import and Export Co. Ltd ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD || 6,5 % || 88,1 % || 47,7 % || 6,5 % || 41,2 % Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd || 6,4 % || 53,8 % || 33,7 % || 6,4 % || 27,3 % RENESOLA ZHEJIANG LTD RENESOLA JIANGSU LTD || 4,6 % || 88,1 % || 47,7 % || 4,6 % || 43,1 % Wuxi Suntech Power Co. Ltd Suntech Power Co. Ltd Wuxi Sun-Shine Power Co. Ltd Luoyang Suntech Power Co. Ltd Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd || 4,9 % || 73,2 % || 46,3 % || 4,9 % || 41,4 % Yingli Energy (Ċina) Co. Ltd Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd || 6,3 % || 93,3 % || 41,8 % || 6,3 % || 35,5 % Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping (bl-eċċezzjoni tal-kumpaniji soġġetti għad-dazju residwu fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni antisussidji parallel (UE) Nru XXX/2013) [17] (Anness I) || 6,4 % || 88,1 % || 47,7 % || 6,4 % || 41,3 % Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping, soġġetti għad-dazju residwu fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni antisussidji parallel (UE) Nru XXX/2013) (Anness II) || 11,5 % || 88,1 % || 47,7 % || 11,5 % || 36,2 % Il-kumpaniji l-oħra kollha || 11,5 % || 111,5 % || 64,9 % || 11,5 % || 53,4 % (416) Ir-rati tad-dazju antidumping
tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew
stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni.
Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni
fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. B’hekk, dawn ir-rati tad-dazju
(għall-kuntrarju tad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli
għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma applikabbli b’mod esklussiv
għal importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw mill-PRC u prodotti
mill-kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija.
L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn xi kumpanija
oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan
ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati
ma’ dawk imsemmija b’mod speċifku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn
ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju
applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. (417) Wara d-divulgazzjoni, il-GOC argumenta
li r-rata medja peżata tad-dazju għall-kumpaniji elenkati fl-Anness I
u l-Anness II tikser il-Ftehim Antidumping tad-WTO, peress li allegatament hija
bbażata fuq il-medja peżata tad-dazji kkalkolati b'mod separat
għall-produtturi esportaturi ta' ċelloli u moduli fil-kampun. Madankollu,
din il-valutazzjoni hija żbajata. Għall-produtturi esportaturi
fil-kampjun, ġiet ikkalkolata rata tad-dazju uniformi għall-esportazzjonijiet
kollha tagħhom tal-prodott ikkonċernat – u l-maġġoranza
tal-produtturi esportaturi ma esportawx ċelloli u moduli. Għaldaqstant,
il-valutazzjoni li d-dazji kienu kkalkolati b'mod separat għall-produtturi
esportaturi ta' ċelloli u moduli hija żbaljata, u b'hekk l-argument
ma jistax jintlaqa'. (418) Jekk l-esportazzjonijiet minn
waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati individwali inqas tad-dazju
jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni
tal-miżuri kkonċernati, it-tali żieda fil-volum tista’ titqies
li tikkostitwixxi fiha nfisha bidla fil-mudell tan-negozju minħabba l-impożizzjoni
ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament
bażiku. Fit-tali ċirkustanzi u diment li jkunu ssodisfati
l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni.
Din l-investigazzjoni, fost l-oħrajn, tista’ teżamina l-bżonn
tat-tneħħija tar-rati individwali tad-dazju u l-impożizzjoni
konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu. (419) Minn hawn ’il quddiem,
kwalunkwe dikjarazzjoni li titlob applikazzjoni ta’ rata individwali ta’ dazju
antidumping (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’
entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew bejgħ) għandha tkun
indirizzata lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod
partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta
mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u esportat assoċjat ma’,
pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’
produzzjoni u bejgħ. Jekk xieraq, imbagħad dan ir-Regolament
jiġi emendat kif suppost billi tiġi aġġornata l-lista ta’
kumpaniji li jibbenefikaw minn rati individwali ta’ dazju antidumping. (420) Sabiex jiġi żgurat
trattament indaqs bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpaniji li
jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness I u
l-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandu jsir provvediment
għad-dazju medju peżat impost fuq il-kumpaniji msemmija
l-aħħar sabiex jiġi applikat fuq kwalunkwe esportatur ġdid
li f’każ ieħor ikun intitolat għal analiżi skont
l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. (421) Il-miżuri huma imposti
sabiex il-produtturi fl-Unjoni jkunu jistgħu jirkupraw mill-effett
dannuż tad-dumping. Meta jkun hemm xi żbilanċ inizjali bejn
il-benefiċċju potenzjali għall-produtturi fl-Unjoni u l-kost
għall-operaturi ekonomiċi l-oħrajn fl-Unjoni, dan
l-iżbilanċ jista’ jkun ikkumpensat permezz ta’ żieda u/jew bidu
mil-ġdid tal-produzzjoni fl-Unjoni. (422) Madankollu, ix-xenarju previst
ta’ produzzjoni miżjuda fl-Unjoni jista’ ma jkunx konformi
mal-iżvilupp tas-suq f’dan is-suq volatili. Kif indikat
fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju, il-konsum ta’ moduli
fl-Unjoni żdied b’264 % bejn l-2009 u l-2011, sabiex jonqos bi
43 punti perċentwali matul il-perjodu ta’ 6 xhur bejn l-2011 u
l-IP. Il-volatilità tinħass saħansitra iktar meta tħares lejn
il-perjodu 2006-2011, fejn il-konsum tal-Unjoni ta’ moduli żdied minn
inqas minn 1 GW sa kważi 20 GW jew żieda ta’ madwar
2000 % f’temp ta’ ħames snin biss. Din il-volatilità hija mistennija
tibqa’, u tbassir ippubblikat minn assoċjazzjonijiet kummerċjali juri
differenzi ta’ 100 % u iktar bejn ix-xenarji differenti anki
għall-perjodu tat-terminu medju tal-2014-2015. (423) Għal dawn
ir-raġunijiet, jitqies xieraq li, f’ċirkustanzi
eċċezzjonali bħal dawn, id-durata tal-miżuri tiġi
limitata għal perjodu ta’ sentejn biss. (424) Dan
il-perjodu għandu jkun biżżejjed sabiex il-produtturi fl-Unjoni
jżidu u/jew jerġgħu jibdew il-produzzjoni tagħhom, filwaqt
li fl-istess ħin ma jipperikolax wisq is-sitwazzjoni ta’ operaturi
ekonomiċi oħrajn fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-perjodu ta’ sentejn ser
ikun l-iktar wieħed xieraq biex jiġi analizzat jekk
l-impożizzjoni ta’ miżuri tabilħaqq kellux l-effett li jżid
il-produzzjoni Ewropea u b’hekk jibbilanċja l-effetti negattivi fuq
operaturi ekonomiċi oħrajn fl-Unjoni. (425) Wara d-divulgazzjoni finali, prodottur
tal-Unjoni minnhom qajjem l-argument li d-durata limitata ta' sentejn hija
qasira wisq biex jirkupra mid-dannu mġarrab. Barra minn hekk, kien
argumentat li durata ta' sentejn ma tippermettix lill-produtturi tal-Unjoni
sabiex jippreżentaw pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju għas-sena
finanzjarja attwali u li jmiss. F'dan ir-rigward, huwa osservat li d-durata
tal-miżuri hija sa Diċembru 2015, li għandha tkun
biżżejjed sabiex il-produtturi tal-Unjoni jippreżentaw pjanijiet
ta' direzzjoni tan-negozju sal-2015. (426) Barra minn hekk, il-produttur
tal-Unjoni ma kkontestax ir-raġunijiet li għalihom id-durata kienet
limitata għal sentejn, b'mod partikolari l-volatilità tas-suq.
Il-produttur anki apprezza b'mod espliċitu reviżjoni f'każ li
l-miżuri jkollhom bżonn jinbidlu minħabba sitwazzjoni differenti
fis-suq. Peress li l-probabilità ta' bidla fiċ-ċirkustanzi tas-suq fi
żmien sentejn tabilħaqq hija għolja f'dan is-suq volatili,
jitqies xieraq li l-miżuri jkunu limitati għal sentejn mill-bidu nett. (427) Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur
argumenta li sentejn mhumiex biżżejjed biex jinvesti fil-produzzjoni,
filwaqt li rrefera għall-premessa (424) iktar 'il fuq. Madankollu, minħabba
l-kapaċità ta' riżerva sostanzjali tal-industrija tal-Unjoni,
żieda fil-produzzjoni tista' tintlaħaq permezz ta' użu
aħjar tal-kapaċitajiet eżistenti ta' produzzjoni, li
għandha tkun fattibbli mingħajr investimenti importanti addizzjonali. (428) L-ilmentatur kompla jargumenta
li impożizzjoni tad-dazji antidumping definittivi għal perjodu ta'
sentejn mhijiex biżżejjed sabiex l-Industrija tal-Unjoni tirkupra
mill-effetti dannuża tad-dumping fl-imgħoddi. Madankollu,
l-impożizzjoni ta' dazji antidumping ma tistax tħares biss lejn
l-interessi tal-Unjoni waħedha, iżda trid tibbilanċja l-benefiċċji
potenzjali għall-produtturi fl-Unjoni u l-kost għal operaturi
ekonomiċi oħrajn fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, tinżamm
id-deċiżjoni li l-miżuri jkunu limitati għal sentejn. (429) Il-partijiet kollha kienu
informati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi
tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi rakkomandata
l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet
ta’ moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin u ċ-ċelloli
tat-tip użat f’moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin, li
joriġinaw jew jiġu konsenjati mill-PRC u l-ġbir definittiv
tal-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju provviżorju (divulgazzjoni
finali). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu
jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. (430) Il-kummenti bil-fomm u
bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu
meta kien xieraq. 3. Retroattività (431) Fir-rigward tal-applikazzjoni
retroattiva possibbli tal-miżuri antidumping, iridu jiġu evalwati
l-kriterji stipulati fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 10(4)(b),
kriterju importanti minnhom li jrid ikun issodisfat huwa li hemm “żieda
oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet” “flimkien mal-livell
tal-importazzjonijiet li kkawżaw ħsara matul il-perjodu
tal-investigazzjoni”. (432) Paragun tal-importazzjonijiet
medji fix-xahar[18] tal-moduli u ċ-ċelloli b’importazzjonijiet medji fix-xahar
għall-perjodu tar-reġistrazzjoni (Marzu 2013 ‑
Ġunju 2013) juri tnaqqis qawwi fil-volumi ta’ importazzjoni wara
l-IP. Tabilħaqq, kif iddikjarat fil-premessa (110) għar-Regolament
provviżorju, il-kwantità medja fix-xahar ta’ importazzjoni ta’ moduli u
ċelloli Ċiniżi ammontat għal 1 250 MW[19] matul l-IP. Biex isir paragun, matul il-perjodu ta’
reġistrazzjoni, il-volum medju ta’ importazzjoni fix-xahar ta’ moduli u
ċelloli Ċiniżi kien biss nofsu. (433) Inkella, minħabba
l-għamla volatili tas-suq, iż-żieda sostanzjali ulterjuri
fl-importazzjonijiet tista’ tkun ivvalutata f’termini relattivi minflok
assoluti. Biex jiġi vvalutat jekk hemmx żieda sostanzjali ulterjuri
fl-importazzjonijiet f’termini relattivi, hemm bżonn li jitqabblu l-volumi
ta’ importazzjoni mal-konsum fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri l-konsum irid
jonqos b’rata sostanzjalment ogħla mit-tnaqqis fl-importazzjonijiet
Ċiniżi. Peress li l-volum ta’ importazzjonijiet ta’ moduli u
ċelloli Ċiniżi matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni kien
biss nofs dak ta’ matul l-IP, dan it-tnaqqis fil-konsum ikun jeħtieġ
ikun ogħla minn 50 %. Filwaqt li ma hemm għad-dispożizzjoni
ebda informazzjoni preċiża oħra dwar il-konsum matul il-perjodu
tar-reġistrazzjoni, ma hemm ebda indikazzjoni li l-konsum naqas b’iktar
minn 50 %. (434) Għar-raġunijiet
iddikjarati hawn fuq, il-kriterju li jikkonċerna żieda sostanzjali
ulterjuri mhuwiex issodisfat. Minħabba f’hekk, huwa konkluż li
d-dazju antidumping definittiv ma għandux ikun impost b’mod retroattiv
qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri provviżorji. H. GĦAMLA TAL-MIŻURI (435) Wara l-adozzjoni
tal-miżuri antidumping provviżorji, grupp ta’ produtturi esportaturi
li kkooperaw, inklużi l-kumpaniji relatati tagħhom fil-PRC u
fl-Unjoni Ewropea, u flimkien mas-CCCME offrew impenn konġunt ta’ prezz
b’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. L-offerta
tal-impenn kienet appoġġjata wkoll mill-awtoritajiet Ċiniżi. (436) Il-Kummissjoni
stħarrġet l-offerta, u permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE[20] aċċettat din
l-offerta ta’ impenn. Kif diġà indikat fil-premessi (3), (4) u (7) ta’
din id-Deċiżjoni, sabiex jiġi vvalutat jekk l-impenn tal-prezz
ineħħix l-effett dannuż tad-dumping, il-Kummissjoni analizzat
kwalunkwe ċirkustanza tas-suq li nbidlet ta’ għamla dejjiema li
tikkonċerna, fost l-oħrajn, il-prezzijiet kurrenti ta’ esportazzjoni
u l-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu li nstab li huwa inqas mil-livell ta'
dumping. (437) Wara
d-Deċiżjoni 2013/423/UE, il-produtturi esportaturi flimkien
mas-CCCME ssottomettew notifika biex jemendaw l-offerta ta' impenn inizjali
tagħhom. Huma talbu li jirrevedu l-impenn sabiex jieħdu
inkunsiderazzjoni l-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott kif
deskritt fil-premessi (31) u (72). Barra minn hekk, għadd ta' esportaturi
addizzjonali, fi ħdan id-data ta' skadenza stipulata fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament
bażiku, talbu sabiex jiddaħħlu fl-impenn. (438) Permezz tad-Deċiżjoni
2013/XXX/UE,[21] il-Kummissjoni kkonfermat li
aċċettat l-impenn offrut mill-esportaturi elenkati fl-Anness ta' dik
id-Deċiżjoni fir-rigward tad-dazji definittivi. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Bil-preżenti, huwa
impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli
fotovoltajċi tas-siliċju kristallin jew pannelli u ċelloli
tat-tip użat f’moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju
kristallin (iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx
l-400 mikrometru), li bħalissa jaqgħu taħt
il-kodiċijiet tan-NM ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501
33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501
62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90
(kodiċijiet TARIC 8501 31 00 81, 8501 31 00 89, 8501 32 00 41, 8501 32 00
49, 8501 33 00 61, 8501 33 00 69, 8501 34 00 41, 8501 34 00 49, 8501 61 20 41,
8501 61 20 49, 8501 61 80 41, 8501 61 80 49, 8501 62 00 61, 8501 62 00 69, 8501
63 00 41, 8501 63 00 49, 8501 64 00 41, 8501 64 00 49, 8541 40 90 21, 8541 40
90 29, 8541 40 90 31 u 8541 40 90 39) u li li joriġinaw fi jew li huma
kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sakemm mhumiex fi
transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V GATT. It-tipi ta’ prodotti li ġejjin huma
esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat: –
ċarġers solari li jikkonsistu f’inqas
minn sitt ċelloli, li huma portabbli u li jfornu elettriku f’apparati jew
jiċċarġjaw batteriji, –
prodotti fotovoltajċi b’rita rqiqa, –
prodotti fotovoltajċi tas-siliċju
kristallin li huma integrati b’mod permaneti fi prodotti elettriċi, fejn
il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni
tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw
l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/ċelloli fotovoltajka/fotovoltajċi
integrata/integrati tas-siliċju kristallin. –
moduli jew pannelli b'vultaġġ tal-output
li ma jaqbiżx il-50 V DC u output tal-enerġija li ma jaqbiżx il-50
W biss għal użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji
f'sistemi bl-istess karatteristiċi ta' vultaġġ u enerġija. 2. Ir-rata tad-dazju antidumping
definittiva applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera
tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u
prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej: Kumpanija || Rata tad-dazju || Kodiċi TARIC addizzjonali Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd Changzhou Youze Technology Co. Ltd; Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd; Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd || 44,7 % || B791 Delsolar (Wujiang) Ltd || 64,9 % || B792 Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd || 46,7 % || B793 LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd || 46,7 % || B927 JingAo Solar Co. Ltd Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd Hefei JA Solar Technology Co. Ltd Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd || 51,5 % || B794 Jinko Solar Co.Ltd Jinko Solar Import and Export Co. Ltd ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD || 41,2 % || B845 Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd || 27,3 % || B795 RENESOLA ZHEJIANG LTD RENESOLA JIANGSU LTD || 43,1 % || B921 Wuxi Suntech Power Co. Ltd Suntech Power Co. Ltd Wuxi Sunshine Power Co. Ltd Luoyang Suntech Power Co. Ltd Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd || 41,4 % || B796 Yingli Energy (Ċina) Co. Ltd Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd || 35,5 % || B797 Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping (bl-eċċezzjoni tal-kumpaniji soġġetti għad-dazju residwu fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni antisussidji parallel (UE) Nru XXX/2013)[22] (Anness I) || 41,3 % || Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping, soġġetti għad-dazju residwu fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni antisussidji parallel (UE) Nru XXX/2013) (Anness II) || 36,2 % || Il-kumpaniji l-oħra kollha || 53,4 % || B999 3. Sakemm ma jkunx stipulat mod
ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet
fis-seħħ dwar id-dazji doganali. 4. Meta xi produttur esportatur
ġdid fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi
biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li: –
ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fil-paragrafu 1
fil-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u t-30 ta’ Ġunju 2012
(il-perjodu tal-investigazzjoni), –
mhuwiex relatat ma’ xi esportatur jew produttur
ieħor fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huwa soġġett
għall-miżuri antidumping imposti minn dan ir-Regolament, –
filfatt esporta lejn l-Unjoni l-prodott
ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati
l-miżuri, jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta
kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, il-Kunsill, billi jaġixxi b’maġġoranza
sempliċi fuq proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li jikkonsulta
lill-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-paragrafu 2 billi jżid
il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li jikkooperaw mhux
inklużi fil-kampjun u b’hekk isir soġġett għad-dazju medju
peżat ta’ 41,3 %. Artikolu 2 1. L-ammonti ggarantiti permezz
tad-dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 513/2013
dwar l-importazzjonijiet ta' wejfers (il-wejfers għandhom ħxuna li ma
taqbiżx l-400 mikrometru) u moduli jew pannelli b'vultaġġ
tal-output li ma jaqbiżx il-50 V DC u output tal-enerġija li ma
taqbiżx il-50 W biss għal użu dirett bħala
ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess karatteristiċi ta'
vultaġġ u enerġija li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati
mill-PRC għandhom jiġu rilaxxati. 2. L-ammonti ggarantiti permezz
tad-dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 513/2013
dwar l-importazzjonijiet ta' moduli jew pannelli fotovoltajċi
tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew
pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (iċ-ċelloli
għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru), li bħalissa
jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM ex 8501 31 00, ex 8501 32
00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00,
ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90 (kodiċijiet TARIC 8501 31 00
81, 8501 31 00 89, 8501 32 00 41, 8501 32 00 49, 8501 33 00 61, 8501 33 00 69,
8501 34 00 41, 8501 34 00 49, 8501 61 20 41, 8501 61 20 49, 8501 61 80 41, 8501
61 80 49, 8501 62 00 61, 8501 62 00 69, 8501 63 00 41, 8501 63 00 49, 8501 64
00 41, 8501 64 00 49, 8541 40 90 21, 8541 40 90 29, 8541 40 90 31 u 8541 40 90
39) u li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina, sakemm mhumiex fi transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V
GATT, għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti ggarantiti li
jaqbżu r-rata definittiva tad-dazji antidumping għandhom jiġu
rilaxxati. Artikolu 3 1. Importazzjonijiet iddikjarati
għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera għal prodotti li
bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi tal-NM ex 8541 40 90
(kodiċijiet TARIC 8541 40 90 21, 8541 40 90 29, 8541 40 90 31 u 8541 40 90
39) li huma fatturati minn kumpaniji li l-Kummissjoni taċċettata l-impenji
tagħhom u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fl-Anness
tad-Deċiżjoni 2013/XXX/UE[23], għandhom ikunu
eżentati mid-dazju antidumping impost mill-Artikolu 1,
bil-kundizzjoni li: (a)
kumpanija elenkata fl-Anness
tad-Deċiżjoni 2013/XXX/UE
mmanifatturat, bagħtet u fatturat direttament il-prodotti msemmija hawn
fuq jew permezz tal-kumpanija relatata magħha elenkata wkoll fl-Anness
tad-Deċiżjoni 2013/XXX/UE
jew lill-kumpaniji relatati magħha fl-Unjoni li jaġixxu bħala
importatur u jawtorizzaw l-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera
fl-Unjoni jew lill-ewwel klijent indipendenti li jaġixxi bħala
importatur u li jawtorizza l-prodotti għal ċirkolazzjoni libera
fl-Unjoni; u (b)
it-tali importazzjonijiet huma akkumpanjati minn
fattura tal-impenn li hija fattura kummerċjali li tal-inqas fiha
l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulata fl-Anness III ta' dan ir-Regolament (c)
it-tali importazzjonijiet huma akkumpanjati minn
Ċertifikat ta’ Impenn ta’ Esportazzjoni skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament (d)
il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana
jikkorrispondu bl-eżatt għad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ impenn. 2. Dejn mad-dwana għandu
jiġġarrab fil-mument ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni
għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera: (a)
kull meta jkun stabbilit, fir-rigward
tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li waħda jew iktar
mill-kundizzjonijiet elenkati f’dak il-paragrafu mhumiex issodisfati; jew (b)
meta l-Kummissjoni tirtira
l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn skont l-Artikolu 8(9)
tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 f’Regolament jew Deċiżjoni li
jirreferu għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara l-fatturi
ta’ impenn rilevanti bħala invalidi. Artikolu 4 Il-kumpaniji li minnhom huma
aċċettati impenji mill-Kummissjoni u li isimhom huma elenkati
fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/XXX/UE
u soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet speċifikati
hemm, ser joħorġu wkoll fattura għal tranżazzjonijiet li
mhumiex eżentati mid-dazji antidumping. Din il-fattura hija fattura
kummerċjali li fiha tal-inqas l-elementi stipulati fl-Anness V ta'
dan ir-Regolament. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibqa' fis-seħħ
għal perjodu ta' sentejn. Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I Isem il-Kumpanija || kodiċi addizzjonali TARIC Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd || B801 Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd || B802 Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc. Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc. CSI Cells Co. Ltd CSI Solar Power (China) Inc. || B805 Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd || B807 CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD || B808 CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd || B809 Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd || B810 ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd || B811 ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD. CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD. HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD. || B812 CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd || B813 CSG PVtech Co. Ltd || B814 DCWATT POWER Co. Ltd || B815 Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd || B816 EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD || B817 Era Solar Co. Ltd || B818 ET Energy Co. Ltd ET Solar Industry Limited || B819 GD Solar Co. Ltd || B820 Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd || B822 Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd || B824 Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd || B825 Hanwha SolarOne Co. Ltd || B929 Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd || B826 Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd || B827 HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD. || B828 Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd || B829 Jetion Solar (China) Co. Ltd Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd || B830 Jiangsu Green Power PV Co. Ltd || B831 Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd || B832 Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd || B833 Jiangsu Runda PV Co. Ltd || B834 Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd || B835 Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd || B836 Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd || B837 Jiangsu Sinski PV Co. Ltd || B838 Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd || B839 Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd || B840 Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd || B841 Jiangyin Hareon Power Co. Ltd Taicang Hareon Solar Co. Ltd Hareon Solar Technology Co. Ltd Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd Altusvia Energy (Taicang) Co, Ltd || B842 Jinggong P-D Shaoxing Solar Energy Tech Co. Ltd || B844 Juli New Energy Co. Ltd || B846 Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd || B847 Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan) || B849 GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd GCL Solar System (Suzhou) Limited GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd Konca Solar Cell Co. Ltd Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd || B850 Lightway Green New Energy Co. Ltd Lightway Green New Energy (Zhuozhou) Co. Ltd || B851 Motech (Suzhou) Renewable Energy Co. Ltd || B852 Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd || B853 LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD NICE SUN PV CO. LTD || B854 Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd || B857 Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd || B858 Ningbo Osda Solar Co. Ltd || B859 Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd || B860 Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd || B861 Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd || B862 Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd || B863 Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd || B864 Perlight Solar Co. Ltd || B865 Phono Solar Technology Co. Ltd Sumec Hardware & Tools Co. Ltd || B866 RISEN ENERGY CO. LTD || B868 SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD || B869 SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD || B870 BYD(Shangluo)Industrial Co.Ltd Shanghai BYD Co. Ltd || B871 Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd || B872 Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd || B873 Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD || B875 Jiangsu ST-Solar Co. Ltd Shanghai ST-Solar Co. Ltd || B876 Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd || B877 Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd || B878 Leshan Topray Cell Co. Ltd Shanxi Topray Solar Co. Ltd Shenzhen Topray Solar Co. Ltd || B880 Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd Sopray Energy Co. Ltd || B881 Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD || B882 TDG Holding Co. Ltd || B884 Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd || B885 Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd || B886 Winsun New Energy Co. Ltd || B887 Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd || B889 Wuxi Saijing Solar Co. Ltd || B890 Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd || B892 Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd || B893 Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation Xi’an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd || B896 Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd Xi’an LONGi Silicon Materials Corp. || B897 Years Solar Co. Ltd || B898 Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd || B899 Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd || B900 Yunnan Tianda Photovoltaic Co. Ltd || B901 Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd || B902 Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd || B904 Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd || B905 Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd || B906 Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd || B907 Zhejiang Koly Energy Co. Ltd || B908 Zhejiang Longbai Photovoltaic Tech Co. Ltd || B909 Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd || B910 Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd || B911 Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd || B912 Zhejiang SOCO Technology Co. Ltd || B913 Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd || B914 Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd || B916 Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd || B917 Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD || B918 Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd || B919 ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD || B920 Zhongli Talesun Solar Co. Ltd || B922 ZNSHINE PV-TECH CO. LTD || B923 Zytech Engineering Technology Co. Ltd || B924 ANNESS
II Isem il-Kumpanija || kodiċi addizzjonali TARIC Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd || B798 Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd || B799 Anhui Chaoqun Power Co. Ltd || B800 Anhui Titan PV Co. Ltd || B803 TBEA SOLAR CO. LTD Xi’an SunOasis (Prime) Company Limited XINJIANG SANG’O SOLAR EQUIPMENT || B804 Changzhou NESL Solartech Co. Ltd || B806 Dotec Electric Co. Ltd || B928 Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd. || B821 GS PV Holdings Group || B823 Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd || B843 King-PV Technology Co. Ltd || B848 Ningbo Best Solar Energy Technology Co. Ltd || B855 Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd || B856 Qingdao Jiao Yang Lamping Co. Ltd || B867 SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD || B874 Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd || B879 SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD || B883 Worldwide Energy and Manufacturing USA Co. Ltd || B888 Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd || B891 Wuxi UT Solar Technology Co. Ltd || B894 Xiamen Sona Energy Co. Ltd || B895 Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd || B903 Zhejiang Yutai Photovoltaic Material Co. Ltd || B930 Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd || B915 ANNESS
III L-elementi li ġejjin għandhom ikunu indikati
fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ li tagħmel
il-Kumpanija fl-Unjoni Ewropea tal-prodotti li huma soġġetti
għall-Impenn: 1. L-intestatura "FATTURA
KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-IMPENN". 2. Isem il-Kumpanija li
toħroġ il-Fattura Kummerċjali. 3. In-Numru tal-Fattura Kummerċjali. 4. Id-data tal-ħruġ
tal-Fattura Kummerċjali. 5. Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC
li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana
fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea. 6. Id-deskrizzjoni eżatta
f'lingwaġġ sempliċi tal-prodotti u: –
in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN), –
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN, –
in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija
(CPC), –
il-kodiċi NM, –
il-kwantità (li għandha tingħata
f'unitajiet espressi f'Watt). 7. Id-deskrizzjoni tat-termini
tal-bejgħ, fosthom: –
il-prezz ta' kull unità (Watt), –
it-termini tal-pagament applikabbli, –
it-termini tal-konsenja applikabbli, –
ir-roħs u l-iskonti totali. 8. Isem il-kumpanija li taġixxi
ta' importatur lil min tinħareġ il-fattura direttament mill-Kumpanija. 9 Isem l-uffiċjal tal-kumpanija
li ħareġ il-Fattura Kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li
ġejja: "Jien, il-firmatarju, niċċertifika
li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn l-Unjoni Ewropea
tal-prodotti koperti b'din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u skont
it-termini tal-Impenn offrut minn [il-KUMPANIJA], u aċċettat
mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/XX/UE.
Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija sħiħa u
korretta." ANNESS IV ĊERTIFIKAT TAL-IMPENN
TAL-ESPORTAZZJONI L-elementi li ġejjin għandhom
jiġu indikati fiċ-Ċertifikat tal-Impenn tal-Esportazzjoni li
għandu jinħareġ mis-CCCME għal kull Fattura
Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ mill-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea
ta' prodotti li huma soġġetti għall-Impenn: 1. Isem, l-indirizz, in-numru tal-feks
u t-telefown tal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni
u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME). 2. Isem il-kumpanija msemmija fl-Anness
tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/XX/UE li toħroġ
il-Fattura Kummerċjali. 3. In-numru tal-Fattura
Kummerċjali. 4. Id-data tal-ħruġ
tal-Fattura Kummerċjali. 5. Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC
li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana
fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea. 6. Id-deskrizzjoni preċiża
tal-prodotti, fosthom: ·
in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN), ·
l-ispeċifikazzjoni teknika tal-prodotti,
in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC) (jekk applikabbli), ·
il-kodiċi NM, 7. Il-kwantità preċiża
f'unitajiet esportati espressi f'Watt. 8. L-għadd u d-data ta' skandenza
(tliet xhur wara l-ħruġ) taċ-ċertifikat. 9. Isem l-uffiċjal tas-CCCME li
ħareġ iċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni ffirmata li
ġejja:
"Jien, il-firmatarju, niċċertifika li dan
iċ-ċertifikat qed jingħata għall-esportazzjoni diretta lejn
l-Unjoni Ewropea tal-prodotti koperti mill-Fattura Kummerċjali li
takkumpanja l-bejgħ li sar soġġett għall-Impenn u li
ċ-ċertifikat qed jinħareġ fl-ambitu u skont t-termini
tal-impenn offrut minn [il-KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni
Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/XX/UE. Niddikjara
li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat hija korretta u li
l-kwantità koperta minn dan iċ-ċertifikat ma taqbiżx il-limitu
massimu tal-impenn." 10. Data. 11. Il-firma u t-timbru tas-CCCME. ANNESS V L-elementi li ġejjin għandhom
jiġu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ
mill-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta' prodotti li huma soġġetti
għad-dazju antidumping: 1. L-intestatura "FATTURA
KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAL DAZJU
ANTIDUMPING U KOMPENSATORJU". 2. Isem il-Kumpanija li qed
toħroġ il-Fattura Kummerċjali. 3. In-Numru tal-Fattura
Kummerċjali. 4. Id-data tal-ħruġ
tal-Fattura Kummerċjali. 5. Il-kodiċi addizzjonali
tat-TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana
fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea. 6. Id-deskrizzjoni preċiża
f'lingwaġġ sempliċi tal-prodotti u: –
in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN), –
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN, –
in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija
(CPC), –
il-kodiċi NM, –
il-kwantità (li għandha tingħata
f'unitajiet espressi f'Watt). 7. Id-deskrizzjoni tat-termini
tal-bejgħ, fosthom: –
il-prezz ta' kull unità (Watt), –
it-termini tal-pagament applikabbli, –
it-termini tal-konsenja applikabbli, –
ir-roħs u l-iskonti totali. 8. L-isem u l-firma tal-uffiċjal
tal-Kumpanija li ħareġ il-Fattura Kummerċjali.' [1] ĠU
L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 513, 5.6.2013, p. 5 [3] ĠU L 61, 5.3.2013, p.2 [4] ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26. [5] Rapport tal-Korp tal-Appell, Komunitajiet Ewropej –
Miżuri li Jaffettwaw l-Asbestos u Prodotti li Fihom l-Asbestos,(traduzzjoni
mhux uffiċjali) WT/DS135/AB/R, adoddat fil-5 ta' April 2001 [6] Il-Kawża T-401/06 Brosmann Footwear (HK) Ltd u
oħrajn vs il-Kunsill; Kawża T-314/06 Whirlpool Europe vs
Il-Kunsill [7] ĠU C 269, 6.9.2012, p. 5. [8] Numru ta’ referenza CEI/IEC 61730-1:2004 [9] Ilbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq
tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u
l-Vjetnam, Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2006 tat-23 ta'
Marzu 2006 (prov.); Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 (def.). [10] Kawża T-401/06 , Brosmann Footwear (HK) Ltd. vs il-Kunsill
ta' l-Unjoni Ewropea, para 133. [11] Kawża T-401/06 , Brosmann Footwear (HK) Ltd. vs il-Kunsill
ta' l-Unjoni Ewropea, para 135. [12] Ir-Regolament (UE) 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012, ĠU L 344,
14.12.2012, p. 1. [13] Firstpost, 12 ta' Ġunju 2013 [14] Rapport Xjentifiku u Politiku tal-JRC, Rapport 2012 dwar
l-Istatus tas-settur PV (traduzzjoni mhux uffiċjali), p. 14 [15] L-istatistiki dwar l-Importazzjonijiet tal-Indja,
Kodiċi tal-Komunità 8541 40 11 Ċelloli Solari/Ċelloli
fotovoltajċi kemm jekk immuntati f’modulu/pannell jew le. Il-valuri
jingħataw għas-sena finanzjarja tal-Indja, jiġifieri
April-Marzu. L-informazzjoni dwar il-volumi tingħata f’biċċiet,
iżda ċ-ċelloli u l-moduli huma rrapportati flimkien. Peress li
l-valur ta’ modulu normalment ikun madwar 100 darba ikbar mill-valur ta’
ċellola, l-informazzjoni dwar il-volumi mhijiex meqjusa affidabbli. [16] Kawża C-16/90, Detlef Nölle vs Hauptzollamt
Bremen-Freihafen, Ġabra I-5163 [17] Ara l-paġna XX
ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali [18] Peress li l-perjodu tar-reġistrazzjoni huwa
sinifikament inqas mill-IP, paragun tal-valuri medji fix-xahar huwa iktar utli
minn paragun tal-volum totali taż-żewġ perjodi rispettivi. [19] 13 986 MW ta’ moduli + 1 019 MW ta’ ċelloli
allokati għal 12-il xahar [20] ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26. [21] Ara l-paġna XXX
ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [22] Ara l-paġna XX
ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali [23] Ara l-paġna XXX
ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.