This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0725
Proposal for a COUNCIL DECISION on the position to be taken by the European Union within the Association Council established by the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Community and its Member States, of the one part, and the People's Democratic Republic of Algeria, of the other part, as regards the amendment of Article 15(7) of Protocol No 6 to that Agreement, concerning the definition of the concept of "originating products" and methods of administrative cooperation
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija fuq in-naħa l-oħra, li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 6 tal-Ftehim imsemmi rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija fuq in-naħa l-oħra, li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 6 tal-Ftehim imsemmi rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
/* COM/2013/0725 final - 2013/0347 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija fuq in-naħa l-oħra, li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 6 tal-Ftehim imsemmi rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva /* COM/2013/0725 final - 2013/0347 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-projbizzjoni tar-rifużjoni tad-dazji
doganali hija stipulata fl-Artikolu 15 tal-Protokoll Nru 6 li jinsab
mehmuż mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Alġerija,
hekk kif ġie emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill
ta' Assoċjazzjoni UE-Alġerija fit-3 ta' Awwissu 2010[1]. Il-paragrafu 7
tiegħu jipprevedi perjodu tranżitorju marbut mal-applikazzjoni
sħiħa tal-projbizzjoni tar-rifużjoni tad-dazji
mill-Alġerija u jagħti lil dan il-pajjiż sieħeb il-possibbiltà
li jagħti rifużjoni tad-dazji lill-esportaturi jew lill-operaturi
ekonomiċi tiegħu matul dan il-perjodu. Dan il-perjodu tranżitorju skada
fil-31 ta’ Diċembru 2012. Għaldaqstant,
l-Artikolu 15(7) jistipula l-possibbiltà li din id-dispożizzjoni
tiġi eżaminata mill-ġdid bi ftehim komuni. L-Alġerija talbet, permezz tat-talba
bil-miktub tal-20 ta' Novembru 2012, l-estensjoni tat-tul ta'
żmien tal-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni. F'konformità mal-Artikolu 39
tal-Protokoll Nru 6, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll imsemmi
jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tal-Kunsill ta'
Assoċjazzjoni. It-test tad-deċiżjoni jemenda
d-dispożizzjoni li hemm fl-Artikolu 15(7). Il-partijiet qablu li jestendu l-applikazzjoni
tal-Artikolu 15(7) bi tliet snin, b'effett
mill-1 ta' Jannar 2013 sabiex jassiguraw iċ-ċarezza,
il-previdibbiltà ekonomika għal terminu twil u s-sigurtà ġuridika
għall-operaturi ekonomiċi. Bil-għan li din id-deċiżjoni
tiġi adottata formalment, intlaħaq qbil, fil-qafas tal-grupp ta'
ħidma Pan-Ewro-Med, li l-kontenut ta' din id-deċiżjoni se jibda
japplika mill-1 ta' Jannar 2013. 2. RIŻULTATI TA’
KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati
fil-qafas tal-grupp ta' ħidma Pan-Ewro-Med u tal-Kumitat tal-Kodiċi
Doganali – taqsima dwar l-oriġini. Ma kienx meħtieġ li wieħed
jirrikorri għal għarfien espert estern. Ma kienx meħtieġ li wieħed
jirrikorri għall-valutazzjoni tal-impatt billi l-adattamenti proposti huma
ta' natura teknika u ma jolqtux is-sustanza tal-protokoll fuq ir-regoli dwar
l-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa. 3. L-ELEMENTI
ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA Id-dispożizzjoni emendata dwar
ir-refużjoni għandha tiġi applikata b'mod retroattiv
mill-1 ta' Jannar 2013. Il-bażi ġuridika tal-emenda ta' din
id-dispożizzjoni hija l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4),
flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din il-proposta taqa' fil-kompetenza
esklussiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma
japplikax. Strument propost: deċiżjoni
tal-Kunsill. 2013/0347 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea
fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju
li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari
tal-Alġerija fuq in-naħa l-oħra, li temenda l-Artikolu 15(7)
tal-Protokoll Nru 6 tal-Ftehim imsemmi rigward id-definizzjoni
tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta'
kooperazzjoni amministrattiva IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu
tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Il-Protokoll Nru 6
tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari
tal-Alġerija, fuq in-naħa l-oħra[2],
minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", hekk kif emendat
bid-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
UE-Alġerija tat-3 ta' Awwissu 2010[3], jirrigwarda d-definizzjoni
tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta'
kooperazzjoni amministrattiva. (2) L-Artikolu 15
tal-Protokoll Nru 6 fih projbizzjoni ġenerali tar-rifużjonijiet
jew tal-eżenzjonijiet tad-dazji doganali għall-materjali mhux
oriġinarji li jiġu applikati fil-manifattura ta' prodotti
oriġinarji. Madankollu, dan l-Artikolu jipprevedi, fil-paragrafu 7
tiegħu, li sal-31 ta' Diċembru 2012 tista' tiġi
applikata rifużjoni jew eżenzjoni parzjali taħt ċerti
kundizzjonijiet. (3) Sabiex tiġi ggarantita
ċ-ċarezza u biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà ekonomika
għal terminu twil u s-sigurtà ġuridika għall-operaturi
ekonomiċi, il-partijiet qablu li jtawlu l-applikazzjoni
tal-Artikolu 15(7) bi tliet snin, b'effett
mill-1 ta' Jannar 2013. (4) Għaldaqstant,
f'konformità mal-Artikolu 39 tal-Protokoll Nru 6, il-Kunsill ta'
Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim għandu jiddeċiedi li
jemenda l-Protokoll. (5) Konsegwentement, fil-Kunsill
ta' Assoċjazzjoni l-Unjoni Ewropea għandha tadotta l-pożizzjoni
definita fl-abbozz ta' deċiżjoni hawn mehmuż, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li se tadotta l-Unjoni
Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim
Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea
u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u r-Repubblika Demokratika
Popolari tal-Alġerija fuq in-naħa l-oħra, f'dak li jirrigwarda
l-emenda tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 6 rigward
id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u
l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bil-għan li tiġi
estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija, hija definita
fl-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni hawn
mehmuż. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni hija ppubblikata f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Abbozz ta'
DEĊIŻJONI Nru […] TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI
UE-ALĠERIJA ta’ [...] li
timmodifika l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 6 tal-Ftehim
Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea
u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u r-Repubblika Demokratika
Popolari tal-Alġerija fuq in-naħa l-oħra,
rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti
oriġinarji"
u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI, Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju
li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri
tagħha min-naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari
tal-Alġerija min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari
l-Artikolu 39 tal-Protokoll Nru 6 tiegħu, Billi: (1)
L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 6
tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn
il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u
r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija fuq in-naħa
l-oħra[4],
minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", hekk kif emendat
bid-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
UE-Alġerija tat-3 ta' Awwissu 2010[5] jippermetti li, taħt
ċerti kundizzjonijiet, ikun hemm ir-rifużjoni jew l-eżenzjoni
parzjali tad-dazji doganali jew ta' taxxi b'effett ekwivalenti,
sal-31 ta' Diċembru 2012. (2)
Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċarezza u
biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà ekonomika għal terminu twil u
s-sigurtà ġuridika għall-operaturi ekonomiċi, il-partijiet
għall-Ftehim, jaqblu li jtawlu l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7)
tal-Protokoll Nru 6 tal-Ftehim, bi tliet snin, b'effett
mill-1 ta' Jannar 2013. (3)
Għalhekk, il-Protokoll Nru 6 tal-Ftehim
għandu jiġi emendat kif meħtieġ. (4)
Billi l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll
Nru 6 tal-Ftehim ma jibqax japplika
mill-31 ta' Diċembru 2012, din id-Deċiżjoni
għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2013, Jiddeċiedi: Artikolu 1 L-aħħar subparagrafu
tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 6 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju
li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri
tagħha fuq naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari
tal-Alġerija fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni
tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta'
kooperazzjoni amministrattiva, huwa sostitwit bit-test segwenti: "Dan il-paragrafu jibqa' japplika
sal-31 ta’ Diċembru 2015 u jista’ jiġi eżaminat
mill-ġdid bi qbil komuni." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Hija tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2013. Magħmul fi […] Għall-Kunsill
ta' Assoċjazzjoni Il-President
[…] [1] ĠU
L 248, 22.9.2010, p. 64. [2] ĠU
L 265, 10.10.2005, p. 2. [3] ĠU
L 248, 22.9.2010, p. 64. [4] ĠU
L 265, 10.10.2005, p. 2. [5] ĠU
L 248, 22.9.2010, p. 64.