This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0387
Recommendation for a COUNCIL DECISION abrogating Decision 2009/588/EC on the existence of an excessive deficit in Lithuania
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tħassar id-Deċiżjoni 2009/588/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Litwanja
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tħassar id-Deċiżjoni 2009/588/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Litwanja
/* COM/2013/0387 final - 2013/ () */
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tħassar id-Deċiżjoni 2009/588/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Litwanja /* COM/2013/0387 final - 2013/ () */
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tħassar id-Deċiżjoni 2009/588/KE dwar
l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Litwanja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12)
tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
mill-Kummissjoni, Billi: (1) Bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2009/588/KE tas-7 ta' Lulju 2009[1], wara rakkomandazzjoni
mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità Ewropea (TKE), ġie deċiż li fil-Litwanja kien hemm
defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit tal-gvern
ġenerali laħaq 3,2% tal-PDG fl-2008, ogħla mit-3% tal-valur ta'
referenza tal-PDG skont it-Trattat u skont it-tbassir tar-rebbiegħa
tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni jitla' għal 5,4% tal-PDG fl-2009 u
jitla' aktar għal 8% tal-PDG fl-2010 Id-dejn gross tal-gvern ġenerali
kien jammonta għal 15,6% tal-PDG fl-2008, ħafna inqas mis-60%
tal-valur ta’ referenza tal-PDG skont it-Trattat . (2) Fis-7 ta' Lulju 2009,
skont l-Artikolu 104(7) TKE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li
titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni
tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv[2], il-Kunsill, fuq il-bażi
tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għamel rakkomandazzjoni indirizzata
lil-Litwanja bl-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv
titwaqqaf sa mhux aktar tard mill-2011. Ir-rakkomandazzjoni ġiet
ippubblikata. (3) Fid-9 ta' Frar 2010,
skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(TFUE) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta'
Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata
l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv,
il-Kunsill, fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
jirrikonoxxi li l-awtoritajiet Rumeni ħadu azzjoni effettiva skont
ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2009 u li avvenimenti
ekonomiċi negattivi mhux mistennija b'konsegwenzi negattivi kbar
għall-finanzi tal-gvern seħħew fil-Litwanja, indirizza
rakkomandazzjoni riveduta lil-Litwanija bl-għan li twaqqaf is-sitwazzjoni
tad-defiċit eċċessiv, l-aktar tard sa tmiem l-2012 Din
ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata. (4) Skont l-Artikolu 4
tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv
mehmuż mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta
għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti
mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom
jirrappurtaw dejta dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern tagħhom u dwar
varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel
l-1 ta’ April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont
l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009
tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar
il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv mehmuż mat-Trattat
li jistabilixxi l-Komunità Ewropea[3].
(5) Meta jqis jekk
deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv
għandhiex titħassar, il-Kunsill għandu jieħu
deċiżjoni fuq il-bażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk,
Deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv
għandha titħassar biss jekk it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni
jindikaw li d-defiċit ma jkunx se jaqbeż il-limitu ta’ 3% tal-PDG tul
il-perjodu mbassar[4]. (6) Fuq il-bażi tad-dejta
pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament
(KE) Nru 479/2009 wara n-notifka mil-Litwanija qabel l-1 ta’
April 2013 u fuq il-bażi tat-tbassir tar-rebbiegħa 2013
tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati: –
Wara li laħaq l-ogħla punt tiegħu
b'9,4% tal-PDG fl-2009 d-defiċit tal-gvern ġenerali fil-Litwanja
tnaqqas għal 7,2% tal-PDG fl-2010, u wara għal 5,5% tal-PDG fl-2011 u
għal 3,2% tal-PDG fl-2012. Dan it-titjib ġie xprunat mill-miżuri
ta' konsolidazzjoni fuq in-naħa tal-infiq, b'mod partikolari restrizzjoni
kontinwa skont il-Liġi tal-Litwanja dwar id-Dixxipplina Fiskali, u
kondizzjonijiet ċikliċi favorevoli. –
Peress li d-defiċit ta' 3,2% tal-PDG jista'
jitqies li huwa qrib il-valur ta' referenza u l-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG
tal-Litwanja huwa inqas mis-60% tal-valur ta' referenza tal-PDG b'mod sostenut,
il-Litwanja hija eliġibbli għad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta'
Stabbiltà u Tkabbir fir-Regolament 1467/97 rigward ir-riformi ta' pensjonijiet
sistematiċi. Għaldaqstant, il-kost nett dirett tar-riforma
tal-pensjonijiet għandha titqies meta tiġi vvalutata l-korrezzjoni
tad-defiċit eċċessiv. Hekk kif il-kostijiet netti tar-riformi
ta' pensjonijiet sistematiċi tal-Litwanja kienu 0,2% tal-PDG fl-2012, kif
ikkonfermat mill-Kummissjoni (Eurostat), dawn jispjegaw il-valur ogħla ta'
3% tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat fl-2012. –
Il-programm ta' konverġenza tal-2013
tal-Litwanja jbassar li d-defiċit tal-gvern ġenerali se jibqa' jonqos
għal 2,5% tal-PDG fl-2013 u 1,5% tal-PDG fl-2014, filwaqt li tbassir
tar-rebbiegħa tal-2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni jbassar titjib,
minkejja li aktar bil-mod, tad-defiċit tal-gvern ġenerali għal
2,9% tal-PDG fl-2013 u għal 2,4% tal-PDG fl-2014, fil-bażi ta' suppożizzjoni
li ma jkunx hemm tibdil ta' politika. B’hekk id-defiċit għandu jibqa’
taħt il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PDG fil-perjodu mbassar. –
It-tbassir tar-rebbiegħa tal-2013 tas-servizzi
tal-Kummissjoni jbassar li d-dejn gross tal-gvern ġenerali jonqos
moderatament minn 40,7 % tal-PDG fl-2013 għal 40,1 % tal-PDG
fl-2014. (7) Il-Kunsill ifakkar li,
mill-2013, li hija s-sena li ssegwi l-korrezzjoni tad-defiċit
eċċessiv, il-Litwanja għandha timxi lejn il-mira tagħha ta'
perjodu medju b'pass xieraq, kif ukoll li tirrispetta l-punt ta' referenza
tan-nefqa (8) Skont l-Artikolu 126(12)
tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’
defiċit eċċessiv għandha titħassar meta d-defiċit
eċċessiv tal-Istat Membru konċernat, fil-fehma tal-Kunsill
ġie kkorreġut. (9) Fil-fehma tal-Kunsill id-defiċit
eċċessiv fil-Litwanja ġie kkoreġut u għalhekk
id-Deċiżjoni 2009/588/KE għandha titħassar. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Minn valutazzjoni kumplessiva jirriżulta
li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fil-Litwanja ġiet
ikkoreġuta. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 2009/588/KE hija
b'dan imħassra. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata
lir-Repubblika tal-Litwanja. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 202, 4.8.2009, p. 44. [2] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. [3] ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1. [4] Skont l-“Ispeċifikazzjonijiet dwar
l-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar
il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza”, tat-3
ta’ Settembru 2012. Ara:
http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf