Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0277

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-proposta għal Regolament TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL li temenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' numru ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni u stati li kkonkludew in-negozjati

    /* COM/2013/0277 final - 2011/0260 (COD) */

    52013PC0277

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-proposta għal Regolament TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL li temenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' numru ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni u stati li kkonkludew in-negozjati /* COM/2013/0277 final - 2011/0260 (COD) */


    2011/0260 (COD)

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill

    dwar il-proposta għal Regolament TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL li temenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' numru ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni u stati li kkonkludew in-negozjati

    1.           Introduzzjoni

    L-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistipula hawn taħt l-opinjoni tagħha rigward l-emendi proposti mill-Parlament.

    2.           Sfond

    Wara l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Cotonou fl-2000 li jistabbilixxi prinċipji u dispożizzjonijiet għal Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) mal-pajjiżi u r-reġjuni tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u l-proċess ta’ negozjar li jirriżulta minnu, għadd ta’ pajjiżi kkonkludew in-negozjati u bdew FSE interim fi tmiem l-2007. Sabiex tevita tfixkil fil-preferenzi kummerċjali, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 (ir-"Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq") jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni antiċipata u proviżorja unilaterali mill-UE tal-preferenzi kummerċjali fl-1 ta’ Jannar 2008 bi tħejjija għar-ratifiki tal-FSE.

    Filwaqt li 19-il pajjiż tal-AKP ħadu l-passi xierqa biex jirratifikaw il-FSE tagħhom, 17 oħra naqsu milli jagħmlu dan. Skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq, dawn is-17-il pajjiż ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq u għalhekk, il-preferenzi kummerċjali ma għandhomx jibqgħu japplikaw.

    3.           L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni

    Il-proposta tal-Kummissjoni hija maħsuba biex temenda l-lista tal-pajjiżi li jibbenefikaw mill-preferenzi (l-Anness I tar-Regolament) billi, fl-1 ta' Jannar 2014, jitneħħew dawk li għadhom ma ħadux il-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni ta' FSE. Il-proposta hija maħsuba biex tiżgura trattament ekwu fil-konfront tal-imsieħba tal-FSE li huma kompletament konformi mal-obbligi tagħhom.

    4.           L-opinjoni tal-kummissjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew

    – Dewmien fid-data tad-dħul fis-seħħ

    Fit-tieni qari, il-Parlament Ewropew jipproponi li d-dħul fis-seħħ tal-emenda għar-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq jiġi ttardjat b'għaxar xhur, jiġifieri l-1 ta’ Ottubru 2014. Il-Kummissjoni tqis il-proposta oriġinali tagħha tad-dħul fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014 bħala preferibbli peress li kwalunkwe dewmien ulterjuri jżid r-riskji assoċjati mal-estensjoni ta' arranġament temporanju li ma jistax jipprovdi bażi legali soda ta’ aċċess għas-suq tal-AKP. Madankollu, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-unità interistituzzjonali u maġġoranza kbira għall-adozzjoni tal-proposta ta' emenda, l-emenda hija madankollu aċċettabbli.

    – Emenda biex tiġi llimitata d-Delega tas-Setgħat

    It-tieni emenda mill-Parlament Ewropew tikkonċerna l-limitazzjoni taż-żmien tad-delega tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni. Filwaqt li l-Kummissjoni oriġinarjament ma kinitx issuġġeriet limitazzjoni taż-żmien, il-Parlament Ewropew ippropona li jillimita l-għoti tas-setgħat għal ħames snin b’tiġdid taċitu. Filwaqt li dan mhuwiex l-approċċ preferut tal-Kummissjoni, dan ma jikkawża l-ebda problemi partikolari f’dan il-każ u għalhekk huwa aċċettabbli.

    5.           Konklużjoni

    Skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.

    Top