Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 52013PC0067

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emenda tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tipprovdi aktar assistenza makrofinanzjarja (MFA) lill-Ġeorġja

    /* COM/2013/067 final - 2010/0390 (COD) */

    52013PC0067

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emenda tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tipprovdi aktar assistenza makrofinanzjarja (MFA) lill-Ġeorġja /* COM/2013/067 final - 2010/0390 (COD) */


    2010/0390 (COD)

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emenda tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill

    fir-rigward tal-proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tipprovdi aktar assistenza makrofinanzjarja (MFA) lill-Ġeorġja

    1.           Introduzzjoni

    L-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistipula hawn taħt l-opinjoni tagħha rigward l-emendi proposti mill-Parlament.

    2.           Sfond

    Id-data li fiha l-proposta ntbagħtet lill-Parlament u lill-Kunsill: 13 ta' Jannar 2011

    Id-data tal-ewwel qari tal-opinjoni tal-Parlament: 10 ta' Mejju 2011

    Id-data tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament fl-ewwel qari: 10 ta' Mejju 2011

    Id-data tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari: 10 ta' Mejju 2012

    Id-data tal-opinjoni tal-Parlament fit-tieni qari: 11 ta' Diċembru 2012

    3.           L-Għan tal-proposta tal-Kummissjoni

    Il-proposta kienet parti mir-riżultati potenzjali tal-UE mħabbra fil-konferenza tad-donaturi fl-2008. L-għanijiet tal-Assistenza Makrofinanzjarja (MFA) proposta huma biex din:

    · Tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet finanzjarji esterni tal-Ġeorġja u biex ittaffi l-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji.

    · Tappoġġa l-isforz tal-konsolidazzjoni fiskali u l-istabilizzazzjoni esterna fil-kuntest tal-programm tal-Fond Monetarju Internazzjonali.

    · Tappoġġa l-isforzi tar-riforma strutturali maħsuba biex ikattru t-tkabbir sostenibbli u jżidu t-trasparenza u l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-fondi pubbliċi.

    Tiffaċilita u tħeġġeġ l-isforzi tal-awtoritajiet tal-Ġeorġja biex jimplimentaw miżuri identifikati taħt il-Pjan ta' Azzjoni PEV bejn l-UE u l-Ġeorġja u s-Sħubija tal-Lvant sabiex jippromwovu integrazzjoni ekonomika u finanzjarja aktar mill-qrib mal-UE, anke skont il-pjan biex jikkonkludu "Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva" bejn iż-żewġ partijiet.

    4.           L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emenda proposta mill-Parlament Ewropew

    4.1.        Emendi rrifjutati mill-Kummissjoni

    Fir-rigward tal-unika kwistjoni kontroversjali, l-użu tal-proċedura tal-komitoloġija għall-adozzjoni ta' Memorandum ta' Qbil (MtQ – il-lista tal-kundizzjonijiet ta' politika) tal-Artikoli 2 u 6, il-Kummissjoni qablet mal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari li tintuża proċedura konsultattiva mingħajr ġustifikazzjoni. Din inżammet fit-tieni qari. L-emendi l-oħra mdaħħla mill-Parlament huma jew editorjali jew jerġgħu jikkonfermaw il-proposta inizjali tal-Kummissjoni.

    Madankollu, skont il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament fl-ewwel qari dwar il-proposta għal MFA għar-Repubblika Kirgiża (fl-istess sessjoni Plenarja ta’ Diċembru 2012) u minħabba l-kunflitt bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar din il-kwistjoni proċedurali sensittiva, li bħalissa jibblokka l-proposti kollha għal MFA u li jeżiġi soluzzjoni ta’ kompromess urġenti bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li żżomm ġustifikazzjoni speċifika għall-applikazzjoni tal-Proċedura Konsultattiva għall-adozzjoni ta’ MtQ.

    5.           Konklużjoni

    Id-diskussjonijiet bejn il-koleġiżlaturi se jiffukaw fuq il-kwistjoni tal-komitoloġija u l-Kummissjoni hija fuq kollox interessata li ssib soluzzjoni malajr kemm jista’ jkun fir-rigward tal-fehmiet konfliġġenti tal-Kunsill u l-Parlament dwar l-applikazzjoni tal-Proċedura Konsultattiva jew il-Proċedura ta' Eżami għall-adozzjoni tal-MtQ għall-Ġeorġja. Il-Kummissjoni se tkompli tipproponi soluzzjonijiet ta' kompromess.

    Nahoru