This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0063
Proposal for a COUNCIL DIRECTIVE adapting Directive 2009/28/EC on the promotion of the use of energy from renewable sources, by reason of the accession of Croatia
Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
/* COM/2013/063 final - 2013/0042 (NLE) */
Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja /* COM/2013/063 final - 2013/0042 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li
tadatta d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu
tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli hija meħtieġa minħabba
l-adeżjoni li jmiss tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. It-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea[1] kien iffirmat mill-Istati Membri kollha
tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja fi Brussell fid-9 ta'
Diċembru 2011. L-Artikolu 3(3) tat-Trattat tal-Adeżjoni
jipprevedi li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013 sakemm
l-istrumenti ta' ratifika kollha jkunu ġew depożitati qabel dik
id-data. L-Artikolu 3(4) tat-Trattat tal-Adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex,
qabel id-dħul, jadottaw miżuri li għalihom hemm referenza, inter
alia, fl-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja[2].
Dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ biss
soġġettigħald-data tad-dħul fis-seħħ it-Trattat
tal-Adeżjoni u minn dakinhar. L-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni jipprevedi li fejn atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel
l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u
l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti f'dan l-Att jew
fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, (jekk l-atti
oriġinali kienu adottati mill-Kummissjoni) jadottaw l-atti
meħtieġa. Il-Punt 2 tal-Att Finali[3] jirreferi għall-ftehim politiku fuq sett ta' adattamenti biex
jiġu adottati mill-istituzzjonijiet li ntlaħaq bejn l-Istati Membri u
l-Kroazja fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-Trattat tal-Adeżjoni;
il-Partijiet Għolja Kontraenti tat-Trattat tal-Adeżjoni stiednu
lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel
l-adeżjoni skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni, kompluti u
aġġornati fejn meħtieġ sabiex jikkunsidraw l-evoluzzjoni
tal-liġi tal-Unjoni. Fil-qasam tal-enerġija – korrispondenti
għal Kapitolu 15 tan-negozjati – hija biss id-Direttiva 2009/28/KE dwar
il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li
teħtieġ addattament tekniku. Il-proposta preżenti hija parti minn serje
ta' proposti għal direttivi tal-Kunsill mill-Kummissjoni lill-Kunsill li
jirraggruppaw l-adattamenti tekniċi għad-direttivi tal-Kunsill kif
ukoll għad-direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkorrispondu
għal kapitoli tan-negozjati fi proposti separati għal direttivi
differenti tal-Kunsill. Din l-istruttura hija mfassla sabiex tiffaċilita
t-traspożizzjoni tad-direttivi kkonċernati mill-Istati Membri fl-ordnijiet
ġuridiċi rispettivi tagħhom. Il-pakkett ta’ proposti għal
atti legali li l-Kummissjoni ttrasmettiet lill-Kunsill huwa kompost minn din
is-serje ta' proposti għal Direttivi tal-Kunsill fuq naħa waħda,
kif ukoll proposta għal Regolament wieħed tal-Kunsill li jkopri
r-regolamenti u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill kif ukoll ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet rilevanti
tal-Kunsill fuq in-naħa l-oħra. Dan huwa, skont l-approċċ
li kien ittieħed fil-passat fid-dawl tal-adeżjoni tal-Bulgarija u
r-Rumanija[4]. Huwa previst li l-atti legali kolla inklużi
f’dan il-pakkett se jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea fl-istess data. Il-proposta preżenti u l-proposti l-oħra
inklużi f’dan il-pakkett se jqisu l-adattamenti tekniċi għall-acquis
li kienu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
sal-1 ta’ Settembru 2012. Ir-raġunijiet għal dan huma li jkun provdut
ħin suffiċjenti għall-proċessi leġiżlattivi
involuti fuq naħa, u għat-twettiq tat-traspożizzjoni u l-obbligi
ta’ notifika li jsegwu mill-Istati Membri rigward id-direttivi min-naħa
l-oħra. L-addattamenti li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex
l-acquis jkun ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
wara l-1 ta' Settembru 2012 se jkunu previsti fl-atti rilevanti nfushom jew
magħmula fi stadju aktar tard permezz tal-proċedura x-xierqa. Barra
minn hekk, il-Kummissjoni bi ħsiebha informalment tipprovdi lista ta’ tali
leġiżlazzjoni lill-Istati Membri fil-bidu ta' Lulju 2013. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Minħabba li din il-proposta hi ta' natura
purament teknika u ma tinvolvix għażliet politiċi,
konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati jew valutazzjonijiet tal-impatt ma
jagħmlux sens. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-bażi legali ta' din il-proposta hija
l-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja. Il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’
proporzjonalità jiġu osservati b’mod sħiħ. L-azzjoni tal-Unjoni
hija meħtieġa skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà
(l-Artikolu 5(3) tat-TUE) għax tikkonċerna adattamenti
tekniċi għal atti legali li kienu approvati mill-Unjoni. Il-proposta
tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità (l-Artikolu 5(4) tat-TUE)
minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex
jintlaħqu l-għanijiet segwiti. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni
baġitarja. 2013/0042 (NLE) Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni
tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, minħabba
l-adeżjoni tal-Kroazja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikulari l-Artikolu 50 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Skont l-Artikolu 50
tal-Att tal-Adeżjoni, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel
l-adeżjoni jirrekjedu adattament minħabba l-adeżjoni, u
l-adattamenti meħtieġa ma kienx previsti fl-Att tal-Adeżjoni jew
fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b' maġġoranza
kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan
il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma
jkunx ġie adottat mill-Kummissjoni. (2) L-Att Finali tal-Konferenza
li fasslet it-Trattat tal-Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti
Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal
atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba
l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn
l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif
meħtieġ biex titqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni. (3) Id-Direttiva 2009/28/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar
il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li
temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE[5]
għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 2009/28/KE għandha tiġi
emendata kif imniżżel fl-Anness. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom
jadottaw u jippubblikaw, l-aktar tard sad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja
mal-Unjoni Ewropea il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet
amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma
jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk
id-dispożizzjonijiet. Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data
tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, huma jkun fihom referenza għal din id-Direttiva
jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni
uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeterminaw kif trid issir din
ir-referenza. 2. L-Istati Membri jikkomunikaw
lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi
nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva tidħol
fis-seħħ soġġetta għad-data tad-dħul
fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u
minn dik id-data. Artikolu 4 Id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati
Membri Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS L-ENERĠIJA 32009 L 0028: Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn
sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi
2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16): Fl-Anness I, il-punt A għandu
jiddaħħal wara l-entrata għal Franza: 'Il-Kroazja || 12,6 % || 20 %' [1] ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10. [2] ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21. [3] ĠU L 112, 24.4.2012, p. 95. [4] ĠU L
363, 20.12.2006, p. 1. [5] ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.