EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0007

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew negozjati (2011/0260 (COD))

/* COM/2013/07 final - 2011/0260 (COD) */

52013PC0007

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew negozjati (2011/0260 (COD)) /* COM/2013/07 final - 2011/0260 (COD) */


2011/0260 (COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew negozjati (2011/0260 (COD))

1.           Sfond

Data ta’ trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (dokument COM(2011)0598 finali - (2011/0260 (COD)): || 30 ta' Settembru 2011

Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: || m.a.

Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: || 13 ta' Settembru 2012

Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: || 11 ta' Diċembru 2012

2.           Għan tal-proposta mill-Kummissjoni

Ir-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq (Market Access Regulation - MAR) jippermetti l-applikazzjoni antiċipata u proviżorja unilaterali għall-aċċess mingħajr dazji u kwoti lil dawk il-pajjiżi tal-AKP li kkonkludew negozjati ta’ Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE) sal-aħħar tal-2007. Ir-Regolament kien maħsub bħala soluzzjoni temporanja sakemm jiġu rratifikati l-ftehimiet ħalli jiġi evitat tfixkil fil-kummerċ. Huwa kien ibbażat fuq impenn ċar mill-pajjiżi konċernati li javvanzaw lejn ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet li kienu nnegozjaw. Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi emendat ir-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq u tirriżerva l-benefiċċji tar-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq għal dawk il-pajjiżi li jkunu rratifikaw jew applikaw l-FSE tagħhom sal-1 ta' Jannar 2014, jiġifieri 6 (sitt) snin wara li daħal fis-seħħ ir-Regolament. Mis-36 benefiċjarju tal-MAR, 19 irratifikaw jew applikaw il-ftehimiet tagħhom. Madankollu 17-il pajjiż ieħor la għadhom irratifikaw u lanqas iffirmaw il-ftehim tagħhom. Is-sitwazzjoni hija inġusta għal dawk li rratifikaw kif ukoll għal pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw u li ma għandhomx aċċess ħieles għall-UE, minkejja li jinsabu fi stadju simili ta' żvilupp.

3.           Kummenti dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill

Fit-13 ta' Settembru 2012 il-Parlament Ewropew ivvota fl-ewwel qari reżoluzzjoni leġiżlattiva li tinkludi erba’ emendi għall-proposta tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma tilqax tlieta minn dawn l-erba’emendi. Żewġ emendi jikkonċernaw l-aspetti proċedurali relatati ma' atti delegati u mhumiex konformi mal-Fehim Komuni dwar l-Atti Delegati. It-tielet waħda tikkonċerna d-data għad-dħul fis-seħħ tal-emenda għar-Regolament (tissuġġerixxi l-1 ta’ Jannar 2016 minflok l-1 ta’ Jannar 2014).

Fil-11 ta' Diċembru 2012 il-Kunsill adotta l-proposta tal-Kummissjoni. Huwa ma laqax l-emendi tal-Parlament. Il-Kunsill introduċa modifika waħda li terġa' ddaħħal liż-Żimbabwe fl-Anness I, li rratifika l-FSE wara li ġiet adottata l-proposta tal-Kummissjoni. Il-modifika hija konformi mal-loġika tal-proposta nfisha. Il-Kummissjoni tista’ għalhekk taċċetta l-emenda introdotta mill-Kunsill.

4.           Konklużjoni

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-emendi introdotti mill-Kunsill għall-proposta tagħha.

Top