Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DP0561

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Henri Grethen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0309/2013 – 2013/0807(NLE))

    ĠU C 468, 15.12.2016, p. 282–282 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 468/282


    P7_TA(2013)0561

    Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Henri GRETHEN – LU)

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Henri Grethen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0309/2013 – 2013/0807(NLE))

    (Konsultazzjoni)

    (2016/C 468/62)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0309/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0439/2013),

    A.

    billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Novembru 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri;

    B.

    billi Henri Grethen jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    1.

    Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Henri Grethen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


    Top