This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0483R(01)
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL Progress by Member States towards Nearly Zero-Energy Buildings
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-progress mill-Istati Membri lejn Binjiet b'Konsum ta' Enerġija Kważi Żero
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-progress mill-Istati Membri lejn Binjiet b'Konsum ta' Enerġija Kważi Żero
/* COM/2013/0483 final/2 */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-progress mill-Istati Membri lejn Binjiet b'Konsum ta' Enerġija Kważi Żero /* COM/2013/0483 final/2 */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-progress mill-Istati Membri lejn Binjiet
b'Konsum ta' Enerġija Kważi Żero WERREJ 1........... Introduzzjoni................................................................................................................... 4 2........... L-applikazzjoni fil-prattika
tad-definizzjoni NZEB............................................................ 5 3........... Miri intermedji................................................................................................................ 6 4........... Politiki u miżuri
għall-promozzjoni tal-NZEBs.................................................................. 6 4.1........ Rappurtaġġ dwar
l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2009/28/KE........................................... 7 4.2........ Politiki u miżuri biex
tiġi stimulata r-rinnovazzjoni f'NZEB................................................. 8 5........... Il-konklużjonijiet u l-passi
li jmiss.................................................................................... 8 5.1........ Konklużjonijiet............................................................................................................... 8 5.2........ Il-passi li jmiss................................................................................................................ 9 Anness 1: Ħarsa ġenerali lejn
id-definizzjonijiet nazzjonali ta’ NZEBs............................................ 10
1.
Introduzzjoni
Il-binjiet huma fil-qalba tal-politika
tal-effiċjenza enerġetika tal-UE, peress li kważi 40 %[1] tal-konsum finali
tal-enerġija u 36 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra huma
mid-djar, l-uffiċini u binjiet oħra. It-titjib tal-prestazzjoni
tal-enerġija tal-istokk tal-bini tal-Ewropa huwa kruċjali, mhux biss
biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-2020 iżda wkoll biex
jintlaħqu l-għanijiet fuq terminu itwal tal-istrateġija
tal-klima tagħna kif stabbiliti fil-pjan direzzjonali għall-2050
għal ekonomija b'karbonju baxx[2].
Id-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment
tal-bini fl-użu tal-enerġija[3]
(minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-‘EPBD' - energy performance of
buildings) huwa l-istrument leġiżlattiv ewlieni fil-livell tal-UE
għat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija ta' binjiet Ewropej.
Element prinċipali tal-EPBD, speċjalment biex jintlaħqu dawn
l-għanijiet fuq terminu itwal, huwa r-rekwiżiti tiegħu dwar
Binjiet b'Konsum ta' Enerġija Kważi Żero (minn hawn 'il quddiem
imsejħin 'NZEBs' - Nearly Zero-Energy Buildings). L-Artikolu 9(1) tal-EPBD jitlob li l-Istati
Membri "jiżguraw li: (a)
sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-bini
ġdid kollu jkun bini li juża kważi żero enerġija; kif
ukoll (b)
wara l-31 ta’ Diċembru 2018, bini
ġdid okkupat minn u proprjeta’ ta’ awtoritajiet pubbliċi jkun bini li
juża kważi żero enerġija." Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom
ifasslu pjanijiet nazzjonali biex jiżdied l-għadd ta’ NZEBs, li
jistgħu jinkludu diversi miri skont il-kategoriji tal-bini. L-Artikolu 9(2) jistipula wkoll li l-Istati
Membri għandhom jiżviluppaw politiki u jieħdu miżuri
bħall-iffissar ta' miri sabiex jistimulaw t-trasformazzjoni ta' binjiet li
jiġu rinnovati f'NZEBs, u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan fil-pjanijiet
nazzjonali tagħhom. L-Artikolu 9(3) jgħid li "Il-pjanijiet
nazzjonali għandhom jinkludu inter alia l-elementi li ġejjin: (a)
l-applikazzjoni dettaljata tal-Istati Membri
fil-prattika tad-definizzjoni ta’ bini li juża kważi żero
enerġija, filwaqt li jirriflettu l-kondizzjonijiet nazzjonali, reġjonali
jew lokali, u jinkuldu indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija
primarja espressa f’kWh/m2 fis-sena.... (b)
miri intermedji għat-titjib
tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’bini ġdid sal-2015...; (c)
informazzjoni dwar il-linji politiċi u
miżuri finanzjarji jew miżuri oħrajn (.....) inklużi
dettalji tar-rekwiżiti nazzjonali u miżuri dwar l-użu
tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f’bini ġdid u bini eżistenti
li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri fil-kuntest tal-Artikolu
13(4) tad-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-Direttiva." Abbażi ta’ dawn il-pjanijiet nazzjonali,
il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati
Membri, sa Diċembru 2012 u kull tliet snin wara (l-Artikolu 9 (5)). Dan l-ewwel rapport huwa bbażat
fil-biċċa l-kbira fuq l-informazzjoni inkluża fil-pjanijiet
nazzjonali għall-NZEBs mressqa minn 8 Stati Membri (BE, DK, CY, FI, LT,
NL, SE u UK) sa tmiem Novembru 2012. Sadanittant, sitt Stati Membri oħra
(BG, DE, FR, HU, IE u SK) bagħtu l-pjanijiet tagħhom iżda dawn
ma tqisux fl-analiżi. Barra minn hekk, għall-Istati Membri li ma
pprovdewx pjan nazzjonali uffiċjali, l-informazzjoni dwar il-progress
tagħhom ittieħdet mit-tieni Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali
għall-Effiċjenza Enerġetika (NEEAPs - National Energy Efficiency
Action Plans), fejn tali informazzjoni kienet disponibbli. Tlettax mit-tieni
NEEAPs (BG, EE, FI, FR, HU, IE, IT, LU, MT, PL, ES, NL u UK) jirreferu
għall-għanijiet NZEB. Dan ir-rapport huwa bbażat fuq
informazzjoni li tinsab fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali
għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAPs - National Renewable Energy Action
Plans)[4]
u studju speċifiku dwar l-NZEBs[5]. Bħala osservazzjoni ġenerali
għandu jiġi nnutat li l-pjanijiet nazzjonali jvarjaw sostanzjalment
f’dak li għandu x’jaqsam mal-preżentazzjoni u l-kontenut. Dan
jirrifletti livelli differenti ta’ żvilupp tal-politiki nazzjonali
għall-NZEBs, kif ukoll in-nuqqas ta’ mudell għall-pjanijiet.
Madanakollu, il-pjanijiet nazzjonali kollha fihom, b'mod konsiderevoli, aktar
informazzjoni minn dak li kien inkluż fit-tieni NEEAPs.
2.
L-applikazzjoni fil-prattika tad-definizzjoni NZEB
Skont l-Artikolu 2(2) tal-EPBD, NZEB "tfisser
bini li għandu rendiment tajjeb ħafna fl-użu tal-enerġija
kif determinat skont l-Anness I. Il-kważi żero enerġija jew
l-ammont baxx ħafna ta’ enerġija meħtieġa għandha
tiġi fil-maġġor parti tagħha minn sorsi ta’ enerġija
rinnovabbli, inkluża minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli prodotta fuq
il-post jew fil-qrib;" Għaldaqstant, filwaqt li l-EPBD
joħloq qafas biex ikun hemm definizzjoni ta’ NZEBs, l-appilkazzjoni
dettaljata finali fil-prattika ta’ dik id-definizzjoni (p.eż. x’inhu “rendiment
tal-enerġija għoli ħafna”) hija r-responsabbiltà tal-Istati
Membri. Analiżi tal-informazzjoni disponibbli
(ara l-Anness 1 għal ħarsa aktar dettalljata) turi li,
għalkemm il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jirrapportaw
progress fid-definizzjoni tal-NZEBs, 4 Stati Membri biss (BE, CY, DK u LT) taw
definizzjoni li tinkludi kemm mira numerika u sehem ta’ sorsi ta’ enerġija
rinnovabbli. Fi Stati Membri oħra x-xogħol fuq id-definizzjoni
laħqet stadji differenti ta’ żvilupp (ara l-graff t'hawn taħt). Figura
1: L-istatus
tal-iżvilupp ta’ definizzjoni NZEB fl-Istati Membri Ftit Stati Membri semmew għanijiet li
jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-NZEB, inkluż ta’ binjiet li
jużaw żero enerġija fil-Pajjiżi l-Baxxi, binjiet
pożittivi fl-enerġija fid-Danimarka u Franza, binjiet ġodda li
jkunu newtrali għall-klima fil-Ġermanja u l-istandards
taż-żero karbonju fir-Renju Unit. Fejn indikatur numeriku huwa stabbilit,
ir-rekwiżiti jvarjaw b'mod kemxejn wiesa' minn 0 kWh/m2/s sa
220 kWh/m2/s. Jista' jitqajjem dubju dwar kemm il-livelli ogħla
ta' konsum ta' enerġija huma kompatibbli mad-definizzjoni ta' NZEBs kif
mogħtija permezz tal-EPBD. Rigward is-sehem tal-enerġija rinnovabbli
r-rappurtaġġ huwa ugwalment divers, u ftit pajjiżi biss
jiddefinixxu l-perċentwal minimu speċifiku (BE, CY, DK u LT). Stati
Membri oħra jagħmlu dikjarazzjonijiet kwalitattivi biss (BE, DE, EL,
IE, LT, NL, SE u UK). Fl-aħħar nett, xi Stati Membri (EE, NL)
jistqarru li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli se jiġu definiti meta
d-definizzjoni nazzjonali dwar l-NZEBs tkun ġiet żviluppata aktar
(ara wkoll it-taqsima 4.1). L-ebda Stat Membru
għadu ma rrapporta xi reġim leġiżlattiv biex ma jiġux
applikat ir-rekwiżiti NZEB f’każijiet speċifiċi u
ġustifikabbli fejn l-analiżi tal-kostbenefiċċju matul
iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tal-bini in kwistjoni tkun
negattiva, kif permess skont l-Artikolu 9 (6) tal-EPBD.
3.
Miri intermedji
L-Artikolu 9(3) (b) jistqarr li
l-pjanijiet nazzjonali għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, “miri
intermedji għat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’bini
ġdid sal-2015”. Ħmistax mis-27 Stat Membru (BE, CZ, DK,
EE, FI, DE, EL, HU, IE, LV, LT, SI, SE, NL u UK) fil-fatt stabbilixxew tali
miri intermedji. Madanakollu, peress li d-Direttiva ma tiddefinixxix it-tip ta’
miri li għandhom jiġu stabbiliti, l-Istati Membri ħadu
approċċi differenti biex jistabbilixxu miri intermedji (ara l-Anness
1 għal aktar dettalji). Il-maġġoranza tal-pajjiżi
jiddefinixxu dawn il-miri bħala rekwiżiti minimi tal-enerġija
(p.eż. 50 kWh/m2/s fl-2015) jew bħala l-livell
taċ-Ċertifikat tal-Prestazzjoni tal-Enerġija meħtieġ
sa sena partikolari (pereż. il-livell B sal-2015). Stati Membri oħra jiddefinixxu
l-miri intermedji billi jistqarru li “il-binjiet ġodda kollha” jew
“il-binjiet pubbliċi ġodda kollha” se jkunu NZEBs sal-2015. Ftit Stati Membri (CZ, EE u NL) ffissaw numri
attwali għal binjiet ġodda jew binjiet pubbliċi ġodda biex
jinbnew sas-sena 2015. Ir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku
ġie enfasizzat min-numru ta' Stati Membri (BE, CZ, DE, DK, EE, IE, NL u
UK) permezz tat-twaqqif ta’ miri intermedji speċifiċi
għall-binjiet pubbliċi. Miri intermedji għal kull ristrutturar
ta’ binjiet eżistenti f’NZEBs ġew stabbiliti minn ftit Stati Membri
biss (BE, DK u IE).
4.
Politiki u miżuri għall-promozzjoni
tal-NZEBs
L-Artikolu 9(3c) tal-EPBD
jeħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali jinkludu: "informazzjoni
dwar il-linji politiċi u miżuri finanzjarji jew miżuri
oħrajn adottati fil-kuntest tal-paragrafi 1 u 2 għall-promozzjoni ta’
bini li juża kważi żero enerġija, inklużi dettalji
tar-rekwiżiti nazzjonali u miżuri dwar l-użu tal-enerġija
minn sorsi rinnovabbli f’bini ġdid u bini eżistenti li tkun qed
issirlu rinovazzjoni maġġuri fil-kuntest tal-Artikolu 13(4)
tad-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikoli 6 u 7 ta’ din
id-Direttiva." L-Istati Membri rrapportaw firxa wiesgħa
ta’ politiki u miżuri li jappoġġjaw l-għanijiet tal-NZEB
fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom u l-NEEAPs (ara t-tabella t'hawn
taħt), għalkemm ħafna drabi mhuwiex ċar sa liema punt dawn
il-miżuri jimmiraw speċifikament għall-NZEBs. Strumenti finanzjarji u miżuri ta’
appoġġ, inklużi krediti ta’ taxxa għall-miżati
notarili, rati tal-interess tas-self ipotekarju sussidjati għal djar
effiċjenti fl-enerġija u self b’imgħax baxxi
għat-tagħmir mill-ġdid fi djar b’konsum enerġetiku baxx,
kienu l-iktar li ssemmew, segwiti mit-tisħiħ tar-regolamenti
tal-bini, il-ħolqien ta’ kuxjenza, attivitajiet edukattivi u ta’ taħriġ,
u proġetti pilota jew ta’ dimostrazzjoni għal bini effiċjenti
ħafna. Ftit Stati Membri biss irrapportaw dwar
miżuri speċifiċi għall-binjiet pubbliċi. Il-kamp ta'
applikazzjoni tal-miżuri għall-bini pubbliku jvarja sostanzjalment
bejn l-Istati Membri, minn binjiet tal-gvern ċentrali biss sal-binjiet
kollu li jkun propjetà pubblika jew il-binjiet kollha użati għal
finijiet pubbliċi. Figura
2: Politiki ewlenin u
miżuri ta’ appoġġ għall-NZEBs fl-Istati Membri
4.1.
Rappurtaġġ dwar l-Artikolu 13(4)
tad-Direttiva 2009/28/KE[6]
L-Artikolu 9(3c) tal-EPBD jeħtieġ li
l-Istati Membri jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali
tagħhom dwar “.... dettalji tar-rekwiżiti nazzjonali u miżuri
dwar l-użu tal-enerġija rinnovabbli f’bini ġdid u bini
eżistenti li qed issirlu rinovazzjoni maġġuri fil-kuntest
tal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2009/28/KE....” L-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2009/28/KE
dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (minn
hawn ’il quddiem imsejħa d-Direttiva SER) jgħid li: "L-Istati Membri għandhom
jintroduċu fir-regolamenti u l-kodiċi tal-bini miżuri xierqa
sabiex tiżdied id-distribuzzjoni ta’ kull tip ta’ enerġija minn sorsi
rinnovabbli fis-settur tal-bini. Meta jistabbilixxu dawn il-miżuri, jew
fl-skemi tal-appoġġ reġjonali tagħhom, l-Istati Membri
jistgħu jikkunsidraw miżuri nazzjonali relatati ma' żidiet
sostanzjali fl-effiċjenza tal-enerġija u relatati
mal-koġenerazzjoni u ma’ bini b’enerġija passiva, b’ammont ta’
enerġija baxxa jew dawk b’ammont ta’ enerġija żero. Sa Diċembru 2014, l-Istati Membri
għandhom, fir-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom...
jeħtieġu l-użu ta’ livelli minimi ta’ enerġija minn sorsi
rinnovabbli fil-bini ġdid u bini eżistenti li huwa soġġett
għal rinnovazzjoni estensiva.” Ftit Stati Membri biss irrapportaw dwar dan
ir-rekwiżit fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom jew fl-NEEAPs (ara
l-Anness 1, l-aħħar kolonna). Madankollu, xi Stati Membri
rrapurtaw dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-binjiet fil-kuntest
tal-pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli
(NREAPs — National Renewable Energy Action Plans), għalkemm mhux
f’ħafna dettall. Probabbilment dan seħħ minħabba d-data
tal-għeluq għar-rappurtaġġ tal-NREAP tat-30 ta’ Ġunju
2010 f’liema żmien ftit Stati Membri kellhom NZEB elaborati u dettaljati. Fejn l-Istati Membri jirrapportaw dwar
il-binjiet fin-NREAP tagħhom, dan l-iktar li jiffoka huwa dwar il-livelli
minimi tal-enerġija solari termali għall-produzzjoni tal-ilma
sħun fid-djar (CY, EL, IT, PT, ES). Ir-rappurtaġġ dwar l-enerġija
rinnovabbli fil-pjanijiet nazzjonali NZEB jirreferi għall-miżuri
meħuda bħala konsegwenza tad-Direttiva RES u l-implimentazzjoni
tagħha (BE r-Reġjun Fjamming, DK u SE) jew jiddeskrivi miżuri
speċifiċi ta’ appoġġ għall-enerġija rinnovabbli
(DK).
4.2.
Politiki u miżuri biex jiġi
mħeġġeġ ir-ristutturar f'NZEB
L-Artikolu 9(2) tal-EPBD
jeħtieġ li l-Istati Membri, "jsegwu l-eżempju mexxej
tas-settur pubbliku, jiżviluppaw linji politiċi u jieħdu
miżuri bħall-iffissar ta' miri sabiex jistimulaw it-trasformazzjoni
ta' bini li jiġi rinnovat f'bini li juża kważi żero
enerġija, u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan fil-pjanijiet nazzjonali
tagħhom...". Tabilħaqq, xi Stati Membri rrappurtaw
dwar miżuri speċifiċi għar-rinnovazzjoni tal-binjiet
eżistenti f'NZEBs (DK, FR, IE, MT, NL, SE, UK). Filwaqt li xi Stati Membri
stabbilixxew regoli tal-bini speċifiċi għar-rinnovament (DK, IE,
SE), oħrajn iffukaw fuq benefiċċji finanzjarji bħal
ribassi, krediti ta' taxxa u self vantaġġjuż mill-banek (MT, UK)
jew qegħdin jippjanaw studji (NL).
5.
Il-konklużjonijiet u l-passi li jmiss
5.1.
Konklużjonijiet
Fl-aħħar ta' Novembru 2012, 9 Stati
Membri biss (BE, DK, CY, FI, LT, IE, NL, SE, u UK) kienu rrappurtaw
il-pjanijiet nazzjonali tal-NZEB tagħhom lill-Kummissjoni. Fir-rigward
tad-definizzjoni prattika tal-NZEBs, 5 Stati Membri biss (BE, CY, DK, IE u LT)
ippreżentaw definizzjoni li fiha kemm mira numerika kif ukoll sehem ta'
sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Ħmistax-il Stat Membru (BE, CZ, DK, EE,
FI, DE, GR, HU, IE, LV, LT, SL, SE, NL and UK) ippreżentaw miri intermedji
għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija ta' binjiet ġodda
sal-2015, bil-biċċa l-kbira jiffukaw fuq it-tisħiħ
tar-regolamenti tal-bini u/jew tal-livelli taċ-ċertifikati tal-livell
tal-prestazzjoni tal-enerġija. Għalkemm il-biċċa l-kbira
tal-Istati Membri rrappurtaw varjetà ta' miżuri ta' appoġġ biex
jippromwovu l-NZEBs, inklużi inizjattivi finanzjarji, it-tisħiħ
tar-regolamenti tal-bini tagħhom, attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u
proġetti pilota/ta' dimostrazzjoni, mhuwiex dejjem ċar kemm dawn
il-miżuri jimmiraw speċifikament għall-NZEBs. Għaldaqstant, il-konklużjoni
għandha tkun li sar ftit wisq progress mill-Istati Membri
fit-tħejjijiet tagħhom lejn n-NZEBs sal-2020. Dan in-nuqqas ta' tħejjija tajba u f'waqtha
jżid ir-riskju li l-Istati Membri mhux se jlaħħqu mad-dati ta'
geluq biex il-binjiet il-ġodda jkunu NZEBs. Barra minn hekk, l-assenza ta'
definizzjonijiet ċari, miri interim u miżuri ta' appoġġ
dedikati tfisser li l-qasam tal-bini jaffaċċja inċertezza dwar
il-qafas regolatorju u ta' politika għall-NZEBs, u b'hekk jinħoloq
dewmien fl-investiment meħtieġ fit-teknoloġija, il-proċessi
u t-taħriġ, u titnaqqas il-kompetittività tiegħu. Iktar minn hekk, l-UE tista’ titlef parti
mill-kontribuzzjoni li l-binjiet għandom jagħmlu biex jintlaħqu
l-għanijiet tal-klima u tal-enerġija fuq terminu twil tagħha.
Minħabba d-daqs potenzjali ta’ din il-kontribuzzjoni huwa improbabbli li
din id-differenza timtela bi ffrankar f’oqsma oħra. Dan in-nuqqas ta’ progress jimplika wkoll li
l-Istati Membri qegħdin jitħabtu biex jimplimentaw definizzjoni
prattika dettaljati tal-NZEBs fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EPBD, li tkompli
tkabbar l-inċertezza għall-qasam tal-bini. Fl-aħħar nett, peress li
l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni limitata biss mill-Istati Membri,
mhuwiex possibbli li ssir evalwazzjoni xierqa tal-pjanijiet nazzjonali, u b’mod
partikolari l-adegwatezza tal-miżuri previsti mill-Istat Membru
fir-rigward tal-objettivi tal-EPBD.
5.2.
Il-passi li jmiss
L-Istati Membri li għadhom ma
bagħtux il-pjanijiet nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni
għandhom jagħmlu dan mingħajr iżjed dewmien. Il-Kummissjoni
se ssegwi direttament ma' dawk l-Istati Membri għal dan il-għan. Għal dawk l-Istati Membri li bagħtu
l-pjanijiet nazzjonali tagħhom, il-Kummissjoni se twettaq l-ewwel
valutazzjoni rigward il-kompletezza tagħhom. Għal pjanijiet mhux
kompleti, il-Kummissjoni se titlob informazzjoni addizzjonali u iktar
iddettaljat. Biex jiġi mħaffef il-forniment ta’ din l-informazzjoni,
mudell mhux obbligatorju żviluppat speċifikament se jkun disponibbli
għall-Istati Membri. L-Istati Membri huma mħeġġa li
jużaw dan il-mudell biex jiffaċilitaw il-komparabbiltà u
l-analiżi tal-pjanijiet. Sussegwentement, il-Kummissjoni se twettaq
valutazzjoni dettaljata tal-pjanijiet nazzjonali b'ħarsa partikolari lejn
l-applikazzjoni dettaljata fil-prattika tad-definizzjoni ta' NZEB, il-miri
intermedji u l-miżuri ta' appoġġ proposti. Jekk ikun hemm
bżonn il-Kummissjoni se titlob aktar informazzjoni speċifika rigward
ir-rekwiżiti NZEB mill-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 9(4)
tal-EPBD. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni se tiżviluppa
pjan ta’ azzjoni u, jekk meħtieġ, tipproponi miżuri biex
iżżid l-għadd ta’ NZEBs u tħeġġeġ
il-prattiċi tajba fir-rigward tat-trasformazzjoni kosteffettiva ta’
binjiet eżistenti f’NZEBs. Biex tkompli tgħin lill-Istati Membri
jiżviluppaw applikazzjoni dettaljata fil-prattika tad-definizzjoni
tal-EPBD ta’ NZEBs, il-Kummissjoni biħsiebha tiżviluppa nota ta’
gwida interpretattiva. Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 26 tal-EPBD se
jintuża biex ikun hemm konsultazzjoni mal-Istati Membri matul
l-elaborazzjoni ta’ din il-gwida. Fejn ikun f'loku, se ssir referenza ukoll
għax-xogħol li għaddej dwar l-istandardizzazzjoni li
qiegħda ssir bħalissa mis-CEN taħt il-mandat M/480,
ix-xogħol tal-Azzjoni Miftiehma tal-EPBD f'dan il-kamp u l-iżviluppi
skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Għandu jiġi
nnotat li l-iżvilupp ta’ din il-gwida ma jistax jiġi interpretat
bħala raġuni għall-Istati Membri biex idewmu iktar il-pjanijiet
nazzjonali tagħhom u l-implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti
tal-EPBD fir-rigward tal-NZEBs. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se
tuża b'mod sħiħ is-setgħat tagħha skont it-Trattat
biex tiżgura li l-EPBD, inklużi r-rekwiżiti tal-NZEB, jiġi
traspost u implimentat b’mod korrett fl-UE. Bħala konklużjoni, l-Istati Membri
għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw
ir-rekwiżiti rigward l-NZEBs fl-EPBD biex jiġi żgurat li l-miri
klimatiċi fuq terminu itwal tal-UE ma jiġux ipperikolati u li l-qasam
tal-bini jkun jista' jieħu vantaġġ sħiħ
mill-opportunitajiet li l-NZEBs joffru. Anness 1:
Ħarsa ġenerali lejn id-definizzjonijiet nazzjonali tal-NZEBs[7] Pajjiż || Deskrizzjoni tal-applikazzjoni fil-prattika Artikolu 9(3a) || Indikatur numeriku għad-domanda għall-enerġija Artikolu 9(3a) || Miri intermedji Artikolu 9(3b) || Is-sehem ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli Artikolu 9(3c) AT || Il-proċess li jintlaħaq ftehim dwar id-definizzjoni ta' NZEB fl-Awstrija jinsab għaddej. Sadanittant, il-kodici tal-bini jirreferi għal livell baxx ta’ standard tal-enerġija (ÖNORM 8118) li jirreferi għall-kwalità tal-involukru tal-bini. || || || BE Brussell - Ir-Reġjun tal-Kapitali || Id-definizzjoni fil-Kodiċi tal-Arja, il-Klima u l-Enerġija tuża d-definizzjoni mogħtija mir-riformulazzjoni tal-EPBD. Wara r-riżultat ta’ studju kostottimali li għaddej bħalissa, id-definizzjoni se ssir aktar speċifika. || Konsum primarju tal-enerġija taħt il- 45 kWh/m2/s (inkluż it-tisħin tal-bini, l-ilma sħun u l-apparat domestiku) Għall-uffiċini, unitajiet ta' servizz u unitajiet edukattivi, il-konsum primarju tal-enerġija taħt il- 95 – 2,5*C kWh/m2 /s b'C tkun definita bħala l-kumpatezza, jiġifieri l-proporzjon bejn il-volum magħluq u ż-żona ta' telf. || Il-binijiet ġodda kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti komparabbli mal-istandard passiv mill-2015. || Il-metodu ta’ kalkolu tal-enerġija primarja jinkludi l-kontribut minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli bħax-xemx, it-tisħin permezz tal-bijomassa, sistemi ta’ tisħin ġeotermali u sistemi ta' pompi tas-sħana kif ukoll tekniki ta’ tibrid passiv. BE Ir-reġjun Wallon || NZEB huwa kkaratterizzat fil-fażi tad-disinn bi pestazzjoni tal-enerġija li tkun qrib jew daqs l-istandards passivi tad-djar għall-involukru tal-bini u bil-kopertura tal-enerġija rinnovabbli għall-parti tal-konsum. L-istandard Passivhaus għall-Ewropa ċentrali jeħtieġ li l-bini għandu jkun iddiżinjat biex ikollu domanda annwali għat-tisħin ta' mhux aktar minn 15-ilkWh/m² fis-sena u 15-il kWh/m² tibrid fis-sena JEW li jkun iddiżinjat b'karga fl-eqqel sigħat ta' tisħin ta' 10W/m² Total ta' konsum ta' enerġijaprimarja (enerġija primarja għat-tisħin, l-ilma sħun u l-elettriku) m'għandhomx ikunu iktar minn 120 kWh/m² fis-sena Id-definizzjoni hija mistennija li tevolvi maż-żmien. || || L-istandards tal-enerġija mitluba għall-binjiet residenzjali, uffiċini, binjiet għas-servizzi u t-tagħlim se jkunu 60 kWh/m2/s sal-2014. Il-kostruzzjoni se tikkonforma wkoll mal-istandard passiv jew ekwivalenti mill-2017. Mill-2019 ’il quddiem, il-binjiet ġodda kollha — flimkien mal-istandard passiv — se jkunu meħtieġa li jikkonformaw bħala minimu mal-istandard ‘żero nett’ u jxaqilbu lejn binjiet pożittivi fl-enerġija. || Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli huwa muri fi grafika fil-pjan nazzjonali BE Ir-reġjun Fjamming || Abbażi tal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni enerġetika, l-Aġenzija Fjamminga tal-Enerġija (VEA) qiegħda teżamina l-livelli kostottimali għall-Fjandri. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju se jiġu użati bħala kontribut għall-applikazzjoni dettaljata fil-prattika. || Bħalissa l-livell kostottimali huwa E55-E60, li huwa l-użu tal-enerġija kkalkulat. || Ir-rekwiżit livell-E għall-bini residenzjali, binjiet ta' uffiċċju jew skola għal E70 fl-2012 u E60 fl-2014. Skeda ta' żmien għal aktar rekwiżiti stretti sal-2019 (għall-binjiet pubbliċi) u fl-2021 qiegħda tiġi żviluppata kemm għal binjiet ġodda kif ukoll għal binjiet eżistenti (binjiet residenzjali u mhux residenzjali separatament) || Il-leġiżlazzjoni qiegħda tiġi żviluppata. Għal binjiet residenzjali b’aktar minn unità ta' abitazzjoni waħda (anki għal skejjel u uffiċċji) trid tintuża waħda minn dawn is-6 għażliet: 1. Sistemi ta' enerġija solari termali 2. Sistemi ta' enerġija solari fotovoltajċi 3. Bijomassa (bojler, forn jew koġenerazzjoni kwalitattiva) 4. Pompi tas-sħana 5. Konnessjoni mat-tisħin jew tibrid distrettwali 6. Parteċipazzjoni fi proġett tal-enerġija rinnovabbli bil-possibbiltà addizzjonali ≥10 kWh enerġija rinnovabbli għal kull m2 tat-total tal-erja tal-art li tista' tintuża (kombinament wieħed jew iktar sistemi). Jekk ma jkunx konformi mar-rekwiżiti minimi tal-enerġija rinnovabbli, ir-rekwiżit tal-prestazzjoni tal-enerġija (livell-E) huwa stabbilit għal 10 % iktar strett. Is-sehem minimu ta' enerġija rinnovabbli huwa integrat fil-kalkoli tal-livell-E. BG || Il-Bulgarija ma għandha l-ebda definizzjoni ta' NZEB || || || CY || L-NZEB hija definita permezz ta' indikatur tal-użu primarju tal-enerġija u perċentwal ta’ enerġija rinnovabbli. Bini ta’ referenza huwa użat għall-kalkoli. || 180 kWh/m2/s għal binjiet residenzjali 210 kWh/m2/s għal binjiet mhux residenzjali (inkluż it-tisħin, it-tibrid, l-ilma sħun u d-dawl) || || Minn tal-inqas 25 % tal-enerġija primarja għandha tiġi koperta minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli. CZ || Id-definizzjoni ta' NZEB qiegħda fil-proċess li tiġi approvata. Id-Digriet futur dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-binjiet se tinkludi d-definizzjoni b’perċentwal fiss tad-domanda għall-enerġija meħtieġa li tkun koperta minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli. || || FL-2016 il-binjiet pubbliċi kollha ikbar li huma ikbar minn 1500 m2 se jkunu NZEBs u fl-2017 il-binjiet pubbliċi kollha ikbar minn 350 m2 se jkunu NZEBs. Il-binjiet ġodda kollha ikbar minn 1500 m2 se jkunu NZEBs fl-2018. Il-binjiet ġodda kollha ikbar minn 350 m2 se jkunu NZEBs fl-2019. 14.000 sa 22.000 NZEBs residenzjali ġodda kull sena mill-2020. || DK || Rekwiżiti dwar l-NZEBs jinsabu fir-regolamenti dwar il-bini bħala klassijiet ta’ prestazzjoni progressiva; “klassi 2015” u “klassi 2020”. Binja residenzjali (+lukandi eċċ.) hija kklassifikat bħala klassi 2015 meta l-ħtieġa miġbura għall-enerġija għat-tisħin, il-ventilazzjoni, it-tibrid u l-ilma sħun għal kull m2 ta' erja msaħħna ma taqbiżx it-30 kWh/m2/s miżjuda ma' 1000kWh/s diviża mal-erja msaħħna. (30 + 1000/A) kWh/m2/s. Binja residenzjali (+lukandi eċċ.) hija kklassifikat bħala klassi 2015 meta l-ħtieġa miġbura għall-enerġija għat-tisħin, il-ventilazzjoni, it-tibrid u l-ilma sħun għal kull m2 ta' erja msaħħna ma taqbiżx it-41 kWh/m2/s miżjuda ma' 1000kWh/s diviża mal-erja msaħħna. (41 + 1000/A) kWh/m2/s. Bini jiġi kklassifikat bħala bini "Klassi 2020" meta l-ħtieġa kollettiva tal-enerġija għat-tisħin, il-ventilazzjoni, it-tibrid u l-ilma sħun għal kull m2 ta' erja msaħħna ma taqbiżx l- 20 kWh/m2/s. || 20 kWh/m2/s || Ir-rekwiżiti għall-“klassi 2015” huma mistennija li jkunu obbligatorji fl-2015. Ir-rekwiżiti għall-“klassi 2020” — se japplikaw għall-binjiet pubbliċi sal-aħħar tal-2018 u għal kull binja oħra sa tmiem l-2020. || L-ishma mistennija ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-qasam tal-bini huma ppreżentati għall-2015 u l-2020. bejn 44 u 51 % fl-2015 bejn 51 u 56 % fl-2020. EE || Koeffiċjent tal-enerġija ta' 50-140 kWh/m2/s għall-NZEBs ġie propost, iżda hija meħtieġa aktar konsultazzjoni pubblika fir-rigward tad-definizzjoni ta' NZEBs. || Koeffiċjent ta' enerġija ta' 50-140 kWh/m2/s ġie propost. || L-introduzzjoni gradwali ta’ rekwiżiti iżjed stretti fir-rigward tal-prestazzjoni tal-enerġija mill-2013’il quddiem. 10 NZEBs aċċessibbli b'mod pubbliku sal-2015. || FI || Il-Finlandja għadha ma waslitx għad-definizzjoni finali tagħha ta' NZEBs. Il-ħsieb hu li jinħarġu deskrizzjonijiet tekniċi rigward l-NZEBs bħala rakkomandazzjonijiet fl-2015. || || Rekwiżiti għall-istandard “dar passiva” għal binjiet mibnija, imsewwija jew mikrija wara l-2015. Binjiet ġodda fl-amministrazzjoni pubblika mibnija wara l-2015 se jkollhom l-istandard "dar passiva". || FR || Franza ma għandhiex definizzjoni uffiċjali ta’ NZEB. || || Għal bini kollettiv fejn jgħixu n-nies, ir-rekwiżit tal-konsum se jitbaxxa minn 57.5 għal 50 kWhepm2/s fl-2015. Għal bini individwali fejn jgħixu n-nies, ir-rekwiżit ta' konsum diġà huwa 50 kWhepm2/s. Il-binjiet ġodda kollha se jkunu pożittivi fl-enerġija fl-2020. Tnaqqis ta' 38 % fil-konsum tal-enerġija primarja sal-2020 għall-istokk eżistenti tal-bini. || DE || Definizzjoni governattiva espliċita ta’ standards ta’ prestazzjoni tal-NZEB qiegħda tiġi ppreparata. || || Se jkun hemm aġġornament tar-Regolamenti dwar l-Iffrankar tal-Enerġija fl-2012 jew l-2013 b’aktar aġġornamenti possibbli qabel l-2020. Rekwiżiti għall-NZEBs pubbliċi se jiġu introdotti fl-2016 u għall-NZEBs ġodda kollha fl-2018. || Fil-Ġermanja l-użu ta' enerġiji rinnovabbli għat-tisħin f'binjiet ġodda sar obbligatorju skont l-Att dwar is-Sħana mill-Enerġija Rinnovabbli. L-ammont minimu ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli hija rregolata permezz tal-Erneuerbare-Energien- Wärme-Gesetz (l-Att dwar is-Sħana mill-Enerġiji Rinnovabbli). EL || L-ebda standard dwar l-NZEB mhu disponibbli. Regolamenti ġodda bbażati fuq ir-riformulazzjoni tal-EPBD qegħdin jitħejjew u se jiddefinixxu l-pjan direzzjonali għall-NZEB. || || || Binjiet ġodda għandhom ikopru l-konsum tal-enerġija primarja kollu tagħhom b’sistemi tal-provvista tal-enerġija bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. (Il-miri nazzjonali, NEEAP) HU || Ir-rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-enerġija tal-NZEB se jiġu definiti fid-Digriet dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-binjiet li jinsab f’fażi ta’ żvilupp. || || Ir-rekwiżiti se jiġu msaħħa fl-2016 flimkien ma' reviżjoni fundamentali mistennija tas-sistema tar-rekwiżiti. Rekwiżiti diretti rigward sistemi solari attivi u sistemi fotovoltajċi se jinġiebu fis-seħħ fl-2016. || IE || Id-definizzjoni hija stabbilita b’indikatur numeriku tal-użu primarju tal-enerġija u livell ta' Ċertifikat tal-Gradazzjoni tal-Enerġija għall-Bini (BER - Building Energy Raing) || Sal-2020 l-abitazzjonijiet ġodda kollha se jkollhom karga ta' enerġija li mhux se taqbeż il- 45 kWh/m2/s (inklużi t-tisħin, il-ventilazzjoni, l-ilma sħun u d-dawl) Fit-termini taċ-Ċertifikati tal-Gradazzjoni tal-Enerġija għall-Bini (BER) l-abitazzjonijiet ġodda kollha se jiġu gradati bħala A3 jew ogħla. L-istess prinċipju japplika għal binjiet mhux residenzjali u għal binjiet eżistenti iżda l-mira numerika u l-gradazzjoni BER għadhom ma ġewx deċiżi b’mod formali. || L-għan sal-2013 huwa li jimmiraw għal titjib aggregat ta' 40 % fl-emissjonijiet u sal-2019 titjib aggregat ta' 60 % soġġetti għal kalkoli kostottimali. Ir-Regolamenti tal-Bini li Jemendaw Parti L fl-2015 u l-2018, biex jirrikkjedu t-titjib tal-Istandard dwar il-Prestazzjoni tal-Enerġija għal binjiet eżistenti li qegħdin jiġu estiżi, rinnovament/alterazzjoni jew li se jkollhom bdil fl-użu. || Proporzjon raġonevoli ta’ enerġija se tinġieb minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-post jew fil-qrib. IT || L-ebda definizzjoni uffiċjali tal-istandard ta' prestazzjoni tal-NZEB. || || || LT || Il-prestazzjoni enerġetika hija ddefinita b’tali mod li ma jkollhiex x’taqsam ma’ valur partikolari ta’ konsum ta’ enerġija u hija ddefinita bil-klassi rispettiva ta' prestazzjoni tal-enerġija tal-binja. Kull bini jkun ivvalutat individwalment. || NZEB huwa wieħed li jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolamenti Tekniċi tal-Kostruzzjoni STR 2.01.09:2012 għall-klassi tal-bini A++. || Il-Litwanja stabbiliet rekwiżiti tranżizzjonali għal binjiet ġodda fl-2014, l-2016, l-2018 u l-2021 taħt il-klassijiet ta’ prestazzjoni tal-enerġija tal-binjiet: - qabel l-2014 — binjiet ġodda jew partijiet tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-klassi tal-binjiet C; - mill-2014 — binjiet ġodda jew il-partijiet tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-klassi tal-binjiet B; -mill-2016 — binjiet ġodda jew il-partijiet tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-klassi tal-binjiet A; -mill-2018 — binjiet ġodda jew il-partijiet tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-klassi tal-binjiet A+; -mill-2021 — binjiet ġodda jew il-partijiet tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-klassi tal-binjiet A++. || Fil-binjiet ta’ klassi A++, l-enerġija minn riżorsi rinnovabbli għandha tifforma l-akbar parti tal-enerġija kkonsmata (il-formula tinsab fil-pjan nazzjonali). LV || Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, inklużi r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-użu ta’ sorsi ta' enerġija rinnovabbli kellu jiġi żviluppat fl-2012 || || || LU || Ma nstabet l-ebda informazzjoni dwar id-definizzjoni ta’ NZEB || || || MT || Ma nstabet l-ebda informazzjoni dwar id-definizzjoni ta’ NZEB || || || NL || Id-definizzjoni hija bbażata fuq il-Koeffiċjent tal-Prestazzjoni tal-Enerġija (KRE), numru mhux dimensjonali użat bħala indikatur tal-prestazzjoni tal-enerġija ta' bini li jiddependi fuq kif jintuża l-bini. Għandhom isiru studji biex jiġi vvalutat kemm ikun fattibbli u kosteffettiv li sadattant jiddaħħal KRE iktar strett. || Is-suppożizzjoni hija li bini li kompletament juża żero enerġija jkollu KRE = 0 || Il-KRE se jitniżżel minn 0.8 għal 0.6 (introdott fl-1 ta’ Jannar 2011) u kompla jitnaqqas għal 0.4 mill-1 ta’ Jannar 2015, bl-għan li jiġi stabbilit rekwiżit qrib il-KRE = 0 għal bini ieħor għajr dak pubbliku fl-2020. Tnaqqis komparabbli (ikkumparat mal-2007) huwa fis-seħħ għall-binjiet mhux residenzjali, biex b'hekk l-effiċjenza fil-binjiet ġodda żdiedet b'50 % fl-2015. L-għan huwa li jiġi stabbilit rekwiżit qrib il-KRE = 0 għall-binjiet pubbliċi fl-2018 u biex jinbnew 60.000 abitazzjoni NZEB ġdida sal-2015. || Taħt is-sistema KRE, il-bennejja huma ħielsa li jagħżlu miżuri biex inaqqsu d-domanda għall-enerġija, jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli, u jagħmlu użu effettiv tal-karburanti fossili, biex jilħqu l-KRE mitlub. Dan il-prinċipju se jinżamm għall-NZEBs. Hekk kif ir-rekwiżiti għall-KRE jsiru dejjem iktar stretti, awtomatikament il-perċentwal ta' enerġija rinnovabbli se jsir iktar importanti biex jintlaħqu r-rekwiżiti. PL || Għad ma hemm l-ebda definizzjoni għall-NZEB. Iċ-Ċentru ta' Riċerka dwar il-Bini b'Żero Emissjonijiet qiegħed jaħdem fuq definizzjoni nazzjonali || || || PT || Ma nstabet l-ebda informazzjoni dwar id-definizzjoni ta’ NZEB || || || RO || Ma nstabet l-ebda informazzjoni dwar id-definizzjoni ta’ NZEB || || || SK || Ma nstabet l-ebda informazzjoni dwar id-definizzjoni ta’ NZEB || || || SL || L-Att dwar l-Enerġija ġdid qiegħed jiġi żviluppat u dan għandu jinkludi dispożizzjonijiet għall-NZEBs || || || ES || Definizzjoni ta’ NZEBs għadha ma ġietx ifformulata. Għall-2018 hemm ippjanata t-tielet reviżjoni tal-kodiċi tekniku tal-bini b'kunċetti NZEB inklużi u definizzjoni finali hija ppjanata li tiġi addottata fl-2019. || || || SE || Ir-rekwiżiti dwar l-NZEB bħalissa huma ugwali għar-rekwiżiti fir-regolamenti preżenti dwar il-bini. Ir-regolamenti dwar il-bini u d-definizzjoni tal-NZEBs se jiġu msaħħa gradwalment skont ir-riżultati ta' studji li għaddejin bħalissa u proġetti dimostrattivi. || Bħalissa r-rekwiżiti għall-użu speċifiku (finali) tal-enerġija għall-abitazzjonijiet huma bejn 55-130 kWh/m2/s (55-120 kWh/m2/s għal binjiet mhux residenzjali). || It-tisħiħ tar-regolamenti tal-bini li jmiss huwa fl-2015. || L-Isvezja għandha sehem kbir ħafna ta' enerġija rinnovabbli fl-oqsma kollha inkluż il-qasam tal-bini. Ir-regolamenti tal-bini jiffavorixxu binjiet imsaħħna permezz ta' sorsi rinnovabbli. UK || NZEB huwa definit bħala Żero bini ta' karbonju || Ir-residenzi kollha għandhom ikunu b'karbonju żero mill-2016. Il-bini tas-settur pubbliku għandu jkun b'karbonju żero sal-2019. || || [1] In 2010. Ara
"Indikaturi dwar l-enerġija, it-trasport u l-ambjent, edizzjoni 2012", il-Kummissjoni Ewropea.
Għall-fini ta' din l-istima, ġie kkombinat il-konsum finali
tal-enerġija għall-oqsma tad-djar u tas-servizzi. Għandu
jiġi nnutat li dan jinkludi, pereżempju, il-konsum tal-elettriku
għall-apparat domestiku iżda jeskludi l-konsum tal-enerġija
f’binjiet industrijali. [2] COM (2011) 112 [3] ĠU L153 tat-18.6.2010, p.13 [4] L-NREAPs huma obbligu skont id-Direttiva 2009/28/KE u
jistgħu jinstabu fuq
http://ec.europa.eu/energy/renewables/action_plan_en.htm [5] Lejn bini li juża kważi żero enerġija
— Definizzjoni ta’ prinċipji komuni taħt l-EPBD. Ecofys, Jannar 2013 [6] ĠU L140 tal-5.6.2009, p. 16 [7] Il-livelli ta’ prestazzjoni tal-enerġija
fit-tabella jirrappreżentaw ir-rekwiżiti tal-enerġija kif
imressqa minn Stati Membri differenti. Billi r-regolamenti tal-bini u l-metodi
ta’ kalkolu jvarjaw bejn il-pajjiżi, il-miri numeriċi ma
jistgħux jitqabblu mingħajr ma dan jiġi kkunsidrat