This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0253
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Energy Technologies and Innovation
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Teknoloġiji u l-Innovazzjoni fil-qasam tal-Enerġija
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Teknoloġiji u l-Innovazzjoni fil-qasam tal-Enerġija
/* COM/2013/0253 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Teknoloġiji u l-Innovazzjoni fil-qasam tal-Enerġija /* COM/2013/0253 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI
EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Teknoloġiji u l-Innovazzjoni
fil-qasam tal-Enerġija 1. DAĦLA It-teknoloġija u l-innovazzjoni huma
kruċjali biex nilħqu l-isfidi kollha tagħna tal-enerġija... Jeħtieġ li l-UE tagħmel
iżjed biex iddaħħal fis-suq teknoloġiji tal-enerġija
ġodda, sostenibbli u b’livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, bi
prestazzjoni għolja u orħos. It-teknoloġiji ġodda huma
vitali biex jinkisbu l-miri kollha tal-UE għall-2020[1] fl-oqsma tal-enerġija,
il-klima, u l-politika ekonomika u soċjali, kif ukoll dawk għall-2030
u l-2050. L-UE għandu jkollha strateġija b’saħħitha u
dinamika dwar it-teknoloġija u l-innovazzjoni biex tikseb il-miri
politiċi tagħha, issaħħaħ il-kompetittiva tagħha
u tikkoordina aħjar l-investimenti. ... u jikkomplementaw
il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-enerġija Il-politiki tal-UE dwar is-suq intern
tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija
rinnovabbli jappoġġjaw id-dħul tat-teknoloġiji fis-suq,
minn Pannelli Fotovoltajċi għal apparat effiċjenti, miters
intelliġenti jew awtomatizzazzjoni domestika. Jeħtieġ li l-UE
tkompli ssaħħaħ ir-rwol tat-teknoloġija u l-innovazzjoni fi
ħdan il-politika tal-enerġija, mhux biss b’teknoloġiji
speċifiċi, iżda wkoll billi tistimola mudelli tan-negozju
ġodda, bl-adattament soċjali u tas-suq u bit-titjib fis-sistema
tal-enerġija li joffri perspettiva strateġika fit-tul
għall-investimenti. ....f’settur tal-enerġija li
qiegħed dejjem jevolvi B'riżultat tal-politiki tal-UE,
l-investimenti globali fl-enerġija rinnovabbli għamlu progress b’mod
stabbli u dan jirrikjedi flessibbiltà akbar u ġestjoni tal-enerġija
aħjar. L-eliminazzjoni gradwali tal-enerġija nukleari f’xi
pajjiżi u l-espansjoni mgħaġġla tal-produzzjoni tal-gass
mhux konvenzjonali qegħdin ibiddlu l-ekonomiji tal-enerġija madwar
id-dinja. Sabiex tappoġġja l-kompetittività industrijali Ewropea,
jeħtieġ li l-politika tal-UE dwar it-teknoloġija u
l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija tnaqqas l-ispejjeż b'mod
mgħaġġel kif ukoll tħaffef l-introduzzjoni ta'
teknoloġiji sostenibbli ġodda fis-suq. Dan huwa partikolarment
importanti fi żmien ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li għandu konsegwenzi
diretti fuq l-investimenti privati u l-baġits nazzjonali. 2. X’KISBET L-UE? 2.1. Il-leġiżlazzjoni
ħeġġet id-dħul tat-teknoloġija u l-innovazzjoni
fis-suq Is-suq intern tal-enerġija tal-UE
jgħin biex jinħolqu swieq miftuħa u kompetittivi fejn l-atturi
fl-industrija jinvestu f’teknoloġiji u servizzi ġodda u innovattivi.
Id-dimensjoni tas-suq intern tal-enerġija tipprovdi l-ispazju biex
il-forzi tas-suq jistimolaw l-innovazzjoni u l-iżvilupp
tat-teknoloġija. Dan huwa appoġġjat minn sforzi biex tiġi
mmodernizzata, integrata u estiża l-infrastruttura tal-grilja sas-sena
2020 u lil hinn minnha, partikolarment għall-elettriku. L-UE identifikat
12-il kuritur ta’ prijorità, fost oħrajn biex tintegra aktar l-elettriku
mir-riħ u mix-xemx filwaqt li tiżgura l-provvista bla interruzzjoni.
Ir-regoli tekniċi li qed jiġu żviluppati għas-suq intern
(jiġifieri l-kodiċijiet tan-netwerk) jiffokaw fuq l-integrazzjoni ta’
teknoloġiji b'reazzjoni għas-sistema tal-enerġija li qed
tinbidel. Bħala parti minn din il-ħidma l-Operaturi tas-Sistema ta’
Trażmissjoni (TSO) qed jiżviluppaw il-metodi ġodda ta' mmudellar
u għodod tal-operat tal-grilja aktar intelliġenti. Li l-konsumaturi
jsiru atturi attivi f’suq integrat tal-enerġija tfisser li l-politika
tal-UE qed tixpruna wkoll l-iżvilupp ta’ teknoloġiji
“intelliġenti” u relatati mal-IT, bħal miters intelliġenti,
karozzi tal-elettriku, ir-rispons għad-domanda, il-mikroġenerazzjoni
u t-teknoloġiji tal-ħżin lokali sabiex ikun hemm domanda
flessibbli u kontroll aħjar tal-konsum. Sabiex jintlaħqu l-miri tal-2020,
il-politika tal-enerġija tal-UE tappoġġja bidla lejn
teknoloġiji ta’ ġenerazzjoni b’emissjoni baxxa ta’ karbonju.
Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-appoġġ fl-Istati
Membri xprunaw it-tkabbir qawwi fl-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis
sinifikanti fl-ispiża. Bħala parti mit-tranżizzjoni lejn sistema
tal-enerġija b’emissjoni baxxa ta’ karbonju, il-politika tal-UE stimolat
it-teknoloġiji tal-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju
(CCS) kif ukoll il-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari aktar sikura. Permezz tal-politika u
l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-effiċjenza enerġetika,
inklużi d-Direttivi dwar l-Effiċjenza Enerġetika u l-Ekodisinn,
it-teknoloġiji qegħdin jitressqu fis-suq. B’mod parallel,
il-leġiżlazzjoni settorjali tal-effiċjenza enerġetika dwar
l-ekodisinn qed tixpruna l-iżvilupp u l-użu ta’ apparat
effiċjenti fl-enerġija (eż. bojlers, magni tal-ħasil,
televixins, kompjuters) li tgħin lill-konsumaturi biex jiffrankaw
fl-enerġija. Fis-settur tal-bini, il-leġiżlazzjoni tal-UE
tippromwovi r-rinnovazzjoni tal-bini effiċjenti fl-enerġija u
l-kostruzzjoni tal-bini b’użu ta’ kważi żero enerġija.
Fis-settur tat-trasport, huma mħeġġa l-vetturi tal-elettriku u
b’emissjoni baxxa ta’ karbonju. Is-Sistema tal-UE għan-Negozjar
tal-Emissjonijiet u d-Deċiżjoni dwar il-Qsim tal-Isforz integraw
il-prezz tal-emissjonijiet tal-Gassijiet Serra (GHG)
fid-deċiżjonijiet operattivi u ta' investiment tan-negozji tal-UE u
kkontribwixxew għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet, iżda r-rwol
tagħhom bħala l-ixprun ewlieni lejn investimenti b'livell baxx ta'
karbonju fit-tul qed jiġi kkontestat minħabba s-sinjal tal-prezz baxx
u volatili tal-karbonju prodott b'reazzjoni għall-kriżi. 2.2. It-titjib
tal-kundizzjonijiet ta’ qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni L-Unjoni tal-Innovazzjoni stabbilixxiet
strateġija integrata għar-riċerka u l-innovazzjoni, li ttejjeb
il-finanzjament pubbliku u tindirizza l-ostakli li jżommu lura
l-investiment privat. Sar progress sinifikanti biex jitjiebu l-kundizzjonijiet
ta’ qafas, inkluża l-protezzjoni tal-privattiva unitarja (filwaqt li
jitnaqqsu konsiderevolment l-ispejjeż tal-privattivi), reġim
tal-kapital ta’ riskju effettiv fl-UE, u l-immodernizzar tar-regoli dwar
l-akkwist pubbliku. Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka qed ittejjeb
l-impatt tal-finanzjament għar-riċerka tal-Istati Membri u
l-kundizzjonijiet ta’ qafas għar-riċerkaturi, inkluż billi
tallinja aħjar il-finanzjament minn Stati Membri differenti, ittejjeb
il-mobilità u l-karrieri tar-riċerkaturi u tagħti
lir-riċerkaturi aċċess għal infrastrutturi xjentifiċi
ta’ klassi dinjija. 2.3. Il-pjan
SET — jitmexxa s-seba’ Programm Kwadru tar-Riċerka tal-UE Il-Pjan tat-Teknoloġija Strateġika
tal-Enerġija (SET) tal-UE twaqqaf fl-2008 bħala l-qafas ta’ spinta
teknoloġika tal-politiki tal-UE dwar l-enerġija u l-klima. Dan jissejjes
fuq struttura ta’ implimentazzjoni bi tliet pilastri: Grupp ta’ Tmexxija,
l-Inizjattivi Industrijali Ewropej (EIIs), u l-Alleanza Ewropea
għar-Riċerka dwar l-Enerġija (EERA) u hija appoġġjata
minn sistema ta’ informazzjoni (SETIS) [2].
Il-Grupp ta’ Tmexxija dwar it-Teknoloġiji Strateġiċi
tal-Enerġija għen biex isir djalogu strutturali mal-Istati Membri li
wassal biex jikber l-allinjament tal-politiki nazzjonali dwar ir-riċerka u
l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija u ppromwova bidla lejn azzjonijiet
konġunti biex jintlaħqu objettivi komuni aktar malajr kif ukoll b’mod
aktar effettiv. Il-Pjan SET ta prijorità lil dawk
it-teknoloġiji l-aktar rilevanti għall-objettivi tal-politika dwar
l-enerġija u l-klima għall-2020: ir-riħ, l-enerġija solari,
in-netwerks tal-elettriku, is-CCS, il-bijoenerġija, l-enerġija
nukleari, iċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu, l-effiċjenza
enerġetika. L-EIIs imwaqqfa għal dawn is-setturi kollha ddefinixxew
l-oqsma prijoritarji ta’ riċerka u innovazzjoni permezz ta’ Pjanijiet
Direzzjonali tat-Teknoloġija inkluż pjan direzzjonali maħsub
dwar il-materjali[3]
u ffokaw l-azzjoni tagħhom fuq proġetti kbar ta’ valur Ewropew.
Permezz tal-EERA jiġu akkomunati l-kapaċitajiet ta’ riċerka
nazzjonali sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet ġodda li jkollhom
impatt lil hinn mill-2020. Il-fondi Ewropej saru disponibbli,
primarjament taħt is-seba’ Programm Kwadru tar-Riċerka (FP7) permezz
tal-mobilizzazzjoni ta’ partijiet differenti bħalma huma l-Enerġija u
t-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali (eż. l-ICT u l-Materjali).
Mill-2007 sal-2012, it-Tema tal-Enerġija tal-FP7 appoġġjat
b’madwar EUR 1,8 biljun madwar 350 proġett. L-FP7 pprovda
wkoll appoġġ sostanzjali permezz ta’ sħubijiet pubbliċi u
privati u strumenti finanzjarji (ara hawn taħt). Barra minn hekk, l-appoġġ
fil-livell tal-UE ġie pprovdut ukoll permezz tal-Istitut Ewropew
tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (IET) u l-Komunità ta’ Konoxxenza u
Innovazzjoni tiegħu InnoEnergy. Ġie pprovdut finanzjament
addizzjonali sostanzjali mill-Programm Ewropew tal-Enerġija
għall-Irkupru (EEPR) kif ukoll mill-Programm New Entrance Reserve
NER 300. L-investimenti pubbliċi u privati fl-iżvilupp
teknoloġiku għas-setturi tal-Pjan SET żdiedu minn
EUR 3,2 biljun fl-2007 għal EUR 5,4 biljun fl-2010[4] (Grafika 1). Illum
l-industrija twettaq madwar 70 % tat-total ta’ investiment
fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-prijoritajiet tal-Pjan SET filwaqt li
l-Istati Membri huma responsabbli għal madwar 20 % u l-Kummissjoni
Ewropea għal 10 %. Grafika 1
Stima tal-investiment pubbliku u korporattiv fir-R&Ż fl-2010 skont
it-teknoloġija u s-sors (JRC/SETIS)[5] B’riżultat ta’ dawn l-isforzi, twettqu
kisbiet importanti fl-iżviluppi teknoloġiċi kif ukoll tnaqqis
fl-ispejjeż għat-teknoloġiji tal-Pjan SET. Matul dawn l-aħħar żewġ
deċennji l-prezzijiet tas-sistema Fotovoltajka naqsu madwar id-dinja
kollha, xprunati b’mod sinifikanti mill-iżviluppi fit-teknoloġija u
fis-suq. L-ispiża tal-moduli fotovoltajċi naqset drastikament (bi
tliet darbiet f'sentejn)[6].
Il-mira tal-Pjan SET ta’ EUR 1/kW[7]
sal-2030 tista’ diġà ssir realtà sal-2020 u b’hekk jitnaqqsu b'mod
sinifikanti l-ispejjeż għas-soċjetà. L-enerġija mir-riħ
(prinċipalment fuq l-art) diġà tikkontribwixxi b’mod sinifikanti
għall-ġenerazzjoni tal-enerġija: 106 GW ta’ kapaċità
tar-riħ installata fi tmiem l-2012 iġġenerat 210 TWh jew
7 % tal-produzzjoni tal-elettriku Ewropea[8].
Id-dħul annwali tal-fornituri ewlenin tat-tagħmir tar-riħ
laħaq l-EUR 20 biljun fl-2012. Filwaqt li r-riħ huwa suq
globali, għandu influwenza lokali qawwija: is-sehem mis-suq madwar
id-dinja tal-manifattur tat-turbini jiddependi ferm fuq il-prestazzjoni tas-suq
domestiku tagħhom.
L-isforzi tal-UE jissoktaw ukoll bl-applikazzjonijiet
tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta fejn it-teknoloġija
għadha qed titjieb u l-ispejjeż qegħdin jonqsu. Fis-settur tat-trasport, l-isforzi tal-UE
jiffokaw fuq l-ilħuq ta' 10 % tal-konsum ta' enerġija
mill-enerġija rinnovabbli, b'mod partikolari permezz ta' fjuwils
alternattivi. Sabiex jiġi indirizzat iibdil indirett fl-użu tal-art
(ILUC), il-Kummissjoni pproponiet li għandha tinkiseb mhux aktar min-nofs
il-mira ta' 10 % permezz tal-bijofjuwils konvenzjonali, filwaqt li
tiżdied id-domanda għal bijofjuwils avvanzati għal 6 Mtoe
jew 15-il impjant, kull wieħed b'kapaċità annwali ta' 100 Ktoe.
Ingħata bidu pożittiv permezz tal-FP7 li ffinanzja disa’ proġetti
ta’ wiri fuq skala kbira tal-bijofjuwils linjoċellulożi
b’kapaċitajiet ta’ 40 000 sa 80 000 tunnellata fis-sena. 2.4. Il-programm
Enerġija Intelliġenti-Ewropa (IEE) Mill-2007, il-programm innovattiv Enerġija
Intelliġenti-Ewropa (IEE) ippromwova l-kummerċjalizzazzjoni
tat-teknoloġiji u indirizza l-ostakli mhux teknoloġiċi
(finanzjarji, regolatorji u amministrattivi). Il-programm iffoka fuq
l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli. Permezz ta’
aktar minn 300 proġett, dan il-Programm ġab aktar minn
EUR 4 biljun ta’ investiment relatat fis-setturi kollha ta’ użu
finali, inkluż it-trasport. L-IEE wassal għall-integrazzjoni ta’
mudelli ta’ negozju ġodda li jistimolaw il-finanzjament privat.
Eżempju ta’ tali mudell tan-negozju huwa l-Ikkuntrattjar
għall-Prestazzjoni tal-Enerġija (EPC), fejn l-investiment inizjali
f’miżuri għall-iffrankar tal-enerġija jitħallas
mill-ġdid permezz tal-iffrankar tal-ispejjeż minn effiċjenza
enerġetika ogħla. L-IEE s’issa rreplika dan il-mudell tan-negozju
f’10 Stati Membri, inklużi xi wħud fejn il-kunċett
fil-biċċa l-kbira ma kienx magħruf. L-IEE stabbilixxa wkoll kooperazzjoni
mal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jirnexxielu jimmobilizza investimenti ta’
madwar EUR 2 biljun (b’finanzjament tal-UE ta'
EUR 38 miljun) fl-enerġija sostenibbli permezz ta’
faċilitajiet ta’ assistenza li tingħata fl-iżvilupp ta’
proġetti (ELENA[9]
u l-Mobilizzazzjoni tal-Investiment Lokali fl-Enerġija). Il-programm kien
minn tal-ewwel li appoġġja lill-atturi tat-“trasformazzjoni
tal-enerġija” bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-iskejjel,
l-isptarijiet u l-akkomodazzjoni soċjali kif ukoll indirizza
l-bżonnijiet tal-prattikanti permezz tal-għoti ta’ taħriġ u
informazzjoni. L-investimenti huma mistennija li jiġġeneraw iffrankar
fl-enerġija ta' aktar minn 2000 GWh fis-sena. Permezz tal-inizjattiva Build-up Skills,
il-programm qed jindirizza l-ħtiġijiet tal-prattikanti li jibnu bini
b'użu ta' kważi żero enerġija madwar l-UE. Fil-qasam
tal-industriji intensivi fl-enerġija, il-proġett CARE+ immobilizza
l-SMEs fl-industrija kimika biex jiffrankaw l-enerġija b'bejn 10 u
20 %. 2.5. Sħubijiet
Pubbliċi-Privati u Impriża Konġunta L-Impriża Konġunta
taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH JU),
appoġġjata mill-FP7, wasslet biex jiġi implimentat programm ta’
attivitajiet ta' riċerka u wiri mmexxi mill-industrija li jkopri
l-applikazzjonijiet kemm stazzjonarji kif ukoll mobbli tal-ġenerazzjoni
tal-enerġija. It-EUR 380 miljun f’għotjiet allokati s’issa
wasslu biex varjetà ta’ applikazzjonijiet jitressqu eqreb lejn is-suq (eż.
il-vetturi għall-immaniġġar materjali, is-sistemi ta’
enerġija ta’ riżerva) filwaqt li jitnaqqsu l-ispejjeż u jitjiebu
l-effiċjenza u t-tul ta' ħajja tal-applikazzjonijiet. Is-Sħubijiet Pubbliċi-Privati (PPPs)
orjentati lejn ir-riċerka dwar l-effiċjenza enerġetika fil-bini
u dwar il-fabbriki tal-ġejjieni, kif ukoll dwar il-karozzi
ekoloġiċi, laqqgħu flimkien il-partijiet interessati f’kull
wieħed minn dawn is-setturi biex joħolqu aġenda komuni u
jiggwidaw il-finanzjament tal-UE lejn l-objettivi tagħhom. Mill-2009
sal-2012, ġew impenjati EUR 1,6 biljun mill-UE, flimkien ma’
livell simili ta’ investimenti fis-settur privat. Il-PPPs irnexxielhom jattiraw
il-parteċipazzjoni qawwija tal-SMEs. 2.6. It-titjib
fl-aċċess għall-finanzjament permezz tad-dejn - Faċilità
ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF) Taħt l-FP7, l-RSFF qed
tappoġġja lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex jipprovdi
madwar EUR 10 biljun f’impenji ta’ self (b’kontribuzzjoni tal-UE ta'
EUR 1 biljun) u biex jattira aktar minn EUR 20 biljun ta'
investimenti fir-riċerka u fl-innovazzjoni, speċjalment minn
kumpaniji kbar u soċjetajiet ta' kapital medju. L-RSFF
tħeġġeġ lill-promoturi tal-proġetti biex iwettqu
attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li huma marbuta ma' livell
għoli ta' riskju. Mill-2009 sal-2012, is-settur tal-enerġija kien
jikkostitwixxi bejn 14 u 18 % tal-portafoll tal-RSFF, inklużi
investimenti pijunieri ewlenin fl-enerġija solari u mir-riħ u
investimenti biex titjieb l-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari
fis-settur tal-karozzi. 2.7. Id-Dimensjoni
Reġjonali — appoġġ mill-politika ta’ koeżjoni Fi ħdan il-baġit tal-politika ta’
koeżjoni l-enerġija sostenibbli tgawdi minn finanzjament
konsiderevoli, b’aktar minn EUR 10 biljun ippjanati għal
investiment fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġija rinnovabbli
fil-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013. Eżempju ta’ dan huwa l-proġett
Wave Hub fil-Lbiċ tal-Ingilterra, immirat biex joħloq l-akbar sit
tat-test fid-dinja għal apparat li jiġġenera l-elettriku
mill-moviment tal-mewġ. Eżempju ieħor huwa l-proġett Green
Buildings Cluster tal-Awstrija t’isfel, li jgħaqqad il-professjonisti
tal-kostruzzjoni u tal-bini mar-riċerkaturi biex jindirizza l-isfidi
bħalma huma l-bidla fil-klima u jippermetti l-innovazzjoni permezz
tal-kooperazzjoni. 2.8 Il-valutazzjoni tal-qafas tal-UE
għat-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija L-Ewropa tinsab fit-triq it-tajba biex trawwem
l-iżvilupp ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-enerġija u toħloq
il-kundizzjonijiet xierqa għall-innovazzjoni, iżda għad fadal
ħafna xi jsir. L-evoluzzjoni rapida tax-xenarju
tal-enerġija tirrikjedi approċċ sistemiku u l-kapaċità ta'
reazzjoni għal żviluppi ġodda. Kemm l-evalwazzjoni
tal-implimentazzjoni tal-Pjan SET[10]
kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika[11]
li saret b’appoġġ ta’ din il-Komunikazzjoni jikkonfermaw li l-Pjan
SET jeħtieġ aktar iffokar fuq l-integrazzjoni tas-sistema
tal-enerġija, l-integrazzjoni ta’ attivitajiet tul il-katina
tal-innovazzjoni, u koordinazzjoni akbar tal-EIIs u tal-EERA b’appoġġ
għal dan. Jeħtieġ li jiżdiedu aktar l-iżviluppi
tal-katini tal-provvista industrijali, filwaqt li tinħtieġ
koordinazzjoni akbar tal-atturi u l-investimenti tul il-katina tar-riċerka
u l-innovazzjoni biex jitħaffu l-iżvilupp u l-adozzjoni mis-suq. Barra minn hekk, għalkemm l-Istati Membri
jaqsmu objettivi komuni fir-rigward tal-industrija u tar-riċerka, l-impenn
tagħhom lejn il-Pjan SET bħalissa huwa ta’ kwalità inferjuri.
L-investimenti koordinati u/jew konġunti bejn l-Istati Membri u mal-UE
jridu jitrawmu sabiex jiġu promossi l-investimenti fis-settur privat
b’appoġġ għall-Pjanijiet Direzzjonali għat-Teknoloġija
tal-EEIs u l-Programmi Konġunti tal-EERA. Bl-istess mod, jeħtieġ
li jiġi żgurat impenn ċar mill-imsieħba industrijali
inkluż f’PPPs imsejsa fuq viżjoni kondiviża u objettivi definiti
b’mod ċar, filwaqt li l-kapaċitajiet ta’ riċerka tal-EERA jridu
jkunu aktar integrati biex titħaffef il-kisba tar-riżultati
b’konnessjonijiet akbar mal-industrija. Evalwazzjoni esterna tal-programm IEE fl-2011[12] ikkonkludiet li din
għandha rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-innovazzjoni tas-servizz,
tal-għarfien u l-bini tal-kapaċità u tal-mudelli ta’ negozju
ġodda li jiġbdu l-finanzjament privat għall-adozzjoni
tat-teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija
rinnovabbli fis-suq. Abbażi ta' dan l-eżempju ta' suċċess,
jeħtieġ li l-miżuri li jappoġġjaw l-adozzjoni mis-suq
tal-innovazzjoni fl-enerġija jiġu estiżi għal oqsma
oħra ta’ politika tal-enerġija u jkunu marbuta aktar
bis-sħiħ mal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni. B’mod simili, l-evalwazzjoni interim
tal-FCH JU[13]
rrakkomandat konċentrazzjoni akbar fuq ir-riċerka applikata u
l-attivitajiet ta' wiri fuq skala kbira marbuta mal-ħtiġijiet
tas-sistema tal-enerġija, bħall-użu tal-idroġenu biex
jinħażen l-elettriku rinnovabbli. Dawn jenfasizzaw il-ħtieġa ta'
katina integrata għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE li
tkun mifruxa mir-riċerka bażika għall-adozzjoni mis-suq. 3. STRATEĠIJA
GĦALL-INNOVAZZJONI U T-TEKNOLOĠIJA FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA
SAS-SENA 2020 U LIL HINN MINNHA Jeħtieġ li l-istrateġija
Ewropea għat-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija
taċċellera l-innovazzjoni fl-aktar teknoloġiji avvanzati
b’livell baxx ta’ karbonju u s-soluzzjonijiet innovattivi, u tnaqqas id-distakk
bejn ir-riċerka u s-suq. Dan huwa rikonoxxut b’mod ċar fil-proposti
tal-Kummissjoni għal Orizzont 2020, li jlaqqgħu flimkien
l-appoġġ tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni (inklużi
s-suċċessuri għall-programmi attwali tal-FP7 u tal-IEEII u
appoġġ ulterjuri għall-EIT) f'qafas simplifikat. Madankollu,
il-finanzjament tal-UE għadu parti limitata mill-finanzjament globali
fl-Ewropa kollha, u l-prinċipji u l-iżviluppi ewlenin għandhom
jiġu ugwalment riflessi f’investimenti tal-Istati Membri u tas-settur
privat. L-implimentazzjoni għandha tkun dejjem aktar imsejsa fuq
sħubijiet li jibnu l-iskala u l-ambitu meħtieġa, u tikseb impatt
akbar minn riżorsi pubbliċi u privati skarsi. 3.1. Prinċipji
ewlenin Inżidu l-valur fil-livell tal-UE L-intervent tal-UE għandu jiffoka fuq
il-qasam fejn jista’ verament iżid il-valur. Dan għandu
jikkonċentra fuq sforzi fuq skala kbira li jmorru lil hinn minn dak li
l-Istati Membri jistgħu jiksbu waħedhom jew bilateralment, filwaqt li
jippromwovi l-innovazzjoni permezz ta’ regolamentazzjoni u finanzjament.
Għandu jappoġġja l-bini tal-kapaċità ta’ riċerka u
innovazzjoni biex jaċċellera l-iżviluppi, u jiġġenera
ekonomiji ta’ skala. Meta jiġu ffissati l-prijoritajiet
għandha titqies is-sistema sħiħa tal-enerġija L-iżvilupp ta’ teknoloġiji fil-qasam
tal-enerġija għandu jitqies mill-perspettiva tal-provvista ta'
servizzi tal-enerġija kosteffikaċi lill-klijenti finali: id-dawl,
it-tisħin, it-tkessiħ, it-trasport ekoloġiku eċċ.
L-iżviluppi teknoloġiċi individwali għandhom jiġu
vvalutati għall-integrazzjoni u l-impatt tagħhom fuq is-sistema
sħiħa tal-enerġija (il-produzzjoni, it-trażmissjoni,
id-distribuzzjoni u l-użu tal-enerġija). Approċċ sistemiku
jfisser li wieħed imur lil hinn mid-diviżjonijiet eżistenti bejn
is-sorsi tal-enerġija u l-użi finali, u għalhekk għandu
jisfrutta s-sinerġiji bejn is-setturi (eż. l-enerġija, l-ICT,
it-trasport, l-agrikoltura), filwaqt li jieħu vantaġġ
mill-komplementarjetajiet u r-riperkussjonijiet transsettorjali, kif ukoll
ifittex soluzzjonijiet imsejsa fuq iċ-ċiklu tal-ħajja li jnaqqsu
l-ħtieġa ġenerali għall-enerġija billi jnaqqsu
l-iskart u jużaw il-materjali mill-ġdid u jirriċiklawhom. L-integrazzjoni tal-azzjonijiet tul
il-katina tal-innovazzjoni fl-enerġija u t-tisħiħ tar-rabta
mal-politika tal-enerġija L-appoġġ għaċ-ċiklu
tal-innovazzjoni minn riċerka bażika għall-adozzjoni mis-suq
ifisser l-appoġġ għall-miżuri ta' introduzzjoni fis-suq
biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet, jiġu pprovati
l-kunċetti għat-teknoloġiji tal-ġenerazzjoni li jmiss,
jiġu indirizzati l-ostakli regolatorji, jiġu analizzati
l-kundizzjonijiet tas-suq ta’ teknoloġiji speċifiċi u
jinħoloq orizzont u ambjent ta’ investiment li jwasslu għal aktar
investiment fl-innovazzjoni. L-akkomunament tar-riżorsi u l-użu
ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji L-isfida tal-enerġija teħtieġ
investimenti fir-riċerka u fl-innovazzjoni li ma jistgħux
jintlaħqu minn Stat Membru jew attur privat iżolat. Fi żmien
meta jinħtieġu soluzzjonijiet immotivati mir-riċerka u meta r-riżorsi
pubbliċi jinsabu taħt pressjoni, jeħtieġ li jkun hemm
ingranaġġ tal-investimenti individwali tal-Istati Membri
b'appoġġ għall-industrija bi programmi li jippermettu
żviluppi industrijali ambizzjużi u komprensivi, u indirettament
b’integrazzjoni akbar tal-istituzzjonijiet ta' riċerka u finanzjament
istituzzjonali nazzjonali. L-istadji differenti tal-innovazzjoni u
l-introduzzjoni jeħtieġu mekkaniżmi ta’ finanzjament xierqa.
Għandu jissaħħaħ l-isfruttar tas-sinerġiji mal-Fondi
Strutturali u tal-Investimenti tal-UE speċjalment permezz ta' oqfsa ta' politika
strateġiċi tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali
u/jew reġjonali bil-għan tal-ispeċjalizzazzjoni[14] intelliġenti.
Jistgħu jintużaw ukoll programmi oħra għall-finanzjament
tal-innovazzjoni, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (grilji intelliġenti
u awtostradi tal-elettriku) jew strumenti ta’ finanzjament bħal dawk
proposti fil-komponent ta' Aċċess għal Finanzjament ta’ Riskju
tal-Orizzont 2020 jew imħaddma direttament mill-Bank Ewropew
tal-Investiment. Barra minn hekk, il-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-ETS
simili għall-Programm NER 300 jistgħu jiġu previsti
fil-ġejjieni. Inżommu l-alternattivi
miftuħa, filwaqt li nikkonċentraw fuq l-aktar teknoloġiji
promettenti għal wara l-2020 Il-biċċa l-kbira
tat-teknoloġiji fil-qasam tal-enerġija għandhom termini ta'
żmien twal u għalhekk id-deċiżjonijiet dwar l-investiment
issa se jkollhom riperkussjonijiet lil hinn mill-2020. B’riżultat ta’ dan,
jeħtieġ li l-UE tixpruna l-iżvilupp ta’ spettru ta’ teknoloġiji
li jistgħu biss jilħqu l-maturità tagħhom wara l-2020.
L-istrateġija tat-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-qasam
tal-enerġija tistabbilixxi qafas għat-twassil ta' teknoloġiji u
soluzzjonijiet tal-enerġija vijabbli u ekonomiċi kemm fuq perjodu
qasir kif ukoll fit-tul, għall-UE u għas-suq globali. Din tibni fuq
il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea Orizzont 2020 li bħalissa hija
soġġetta għal deċiżjoni skont il-proċess
leġiżlattiv. Se tinkorpora wkoll ir-riżultati tad-dibattitu fuq
il-Green Paper dwar il-qafas għall-2030 għall-politika fil-qasam
tal-klima u l-enerġija. 3.2 Żviluppi ewlenin li huma
meħtieġa L-użu tal-potenzjal sħiħ
tal-effiċjenza enerġetika u l-iffokar fuq il-konsum ta’ użu
finali L-investiment fl-effiċjenza
enerġetika jgħin lill-konsumaturi jiffrankaw u jippermetti
lill-industriji tal-UE jiddependu inqas fuq il-prezzijiet tal-enerġija,
inaqqsu l-ispejjeż tagħhom u jżidu l-kompetittività
tagħhom. Il-bini, bi kważi 40 %
tal-konsum finali tal-enerġija, huwa prijorità għolja biex
tiżdied ir-rata ta’ rinnovazzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija
għall-bini eżistenti u biex il-bini ġdid ikun b’użu ta’
kważi żero enerġija. Jeħtieġ li jiġu
żviluppati u pprovati l-materjal ġdid għall-bini, il-pjanijiet
għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, u
kunċetti u mudelli ta’ negozju ġodda għar-rinnovazzjoni tal-bini
effiċjenti fl-enerġija. Dawn għandhom ikunu appoġġjati
minn konverġenza bejn approċċi nazzjonali u reġjonali
regolatorji biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jiġu
stabbiliti metodoloġiji standard biex jitkejjel il-prestazzjoni
enerġetika tal-bini, u jjkun jista' jiffunzjona s-suq uniku. L-iżvilupp u l-adozzjoni
tal-innovazzjonijiet li jnaqqsu sostanzjalment l-ispejjeż
tal-enerġija tal-industrija għandhom jingħataw prijorità, b’mod
partikolari għall-SMEs u l-industriji intensivi fl-enerġija (eż.
l-użu ta’ insulazzjoni industrijali madwar l-Ewropa għandu jnaqqas
il-konsum annwali tal-enerġija b'4 %). Dan jinkludi appoġġ
għall-iżvilupp tal-ħiliet fejn għandu x'jaqsam l-iffrankar
mill-effiċjenza enerġetika fl-industrija permezz ta' taħriġ
tal-awdituri tal-enerġija u tal-maniġers tal-enerġija. It-twassil ta' soluzzjonijiet
kompetittivi għal sistema tal-enerġija nadifa, sostenibbli, sikura u
effiċjenti L-innovazzjonijiet li jiżguraw
il-flessibbiltà u s-sigurtà tas-sistema Ewropea tal-enerġija se
jnaqqsu l-ispejjeż tal-infrastruttura sħiħa tal-enerġija u
jħejjuha biex tassumi ammonti ferm akbar ta’ enerġija rinnovabbli.
It-teknoloġiji tal-ħażna tal-elettriku se jkunu importanti
fil-livell tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni. L-innovazzjonijiet huma meħtieġa biex
jiżguraw il-kontinwità tal-provvista tal-elettriku u jirrazzjonalizzaw
id-domanda għall-infrastrutturi permezz tal-ibbilanċjar
kosteffikaċi tal-enerġija elettrika rinnovabbli, fil-livell lokali
permezz ta’ reazzjoni għad-domanda u l-flessibbiltà u fil-livell
tat-trażmissjoni permezz tal-innovazzjoni fit-trasport tal-elettriku fuq
distanzi twal biex ikun hemm ibbilanċjar bejn id-diversi siti ta' sorsi
ta’ enerġija rinnovabbli, pereżempju, għall-kollegament
tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta. Permezz tat-teknoloġiji li jippermettu l-parteċipazzjoni
attiva tal-konsumaturi, se titjieb l-effiċjenza enerġetika
fin-netwerks, filwaqt li jsir aktar użu tal-ICT. L-innovazzjoni fil-grilji
tad-distribuzzjoni u l-iżvilupp ta’ ambjent tas-suq li jagħti
s-setgħa lill-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni adegwata
ta' dawk l-aktar vulnerabbli, biex jibbenefikaw mill-aħjar kundizzjonijiet
ta' prezzijiet u enerġija u biex jipproduċu u jbiegħu l-enerġija
tagħhom stess. Filwaqt li għadd ta’ teknoloġiji
ġew żviluppati b'suċċess u ddaħħlu fis-suq
(l-enerġija mir-riħ fuq l-art u l-enerġija solari fotovoltajka)
bis-saħħa tal-appoġġ għall-użu, jinħtieġ
approċċ miftuħ u flessibbli għall-iżvilupp
ulterjuri ta’ portafoll ta’ alternattivi tal-enerġija kosteffikaċi u
sostenibbli. Oqsma promettenti oħra tal-enerġija rinnovabbli
jinkludu l-enerġija mir-riħ fil-wiċċ tal-baħar u
fil-baħar fond, l-enerġija tal-oċeani, l-avvanzi
fl-enerġija solari kkonċentrata u applikazzjonijiet fotovoltajċi
ġodda. Tinħtieġ aktar konċentrazzjoni fir-riċerka dwar
it-teknoloġiji tat-tisħin u tat-tkessiħ, fit-teknoloġiji
tal-idroġenu u ċ-ċelloli tal-fjuwil. L-innovazzjoni hija wkoll
meħtieġa f’materjali ġodda, f'teknoloġiji abilitanti
ewlenin bħall-ICT, fin-nanoteknoloġija, fil-mikro u
n-nanoelettronika, fil-fotonika, fil-bijoteknoloġija u fil-proċessi
ta’ manifattura avvanzati. Ir-Reattur
Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) huwa proġett[15] fil-qalba tar-riċerka
fit-tul tal-UE fil-qasam tal-enerġija ta' fużjoni. L-iżvilupp teknoloġiku huwa
meħtieġ biex jingħata appoġġ għall-operat
sikur tas-sistemi nukleari, għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet
sostenibbli għall-ġestjoni ta’ skart radjuattiv, u għal
kompetenzi nukleari. Dan għandu jiffoka fuq is-sikurezza tal-impjanti
nukleari eżistenti, partikolarment fid-dawl tal-estensjoni tal-ħajja
operattiva tagħhom, kif ukoll tas-sikurezza tas-sistemi nukleari
tal-futur. Għandha tissokta r-riċerka fil-qasam ta’ soluzzjonijiet
fit-tul għall-ġestjoni ta’ skart radjuattiv fl-Ewropa permezz
tal-iżvilupp tar-rimi fil-livell ġeoloġiku. Dawn l-isforzi
għandhom ikunu akkumpanjati minn riċerka multidixxiplinari dwar
ir-riskji ta’ dożi baxxi ta’ radjazzjoni. Ir-reatturi tal-fissjoni
nukleari tal-ġenerazzjoni li jmiss bħas-sistemi tal-“Ġenerazzjoni
IV” huma l-alternattivi fit-tul fil-qasam tal-enerġija nukleari. Il-provvista ta' fjuwils alternattivi
sostenibbli għat-taħlita tal-fjuwils użata fit-trasport
fl-Ewropa, b'konformità mal-istrateġija
għall-fjuwils[16]
alternattivi għas-sostituzzjoni fit-tul taż-żejt bħala sors
ta’ enerġija għal kull xorta ta’ trasport. Dan jirrikjedi
l-iżvilupp immirat u t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-fjuwils (b’mod
partikolari l-bijofjuwils avvanzati, il-bijometanu u l-idroġenu) u
t-teknoloġiji applikati għat-trasport. It-trawwim tal-innovazzjoni f’ambjenti
reali u permezz ta’ qafas xprunat mis-suq Tinħtieġ enfasi partikolari fuq
il-bliet li jużaw ferm aktar enerġija milli huma kapaċi
jipproduċu. Tinħtieġ aktar integrazzjoni u ottimizzazzjoni
tal-flussi tal-enerġija, tal-informazzjoni u tat-trasport fil-livell ta’
distretti, bliet u komunitajiet. Din hija l-premessa tas-Sħubija Ewropea
għall-Innovazzjoni għall-Bliet u Komunitajiet Intelliġenti[17]: li turi soluzzjonijiet urbani
intelliġenti fuq skala kummerċjali bbażati fuq l-użu
tal-ICT fis-setturi tal-enerġija u tat-trasport li jistgħu jipprovdu
soluzzjonijiet kosteffikaċi f’żoni urbani Ewropej. Il-miżuri tal-adozzjoni mis-suq huma
meħtieġa fid-diffużjoni tat-teknoloġiji innovattivi kollha
fil-qasam tal-enerġija biex ikun jista' jsir skalar 'il fuq
tal-investimenti fil-katini tal-provvista u biex jappoġġjaw
l-implimentazzjoni tal-politika għall-grilji, l-enerġija rinnovabbli
u l-effiċjenza enerġetika bl-għan li jiġu indirizzati
l-ostakli mhux teknoloġiċi, inkluż: ·
l-iżvilupp tal-kapaċità tal-atturi
tas-suq u tal-awtoritajiet pubbliċi biex jintroduċu politiki u
miżuri effettivi, li jħeġġu l-introduzzjoni
tat-teknoloġiji fis-suq. Dan jinkludi l-iżvilupp kontinwu
tal-prattikanti (eż. l-iżviluppi tal-ħiliet
għat-tekniċi, l-inġiniera); ·
l-appoġġ tal-iżvilupp u
tal-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi
għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza
enerġetika, inkluż il-finanzjament għall-użu tagħhom. L-istrateġiji ta’ innovazzjoni nazzjonali
u reġjonali għandhom jiżvolġu rwol importanti fit-trawwim
tal-innovazzjoni f’ambjenti reali. Dawn għandhom jiġu mmobilizzati
biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-kapaċitajiet
għar-riċerka u l-innovazzjoni u biex jaċċelleraw
l-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u
tal-innovazzjoni fis-suq, b’attenzjoni partikolari għall-ħolqien ta’
ambjent tan-negozju favorevoli għall-innovazzjoni għall-SMEs u
l-industrija reġjonali u lokali inkluż it-titjib tal-aċċess
għall-finanzjament ta’ riskju. 4. IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTRATEĠIJA
GĦALL-INNOVAZZJONI U T-TEKNOLOĠIJA FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA Il-pjan SET għadu l-istrument
prinċipali biex jintlaħqu l-isfidi indirizzati hawn fuq. Dan
jipprovdi l-punt ta’ referenza għall-investimenti tal-UE, nazzjonali,
reġjonali u privati fir-riċerka u fl-innovazzjoni fil-qasam
tal-enerġija. Madankollu, il-Pjan SET irid ukoll
jissaħħaħ, sabiex jirreaġixxi għall-isfidi ġodda
u biex jikkonsolida aħjar il-kapaċità u r-riżorsi disponibbli
fl-Ewropa kollha għar-riċerka u l-innovazzjoni. Għal dan il-għan,
qed jiġu proposti l-bidliet li ġejjin: ·
Sabiex tiġi indirizzata l-integrazzjoni
tas-sistema tal-enerġija u tal-katina tal-innovazzjoni, għandu
jiġi żviluppat Pjan Direzzjonali, taħt il-gwida tal-Grupp
tat-Tmexxija tal-Pjan SET, li jinkorpora l-prinċipji u l-miżuri
ewlenin identifikati f’din il-Komunikazzjoni. Dan il-Pjan Direzzjonali Integrat
għandu jikkonsolida l-pjanijiet direzzjonali għat-teknoloġija
(aġġornati) tal-Pjan SET filwaqt li jżomm l-ispeċifiċitajiet
tat-teknoloġiji; dan għandu jkopri l-katina sħiħa
tar-riċerka u l-innovazzjoni mir-riċerka bażika sal-wiri u
l-appoġġ għad-diffużjoni fis-suq; u għandu jidentifika
rwoli u kompiti ċari għad-diversi partijiet interessati bħall-EERA,
l-EIIs, l-EIT, il-PPPs Ewropej rilevanti u partijiet interessati oħra
bħall-universitajiet, l-investituri u l-finanzjaturi filwaqt li
jippromwovi s-sinerġiji u l-interazzjonijiet ta’ bejniethom. L-ewwel Pjan
Direzzjonali Integrat għandu jiġi żviluppat sa tmiem l-2013. ·
Abbażi tal-Pjan Direzzjonali Integrat,
l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw Pjan ta’
Azzjoni li jistabbilixxi investimenti konġunti u/jew koordinati minn
Stati Membri individwali, bejn l-Istati Membri u mal-UE. Dawn l-investimenti
għandhom imorru lil hinn minn programmi ta’ għotjiet u jinkludu
kuntratti u strumenti ta’ inġinerija finanzjarja. Il-Pjan ta’ Azzjoni se
jsegwi approċċ flessibbli u jinkludi modi differenti ta'
implimentazzjoni bħall-allinjament tal-finanzjament mill-Istati Membri u
mill-KE fuq il-prijoritajiet identifikati fil-pjan direzzjonali integrat u
l-investimenti konġunti bejn l-Istati Membri jew/u mal-Unjoni Ewropea. Dan
għandu jkopri l-kapaċitajiet ta' finanzjament istituzzjonali u ta'
riċerka tal-EERA. Għandu jiġi żviluppat sa nofs l-2014 u
jiġi aġġornat regolarment u appoġġjat min-netwerk(s)
tal-korpi ta’ finanzjament. ·
Sistema ta' rappurtar robusta msejsa fuq is-Sistema
ta’ Informazzjoni Strateġika għat-Teknoloġiji fil-Qasam
tal-Enerġija (SETIS) tal-Pjan SET għandha timmonitorja
l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Integrata u l-Pjan ta’ Azzjoni.
Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri, ir-rappurtar dwar
il-progress għandu jsir kull sena sabiex issir valutazzjoni tal-impatt fuq
l-objettivi tal-politika dwar l-enerġija u orjentazzjoni aħjar
tal-appoġġ tal-UE u dak nazzjonali. ·
Għandha tiġi stabbilita struttura ta’
koordinazzjoni taħt il-Grupp ta’ Tmexxija tal-Pjan SET biex
tippromwovi l-investimenti fir-riċerka u fl-innovazzjoni fuq
l-effiċjenza enerġetika. Din għandha tkopri s-Sħubijiet
Pubbliċi-Privati tal-UE rilevanti f’dan il-qasam, is-Sħubija Ewropea
għall-Innovazzjoni tal-Bliet u l-Komunitajiet Intelliġenti u
inizjattivi oħra sabiex tiġi ffaċilitata d-diffużjoni
fis-suq. Din l-istruttura għandha tkun magħmula minn atturi
tal-komunità tal-industrija u tas-suq, awtoritajiet pubbliċi u
finanzjaturi. Għaldaqstant, jista' jkun li
s-sħubija, l-operat u l-mandat tal-Grupp ta' Tmexxija tal-Pjan SET
ikollhom bżonn jissaħħu biex jindirizzaw l-isfida
tal-iżvilupp tal-Pjan Direzzjonali Integrat. Bl-istess mod, l-Inizjattivi Industrijali
Ewropej u l-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija assoċjati
jridu jaġġustaw il-mandat, l-istruttura u l-parteċipazzjoni
tagħhom inkluż permezz ta’ komponent industrijali aktar
b'saħħtu biex jaġġornaw il-Pjanijiet Direzzjonali
tat-Teknoloġija tagħhom u jikkontribwixxu għall-Pjan
Direzzjonali Integrat. It-teknoloġiji emerġenti u l-iżviluppi
ġodda jridu jiġu indirizzati, b’mod partikolari l-ħżin u
l-enerġija tal-oċeani b'rabta mal-istrateġija tat-Tkabbir
Marittimu. Fl-istess waqt, l-Alleanza Ewropea għar-Riċerka dwar
l-Enerġija trid tkompli tintegra l-kapaċitajiet ta' riċerka
tagħha u żżid l-impatt tas-suq/kummerċjali
tar-riżultati tagħha, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Inizjattivi
Industrijali Ewropej. F'dawn l-istrutturi kollha, għandhom jiġu
integrati partijiet interessati ġodda sabiex jindirizzaw l-innovazzjoni
mhux teknoloġika u t-tneħħija tal-ostakli regolatorji,
finanzjarji, kummerċjali u ta' mġiba u b’hekk itejbu t-tħejjija
tas-suq. Dan jinkludi atturi lokali, SMEs, ICT, regolaturi, operaturi
tan-netwerk, finanzjaturi u konsumaturi. Id-dimensjoni esterna għandha ssaħħaħ l-eċċellenza u l-ġibda tal-UE
bħala sieħba fir-riċerka. Il-kooperazzjoni internazzjonali
fil-qasam tar-R&Ż b'konformità mal-Istrateġija ta’ Kooperazzjoni
Internazzjonali[18]
u mal-Orizzont 2020 għandha tkun iffokata fuq dawk l-isfidi
tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija billi tista’
żżid mal-valur tagħhom għall-benefiċċji
għall-UE. Id-dimensjoni esterna tal-politika tal-enerġija,
inklużi d-Djalogi bilaterali dwar l-Enerġija[19] u l-Ftehimiet ta’
Kooperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija konklużi mill-Kummissjoni
mal-pajjiżi terzi msieħba, għandhom jiġu implimentati b’mod
ikkoordinat u ta' tisħiħ reċiproku. Il-Konvenzjoni
Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li
tipprovdi qafas internazzjonali għall-klima u għat-teknoloġiji
tal-enerġija, hija wkoll sieħeb importanti. Permezz
tal-Mekkaniżmu ta’ Teknoloġija tiegħu, is-suq globali
għat-trasferiment tat-teknoloġija lejn pajjiżi li qed
jiżviluppaw u dawk emerġenti mistenni li jikber Pajjiżi bħall-Istati Uniti,
il-Ġappun u ċ-Ċina qegħdin iniedu u jimplimentaw programmi
ambizzjużi għat-tnaqqis fil-livell ta’ karbonju, li
jirrappreżentaw opportunitajiet ta' kooperazzjoni sinifikanti
tar-riċerka u l-innovazzjoni għas-settur tar-riċerka Ewropew ki
fukoll opportunitajiet tas-suq għall-industrija, pereżempju fl-oqsma
tal-grilji intelliġenti, iċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu,
l-enerġija rinnovabbli jew is-sikurezza nukleari u l-fużjoni
nukleari. Għandha tissokta l-kooperazzjoni multilaterali bejn l-UE,
l-Istati Uniti u l-Ġappun dwar il-materja prima kritika
għall-enerġija. Il-potenzjal tal-enerġija solari għandu
jkompli jiġi sfruttat b’kooperazzjoni mal-Pajjiżi Msieħba
tal-Mediterran. 5. KONKLUŻJONIJIET L-istrateġija tal-UE
għat-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija hija
parti integrali mill-politika tal-enerġija tal-UE. Fil-fatt, din
għandha tikkomplementa l-miżuri regolatorji eżistenti,
tiżgura li l-UE tkun minn ta’ quddiem nett fl-innovazzjoni fis-swieq
internazzjonali tal-enerġija, kif ukoll tindirizza l-isfidi maħluqa
mis-sitwazzjoni ekonomika attwali. Għandha tikkontribwixxi
għat-tisħiħ tal-kompetittività fil-kosti tal-enerġija
tagħna u l-affidabbiltà tal-provvista. F’din il-Komunikazzjoni,
il-Kummissjoni stabbilixxiet l-istrateġija tagħha biex tiżgura
li l-UE żżomm il-klassi dinjija fis-settur tat-teknoloġija u
tal-innovazzjoni sabiex tindirizza l-isfidi għas-sena 2020 u lil hinn
minnha. Sabiex tappoġġja dan
l-approċċ, il-Kummissjoni: ·
se ·
tiżgura l-iżvilupp, flimkien
mal-partijiet interessati tal-Pjan SET, ta' Pjan Direzzjonali Integrat dwar
il-prijoritajiet identifikati fl-Istrateġija tal-UE tat-teknoloġija u
l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija sa tmiem l-2013. ·
tiddefinixxi, flimkien mal-Istati Membri, Pjan ta’
Azzjoni ta' investimenti konġunti u individwali b’appoġġ
għall-Pjan Direzzjonali Integrat sa nofs l-2014. ·
ssaħħaħ flimkien mal-Istati Membri
s-sistema ta’ rappurtar għall-monitoraġġ tal-Pjan Direzzjonali
Integrat u l-Pjan ta’ Azzjoni msejjes fuq is-Sistema ta’ Informazzjoni
Strateġika għat-Teknoloġiji fil-Qasam tal-Enerġija (SETIS)
tal-Pjan SET. ·
tistieden, flimkien mal-Istati Membri fil-kuntest
tal-Grupp ta’ Tmexxija, lill-Inizjattivi Industrijali Ewropej u
lill-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija assoċjati biex
jaġġustaw il-mandat, l-istruttura u l-parteċipazzjoni
tagħhom bl-għan li jaġġornaw il-Pjanijiet Direzzjonali
tat-Teknoloġija tagħhom u jikkontribwixxu għall-Pjan Direzzjonali
Integrat. ·
tistabbilixxi struttura ta’ koordinazzjoni, fi
ħdan il-Grupp ta’ Tmexxija tal-Pjan SET, biex tippromwovi l-investimenti
fir-riċerka u fl-innovazzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika ·
titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex: –
jaffermaw mill-ġdid l-appoġġ
tagħhom għall-Pjan SET bħala parti mill-politiki Ewropej dwar
l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima u r-rinfurzar tiegħu
għall-iżvilupp tat-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-qasam
tal-enerġija kif stabbilit f’din il-Komunikazzjoni –
japprovaw il-prinċipji ewlenin u
l-iżviluppi proposti meħtieġa għat-teknoloġija u
l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija madwar l-UE; –
jappoġġjaw l-allinjament tar-riżorsi
tal-UE, nazzjonali, reġjonali u privati għal dan l-approċċ
integrat għar-riċerka u l-innovazzjoni; ·
tistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni biex
jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Integrat u l-Pjan
ta’ Azzjoni permezz ta’: –
koordinazzjoni msaħħa tal-programmi ta’
riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija tagħhom kif ukoll
permezz tal-użu ta’ Fondi Strutturali u tal-Investiment tal-UE u
tad-dħul mill-irkantar tal-EU ETS; –
kollaborazzjoni akbar permezz ta’ azzjonijiet
konġunti u raggruppamenti dwar proġetti b’valur miżjud Ewropew; –
integrazzjoni akbar tal-finanzjament istituzzjonali
nazzjonali u tal-kapaċitajiet ta’ riċerka permezz ta’ Alleanza
Ewropea għar-Riċerka dwar l-Enerġija. –
id-dħul fis-seħħ
tal-appoġġ għall-adozzjoni mis-suq aktar mgħaġġla
tat-teknoloġiji tal-enerġija sostenibbli. [1] kif intqal fil-Komunikazzjoni dwar il-Pjan SET fl-2007
(COM (2007) 723) u fil-Komunikazzjoni dwar l-Investiment fit-teknoloġiji
b’livell baxx ta’ karbonju fl-2009 (COM (2009) 519) [2] Il-Grupp ta' Tmexxija tal-Pjan SET, magħmul minn
Stati Membri tal-UE, għandu l-mandat li jfassal azzjonijiet konġunti
u jagħmel ir-riżorsi disponibbli għall-implimentazzjoni tal-Pjan
SET. L-EIIs jissejsu fuq il-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija, u
jipproponu Pjanijiet Direzzjonali tat-Teknoloġija biex jiġu allinjati
l-isforzi tal-UE, tal-Istati Membri u tal-industrija bl-għan li
jintlaħqu objettivi komuni. L-EERA tiġbor flimkien l-istabbilimenti
ewlenin tal-UE tar-riċerka fil-qasam tal-enerġija u ngħatat
il-mandat biex timplimenta programmi konġunti permezz tal-qsim
tal-kapaċitajiet nazzjonali fl-Ewropa. Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni
tal-Bliet u l-Komunitajiet Intelliġenti bdiet bħala l-komponent
tal-effiċjenza enerġetika tal-Pjan SET u issa tintegra soluzzjonijiet
innovattivi fil-livell tal-applikazzjonijiet fuq skala reali tal-enerġija,
tat-trasport u tal-ICT tal-bliet u l-komunitajiet. Is-Sistema ta’ Informazzjoni
Strateġika għat-Teknoloġiji fil-Qasam tal-Enerġija (SETIS)
tal-Kummissjoni hija mmexxija u kkoordinata miċ-Ċentru Konġunt
tar-Riċerka (JRC) tal-KE [3] SEC(2011) 1609 - Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal
tal-Kummissjoni “Materials Roadmap Enabling Low Carbon Energy Technologies” [4] Skont (COM (2009) 519) ġie stmat li
jinħtieġu EUR 8 biljun fis-sena sabiex l-azzjonijiet
tal-Pjan SET javvanzaw b’mod effettiv [5] Għas-settur nukleari l-infiq li għandu
x’jaqsam mal-Euratom [6] Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal, Valutazzjoni
tat-Teknoloġija Grafika 3.2 [7] EUR 1/kW għal sistemi turnkey 100 kW
sal-2030 (espress fi prezzijiet tal-2011, eskluża l-VAT) [8] Kalkoli tal-JRC imsejsa fuq fattur tal-kapaċità ta’
23 %, li hija ċ-ċifra medja tal-2011 għall-Ewropa [9] Il-Faċilità ELENA ta' replikazzjoni tas-suq tnediet
mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
f’Diċembru 2009 biex jappoġġjaw l-investimenti
fl-effiċjenza enerġetika u l-proġetti tal-enerġija
rinnovabbli. Il-Faċilità ELENA, immexxija mill-BEI, il-KfW, is-CEB u
l-BERŻ, hija ffinanzjata permezz tal-Programm IEE tal-Kummissjoni Ewropea. [10] Ir-rieżami tal-Pjan SET mill-JRC/SETIS jinsab fuq: http://setis.ec.europa.eu/set-plan-implementation/set-plan-review-2010-2012 [11] Ir-rapport
sħiħ dwar il-konsultazzjoni pubblika jinsab fuq: http://ec.europa.eu/energy/technology/consultations/20130315_technology_innovation_en.htm [12] “Evalwazzjoni ex-ante tas-suċċessur ta’
“Enerġija Intelliġenti-Ewropa II” (2007-2013)”, tinsab disponibbli
fuq: http://ec.europa.eu/energy/intelligent/files/doc/2011_iee2_programme_ex_ante_en.pdf [13] Disponibbli
fuq:
http://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/archive/other_reports_studies_and_documents/eval_fuel_cell_hydro_report_2011.pdf [14] Fil-proposta għall-Politika Reġjonali
għall-2014-2020, l-Istati Membri jew ir-reġjuni huma mitluba
jiżviluppaw dawn l-istrateġiji [15] żviluppat b’mod konġunt mill-Ġappun,
iċ-Ċina, l-Indja, il-Korea t’Isfel, ir-Russja, l-Istati Uniti u l-UE.
[16] COM(2013) 17 finali [17] COM(2012) 4701 finali [18] COM(2012) 497 finali [19] COM(2011) 539 finali