This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0209
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the functioning of the Memorandum of Understanding on the Sale of Counterfeit Goods via the Internet
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-funzjonament tal-Memorandum ta’ Qbil dwar il-bejgħ ta’ oġġetti ffalsifikati fuq l-internet
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-funzjonament tal-Memorandum ta’ Qbil dwar il-bejgħ ta’ oġġetti ffalsifikati fuq l-internet
/* COM/2013/0209 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-funzjonament tal-Memorandum ta’ Qbil dwar il-bejgħ ta’ oġġetti ffalsifikati fuq l-internet /* COM/2013/0209 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-funzjonament
tal-Memorandum ta’ Qbil dwar il-bejgħ ta’ oġġetti ffalsifikati
fuq l-internet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE) WERREJ 1........... Introduzzjoni................................................................................................................... 4 2........... Il-MtQ........................................................................................................................... 5 2.1........ Approċċ kooperattiv
ġdid............................................................................................... 5 2.2........ L-ambitu u l-arkitettura tal-MtQ...................................................................................... 5 2.3........ L-awtoregolamentazzjoni fuq
il-bażi tal-MtQ................................................................... 7 3........... Il-Funzjonament u l-Impatt tal-MtQ................................................................................ 8 3.1........ Biex l-MtQ jirnexxi......................................................................................................... 8 3.2........ Proċeduri ta’ Avviż u ta’ Tneħħija
— pedament tal-MtQ................................................. 8 3.3........ Miżuri Proattivi u Preventivi —
Miżura kritika għall-ġlieda effettiva kontra l-falsifikazzjoni 10 3.4........ Trasgressuri Reċidivi..................................................................................................... 11 3.5........ Il-kooperazzjoni, inkluża
l-kondiviżjoni tal-informazzjoni................................................ 13 3.6........ Il-fiduċja, l-informazzjoni u
l-protezzjoni tal-konsumatur................................................. 13 3.7........ Il-komunikazzjoni esterna u
s-sensibilizzazzjoni.............................................................. 14 3.8........ Valutazzjoni komparattiva
tal-effetti tal-MtQ................................................................. 15 4........... It-triq 'il quddiem.......................................................................................................... 17 Anness: Lista ta’ siti u ismijiet ta’ ditti
koperti mill-MtQ………………………………….19 Ditti koperti mill-MtQ………………………………………………………………………19 Siti koperti mill-MtQ………………………………………………………………………..21 1. Introduzzjoni Dan ir-rapport jevalwa l-operat tal-Memorandum
ta’ Qbil dwar il-bejgħ ta’ prodotti ffalsifikati fuq l-internet
(Mejju 2011), minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-MtQ"[1]. Il-bejgħ ta’ oġġetti
ffalsifikati fuq l-Internet huwa ta’ ħsara għall-partijiet
interessati leġittimi kollha, inklużi Pjattaformi tal-Internet u
d-Detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u, l-aktar importanti,
għall-konsumaturi. Il-falsifikazzjoni onlajn huwa fenomenu dinamiku, li
dejjem qed jinbidel u li jadatta ruħu biex jinqasam f’mudelli
ġodda tan-negozju. In-negozji illeċiti tal-falsifikazzjoni huma
sofistikati; jirreaġixxu għal strateġiji ta’ protezzjoni kontra
l-falsifikazzjoni. L-għan tal-MtQ huwa li jistabbilixxi
kodiċi ta’ prattika fil-ġlieda kontra l-bejgħ ta’
oġġetti ffalsifikati fuq l-internet u jtejjeb il-kollaborazzjoni fost
il-Firmatarji tiegħu, sabiex dawn ikunu jistgħu jirrispondu b’mod
effettiv għal din it-theddida kontinwa. Hemm
rikonoxximent kollettiv li l-kooperazzjoni hija ħafna aħjar
mil-litigazzjoni, li la ttejjeb l-effiċjenza tas-suq u lanqas trawwem
il-fiduċja tal-konsumatur. L-għan ewlieni huwa li titrawwem il-fiduċja
fis-suq onlajn. Il-MtQ jippromwovi l-fiduċja fis-suq onlajn
billi jipprovdi miżuri dettaljati kontra offerti onlajn ta’
oġġetti ffalsifikati kif ukoll ħarsien imtejjeb
għall-konsumaturi li jixtru oġġetti ffalsifikati
mingħajr intenzjoni. Il-MtQ ikopri pjattaformi tal-kummerċ
elettroniku ewlenin kif ukoll ditti importanti fil-qasam
mgħaġġel tal-prodotti għall-konsumatur, il-prodotti
elettroniċi għall-konsumaturi, il-moda, il-prodotti ta’ lussu,
oġġetti tal-isports, films, softwer, logħob u ġugarelli, li
kollha kemm huma joperaw fil-livell globali u kif ukoll dak reġjonali[2]. Matul il-perjodu ta’ valutazzjoni[3], il-Firmatarji ltaqgħu
regolarment. Ġew ippubblikati sommarji ta’ dawn il-laqgħat fuq
il-websajt tad-DĠ Suq Intern u Servizzi[4]. Dan ir-rapport janalizza l-progress,
l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-MtQ u jagħti rendikont
tal-evalwazzjoni tal-Firmatarji dwar l-effikaċja tiegħu fit-tnaqqis
tal-bejgħ onlajn ta’ oġġetti ffalsifikati fl-UE. Huwa
strettament limitat għall-MtQ, u ma jkoprix kwistjonijiet assoċjati
ta’ politika ġenerali. Dan juri li l-approċċ adottat mill-MtQ
jaħdem, iżda jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta’ Pjattaformi
tal-Internet u li d-Detenturi tad-Drittijiet jibqgħu attenti u
viġilanti. Ir-rapport jikkonkludi li l-MtQ għandu jkompli
għal sentejn oħra u li s-sħubija tiegħu għandha
tiġi estiża. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra aktar azzjoni biex
tindirizza l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni b’mod aktar wiesa’ u hemm
mnejn tipproponi inizjattiva aktar tard din is-sena. 2. Il-MtQ 2.1. Approċċ
kooperattiv ġdid Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2009 dwar
it-titjib tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq
intern[5]
u l-Komunikazzjoni tal-2011 dwar Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà
Intellettwali[6],
il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta’ approċċi volontarji u kollaborattivi
min-naħa tad-Detenturi tad-Drittijiet ta’ propjetà intellettwali u
partijiet interessati oħra bħall-Pjattaformi tal-Internet,
il-bejjiegħa bl-ingrossa, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi kif
ukoll assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, fil-ġlieda kontra
l-falsifikazzjoni. Il-Komunikazzjoni tal-2009 qieset li l-kooperazzjoni
u mhux il-litigazzjoni għandha ssir l-approċċ prevalenti
fost il-partijiet interessati li jaħdmu f’ambjent kummerċjali u
teknoloġiku li jevolvi malajr. Id-Djalogi mal-Partijiet Interessati
kienu proposti bħala metodu ta’ ħidma lejn il-possibbiltà ta’
ftehimiet volontarji, jiġifieri djalogi kostruttivi li jiffokaw fuq
problemi konkreti u funzjonabbli u soluzzjonijiet prattiċi li jridu jkunu
realistiċi, bilanċjati, proporzjonati u ġusti għal dawk
kollha kkonċernati. Approċċ konġunt, inklużiv u
parteċipattiv bħal dan joqgħod sew mal-aġenda ta’
Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni. Fil-kuntest ta’ dan il-MtQ, il-Kummissjoni
Ewropea bdiet taqdi funzjoni ġdida bħala faċilitatur ta’ dawn
it-tipi ta’ djalogi billi pprovdiet appoġġ amministrattiv u
loġistiku u billi ssalvagwardjat, fejn meħtieġ, bilanċ
ġust bejn l-interessi differenti involuti, b’mod partikolari d-drittijiet
leġittimi u l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE. Ir-rwol tal-faċilitatur tal-Kummissjoni
Ewropea jiżgura wkoll li tali Djalogi mal-Partijiet Interessati u
ftehimiet sussegwenti possibbli jkunu trasparenti u konformi bis-sħiħ
mal-qafas legali eżistenti u jirrispettaw skupolożament id-drittijiet
u l-libertajiet fundamentali. Kemm il-Parlament Ewropew[7] u kif ukoll il-Kunsill
appoġġaw[8]
lill-Kummissjoni f’dan l-approċċ. Bħala l-ewwel eżempju ta’
approċċ kooperattiv, il-Kummissjoni nediet Djalogu mal-partijiet
Interessati dwar il-bejgħ onlajn ta’ prodotti falsifikati, li rriżulta
f’MtQ li jinvolvu 33 kumpanija u assoċjazzjoni tal-kummerċ, li
jinvolvu 39 sit differenti tal-internet. 2.2. L-ambitu
u l-arkitettura tal-MtQ Il-kummerċ onlajn joffri opportunitajiet
bla preċedent lin-negozji u lill-konsumaturi biex jixtru u jbigħu
oġġetti, nazzjonalment, bejn il-fruntieri interni tas-suq intern, u
kemm internazzjonalment. Fis-suq intern, l-internet naqqas l-ostakoli
għall-kummerċ transfruntiera. Sfortunatament, l-internet sar ukoll
wieħed mill-mezzi ewlenin tal-falsifikazzjoni. Il-biċċa l-kbira
tal-kummerċ elettroniku li jsir permezz ta’ Pjattaformi tal-Internet huwa
kompletament leġittimu. Madankollu, negozjanti kummerċjali
illeċiti jew qarrieqa ta’ prodotti falsifikati qegħdin ukoll
jisfruttaw il-vantaġġi tal-kummerċ elettroniku li joffru
prodotti falsifikati direttament lill-konsumaturi. Pereżempju,
il-Firmatarji jitfgħu l-attenzjoni fuq ġenerazzjoni ġdida ta’
bejjiegħa (fuq skala żgħira) ta’ prodotti falsifikati li jiksbu
dawn il-prodott bl-irħis minn siti onlajn jew permezz ta’ mezzi aktar
tradizzjonali tad-distribuzzjoni fi kwantitajiet modesti u sussegwentement
joffruhom għall-bejgħ, fuq siti onlajn. La l-bejjiegħ inizjali
tal-oġġetti u lanqas l-oġġetti ffalsifikati ma jkunu
jinsabu neċessarjament fit-territorju tal-UE. Il-proprjetarji ta’
Pjattaformi tal-Internet u tad-drittijiet leġittimi li joffru servizzi
lill-bejjiegħa u x-xerrejja għalhekk jistgħu jisfaw vittmi ta’
negozjanti ta’ prodotti falsifikati, għad-dannu tal-konsumaturi,
id-Detenturi tad-Drittijiet, l-fornituri tas-servizzi tal-kummerċ
elettroniku, l-ekonomija u s-soċjetà. Qabel l-MtQ, il-Pjattaformi tal-Internet u
d-Detenturi tad-Drittijiet kienu diġà qed jieħdu azzjoni kontra
l-offerti onlajn ta’ prodotti falsifikati, iżda bħala riżultat
tat-tnedija tad-Djalogu tal-Partijiet Interessati, ħareġ
għarfien ġenerali li hemm aktar x’jista’ jsir. Il-MtQ tiffoka fuq it-tfixkil u
l-iskoraġġiment mil-lat tal-provvista tas-suq tal-prodotti
falsifikati, jiġifieri tfittex li telimina l-offerta onlajn ta’
oġġetti ffalsifikati malajr kemm jista’ jkun. Dan jipprevedi azzjoni
proporzjonata, dissważiva kontra dawk li ripetutament jippruvaw
ibigħu prodotti falsifikati. Barra minn hekk, hija tfittex li tikseb
protezzjoni aħjar għall-konsumaturi li jixtru prodotti falsifikati
mingħajr l-ebda intenzjoni, jew għal bejjiegħa leġittimi
ta’ oġġetti li jistgħu jħossuhom indebitament
ristretti/mdewma fil-preżentazzjoni ta’ prodott għall-bejgħ
onlajn. Il-MtQ tippromwovi strateġija
bbażata fuq tliet linji ta’ difiża. Dawn ifittxu li jiżguraw li
l-offerti illeċiti ma jidhrux onlajn; u li jekk dan jiġri, li
jitneħħew mill-aktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, malajr
biżżejjed biex ma jsirux aktar tranżazzjonijiet. Il-miżuri
kollha joperaw fl-istess ħin u f’ħin reali. L-ewwel nett, huwa
importanti ħafna li l-klijenti, jiġifieri l-bejjiegħa u
x-xerrejja, jifhmu l-fenomenu tal-falsifikazzjoni, ir-riskji inerenti
tiegħu għall-konsumaturi u l-effetti detrimentali fuq id-Detenturi
tad-Drittijiet. Il-klijenti jistgħu jkunu partijiet attivi
fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Għal dan l-għan,
il-Pjattaformi tal-Internet huma impenjati li jagħmlu disponibbli
informazzjoni xierqa għall-bejjiegħa u x-xerrejja potenzjali,
b’mod faċilment aċċessibbli u, fejn xieraq, bil-koperazzjoni
tad-Detenturi tad-Drittijiet. Huma għandhom jispjegaw li huwa illegali li
wieħed joffri prodotti falsifikati, u jissuġġerixxu
prekawzjonijiet li x-xerrejja għandhom jieħdu biex jevitaw li
jixtruhom. Bejjiegħa infurmati tajjeb fuq il-Pjattaformi tal-Internet
għandhom jimpenjaw ruħhom li ma joffrux oġġetti bħal
dawn. Konsumaturi infurmati sew għandhom ikunu konxji tal-għodod u
l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti jekk ikunu xtraw prodotti
falsifikati. Il-MtQ huwa konformi bis-sħiħ mal-Aġenda
tal-Konsumatur reċenti tal-Kummissjoni, li tinkoraġġixxi
lill-intermedjarji u lin-negozjanti jmorru lil hinn minn sempliċi
konformità mal-leġiżlazzjoni u jiżviluppaw miżuri
awtoregolatorji biex isaħħu l-protezzjoni tal-konsumatur[9]. It-tieni linja ta’ difiża tinvolvi
“Miżuri Proattivi u Preventivi” (PPMs) bħala rispons f’waqtu u
xieraq għal min jipprova jbigħ prodotti falsifikati, jew qabel ma
l-offerta ssir disponibbli għall-pubbliku jew ftit wara. Permezz ta’
miżuri bħal dawn, id-Detenturi tad-Drittijiet u l-Pjattaformi tal-Internet
jippruvaw inaqqsu offerti onlajn ta’ prodotti falsifikati. Dawn il-miżuri
jistgħu jkunu tekniċi u/jew proċedurali, u ħafna drabi
jirrikjedu intervent uman. Dawn ta’ spiss ikunu speċifiċi għal
mudelli kummerċjali rispettivi u l-organizzazzjoni tad-Detenturi
tad-Drittijiet u/jew il-Pjattaformi tal-Internet. Eżempju wieħed ta’
PPM huwa l-ivvettjar tal-bejjiegħa qabel ma dawn jiitħallew
ibigħu fuq xi Pjattaforma tal-Internet u, f’ċerti każijiet,
il-valutazzjoni kontinwa tal-prestazzjoni tagħhom. PPMs effettivi spiss
ikunu sofistikati, u jkunu jeħtieġu riżorsi sostanzjali u
kooperazzjoni effettiva bejn id-Detenturi tad-Drittijiet u l-Pjattaformi
tal-Internet. Il-PPM ifittxu li jiżguraw li l-offerti ta’
oġġetti falsifikati ma jidhrux onlajn. It-tielet nett,
minkejja t-tagħrif tal-konsumatur u l-PPM, l-offerti ta’ prodotti
falsifikati jistgħu xorta waħda jsiru disponibbli għall-pubbliku
fuq Pjattaforma tal-Internet. F’każijiet bħal dawn, id-detenturi
tad-drittijiet u l-konsumaturi jistgħu jinnotifikaw lill-Pjattaforma
tal-Internet kkonċernata bl-eżistenza ta’ offerti bħal dawn. Dan
jippermetti lill-Pjattaforma tieħu azzjoni xierqa, anki tneħħi
l-offerta mis-sit ikkonċernat. Il-Proċeduri ta’ Avviż u ta’
Tneħħija (NTD) jfittxu li joffru proċedura sempliċi,
ġusta u mħaffa biex jitneħħew l-offerti onlajn ta’ prodotti
falsifikati. Il-MtQ jikkumplimenta dawn il-miżuri
billi jipprovdi protezzjoni aħjar għall-konsumatur,
inkluża l-possibilità li dawn jirċievu prodott sostitut jew
rifużjoni f'ċerti kundizzjonijiet. Il-MtQ tinkludi wkoll azzjonijiet
dissważivi kontra trasgressuri reċidivi. Il-Firmatarji tal-MtQ
impenjaw ruħhom biex jikkoperaw fl-individwazzjoni ta’ trasgressuri
reċidivi. Il-Pjattaformi tal-Internet jintrabtu li jimplimentaw u
jinfurzaw id-deterrenti skont il-linji gwida interni tagħhom. Il-politiki
ta’ kontra t-trasgressuri reċidivi għandhom ikunu oġġettivi
u proporzjonati u jqisu bis-sħiħ iċ-ċirkustanzi. L-iskambju
ta’ informazzjoni għat-trasgressuri reċidivi skont il-MtQ jirrispetta
bis-sħiħ il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta. Il-konsumaturi għandhom jużaw
l-informazzjoni disponibbli kollha meta jixtru onlajn sabiex jevitaw li jixtru
prodotti falsifikati, iżda huma jistgħu xorta waħda jġarrbu
ħsara. Dawn setgħu ġew żgwidati u xtraw prodotti
falsifikati involontarjament li wassal għal ħsara ekonomiku jew xi
ħsara oħra. Il-MtQ tinkludi sett minimu ta’ dispożizzjonijiet
għall-ħarsien tal-konsumatur. Il-kumpens għal raġunijiet
ekonomiċi jew ħsara oħra jiddependi fuq il-politiki
tal-Firmatarji individwali kkonċernati. Il-konsumatur jista’ jkun ukoll
offra li jbigħ prodott allegatament falz li jkun tneħħa, u seta’
sofra xi ħsara jekk ikun piet ppruvat li t-tali tneħħija ma
kinitx ġustifikata. Fl-aħħar nett, il-MtQ tiżgura
li, matul il-perjodu ta’ valutazzjoni, il-Firmatarji li ma jagħtux bidu
ġdid għal litigazzjoni kontra xulxin dwar kwistjonijiet koperti
mill-MtQ. Dan il-moratorju fuq il-litigazzjoni huwa dispożizzjoni
importanti li jenfasizza l-impenn reċiproku tal-Firmatarji biex
jaħdmu flimkien in bona fede. 2.3. L-awtoregolamentazzjoni
fuq il-bażi tal-MtQ Il-kooperazzjoni volontarja minn għadd
kbir ta’ partijiet interessati b’interessi u mudelli tan-negozju differenti
huwa ta’ spiss diffiċli biex tinkiseb. Wieħed irid iż-żmien
biex jibni l-fiduċja meħtieġa biex din il-kooperazzjoni
tirnexxi. Il-proċess lejn l-iffirmar tal-MtQ kif
ukoll l-iffirmar stess urew li dawn huma passi essenzjali lejn it-trawwim ta’
atmosfera ta’ fiduċja u kunfidenza reċiproka bejn il-Firmatarji.
Id-djalogu strutturat ippermetta lill-partijiet interessati biex jifhmu
aħjar it-tħassib rispettiv tagħhom kif ukoll il-limitazzjonijiet
tekniċi, organizzattivi u kummerċjali. Il-fiduċja u
l-kunfidenza reċiproka huma fattur li jgħaqqad. Mingħajrhom,
il-kooperazzjoni volontarja hija destinata li tfalli. Fatturi kritiċi oħrajn
għas-suċċess kienu: · Inċentiv ċar għal kull Firmatarju li jirriżulta
mill-ftehim volontarju; · Salvagwardji fil-ftehim biex jitħarsu l-interessi essenzjali ta’
kull firmatarju, biex jinqdew mudelli ta’ negozju u politiki kummerċjali
differenti, u biex tkun garantita ċ-ċertezza legali biex
tingħeleb ir-reżistenza fl-organizzazzjonijiet rispettivi; · Ftehim volontarju ċar b’għan definit tajjeb, flimkien ma’
obbligi realistiċi, ifformulati b’mod ċar, proporzjonalment allokati
lill-partijiet (infurzar intelliġenti); · Livell għoli ta’ kunsens u impenn fil-kumpaniji li jiffirmaw
il-Ftehim; · Biżżejjed flessibbiltà intrinsika sabiex jippermettu
adattamenti minħabba ċirkustanzi li nbidlu, mingħajr ma jkun
hemm għalfejn jinnegozjaw il-ftehim mill-ġdid. Barra minn hekk, l-involviment tas-servizzi
“faċilitanti” tal-Kummissjoni Ewropea qassam u mexxa d-djalogi u
n-negozjati, kif ukoll ħeġġeġ lill-partijiet interessati
biex jegħlbu l-ostakli. L-appoġġ politiku
għall-awtoritajiet u l-parlamenti nazzjonali jistgħu jkunu
strumentali wkoll. It-trasparenza esterna żżid
il-kredibbiltà u tiżgura r-responsabbiltà għall-partijiet
interessati, l-awtoritajiet nazzjonali u l-parlamenti kif ukoll
għas-soċjetà kollha kemm hi. It-trasparenza tista’ wkoll
tinkoraġġixxi lil partijiet interessati ġodda biex jiffirmaw
ftehim volontarju u l-aħjar prattika li dan jippromwovi. 3. Il-Funzjonament
u l-Impatt tal-MtQ 3.1. Biex
l-MtQ jirnexxi Il-MtQ huwa limitat għall-Firmatarji li
jipprovdu servizzi u merkanzija fl-UE/ŻEE. Li jiġi ċċarat
l-ambitu tal-MtQ, il-Firmatarji identifikaw is-siti web u d-ditti koperti minnu
(ara l-Anness). Tfasslet lista ta’ punti ta’ kuntatt
biex tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn il-Firmatarji dwar kwistjonijiet
politiċi marbuta mal-MtQ u kif ukoll biex tippermetti kuntatti operattivi
diretti bejn il-persunal tal-protezzjoni tad-detenturi tad-drittijiet fi Stati
Membri differenti u s-siti operati minn Pjattaformi tal-Internet. Id-disponibilità ta’ din l-informazzjoni
bażika f’forma faċilment disponibbli u aġġornata regolarment
għenet lill-Firmatarji japplikaw l-MtQ f'ċirkostanzi operattivi. Hija
ssensibilizzat ukoll lill-organizzazzjonijiet lokali tal-Firmatarji dwar il-MtQ
u l-potenzjal u l-kapaċitajiet tiegħu. Il-Pjattaformi tal-Internet u d-Detenturi
tad-Drittijiet ħadu sehem f’laqgħat bilaterali biex
jistabbilixxu kuntatt, iwettqu skambju ta’ informazzjoni u jiddiskutu
kwistjonijiet operattivi. Dawn il-laqgħat, flimkien ma’ użu
konsistenti tal-programmi rispettivi tal-Pjattaformi tal-Internet ta’
protezzjoni tad-drittijiet, ippermettew lill-Firmatarji jlaqqgħu
l-għarfien tagħhom, jidentifikaw ix-xejriet u, bħala
riżultat, iħaffu t-tneħħija ta’ offerti suspettużi,
biex b’hekk tissaħħaħ il-prevenzjoni. B’mod ġenerali, il-partijiet fil-MtQ
indikaw li dan tejjeb b’mod sinifikanti l-komunikazzjoni fost
il-Firmatarji, li ffaċilita kollaborazzjoni. F’każijiet
speċifiċi, kien hemm azzjonijiet miftiehma, bħal reazzjonijiet
rapidi fil-konfront ta’ żidiet f’daqqa ta’ prodotti falsifikati
speċifiċi. 3.2. Proċeduri
ta’ Avviż u ta’ Tneħħija — pedament tal-MtQ Il-Firmatarji kollha jemmnu li
l-proċeduri ta’ avviż u tneħħija (NTD) huma miżuri
indispensabbli fil-ġlieda kontra l-bejgħ fuq l-Internet ta’
oġġetti ffalsifikati. Fil-kuntest ta’ dan il-MtQ, ir-regoli tal-NTD
jipprevedu: (i) mekkaniżmu biex jitneħħew
l-offerti individwali ta’ prodotti allegatament falsifikati mis-siti
tal-Internet Pjattaformi (ii) mekkaniżmu biex il-Pjattaformi
tal-Internet jiġu nnotifikati dwar bejjiegħa ta’ prodotti falsifikati
(avviżi bbażati fuq il-bejjiegħa). Din hija l-għodda ewlenija li
għandha tiġi applikata meta offerti allegatament illegali jkunu saru
disponibbli onlajn. Barra minn hekk, il-Firmatarji nnutaw li l-MtQ wriet li
hija utli; Ir-regoli tal-NTD ma għandhomx ikunu preskrittivi
żżejjed u jridu jinkludu ċerti mekkaniżmi li jittrattaw
l-abbużi mis-sistema. Il-kumpaniji żviluppaw metodi tagħhom
stess li huma mfassla apposta biex jindirizzaw il-ksur fuq is-siti onlajn
tagħhom. Il-Firmatarji rrappurtaw li l-Pjattaformi
tal-Internet jirċievu eluf ta’ talbiet ta’ NTD fis-sena, ibbażati fuq
kull tip ta’ raġunijiet. Fil-kuntest tal-MtQ, f’konformità mal-acquis
tal-UE[10],
l-għan tal-proċeduri NTD huwa li jneħħu l-offerti ta’
prodotti allegatament falsifikati minn fuq siti ta’ Pjattaformi tal-Internet
fil-ħin u b’mod effiċjenti u effettiv. Il-Pjattaformi tal-Internet kollha diġà
kellhom xi mekkaniżmu NTD qabel il-MtQ, li jippermetti/jħalli
lid-Detenturi tad-Drittijiet u persuni u organizzazzjonijiet oħrajn
milquta jinnotifikaw il-prodotti allegatament falsifikati. Filwaqt li xi
wħud kienu faċli biex jinstabu fuq il-paġni tal-web, ħafna
sistemi NTD oħra kienu meqjusa bħala li mhumiex qed jiffunzjonaw
b’mod sodisfaċenti. Barra minn hekk, mhux id-Detenturi tad-Drittijiet kienu
saħansitra qed jużaw l-NTD disponibbli. In-notifiki ma kinux
kompluti, ma kinux speċifiċi biżżejjed, kienu diffiċli
biex tipproċessahom u xi kultant immirati lejn prodotti individiwali,
iżda wkoll katalgi sħaħ ta’ prodotti. Is-segwitu tal-avviżi
kien ivarja minn Pjattaforma tal-Internet għall-oħra u mhux dejjem
kien meqjus sodisfaċenti mid-Detenturi tad-Drittijiet. L-offerti lanqas
biss tneħħew, damu wisq biex tneħħew jew feġġew
mill-ġdid ftit wara li kienu tneħħew. Mid-dħul fis-seħħ tal-MtQ, xi
Pjattaformi tal-Internet irrappurtaw li jdumu sa 24 siegħa biex
ineħħu offerta onlajn (magħrufa wkoll bħala listing),
iżda xi drabi jdumu sa 48 siegħa; oħrajn idumu bejn
sagħtejn u ħames sigħat. Oħrajn jgħidu li offerti
kkontestati jitneħħew fl-istess jum jew kmieni l-għada.
Madankollu, id-Detenturi tad-Drittijiet irrappurtaw differenzi
fil-veloċità tal-ipproċessar fuq l-istess Pjattaforma tal-Internet
bejn Stat Membru u ieħor. Barra minn hekk, il-Pjattaformi tal-Internet
indikaw li huma rreġistraw varjazzjoni wiesgħa fil-medja ta’ kull
xahar ta’ notifiki ta’ offerti dwar prodotti falsifikati (li jvarjaw bejn
waħda u bosta mijiet) mid-Detenturi tad-Drittijiet. Mindu l-MtQ daħal
fis-seħħ, dawn rarament jirrifjutaw talbiet ta’ tneħħija u
rarament ikollhom bżonn jitolbu informazzjoni addizzjonali biex jipproċessaw
notifika: talbiet għal informazzjoni addizzjonali ġeneralment ikunu
jirrigwardaw notifiki mid-Detenturi tad-Drittijiet li għadhom qed
jiffamiljarizzaw ruħhom mal-proċess tal-NTD. Xi Detenturi
tad-Drittijiet ħassew li f’ċerti każijiet l-informazzjoni li
kienet qed tintalab kienet inutli. Ladarba offerta allegatament illegali tkun
tneħħiet, il-Pjattaforma tal-Internet tinforma fost l-oħrajn
lill-bejjiegħ ikkonċernat u anki tagħtih ir-raġunijiet
għalfejn din tkun tneħħiet. Notifiki dwar bejjiegħa ta’ prodotti
falsifikati — għall-kuntrarju ta’ notifiki dwar offerti
speċifiċi — kienu relattivament rari. Ġeneralment, notifiki
bbażati fuq il-bejjiegħa jitqiesu bħala ineffiċjenti,
peress li kważi dejjem ikunu jeħtieġu aktar investigazzjoni
offerta b’offerta qabel ma tkun tista’ tittieħed deċiżjoni.
Peress li t-trasgressuri reċidivi (identifikati bħala bejjiegħa in
mala fede) jiġu penalizzati f’kull każ (wara notifiki
bbażati fuq l-offerti), in-notifiki bbażati fuq il-bejjiegħa
mhumiex meqjusa bħala li joffru benefiċċji sinifikanti.
B’kuntrast, wieħed mid-Detentur tad-Drittijiet irrapporta li filwaqt li
l-kooperazzjoni fi proċessi NTD qed taħdem b’mod effiċjenti
għal NTD ibbażati fuq il-prodott, il-limitu safejn il-Pjattaformi
tal-Internet qed jieħdu miżuri b’reazzjoni għan-notifiki dwar
bejjiegħa involuti fil-bejgħ ta’ oġġetti ffalsifikati,
mhuwiex ċar. It-Termini u l-Kundizzjonijiet użati
mid-diversi Pjattaformi tal-Internet jipprojbixxu b’mod ċar il-bejgħ
ta’ oġġetti li jiksru d-drittijiet ta’ partijiet terzi.
Jagħmluha wkoll ċara li l-oġġetti li jiksru l-liġi
jkunu soġġetti għat-tneħħija. Xi Pjattaformi
tal-Internet jipprovdu lid-Detenturi tad-Drittijiet b’forom li jintużaw
għan-notifiki, għalkemm dawn huma bażiċi u primarjament
iddisinjati għad-Detenturi tad-Drittijiet li mhumiex membri fl-MtQ.
Minkejja li attwalment l-ipproċessar ta’ avviżi huwa proċess
intern, Pjattaformi tal-Internet akbar joffru spjegazzjonijiet onlajn dwar
il-proċedura tal-NTD. Dawn iservu bħala punt ta’ referenza,
speċjalment għad-Detenturi tad-Drittijiet li mhumiex fil-MtQ. Dawn
l-ispjegazzjonijiet jistgħu wkoll ikunu parti mill-programm ta'
protezzjoni tad-drittijiet tal-Pjattaforma tal-Internet speċifiċi jew
it-taqsima “għajnuna” fuq is-sit. Minn mindu daħal fis-seħħ
il-MtQ, il-Firmatarji kollha rrappurtaw titjib f’dawn it-tliet oqsma NTD.
Diversi Pjattaformi tal-Internet irrevedew u sikwit issimplifikaw l-għodod
u l-proċeduri NTD tagħhom. Pjattaforma tal-Internet waħda
reġgħet fasslet mill-ġdid il-proċess NTD tagħha u
implimentat proċedura komuni dwar is-siti Ewropej kollha tagħha[11]. Id-Detenturi tad-Drittijiet irrappurtaw li
l-NTD issa qed jaħdmu tajjeb ħafna fuq is-siti tal-Pjattaformi
tal-Internet koperti mill-MtQ[12].
Madankollu, għad-Detenturi tad-Drittijiet, iż-żamma ta’ programm
ta’ monitoraġġ hija spiss għalja. 3.3. Miżuri
Proattivi u Preventivi — Miżura kritika għall-ġlieda effettiva
kontra l-falsifikazzjoni Il-Miżuri Proattivi u Preventivi (PPMs)
huma miżuri u proċeduri li jippermettu lill-Pjattaformi tal-Internet
u lid-Detenturi tad-Drittijiet jevitaw l-offerti illeċiti milli jsiru
disponibbli onlajn jew jillimitaw dik id-disponibbiltà għal perjodu qasir
biss. Dawn il-miżuri u proċeduri kienu differenti mhux biss fost
il-Firmatarji, iżda xi kultant anki bejn is-siti differenti ta’
Pjattaforma tal-Internet partikolari. Skont il-Firmatarji, jidher li NTD reattiva
waħda tidher li mhix biżżejjed biex tindirizza l-kwistjoni
ta’ bejgħ ta’ prodotti falsifikati fuq l-internet. Salvagwardji proattivi
adegwati li jipprevjenu prodotti falsifikati milli jitpoġġew
għall-bejgħ fuq swieq onlajn huma ugwalment importanti
fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni onlajn. Il-PPMs huma marbuta sew ma’ mudelli u
prattiki tan-negozju individwali tal-Pjattaformi tal-Internet u d-Detenturi
tad-Drittijiet ikkonċernati. Huma wieħed mill-modi kif il-Pjattaformi
tal-Internet jistgħu jiddistingwu lilhom infushom mill-kompetituri
tagħhom fis-suq. Huma jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinifikanti
s-sodisfazzjon tal-konsumatur u l-fiduċja tal-konsumaturi fl-offerti
disponibbli fuq sit partikolari. Diversi Pjattaformi tal-Internet huma
relattivament trasparenti dwar il-PPMs tagħhom. Il-Pjattaformi
tal-Internet indikaw ukoll li, biex jibqgħu effettivi, il-PPMs ħafna
drabi jridu jkunu sofistikati u kapaċi jadattaw malajr għal ċirkostanzi
li qed jinbidlu. Għalhekk, il-PPMs huma ħafna drabi jiswew ħafna
flus biex jiġu implimentati. Għad-Detenturi tad-Drittijiet, il-PPMs
huma parti mill-miżuri ta’ protezzjoni tad-ditta tagħhom u huma
marbuta mill-qrib mal-istrateġiji u l-ħidmiet tagħhom ta’
protezzjoni tad-ditti. Il-Firmatarji kollha enfasizzaw repetutament
li l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn id-Detenturi tad-Drittijiet u
l-Pjattaformi tal-Internet hija kruċjali għall-effettività tal-PPMs.
Diversi Firmatarji nnutaw li l-effiċjenza tal-PPMs kienet donna tvarja
minn-żmien għal żmien u fuq siti differenti tal-Pjattaformi
tal-Internet, li mhuwiex fatt sorprendenti meta wieħed iqis in-natura
aġili u adattabbli ta’ dawk li jippruvaw ibigħu prodotti falsifikati.
Dan juri li l-Firmatarji għandhom joqogħdu attenti l-ħin kollu u
jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni kontinwa. Firmatarji wieħed irrapporta li
minħabba l-iffirmar tal-MtQ, l-investiment fil-PPMs mhux biss żdied
iżda wassal ukoll għal riżultati tanġibbli. Pjattaforma
tal-Internet waħda ġibdet l-attenzjoni fuq il-fatt li hi issa
qiegħda tneħħi volontarjament u b’mod proattiv l-offerti
potenzjalment problematiċi minn dawk li jitneħħew b’mod reattiv[13]. Il-PPMs ivarjaw minn miżuri tekniċi,
bħalma hi l-kapaċità għal Pjattaforma tal-Internet li
tidentifika l-użu ta’ ċerti termini ewlenin jew offerti ta’ kontenut
ta’ rilaxx minn qabel, għall-kondiviżjoni tal-informazzjonu fuq
il-Pjattaformi tal-Internet dwar indikaturi tal-prodotti falsifikati u l-modus
operandi tal-bejjiegħa ta’ prodotti falsifikati. Xi Pjattaformi
tal-Internet rrapportaw li huma jużaw ċerti teknoloġiji ta’
skoperta u tneħħija preventiva. Billi jieħdu xi miżuri proattivi
biex jipprevjenu l-bejgħ ta’ prodotti falsifikati, xi Firmatarji kienu
mħassba li huma jkunu jistgħu jiġu akkużati li jħaddnu
għarfien attwali dwar l-attivitajiet illegali u b’hekk ma jkunux koperti
mis-sistema ta’ protezzjoni tad-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku. 3.4. Trasgressuri
Reċidivi Skont il-paragrafu 35 tal-MTQ,
il-Pjattaformi tal-Internet għandhom jikkunsidraw in-notifiki dwar
trasgressuri reċidivi u jimplimentaw u jinfurzaw politiki deterrenti
għat-trasgressuri reċidivi. Il-politiki tat-trasgressuri reċidivi
tad-diversi Pjattaformi tal-Internet ġeneralment jipprevedu azzjoni
dissważiva (pereżempju, is-sospensjoni temporanja ta’ kont) immirati
kontra l-bejjiegħ (u mhux sempliċiment l-offerta rilevanti) wara
t-tieni ksur. Azzjoni dissważiva iktar ħarxa tista’ tiġi
applikati jekk bejjiegħ jerġa’ jinqabad joffri oġġetti
ffalsifikati. Il-Pjattaformi tal-Internet kollha jkollhom miżuri
fis-seħħ biex jipprevjenu r-reġistrazzjoni mill-ġdid ta’
bejjiegħa projbiti. Filwaqt li azzjoni dissważiva hija
importanti u anki indispensabbli, il-Pjattaformi tal-Internet isostnu li
jeżistu mezzi biex jirrimedjaw ksur ripetut ieħor apparti
s-sospensjoni ta’ kont tal-utent, bħal, pereżempju, l-edukazzjoni,
il-miżuri tas-sikurezza, diżinċentivi, jew restrizzjonijiet. Il-politika ta’ azzjoni dissważiva hija
deskritta fil-qosor fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-Pjattaforma
tal-Internet fuq l-websajt ikkonċernata. Apparti hekk xi Pjattaformi
tal-Internet jagħtu fil-qosor l-iskema f’taqsimiet oħra tal-websajts
tagħhom, bħal fil-programm tal-protezzjoni tad-drittijiet jew
fit-taqsima “għajnuna”. Il-Pjattaformi tal-Internet ma
jeżerċitawx il-politika ta’ azzjoni dissważiva tagħhom
b’mod awtomatiku. Il-korrezzjonijiet individwali huma xi kultant
meħtieġa u jitwettqu kif jidher li jkun xieraq. Bejjiegħ li jkun
ovvjament qed jaġixxi in mala fede jista’ jkun ipprojbit mill-ewwel,
filwaqt li trasgressur reċidiv li jkun ġie akkużat bi ksur
minimali żmien ilu jista’ jiġi mwissi għal darb’oħra qabel
ma l-kont tiegħu jiġi sospiż. Xi Pjattaformi tal-Internet
jimmaniġġaw sanzjonijiet purament fuq bażi ta’ każ
b’każ, għalkemm b’riżultati u effiċjenza simili. Meta
wieħed jiġi biex jiddeċiedi x’azzjoni dissważiva jrid
japplika, jiġu kkunsidrati bosta aspetti, bħas-severità tal-ksur
ta’ politika, in-numru ta’ ksur allegat, ksur ripetut, perjodu ta’ żmien
mill-ksur preċedenti, ir-rispons tal-bejjiegħ, il-lingwa li tindika
l-intenzjoni ċara, l-iskala ta’ negozju leġittimu kif ukoll
mġiba aktar suspettuża oħra, bħalma huma sforzi sabiex
jevitaw li jinqabdu. B’riżultat ta’ dan, ma kienx possibbli li
tiġi adottata definizzjoni uniformi waħda ta’ azzjoni
dissważiva. Il-komunikazzjoni bejn id-Detenturi
tad-drittijiet u l-Pjattaformi tal-Internet hija għal darb’oħra
kruċjali fl-implimentazzjoni ta’ politiki effettivi kontra trasgressuri
reċidivi. Il-Pjattaformi tal-Internet jeħtieġu informazzjoni mid-Detenturi
tad-Drittijiet ikkonċernati; inkella, il-politiki ta’ kontra
t-trasgressuri reċidivi jkunu inqas effettivi. Diversi Pjattaformi
tal-Internet żviluppaw għodod tar-rappurtaġġ
speċjalizzati u għamluhom disponibbli għad-Detenturi
tad-Drittijiet biex jiffaċilitaw l-iskambju reċiproku
tal-informazzjoni, inkluż ir-rispons għad-Detenturi tad-Drittijiet li
tinnotifika, filwaqt li jirrispettaw l-interess leġittimu tal-persuni
involuti. L-azzjoni dissważiva għandha impatt
immedjat fuq il-bejjiegħa, kemm jekk ikunu ġustifikati u kemm jekk
le: opportunità ta’ bejgħ mitlufa għal dak il-prodott partikolari,
investiment ta’ ħin f’taħriġ mandatorju jew miżuri ta’
sigurtà addizzjonali; telf ta’ fiduċja speċjali, li jwassal għal
tnaqqis fil-fiduċja tal-konsumatur u, għalhekk, għal tnaqqis
fil-prezzijiet tal-bejgħ medji; ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ li
jillimitaw in-negozju jistgħu jwasslu għal ħażniet żejda,
investimenti mitlufa, telf ekonomiku; is-sospensjonijiet permanenti
jistgħu jipperikolaw il-kummerċ kollu (u għalhekk l-impjegati
tagħhom u s-sħab kummerċjali). Konsegwentement, il-Pjattaformi
tal-Internet joqogħdu daqsxejn lura milli japplikaw azzjoni
dissważiva jew jagħmlu dan b’attenzjoni partikolari. Il-politiki ta’ kontra t-trasgressuri
reċidivi huma importanti ħafna għad-Detenturi tad-Drittijiet
għaliex huma dawk it-trasgressuri reċidivi li jagħmlulhom
l-aktar ħsara, partikolarment jekk dawn ikollhom il-kapaċità li,
permezz ta’ prattiki qarrieqa, jkomplu l-kummerċ ta' oġġetti
falsifikati. Id-Detenturi tad-Drittijiet ikomplu jsostnu li hemm
trasgressuri reċidivi li ilhom għal xi żmien ibigħu
oġġetti falsifikati fuq diversi Pjattaformi tal-Internet taħt
varjetà ta’ ismijiet. Id-Detenturi tad-Drittijiet jinfurmaw
lill-Pjattaformi tal-Internet bi trasgressuri reċidivi abbażi
tal-investigazzjonijiet tagħhom stess, anki meta jerġgħu
jfeġġu offerti li jkunu tneħħew preċedentement.
Madankollu, mhux dejjem ikun possibbli għad-Detenturi tad-Drittijiet li
jikxfu, u sussegwentement jidentifikaw, trasgressuri reċidivi,
pereżempju, għaliex is-sit ikkonċernat ma jipprovdix
faċilitajiet ta’ tiftix fuq id-dejta tal-bejjiegħa. Huwa meqjus li l-Pjattaformi tal-Internet
qed jieħdu azzjoni aktar b’saħħitha minn qabel kontra
t-trasgressuri reċidivi, jew bl-inizjattiva
tagħhom stess jew bl-instigazzjoni tad-Detentur(i) tad-Drittijiet
ikkonċernat(i), iżda dawn japplikaw il-ġudizzju tagħhom
stess u jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi
speċifiċi tal-każ[14].
Għalhekk, mhux in-notifiki kollha ta’ trasgressuri reċidivi qed
jiġu segwiti minn sospensjoni jew terminazzjoni tal-kont. Sa mid-dħul
fis-seħħ tal-MtQ, il-Pjattaformi tal-Internet saru aktar trasparenti
fil-konfront tad-Detenturi tad-Drittijiet dwar il-politika ta’ azzjonijiet
dissważivi tagħhom u l-applikazzjoni tagħha. Fuq bażi
bilaterali, xi Pjattaformi tal-Internet u xi Detenturi tad-Drittijiet
jiskambjaw informazzjoni dwar każijiet individwali, iżda dan ma
jidhirx li jsir b’mod ġenerali. Il-Pjattaformi tal-Internet kollha introduċew
miżuri tekniċi u proċedurali biex jaqbdu trasgressuri
reċidivi u jipprevjenu trasgressuri reċidivi projbiti milli
jirreġistraw mill-ġdid fis-siti tagħhom. Dawn l-isforzi
jistgħu jkunu ta’ suċċess biss sa ċertu punt minħabba
tattiċi sigrieta ta’ bejjiegħa in mala fede. Aktar skambju
reċiproku ta’ informazzjoni u kooperazzjoni diretta bejn Pjattaformi
tal-Internet u d-Detenturi tad-Drittijiet biss jista’ jtejjeb s-sitwazzjoni. Il-Firmatarji qed jinvestu f’għodod u
prattiki biex jikkumbattu t-trasgressuri reċidivi. Matul l-aħħar
sena, dawn l-isforzi konġunti wrew progressivament riżultati
aħjar. F’xi każijiet, inkisbu għadd ta’ suċċessi
eċċezzjonali[15].
Madankollu, aktar sforz biex tiġi ċċarata l-implimentazzjoni
prattika tista’ tkun utli biex tittejjeb il-prestazzjoni operattiva
tal-miżuri kontra trasgressuri reċidivi. 3.5. Il-kooperazzjoni,
inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni Il-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni
hija kruċjali għall-effikaċja tal-PPMs. Il-Pjattaformi
tal-Internet kollha adottaw u ppubblikaw il-politika tad-DPI tagħhom fuq
is-siti rispettivi tagħhom. Kollha kemm huma indikaw b’mod ċar
id-dettalji tal-politiki tagħhom. Dawn il-politiki huma wkoll riflessi
b’mod ċar fit-Termini u l-Kundizzjonijiet għall-użu tas-siti
konċernati, kif ukoll fil-kuntratti mal-bejjiegħa. Il-Pjattaformi
tal-Internet kollha jinfurzaw il-politika tad-DPI tagħhom. Diversi Pjattaformi tal-Internet
żviluppaw programmi speċjali ta’ kooperazzjoni għall-protezzjoni
tad-drittijiet, li sikwit ikunu l-bażi ta’ kooperazzjoni
msaħħa bejn il-Pjattaforma tal-Internet kkonċernata u s-sidien
tad-ditta b’mod ġenerali. Il-parteċipazzjoni tad-Detenturi
tad-Drittijiet f’dawn il-programmi tvarja skont is-sit. Sa mid-dħul
fis-seħħ tal-MtQ, diversi Detenturi tad-Drittijiet issieħbu
f’dawn il-programmi, skont il-ħtiġijiet speċifiċi
tagħhom[16]. Il-MtQ ma jwaqqafx lill-Firmatarji milli
jiskambjaw informazzjoni oħra jew aktar dettaljata, pereżempju, fuq
bażi bilaterali u soġġett għal kundizzjonijiet
addizzjonali. Xi Pjattaformi tal-Internet żvelaw analiżijiet
statistiċi ta’ offerti mneħħija (kemm proattivament kif ukoll
malli rċevew talba NTD) u din l-informazzjoni uriet li hija utli.
Il-Pjattaformi tal-Internet qablu li jiżvelaw, fuq talba, l-identità u
d-dettalji ta’ kuntatt ta’ detenturi allegati, kif permess skont
bil-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. F’każ
wieħed biss ġew irrappurtati kwistjonijiet minn Firmatarji rigward
dan l-aspett tal-MTQ[17]. 3.6. Il-fiduċja,
l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur Il-fiduċja tal-konsumatur hija fattur
kritiku għas-suċċess tal-Firmatarji kollha. Konsegwentement, il-Firmatarji kollha jfittxu li jipproteġu
l-konsumaturi b’mod adegwat kontra l-falsifikazzjoni u li jsibu modi kif
jikkumpensaw konsumaturi in bona fede li inkonsapevolment ikunu xtraw
oġġetti falsifikati. Il-Pjattaformi tal-Internet kollha jinfurmaw
lill-konsumaturi dwar l-aħjar prattika fl-użu tas-servizzi
tagħhom mingħajr periklu u sabiex ikunu konxji dwar offerti
suspettużi. Il-Pjattaformi tal-Internet ewlenin kollha
għandhom skemi ta’ kumpens għad-danni.
Madankollu, dawn l-Iskemi ta’ Protezzjoni tax-Xerrejja huma kollha differenti
ħafna f’termini ta’ ambitu u proċeduri. Pereżempju, Pjattaforma
tal-Internet waħda toffri Garanzija kontra l-Falsifikazzjoni u
żżomm il-flus f’kustodja sakemm it-transazzjoni tkun tlestiet
għas-sodisfazzjon sħiħ tax-xerrej. Minbarra r-rimborż
permezz tal-iskema tal-ħlas onlajn, il-Pjattaformi tal-Internet
jikkumpensaw lill-konsumaturi permezz tal-programm ta’ protezzjoni tax-xerrejja
tagħhom stess jew politika tar-ritorn komprensiv. Diversi Pjattaformi
tal-Internet jgħinu lill-konsumaturi jiksbu l-flus lura mingħand
il-bejjiegħ kkonċernat. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li
l-leġiżlazzjoni tal-UE tinkludi ammont minimu ta’ regoli għall-ħarsien
tal-konsumaturi li jixtru oġġetti falsifikati minn bejjiegħa
professjonali. F’każijiet fejn Pjattaforma tal-Internet taġixxi
bħala bejjiegħ professjonali, id-Direttiva 1999/44/KE dwar
il-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati
magħhom tagħti lill-konsumatur id-dritt li l-prodotti jiġu
sostitwiti b’oġġetti ġenwini jew, jekk dan ma jkunx possibbli,
li jieħu l-flus lura. Id-Detenturi tad-Drittijiet li ma jkunux
involuti f’xi bejgħ partikolari ta’ spiss jiġu kkuntattjati minn
konsumaturi diżappuntati għaliex ikunu xtraw prodotti falsifikati[18]. Huwa ċar li d-Detenturi
tad-Drittijiet ma għandhomx obbligu ġenerali li joffru kumpens jew li
jgħinu lill-konsumatur jirrimedja. Madankollu, bosta Detenturi
tad-Drittijiet jagħmlu sforzi speċjali. Diversi Pjattaformi tal-Internet
jħeġġu lill-konsumaturi jirrappurtaw sistematikament prodotti
falsifikati mal-awtoritajiet lokali tal-infurzar tal-liġi. Xi awtoritajiet
nazzjonali, bħas-sorveljanza tal-kompetizzjoni u l-aġenziji
għall-ħarsien tal-konsumatur, għandhom ukoll it-tendenza li
jirrappurtaw vjolazzjonijiet allegati tal-protezzjoni tal-konsumatur,
inkluż reklamar qarrieqi, prattiki kummerċjali inġusti u ksur
tar-regoli tat-tikkettar. Il-Firmatarji kollha qablu li wieħed
mill-għanijiet prinċipali tal-MtQ huwa li jissaħħaħ
il-ħarsien tal-konsumatur. L-ebda rispons negattiv mingħand
il-konsumaturi ma ġie rrapportat mill-Firmatarji[19]. Pjattaforma tal-Internet
waħda rrapportat ukoll li l-għadd ta’ rapporti ta’ rispons negattiv
fuq il-bejjiegħa u pretensjonijiet minn xerrejja mhux sodisfatti
waqgħu bi 30 % mill-bidu tal-2011 sa issa. 3.7. Il-komunikazzjoni
esterna u s-sensibilizzazzjoni L-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ jaqdu rwol importanti fil-kisba tal-objettivi tal-MtQ. Diversi
assoċjazzjonijiet tal-kummerċ kienu strumentali fil-bini ta’
relazzjonijiet kostruttivi bejn id-Detenturi tad-Drittijiet u l-Pjattaformi
tal-Internet. Filwaqt li xi assoċjazzjonijiet tan-negozju verament
jinfurzaw id-drittijiet f’isem il-membri tagħhom u kollha kemm huma jirrappreżentaw
ukoll l-interessi tal-membri tagħhom u jikkoordinaw il-pożizzjonijiet
konġunti li għandhom jittieħdu f’isem il-membri tagħhom
f’relazzjoni mal-MtQ, assoċjazzjonijiet tal-kummerċ jaqdu rwol
ewlieni fit-tixrid tal-kunċetti bażiċi tal-MtQ u
fl-inkuraġġiment tal-membri tagħhom biex jirrispettaw
il-prinċipji tiegħu. Il-parti l-kbira tal-assoċjazzjonijiet ta’
kummerċ kienu qed jirriklamaw il-progress tal-MtQ u jippromwovu
l-benefiċċji tiegħu f’aġġornamenti mill-paġna web
tagħhom, e-ċirkulari lill-membri u sessjonijiet informattivi waqt
il-konferenzi tagħhom. Il-Firmatarji għarfu l-importanza li
jżommu lill-awtoritajiet nazzjonali involuti fil-ġlieda kontra
l-falsifikazzjoni u l-aġenziji tad-DPI onlajn, kif ukoll il-Membri
tal-Parlament Ewropew, infurmata bis-sħiħ dwar l-MtQ u
l-iżviluppi assoċjati magħhom. Dawn kollha enfasizzaw
il-benefiċċju tal-intensifikazzjoni tat-tali sensibilizzazzjoni wara
l-adozzjoni tar-rapport attwali. Fil-livell tal-UE, il-MtQ ġie referenzjat
f’komunikazzjonijiet ta’ politika rilevanti[20].
Fil-livell tal-Istati Membri wkoll, feġġew inizjattivi simili[21]. Fil-livell internazzjonali,
il-MtQ huwa promoss f’fora internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO)[22]
u d-WTO, kif ukoll f’diskussjonijiet mal-imsieħba kummerċjali ewlenin
tal-UE. 3.8. Valutazzjoni
komparattiva tal-effetti tal-MtQ Il-Firmatarji pprovdew lill-Kummissjoni
b’ammont sostanzjali ta’ dejta li turi l-funzjonament tal-MtQ u l-impatt
tagħha fuq in-negozju tagħhom għal dan ir-rapport.
Il-biċċa l-kbira tad-dejta hija meqjusa bħala kunfidenzjali
minħabba n-natura kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma
jistgħux jiġu kkwotati direttament. Minkejja l-isforzi kollha, il-Pjattaformi
tal-Internet kollha għad għandhom offerti ta’ prodotti falsifikati
fis-siti tagħhom. Il-bejjiegħa ta’ oġġetti falsifikati
saru iktar kapaċi jippreżentaw l-offerti tagħhom b’tali mod li
ma jkunx dejjem possibbli tinduna mill-offerta fuq l-internet jekk il-prodott
ikunx falz jew ġenwin. Minħabba dan, PPMs ibbażati fuq kliem
muftieħ jew stampi kif ukoll il-prezzijiet wrew il-limitazzjonijiet
tagħhom. Ħafna Firmatarji investew
fl-iżvilupp ta’ indikaturi xierqa (hekk imsejħa indikaturi ewlenin
tal-prestazzjoni) f’attentat biex jkejlu l-progress, l-implimentazzjoni u
l-funzjonament tal-MtQ b’mod affidabbli u trasparenti. Filwaqt li tali
indikaturi għandhom iqisu l-karatteristiċi partikolari ta’ mudelli
tan-negozju differenti, kif ukoll l-oġġetti u s-setturi involuti, ma
kienx possibbli li jintuża sett uniku ta’ indikaturi għall-kejl mid-diversi
Firmatarji. Konsegwentement, ma kienx possibbli li jiġu
ġġenerati ċ-ċifri ewlenin bħala vettur kwantitattivi
għall-evalwazzjoni u l-komunikazzjoni tal-effetti tal-MTQ. Biex jissorveljaw it-tendenzi f’offerti ta’
prodotti falsifikati fuq is-siti tal-Pjattaformi tal-Internet rispettivi, bosta
Detenturi tad-Drittijiet wettqu programmi sistematiċi ta’ testijiet
tax-xiri, li ġew ripetuti diversi drabi f'ċirkostanzi simili. Dawn
kienu importanti biex jiġu identifikati x-xejriet. Pjattaforma tal-Internet waħda qalet li
min-nofs l-2011, kienet qed tosserva tnaqqis notevoli (20 %) fin-numru ta’
rapporti NTD ippreżentati mid-Detenturi tad-Drittijiet, li
probabbilment tikkorrispondi għal tnaqqis fin-numru ta’ offerti
suspettużi viżibbli fuq il-Pjattaforma. Matul l-istess perjodu,
ġie nnutat li t-tneħħijiet proattivi ta’ prodotti
suspettużi mill-PPMs tagħha kienu kważi rdoppjaw. Detentur
tad-drittijiet wieħed rrapporta li s-sena li għaddiet, id-ditti
kummerċjali tiegħu bagħtu kważi 120 000 notifiki ta’
kontenut li jikser ir-regoli lill-intermedjarji tal-internet, li 0.005 %
minnhom biss ma kinux ġustifikati. Pjattaforma tal-Internet ewlenija oħra
rrapportat li fit-tielet kwart tal-2012, ’il fuq minn 8 600 bejjiegħ
kellhom il-kont blukkat jew severament ristrett wara li dawn instabu li
kienu qed joffru oġġetti suspettużi li jħaddnu d-ditta
tal-Firmatarji tal-MTQ. Għalkemm l-istatistika speċifika tal-MTQ
marbuta mal-firmatarji għall-istess perjodi fis-snin preċedenti
mhumiex disponibbli, estrapolazzjoni konservattiva ta’ dawn iċ-ċifri
tissuġġerixxi żieda meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Detentur
tad-Drittijiet wieħed rrapportaw li mill-bidu tal-MTQ, fuq bażi ta’
kull tliet xhur, in-numru ta’ trasgressuri reċidivi naqas bin-nofs.
Detentur tad-Drittijiet ieħor semma wkoll tnaqqis sinifikanti fin-numru
ta’ trasgressuri reċidivi li jkunu għadhom attivi fuq l-istess
Pjattaformi tal-Internet. F’Mejju 2012, 15,7 % tat-trasgressuri
reċidivi kienu attivi, u sa Awwissu 2012, 5 % biss ta’ in-numru ta’
trasgressuri reċidivi kienu rreġistrati. Skont ir-rapporti tal-Firmatarji, l-effett
tal-MtQ fuq il-preżenza attwali ta’ offerti ta' oġġetti
falsifikati fuq is-siti tal-Pjattaformi tal-Internet kien varjabbli. Detentur
tad-Drittijiet wieħed irrapporta tnaqqis minn 40 % ta’ prodotti falsifikati
għal kategorija speċifika ta’ prodotti għal 0 % konsistenti
fuq Pjattaforma tal-Internet ewlenija. L-istess Detentur tad-Drittijiet
irrapporta tnaqqis ġenerali fl-ammont ta’ prodotti falsifikati fuq is-siti
ta’ Pjattaforma tal-Internet ewlenija oħra. Detentur tad-Drittijiet
ieħor irrapporta tnaqqis ta’ 50 % fin-numru ta’ bejjiegħa
qarrieqa u tnaqqis ta’ 30 % f’offerti illegali fuq l-istess Pjattaforma
tal-Internet. Detentur ieħor identifika madwar 12 000 bejjiegħ
uniku ta’ oġġetti li jħaddnu l-isem tad-ditta tiegħu attivi
fuq Pjattaforma tal-Internet partikolari matul ġimgħa waħda
fil-ħarifa tal-2012, li minnhom 9 % globali kienu qed jinnegozjaw fi
prodotti falsifikati f’ħames swieq ewlenin tal-UE. Dawn ir-riżultati
juru li l-bejgħ ta’ prodotti falsifikati għandu t-tendenza li jmur
fuq Pjattaformi tal-Internet b’politika tal-infurzar inqas stretta (l-aktar
dawk mhux koperti bil-MtQ), li jissuġġerixxi li l-MtQ tippromwovi
prattika tajba u li sabiex tibqa’ effettiva bħala miżura volontarja
jeħtieġ li tiġi estiża għal Firmatarji ġodda. Pjattaforma tal-Internet waħda biss
ikkomunikat iċ-ċifri dwar rapporti ta’ esperjenza kerha
tax-xerrejja (tnaqqis ta’ 30 % mill-bidu tal-2011 ’l hawn). Ir-rapporti tal-Firmatarji juru li l-kumpaniji
jagħtu prijorità differenti lill-ġlieda attiva kontra l-prodotti
falsifikati. Ir-riżorsi finanzjarji u umani allokati jirrifletti
dawn il-prijoritajiet. Il-ħarsien tad-ditti huwa għali ħafna.
Wieħed mid-Detentur tad-Drittijiet irrapporta li jonfoq aktar minn
EUR 3 miljun fis-sena fuq miżuri ta’ protezzjoni tad-ditta,
inkluż il-monitoraġġ ta’ servizzi onlajn u n-notifika ta’
offerti li jiksru d-drittijiet. Waħda mill-Pjattaformi tal-Internet
irrappurtat l-istess ammont ta’ spejjeż totali fir-riżorsi umani
tagħha kontra l-falsifikazzjoni . Detentur tad-Drittijiet ewlenieni
ieħor semma spiża annwali ta’ EUR 1 miljun. Fit-tarf
l-ieħor tal-ispettru, Detentur tad-Drittijiet ieħor qal li nefaq biss
ftit eluf ta’ euro fis-sena fuq miżuri ta’ protezzjoni tad-ditta.
Il-Pjattaformi tal-Internet jidhru li qed jinvesti ammont sostanzjali ta’
riżorsi f’miżuri kontra l-falsifikazzjoni. Aktar minn Pjattaforma
tal-Internet waħda rrappurtat li madwar 40 membru tal-persunal huma
involuti b’xi mod jew ieħor f’miżuri kontra l-falsifikazzjoni.
Waħda mill-Pjattaformi waqqfet tim tal-Operazzjonijiet iddedikat
għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, li jipprovdi appoġġ
operattiv lit-tim ta’ relazzjonijiet tad-Detentur tad-Drittijiet.
Il-Pjattaformi tal-Internet kollha baqgħu jinvestu f’iktar funzjonalitajiet
tal-kompjuter f’oqsma bħalma huma r-rappurtaġġ NTD, il-PPMs,
il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ dwar trasgressuri
reċidivi, u l-appoġġ għall-klijent. Ovvjament, l-ammonti li
ntnefqu huma proporzjonati għad-daqs u l-kopertura ġeografika
tal-pjattaforma. Dan japplika mutatis mutandis għad-Detentur
tad-Drittijiet individwali. Diversi Pjattaformi jsemmu investiment
pjuttost sostanzjali f’attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni,
bħall-kampanji kontra l-falsifikazzjoni f’kooperazzjoni mad-disinjaturi,
sessjonijiet ta’ ħidma edukattiva għall-intrapriżi
żgħar u medji kif ukoll konferenza annwali dwar il-ġlieda kontra
l-falsifikazzjoni. L-Assoċjazzjonijiet tan-Negozju qegħdin
jissensibilizzaw lill-membri tagħhom. Xi Detenturi tad-Drittijiet
individwali tkellmu dwar l-MtQ f’konferenzi pubbliċi. 4. It-triq
'il quddiem Il-falsifikazzjoni onlajn mhix mira fissa.
It-teknoloġija u l-mudelli tan-negozju użati mill-falsifikaturi
jinbidlu l-ħin kollu. Konsegwentement, il-Pjattaformi tal-Internet u
d-Detenturi tad-Drittijiet ikollhom ikunu attenti u viġilanti sabiex
ikunu lesti biex jieħdu azzjoni immedjata u xierqa, meta jkun
meħtieġ. Il-MtQ għadda l-perjodu ta’ prova
tagħha. Dan qiegħed jopera b’mod sodisfaċenti
bis-saħħa tal-impenn tal-Firmatarji. Sal-lum, jidher li ma hemm l-ebda
bżonn ta’ emenda tat-test tal-MtQ. Id-dispożizzjonijiet attwali
tfasslu b’tali mod li jakkomodaw azzjonijiet rapidi kontra fenomeni ġodda.
Madankollu, għad hemm lok għal titjib fir-rigward
tal-implimentazzjoni operattiva jekk din trid tkun rikonoxxuta bħala
l-istandard tal-“aqwa prassi”. Jidher li l-progress kontra l-bejgħ ta’
oġġetti ffalsifikati jista’ jinkiseb l-aħjar bil-konsolidazzjoni
ta’ dak li nkiseb sa issa u billi l-MtQ tiġi mħaddma terġa’
aħjar. Konsegwentement, il-Firmatarji jipprevedu flussi ta’ ħidma: L-estensjoni tal-MtQ u r-reviżjoni
tiegħu wara sentejn oħra Abbażi tal-verżjoni attwali tal-MtQ,
il-Firmatarji huma impenjati jkomplu japplikawh għal sentejn oħra[23]. Matul dan il-perjodu, il-Firmatarji
jesprimu x-xewqa li jiltaqgħu darbtejn fis-sena taħt l-awspiċi
tal-Kummissjoni Ewropea. Fir-rebbiegħa, laqgħa plenarja se
tirrevedi kwistjonijiet ta’ politika ġenerali. Fil-laqgħa
tal-ħarifa, l-enfasi se tkun fuq aktar kwistjonijiet operattivi[24]. Il-Firmatarji tal-MtQ u l-Kummissjoni Ewropea
jaqblu li għandhom jirrivedu perjodikament jekk il-MtQ tkunx
għadha tajba għall-ġlieda kontra l-offerti onlajn ta’ prodotti
falsifikati. Il-Kummissjoni għalhekk se tippjana t-tieni reviżjoni
tal-pjan fuq il-linji ta’ dan lejn tmiem l-2014. Sa dak iż-żmien, għandu
jiġi stabbilit qafas komuni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni,
li għandu jkejjel l-impenn tal-Firmatarji. Il-valutazzjoni attwali wriet li għad
hemm lok għal titjib fl-implimentazzjoni tal-MtQ. Il-laqgħat
bilaterali bejn il-Firmatarji għandhom jibqgħu jsiru sabiex dawn
ikunu jistgħu jinfurmaw lil xulxin dwar kwistjonijiet speċifiċi
u jfittxu flimkien soluzzjonijiet prattiċi. Barra minn hekk, u jekk ikun
hemm bżonn, jista’ jkun aktar effettiv li jiġi estiż ir-rwol
tal-Kummissjoni bħala faċilitatur u jitħalla jevolvi f’funzjoni
ta’ medjazzjoni u ta’ rimedju fir-rigward ta’ kwistjonijiet
speċifiċi. Dan jista’ jkun utli għal kwistjonijiet sensittivi
rilevanti għal grupp limitat ta’ Firmatarji. Il-Firmatarji u l-Kummissjoni Ewropea se
jiżviluppaw b’mod konġunt strateġija ta’ komunikazzjoni
mtejba li għandha tgħin biex naħsdu l-benefiċċji
kollha tal-MtQ bħala sforz lejn l-aqwa prassi għad-Detenturi
tad-Drittijiet u l-Pjattaformi tal-Internet biex titrażżan
il-falsifikazzjoni onlajn. L-estensjoni tas-sħubija tal-MtQ Fuq il-bażi tal-esperjenzi tagħhom
sa issa, il-Firmatarji qablu li jkun utli li testendi s-sħubija tal-MtQ
biex tkun tinkludi Pjattaformi tal-Internet ġodda, id-distributuri,
id-Detenturi tad-Drittijiet u l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ.
It-twessigħ tal-MtQ bl-aċċettazzjoni ta’ Firmatarji ġodda,
partikolarment minn setturi addizzjonali jew territorji lesti u kapaċi
jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tiegħu hija meqjusa bħala
wieħed mill-passi essenzjali li jmiss biex l-MtQ isir aktar effettiv.
L-enfasi għandha tkun fuq il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ
li huma potenzjalment strumentali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-MtQ
u li jżid il-valur tiegħu; Biex ixerrdu l-aħjar prattika u
jiffaċilitaw il-konformità mal-MtQ, il-Firmatarji u l-Kummissjoni Ewropea
se jagħmlu ħilithom biex jgħinu lill-Pjattaformi tal-Internet
mhux Firmatarji u lid-Detenturi tad-Drittijiet biex jadattaw
il-proċessi tan-negozju tagħhom u l-għodod ta’ appoġġ,
fejn xieraq. L-osservatorju tal-UE dwar il-ksur tad-DPI għandu wkoll jaqdi
rwol importanti f’dan il-kuntest. Biex tkompli ttejjeb id-dimensjoni
tal-ħarsien tal-konsumatur tal-MtQ u biex tiżgura li l-użu
tiegħu jipproteġi b’mod rigoruż id-drittijiet fundamentali,
il-Kummissjoni se tkompli tfittex l-involviment, u preferibbilment
il-parteċipazzjoni sħiħa, ta’ organizzazzjonijiet tal-konsumatur
rappreżentattivi u gruppi tad-drittijiet ċivili. Il-Pjattaformi
tal-Internet u d-Detenturi tad-Drittijiet għandhom ifittxu wkoll modi
ġodda biex itejbu l-protezzjoni tal-konsumaturi lil hinn minn dak li
diġà ġie miftiehem fil-MtQ. Anness: Lista ta’
siti u ismijiet ta’ ditti koperti mill-MtQ Ditti koperti
mill-MtQ il-grupp Adidas 1. Adidas 2. Y-3 3. Reebok 4. Rockport 5. Taylor Made 6. CCM il-grupp Allianz Amer Sports 1. ARC’TERYX 2. MAVIC 3. SALOMON 4. SUUNTO 5. PRECOR 6. ATOMIC 7. WILSON 8. BONFIRE Burberry 1. Burberry Gant 1. GANT 2. GANT RUGGER Lacoste 1. Lacoste il-grupp Lego 1. Lego il-grupp LVMH 1. Louis Vuitton 2. Dior Couture Mattel, Inc. 1. Barbie 2. Hot Wheels 3. Fisher-Price 4. Matchbox 5. Corolle 6. UNO 7. Scrabble 8. Monster High Microsoft 1. Microsoft 2. XBOX 3. Microsoft Windows 4. Microsoft Office 5. Microsoft Windows Server Nike 1. NIKE 2. CONVERSE 3. UMBRO Nokia 1. NOKIA 2. CONNECTING PEOPLE 3. VERTU 4. V Procter & Gamble 1. Gillette 2. OralB 3. Olay Richemont 1. Alfred Dunhill 2. Azzedine Alaia 3. Baume Mercier 4. Cartier 5. Chloe 6. IWC 7. Jaeger LeCoultre 8. Lancel 9. Lange & Sohne 10. Montblanc 11. Panerai 12. Piaget 13. Purdey 14. Roger Dubuis 15. Shanghai Tang 16. Vacheron Constantin 17. Van Cleef & Arpels Unilever 1. Dove 2. Axe/Lynx 3. Sure/Rexona 4. Vaseline 5. Pond’s 6. Radox 7. Duschdas 8. St Ives 9. Persul (ir-Renju Unit, l-Irlanda, Franza boss; proprjetà ta’ Henkel fil-bqija tal-pajjiżi 10. Surf 11. Omo 12. Comfort 13. Cif 14. Sunsilk 15. VO5 16. TRESemmé 17. Nexxus 18. Brylcreem 19. Knorr 20. Lipton 21. PG Tips 22. Slimfast 23. Signal 24. Close Up 25. Prodent 26. Mentadent 27. Pepsodent 28. Zwitsal 29. Fissan Siti koperti mill-MtQ il-grupp MIH 1. allegro.pl 2. aukro.bg 3. aukro.cz 4. aukro.sk 5. osta.ee 6. qxl.dk 7. qxl.no 8. ricardo.ch 9. ricardo.gr 10. teszvesz.hu 11. tuktuk.lt 12. vatera.hu eBay 1. ebay.at 2. ebay.be 3. ebay.ch 4. ebay.cz 5. ebay.de 6. eim.ebay.dk 7. eim.ebay.fi 8. ebay.fr (ħlief Petites Annonces) 9. eim.ebay.gr 10. eim.ebay.hu 11. ebay.ie 12. ebay.it/classico (ħlief riklami klassifikati) 13. ebay.nl 14. eim.ebay.no 15. ebay.pl 16. eim.ebay.pt 17. ebay.es/classico (ħlief riklami klassifikati) 18. eim.eBay.se 19. ebay.co.uk Price Minister/ Rakuten 1. http://www.priceminister.com 2. http://www.priceminister.fr 3. http://www.priceminister.es Amazon 1. amazon.co.uk 2. amazon.fr 3. amazon.de 4. amazon.it 5. Amazon.es. [1] Kif previst taħt l-Artikolu 41 tal-MtQ,
http://ec.europa.eu/internal_market/iprenforcement/docs/memorandum_04052011_en.pdf. [2] Il-Firmatarji għall-MtQ huma: il-Grupp Adidas, AIM
(European Brands Association), Allianz Deutscher Produzenten — Film &
Fernsehen e.V, il-Grupp Amer Sports, il-Grupp ta’ Kontra l-Falsifikazzjoni
(ACG), Amazon, l-International Bureau of Societies Managing Recording and
Mechanical Reproduction Rights (BIEM), Burberry, Business Action to Stop
Counterfeiting and Piracy (BASCAP), eBay, il-European Textile and Clothing Confederation
(EURATEX), il-Federation of Sports and Play Associations (FSPA), Federazione
Moda Italia, il-Federation of the European Sporting Goods Industry (FESI), Gant
AB, il-Bundesverband der Schuhindustrie e.V., l-Interactive Software Federation
(ISFE), l-International Video Federation (IVF), l-Italian Association of
Foreign Trade (AICE), Lacoste, il-Grupp Lego, il-Grupp LVMH, Mattel Inc,
Microsoft, il-Grupp MIH, il-Motion Picture Association (MPA) EMEA, Nike, Nokia,
Price-Minister — il-Grupp Rakuten, Procter & Gamble, Richemont, il-Grupp
Svediż ta’ Kontra l-Falsifikazzjoni (SACG) u Unilever. [3] L-Artikolu 40 tal-MtQ jipprevedi li l-iffirmar
tal-MtQ (4 ta’ Mejju 2011) se jkun segwit minn perjodu ta’
valutazzjoni ta’ 12-il xahar. Filwaqt li l-perjodu għall-valutazzjoni
inizjali kien iffissat għal 12-il xahar, il-Firmatarji unanimament qablu
li jtawlu dan il-perjodu b’sitt xhur oħra sabiex jippermettu l-ittestjar
komprensiv tal-miżuri kollha previsti fl-MtQ. [4] http://ec.europa.eu/internal_market/iprenforcement/stakeholders/index_en.htm. [5] COM(2009) 467 finali tal-11.9.2009. li
ssaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
fis-suq intern [6] COM(2011) 287 final tal-24.5.2011: suq uniku
għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jagħti spinta
lill-kreattività u l-innovazzjoni sabiex jipprovdi tkabbir ekonomiku, impjiegi
ta’ kwalità għolja u prodotti u servizzi tal-ogħla livell fl-Ewropa [7] Riżoluzzjoni
tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-infurzar
tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern;
http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=MT&reference=P7-TA-2010-0340. [8] Riżoluzzjoni tal-Kunsill
tal-1 ta’ Marzu 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet
tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern, ĠU C 56, 6.3.2010,
p. 1. [9] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Aġenda Ewropea
għall-Konsumatur. Insaħħu l-kunfidenza u t-tkabbir” COM(2012) 225
finali. [10] Id-Direttiva 2000/31/KE, Kapitolu II, Taqsima 4;
ĠU L178 ta’ 17.7.2000, p. 1. [11] Din il-proċedura komuni ppermettiet lil din
il-Pjattaforma tal-Internet biex idaħħal aktar siti taħt
il-kopertura tal-MtQ. [12] Din il-konklużjoni hija esklussivament valida
għall-NTD fil-kuntest ta’ dan il-MtQ u hija mingħajr preġudizzju
għall-funzjonament tal-proċeduri NTD għal oqsma oħra ta’
kontenut illegali jew għal dawk li ma ffirmawx il-MtQ. B’mod partikolari,
hi mingħajr preġudizzju għall-konklużjonijiet
tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-inizjattiva dwar proċeduri ta’ notifika u
azzjoni (http://ec.europa.eu/internal_market/e-commerce/notice-and-action/index_en.htm).
[13] Q3 2011:
65/35, jiġifieri 65 % tal-offerti suspettużi relatati mad-ditti
tal-Firmatarji tal-MtQ mneħħija b’mod proattiv kontra 35 %
mneħħija b’mod reattiv.
Q3 2012: 80/20, jiġifieri 80 % tal-offerti suspettużi
relatati mad-ditti tal-Firmatarji tal-MtQ mneħħija b’mod proattiv
kontra 20 % mneħħija b’mod reattiv. [14] Pjattaforma tal-Internet waħda indikat fir-Rapport
Annwali tagħha dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni li fl-2011
hija għalqet 1715-il kont, li f’termini ta’ numri hija żieda ta’
14 % meta mqabbla mal-2010. Pjattaforma tal-Internet oħra
għalqet jew illimitat severament diversi eluf ta’ bejjiegħa ta’
oġġetti ta’ tal-Firmatarji tal-MtQ matul it-tielet kwart tal-2012, li
wkoll jissuġġerixxi żieda meta mqabbel mal-istess perjodu
tas-sena ta’ qabel. [15] Diversi Detenturi tad-Drittijiet sabu tnaqqis ta’
trasgressuri reċidivi fuq għadd ta’ Pjattaformi tal-Internet. Detentur
tad-Drittijiet wieħed saħansitra indika li fuq Pjattaforma
tal-Internet Ewlenija l-għadd ta’ trasgressuri reċidivi tad-ditti
tiegħu tnaqqas b’50 %. [16] Għal Pjattaforma tal-Internet waħda,
id-Detenturi tad-Drittijiet kollha issa ssieħbu fil-programm ta’
protezzjoni tad-drittijiet. Għal Pjattaforma tal-Internet oħra,
diversi Detenturi tad-Drittijiet milquta serjament mill-falsifikazzjoni
ssieħbu minn mindu daħal fis-seħħ il-MtQ; oħrajn qed
jużaw il-proċeduri NTD mingħajr ma formalment jaderixxu
mal-programm tal-protezzjoni tad-drittijiet innifsu; hemm minoranza li la qed
taderixxi mal-programm u lanqas mhix tuża l-proċedura NTD. [17] Għal aktar sfond, ara wkoll il-kummenti EDPS
tat-13 ta’ Settembru 2012 dwar il-konsultazzjoni pubblika
tad-DĠ MARKT dwar il-proċeduri għan-notifika u l-azzjoni
fir-rigward ta’ kontenut illegali ospitat fl-intermedjarji onlajn; http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Comments/2012/12-09-13_Comments_DG_MARKT_EN.pdf. [18] Eżempji tipiċi huma tagħmir elettroniku li
ma jaħdimx jew flokkijiet sportivi mhux meħjuta sew dwar liema
x-xerrej jilmenta mal-allegat manifattur. Wara spezzjoni, din turi li l-prodott
ikkonċernat ma jkunx ġie prodott mill-manifattur, iżda jkun
falz. [19] L-ebda organizzazzjoni
għall-ħarsien tal-konsumatur ma ffirmat il-MtQ. [20] COM(2012) 537
finali ta’ 26.9.2012: Il-promozzjoni tas-setturi kreattivi u kulturali
għat-tkabbir u l-impjiegi fl-UE
SWD(2012) 286 finali tas-26.9.2012: Il-kompetittività tal-Industrija
Ewropea b’Valur Miżjud (High End);
COM(2012) 582 final ta’ 10.10.2012: Aġġornament
tal-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali — Industrija Ewropea aktar
b’saħħitha għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku;
COM(2012) 784 finali ta’ 18.12.2012: L-Aġenda Diġitali
għall-Ewropa — Nixprunaw it-tkabbir Ewropew b’mod diġitali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew
tal-11 ta’ Diċembru 2012 dwar l-ikkompletar tas-Suq Uniku
Diġitali. P7-TA (2012) 0468, punt 56. [21] Pereżempju, il-Karta Franċiża dwar
il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni fuq l-internet (2009), ikkumplimentata
b’Karti speċjali li jkopru s-siti b’riklami żgħar u operaturi
postali (2012). [22] http://www.wipo.int/meetings/en/2012/sct_info_net_ge_12/index.html. [23] Skont l-Artikolu 44 tal-MtQ, kull Firmatarju jista’
f’kull ħin itemm il-parteċipazzjoni tiegħu fil-MtQ b’avviż
lill-Firmatarji l-oħra u l-Kummissjoni Ewropea. [24] L-Artikolu 42 tal-MtQ jistipula l-estensjoni tal-MtQ,
wara l-perjodu ta’ valutazzjoni, għal perjodu indefinit, flimkien ma’
laqgħat biannwali u rapport perjodu tal-Kummissjoni.