This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0135
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the animal testing and marketing ban and on the state of play in relation to alternative methods in the field of cosmetics
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-ittestjar fuq l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kosmetika
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-ittestjar fuq l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kosmetika
/* COM/2013/0135 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-ittestjar fuq l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kosmetika /* COM/2013/0135 final */
WERREJ 1........... Daħla............................................................................................................................. 3 2........... Il-Projbizzjoni
tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-2013............................................................ 3 2.1........ Il-qafas ġuridiku.............................................................................................................. 3 2.2........ Id-disponibbiltà ta' metodi
alternattivi.............................................................................. 4 2.3........ Nivvalutaw l-impatti
tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013............................. 5 2.4........ Niddeċiedu t-triq 'il quddiem........................................................................................... 6 3........... It-triq ’il quddiem............................................................................................................ 7 3.1........ Inwettqu l-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 u nissorveljaw l-effetti tagħha.... 7 3.2........ Nimpenjaw ruħna li
nappoġġjaw ir-riċerka, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta'
metodi alternattivi li jivvalutaw is-sikurezza tal-bniedem.................................................................................................................. 10 3.3........ Il-metodi alternattivi bħala
parti mill-aġenda internazzjonali u kummerċjali tal-Unjoni....... 12 4........... Konklużjonijiet............................................................................................................. 14 Anness.......................................................................................... Error! Bookmark not defined. KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-ittestjar fuq
l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda
attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kosmetika (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. Daħla Din il-Komunikazzjoni għandha żewġ
għanijiet: –
Tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tipproponi l-ebda bidla
fid-dispożizzjonijiet relatati mal-ittestjar fuq l-annimali
fid-Direttiva 76/768/KEE (id-Direttiva tal-Kosmetika)[1] u fir-Regolament 1223/2009/KE
(ir-Regolament tal-Kosmetika)[2],
ir-raġunijiet għalfejn u t-triq 'il quddiem. –
Tippreżenta r-rapport annwali skont
l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kosmetika, u bħala tali l-għaxar
rapport tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp, il-validazzjoni u
l-aċċettazzjoni legali ta' metodi alternattivi għall-ittestjar
fuq l-annimali fil-qasam tal-kosmetika. 2. Il-Projbizzjoni
tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-2013 2.1. Il-qafas
ġuridiku Id-Direttiva tal-Kosmetika tipprevedi
t-tneħħija gradwali tat-testijiet fuq l-annimali għall-prodotti
kosmetiċi. It-testijiet fuq l-annimali ta' prodotti kosmetiċi lesti
fl-Unjoni ilhom ipprojbiti mill-2004, u testijiet fuq l-annimali ta'
ingredjenti kosmetiċi ilhom ipprojbiti minn Marzu 2009
("il-projbizzjoni tal-ittestjar"). Mill-11 ta' Marzu 2009,
ġie pprojbit ukoll li jiġu kkumerċjalizzati fl-Unjoni prodotti
kosmetiċi u ingredjenti tagħhom li jkunu ġew ittestjati fuq
l-annimali, sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva
("il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2009"). Din
il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tapplika għall-effetti
kollha fuq is-saħħa tal-bniedem ("punti tat-tmiem")
ħlief dawk l-aktar kumplessi, li għandhom jiġu ttestjati biex
tintwera s-sikurezza tal-prodotti kosmetiċi (it-tossiċità ta'
dożi ripetuti, inklużi s-sensitizzazzjoni tal-ġilda,
il-karċinoġeniċità, it-tossiċità għar-riproduzzjoni u
t-tossikokinetika). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill estendew l-iskadenza ta’
din il-projbizzjoni sal-11 ta' Marzu 2013 ("il-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013"). Ir-Regolament tal-Kosmetika, li
se jħassar u jieħu post id-Direttiva tal-Kosmetika mill-11 ta' Lulju 2013,
fih l-istess dispożizzjonijiet. Dejta minn testijiet fuq l-annimali li
nkisbet qabel id-dati rispettivi tal-implimentazzjoni tal-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni (il-11 ta' Marzu 2009 / il-11 ta' Marzu 2013)
tista' tibqa' tintuża bħala bażi fil-valutazzjoni tas-sikurezza
ta' prodotti kosmetiċi. Projbizzjonijiet tal-ittestjar u
tal-kummerċjalizzazzjoni fid-Direttiva / ir-Regolament
tal-Kosmetika japplikaw anke meta metodi alternattivi għall-ittestjar fuq
l-annimali jkun għadhom mhumiex disponibbli. Dan jirrifletti
l-għażla politika speċifika għas-settur mill-Parlament
Ewropew u mill-Kunsill. Leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni
tirrikonoxxi li t-testijiet fuq l-annimali għadhom meħtieġa meta
ma jkunx hemm metodi alternattivi sabiex tkun żgurata l-protezzjoni
tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, iżda tistabbilixxi
standards għoljin ħafna tal-benesseri tal-annimali għal dan
l-ittestjar, u teżiġi li, kull fejn ikun possibbli, l-ittestjar
jiġi ssostitwit, imnaqqas u rfinat. Skont l-Artikolu 4a(2.3) tad-Direttiva
tal-Kosmetika, il-Kummissjoni ntalbet tgħarraf lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill meta, għal raġunijiet tekniċi, test wieħed jew
aktar koperti mill-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 ma
jkunux ġew żviluppati u vvalidati sal-2013, u ntalbet ukoll tressaq
proposta leġiżlattiva. Il-Kummissjoni wieġbet din
id-dispożizzjoni f'żewġ passi. 2.2. Id-disponibbiltà
ta' metodi alternattivi L-ewwel pass kien li jiġi stabbilit safejn
metodi alternattivi għall-ittestjar ta' prodotti kosmetiċi u
ingredjenti tagħhom għall-punti tat-tmiem rilevanti jkunu disponibbli
sal-2013. Il-Kummissjoni tat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar
id-disponibbiltà ta' metodi alternattivi f'Settembru 2011[3], imsejjes fuq rapport tekniku
komprensiv li ħareġ minn input xjentifiku wiesa' u konsultazzjoni
pubblika[4].
Is-sejbiet bażiċi ta' dan ir-rapport tekniku għadhom validi, u
s-sostituzzjoni sħiħa tal-punti tat-tmiem tal-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 b'metodi alternattivi għadha mhix
possibbli. F'dawn l-aħħar snin sar progress
konsiderevoli. Ħafna minnu huwa minħabba l-isforzi sostnuti
tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għal Alternattivi
tal-Ittestjar fuq l-Annimali (EURL ECVAM), immexxi miċ-Ċentru
Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni (JCR). Għall-punti tat-tmiem
li jaqgħu taħt il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2009,
il-metodi tas-sostituzzjoni ġew validati b'suċċess u adottati
bħala linji gwida tal-OECD għat-testijiet fl-oqsma tal-irritazzjoni
tal-ġilda u l-korrużjoni, il-fototossiċità u l-penetrazzjoni
tal-ġilda. Metodi tas-sostituzzjoni parzjali adattati biex ikunu
inklużi fl-istrateġiji tat-testijiet ġew ivvalidati fl-oqsma
tat-tossiċità sistematika akuta u l-irritazzjoni tal-għajnejn, u
ġew adottati bħala linjigwida tal-OECD għat-testijiet fil-qasam
tal-irritazzjoni tal-għajnejn. L-irfinar tat-testijiet
ġenotossiċi in vitro stabbiliti u tal-istrateġiji
tat-testijiet se jgħin biex jiġi indirizzat dan il-punt tat-tmiem.
Għall-punti tat-tmiem tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013,
l-ECVAM irnexxielu jivvalida l-metodi tat-test fl-oqsma tas-sensitizzazzjoni
tal-ġilda u l-karċinoġeniċità, li bħalissa qed
jiġu diskussi fl-OECD. Sommarju tal-attivitajiet riċenti
tal-validazzjoni fl-ECVAM u l-avvanz dwar l-aċċettazzjoni regolatorja
qed jingħata fit-Tabelli 1 u 2 fl-Anness. Dan l-aġġornament
ikopri l-perjodu mill-2010 sal-lum. Is-sommarji li jkopru perjodi qabel l-2010
jistgħu jinstabu fir-rapport tekniku tal-ECVAM 2008-2009[5]. Is-sostituzzjoni kumplessa li baqa' tal-punti
tat-tmiem ma ssirx permezz ta' sostituzzjoni ta' test wieħed fuq annimali
b'test wieħed in vitro. Is-sostituzzjoni tista' ssir bi
strateġiji tat-testijiet integrati, li jgħaqqdu bosta
approċċi in vitro u in silico. Pereżempju, l-ebda
metodu li qed jiġi vvalidat għas-sensitizzazzjoni tal-ġilda u
msemmi fl-Anness mhu se jieħu post it-test għas-sensitizzazzjoni
tal-ġilda bħala metodu għalih waħdu; ilkoll flimkien se jiffurmaw
il-biċċiet meħtieġa għal strateġija komprensiva
tat-testijiet . Deskrizzjoni aktar komprensiva tal-progress li sar
fl-iżvilupp, il-validazzjoni u l-aċċettazzjoni regolatorja ta'
metodi alternattivi fl-oqsma tossikoloġiċi differenti se
tingħata fir-rapport tekniku tal-ECVAM tal-2013, li se jsir disponibbli
flimkien ma' din il-Komunikazzjoni[6].
Il-kumitat xjentifiku responsabbli
tal-Kummissjoni, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS),
dan l-aħħar adotta verżjoni aġġornata tan-"Noti
ta' Gwida"[7]
tiegħu, li fihom jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-użu ta'
metodi alternattivi fil-valutazzjoni tas-sikurezza tal-kosmetiċi. L-SCCS
adotta wkoll gwida speċifika fejn tidħol il-valutazzjoni
tas-sikurezza tan-nanomaterjali fi prodotti kosmetiċi[8], inkluża d-disponibbiltà
ta' metodi alternattivi. 2.3. Nivvalutaw
l-impatti tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 It-tieni pass kien li ssir valutazzjoni tal-impatt
u riflessjoni fil-fond dwar l-aħjar mod 'il quddiem fejn tidħol
il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 fid-dawl tan-nuqqas ta'
disponibbiltà ta' sett sħiħ ta' metodi alternattivi. Il-valutazzjoni
tal-impatt li saret ġiet ippubblikata bħala Dokument ta' Ħidma
tal-Persunal tal-Kummissjoni li jista' jinstab ma' din il-Komunikazzjoni[9]. L-għażliet ivvalutati fil-valutazzjoni
tal-impatt kienu li tinżamm il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni
tal-2013, li tiġi posposta, jew li jiddaħħal mekkaniżmu ta'
deroga. Bil-mekkaniżmu ta' deroga, il-manifatturi jkunu jistgħu
jitolbu lill-Kummissjoni tagħtihom derogi individwali mill-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 għal ingredjenti innovattivi
b'valur miżjud sinifikanti għas-saħħa tal-konsumatur,
il-benessri u/jew l-ambjent. Il-valutazzjoni tal-impatt turi li l-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 tista' twassal biex jonqos
l-aċċess għall-ingredjenti kosmetiċi. Madankollu,
l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar l-effetti jiddiverġu.
Minkejja l-isforzi serji biex jinħoloq korp b'saħħtu tad-dejta,
għad baqa' inċertezza konsiderevoli fejn tidħol
il-kwantifikazzjoni ta' dawn l-impatti; jidher possibbli li għall-inqas
jittaffew permezz ta' azzjoni xierqa. Anke għall-iskadenza
tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2009, mhux kull parti
tat-tmiem tat-testijiet tista' ssirilha sostituzzjoni sħiħa minn
metodi alternattivi li s'issa ma jkunux wasslu għal impatti negattivi
kbar. L-għan li jingħata livell għoli ta'
saħħa tal-bniedem, punt ewlieni tad-Direttiva tal-Kosmetika u
rinfurzat fir-Regolament tal-Kosmetika, ma jintlaqatx mill-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013. Jekk ma tkunx tista' tintwera
s-sikurezza tal-prodott, il-prodott sempliċiment ma jkunx jista'
jitqiegħed fis-suq. Ir-Regolament tal-Kosmetika jagħti għodod
ġodda biex jiżgura dan, fosthom li tissaħħaħ
is-sorveljanza tas-suq, u regoli ġodda dwar il-komunikazzjoni ta' effetti
serji mhux mixtieqa. 2.4. Niddeċiedu
t-triq 'il quddiem Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni tal-impatt,
il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aktar xieraq huwa li l-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 titħalla tidħol
fis-seħħ u mhux li tiġi ppreżentata proposta legali biex
tkun posposta l-iskadenza jew biex ikun ipprovdut għal derogi individwali
għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin: L-ewwel, il-Kummissjoni tqis li aktar posponimenti
tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 ma jkunux jirriflettu
l-għażliet politiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill meta
tiġi adottata d-dispożizzjoni rispettiva. Il-kunsiderazzjonijiet
tal-benessri tal-annimali kienu fil-bidu meta 20 sena ilu ddaħħlu
l-ewwel dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni ta' kosmetiċi ttestjati fuq l-annimali[10]. Il-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni li ddaħħlet l-ewwel fl-1993 bi skadenza
sal-1998, iddaħħlet b'għan politiku ċar li
jispiċċa l-ittestjar fuq l-annimali għal kosmetiċi li ma
jkunx imsejjes fuq stima xjentifika meta sett sħiħ ta' metodi
alternattivi jkun disponibbli. Bl-istess mod, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
imponew il-projbizzjoni tal-ittestjar u l-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2009 bil-kuxjenza sħiħa li sa dak
iż-żmien ma jkunx possibbli li ssir sostituzzjoni sħiħa
tat-testijiet rilevanti fuq l-annimali. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma
għamlux il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzjoni tal-2013 dipendenti fuq
id-disponibbiltà ta' sett sħiħ ta' metodi tas-sostituzzjoni.
Sadanittant il-benessri tal-annimali tnaqqax fl-Artikolu 13 tat-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), bħala valur Ewropew li
jrid jitqies fil-politiki tal-Unjoni. It-tieni nett, kull bidla fil-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 tista' tnaqqas serjament
id-determinazzjoni biex malajr jinħolqu metodi alternattivi tal-ittestjar.
L-esperjenza tal-passat turi b'mod ċar li d-dispożizzjonijiet dwar
l-ittestjar fuq l-annimali fil-leġiżlazzjoni kosmetika kienu xprun
ewlieni fejn jidħol l-iżvilupp ta' metodi alternattivi, u bagħtu
sinjal qawwi ferm lil hinn mis-settur tal-kosmetika u lil hinn mill-Ewropa.
Il-metodi żviluppati fis-settur tal-kosmetika, bħall-mudelli tal-ġilda
umana rikostruwita, issa qed jintużaw f'setturi oħra wkoll, u
l-interess f'metodi alternattivi għall-kosmetika żdied f'ħafna
pajjiżi 'l barra mill-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar
fuq l-annimali kienu ta' motivazzjoni biex tinħoloq is-Sħubija
Ewropea għal Approċċi Alternattivi għall-Ittestjar fuq
l-Annimali (EPAA)[11],
bħala kollaborazzjoni volontarja bla preċedent bejn il-Kummissjoni
Ewropea, assoċjazzjonijiet Ewropej tal-kummerċ, u kumpaniji minn
bosta setturi tal-industrija. Id-dispożizzjonijiet ugwalment għenu
biex jiżdied ħafna l-għadd ta' metodi validati mill-2003, meta
ġew stabbiliti d-dati attwali ta’ skadenza[12]. It-tielet nett, deroga ta' każ b'każ li
permezz tagħha l-Kummissjoni tkun tista' tneħħi l-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 minn fuq ingredjenti individwali li
joffru benefiċċji sinifikanti għall-konsumatur jew l-ambjent, se
jibbenefikaw minnha l-aktar il-manifatturi l-kbar li jistgħu jiġbru
l-provi meħtieġa. Barra minn hekk, din iġġib magħha
deċiżjonijiet kontroversjali għall-Kummissjoni dwar xi jkun
benefiċċju sinifikanti, u għal kull deċiżjoni mhux
faċli jinħolqu kriterji oġġettivi. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li
r-riskji possibbli mill-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013
jistgħu jissarrfu f'opportunità għall-Unjoni biex tagħti
eżempju ta' innovazzjoni responsabbli fil-kosmetika b'impatt pożittiv
il' barra mill-Ewropa. Sal-lum il-ħtieġa ta' paradimma ġdida
tal-valutazzjoni tar-riskju minn perspettiva xjentifika hija rikonoxxuta b'mod
estensiv[13].
L-impatti jmorru lil hinn mis-settur tal-kosmetika – l-għan huwa li
jinħolqu strateġiji li jwasslu għal għodod aħjar u li
jbassru aktar, aktar malajr u irħas sabiex jivvalutaw is-sikurezza
tal-konsumatur ta' sustanzi kimiċi. Li jkun sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal
ta' metodi alternattivi huwa sfida li teħtieġ bidla fil-mentalità ta'
dawk kollha involuti. Is-settur tal-kosmetiċi jista' jservi – mill-gdid –
bħala xprun u pijunier fl-iżvilupp ta' dawn l-approċċi
ġodda. Madankollu, jekk jitqies li għadha ma saritx valutazzjoni
sħiħa tas-sikurezza ta' prodotti kosmetiċi li tistrieħ biss
fuq metodi u approċċi alternattivi, u li f'ċerti aspetti lanqas
mhi qrib, hu meħtieġ li jinħoloq qafas xieraq billi: ·
Titwettaq il-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 filwaqt li jiġu ssorveljati
bir-reqqa l-effetti tagħha; ·
Jissokta l-appoġġ għar-riċerka,
l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' metodi alternattivi li jivvalutaw
is-sikurezza tal-bniedem; u ·
Il-metodi alternattivi jsiru parti mill-aġenda
internazzjonali u kummerċjali tal-Unjoni. 3. It-triq
’il quddiem 3.1. Inwettqu
l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 u nissorveljaw l-effetti
tagħha Implimentazzjoni u infurzar effettiv u koerenti
tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 huma ta' importanza
ewlenija – mhux biss biex jiżguraw li fil-fatt din tilħaq
l-għanijiet tagħha, iżda anke biex tiżgura kundizzjonijiet
ekwi għall-operaturi ekonomiċi. Din il-Komunikazzjoni tiffoka fuq
il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013. Madankollu,
il-mekkaniżmi u l-prinċipji deskritti tal-implimentazzjoni japplikaw
l-istess għall-projbizzjoni tal-ittestjar u għall-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2009. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kosmetika
jipprovdi qafas legali adegwat biex tkun żgurata l-implimentazzjoni
tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013, u
d-dispożizzjonijiet tagħha huma direttament applikabbli fl-Istati
Membri kollha sa mill-11 ta' Lulju 2013. Għaldaqstant, huwa
l-kompitu u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jissorveljaw
il-konformità mar-Regolament tal-Kosmetika b'kontrolli fis-suq tal-prodotti
kosmetiċi disponibbli fis-suq[14].
Ir-Regolament tal-Kożmetika jistipula l-obbligu tal-persuna responsabbli[15] li tiżgura konformità
mad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar fuq l-annimali[16]. Dan jeżiġi li
l-Awtoritajiet Kompetenti jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex
jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar fuq
l-annimali[17]
u jeżiġi li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ pieni
effettivi, proporzjonati u dissważivi f'każ ta' ksur[18]. Sal-11 ta' Lulju 2013 se
jibqgħu japplikaw il-mekkaniżmi eżistenti tal-implimentazzjoni
skont id-Direttiva tal-Kosmetika[19].
Is-sors ewlieni li bih l-awtoritajiet tal-Istati
Membri jkunu jistgħu jivverifikaw il-konformità mal-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 huwa l-fajl tal-informazzjoni dwar
il-prodott skont l-Artikolu 7a(1)h tad-Direttiva tal-Kosmetika jew
l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kosmetika. Dan il-fajl irid ikun fih
dejta dwar "kull test fuq l-annimali mwettaq mill-manifattur,
l-aġenti jew il-fornituri tiegħu, li jkollha x’taqsam
mal-valutazzjoni tal-iżvilupp jew is-sikurezza tal-prodott kosmetiku jew
l-ingredjenti tiegħu, inkluż kull test fuq l-annimali mwettaq sabiex
jissodisfa l-ħtiġijiet leġiżlattivi jew regolatorji
tal-pajjiżi terzi". Barra dan ir-rekwiżit, il-fajl
tal-informazzjoni dwar il-prodott irid ikun fih ukoll ir-rapport dwar
is-sikurezza tal-prodott kosmetiku kif inhu speċifikat fl-Anness I
tar-Regolament tal-Kosmetika, li jrid ikun fih informazzjoni dwar il-profil
tossikoloġiku tas-sustanza għall-punti tat-tmiem
tossikoloġiċi rilevanti kollha u identifikazzjoni ċara tas-sors
tal-informazzjoni. Minn din l-informazzjoni, se jkun evidenti
għall-Awtoritajiet Kompetenti jekk id-dejta dwar l-ittestjar fuq l-annimali
straħitx fuq il-valutazzjoni tas-sikurezza. Bħalissa ma hemm l-ebda ġurisprudenza
tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-Qorti") dwar
l-interpretazzjoni tal-ambitu tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni
tal-2013. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-Qorti biss tista' tagħti
interpretazzjoni legalment vinkolanti tal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni,
taħt il-kontroll tal-Qorti, se tissorvelja l-applikazzjoni
tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013. Il-Kummissjoni se
tagħmel dan skont kif qed tifhem bħalissa l-ambitu tal-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013, fehim li huwa msejjes fuq
id-Direttiva / ir-Regolament tal-Kosmetika u li ma joħloqx
drittijiet jew obbligi ġodda. L-applikazzjoni fil-prattika
tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 se tibqa'
deċiżjoni ta' każ b'każ tal-awtorità rispettiva tal-Istat
Membru. Skont id-Direttiva tal-Kosmetika u t-traspożizzjonijiet nazzjonali
tagħha, l-Istati Membri diġà jissorveljaw il-konformità
mal-projbizzjoni tal-ittestjar u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni
tal-2009. Fl-aħħar żewġ Rapporti Annwali tagħha,
il-Kummissjoni rrappurtat dwar il-miżuri li ħadu l-Istati Membri biex
jiżguraw il-konformità ma' dawn il-projbizzjonijiet[20]. Il-maġġoranza tal-ingredjenti użati
fi prodotti kosmetiċi huma ingredjenti li jintużaw ugwalment fi
prodotti oħrajn għall-konsumatur u industrijali, bħalma huma
l-prodotti farmaċewtiċi, id-deterġenti u l-ikel, u l-ittestjar
fuq l-annimali jista' jkun meħtieġ biex tkun żgurata
l-konformità mal-oqfsa legali applikabbli għal dawn il-prodotti.
Ġeneralment, l-ingredjenti użati fil-kosmetici se jkunu
soġġetti wkoll għar-rekwiżiti orizzontali tar-REACH[21] u l-ittestjar fuq l-annimali
jista' jkun meħtieġ bħala l-aħħar alternattiva biex
jitlestew il-pakketti tad-dejta rispettivi. Għalhekk l-Istati Membru jridu
jivvalutaw u jiddeċiedu jekk ittestjar bħal dan għall-konformità
ma' oqfsa oħra jitqiesx li jaqa' fl-ambitu tal-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013. Vitali għal dan huwa l-kliem
"sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' din
id-Direttiva / Regolament" li jintuża fid-Direttiva
tal-Kosmetika u fir-Regolament tal-Kosmetika[22],
sabiex jiġi kkwalifikat l-ambitu tal-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013. Il-Kummissjoni tqis li l-ittestjar fuq l-annimali
li jkun ġie mmotivat biċ-ċar mill-konformità ma' oqfsa
leġiżlattivi relatati man-nonkosmetika ma għandux jitqies li
jkun sar "sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' din
id-Direttiva / Regolament". Id-dejta li toħroġ
dwar l-ittestjar fuq l-annimali ma għandhiex iżżid
il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, u sussegwentament ma tistax tkun
bażi fil-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti kosmetiċi.
Dipendenza fuq dejta bħal din hija soġġetta għar-rilevanza
tagħha fil-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti kosmetiċi u
l-konformità tagħha mar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta[23]. L-ittestjar li sar għall-punti tat-tmiem
rilevanti tal-kosmetiċi fuq ingredjenti li ġew speċifikament
żviluppati għall-finijiet kosmetiċi u jintużaw biss
fil-prodotti kosmetiċi, għandu dejjem, skont il-Kummissjoni, ikun
preżunt li sar "sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' din
id-Direttiva / Regolament". Il-Kummissjoni tqis li l-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni hija attivata bid-dipendenza fuq id-dejta dwar
l-annimali għall-valutazzjoni tas-sikurezza skont
id-Direttiva / Regolament tal-Kosmetika, u mhux bl-ittestjar stess.
Jekk l-ittestjar fuq l-annimali sar għall-konformità mar-rekwiżiti
tal-kosmetiċi f'pajjiżi terzi, din id-dejta ma tistax tkun bażi
fl-Unjoni għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-kosmetiċi. Fil-kuntest tal-obbligu li tiġi żgurata
l-konformità mad-Direttiva / Regolament tal-Kosmetika, l-Istati
Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-mekkaniżmi xierqa u
effettivi fis-seħħ biex jilqgħu għar-riskji potenzjali ta'
abbuż fl-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-ittestjar u tal-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni se
taħdem mal-Istati Membri fuq gwida għall-applikazzjoni
tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 imsejsa fuq
l-esperjenzi prattiċi u studji ta’ każijiet konkreti. Il-Pjattaforma
tal-Awtoritajiet tas-Sorveljanza tas-Suq Ewropew għall-Kosmetika (PEMSAC)
tagħti struttura dedikata għall-kooperazzjoni fis-sorveljanza
tas-suq. Sabiex tkun tista' ssir sorveljanza effettiva
tas-suq, il-persuni responsabbli għandhom jiżguraw li kull dejta dwar
l-ittestjar fuq l-annimali li kienet bażi, fil-fajl tal-informazzjoni dwar
il-prodott għandhom jitniżżlu b'mod ċar id-data u l-post
tat-test. Jekk l-ittestjar ikun sar wara l-iskadenza tal-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013, il-fajl tal-informazzjoni dwar
il-prodott għandu jippermetti l-verifika dwar jekk it-testijiet ikunux
saru sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti
tad-Direttiva / Regolament jew għal skopijiet oħra.
Għal dan il-għan, il-fajl għandu jkun fih dokumentazzjoni dwar
kull użu tas-sustanza fil-prodotti ħlief il-prodotti kosmetiċi
(eżempji ta' prodotti, dejta dwar is-suq, eċċ.), kif ukoll
dokumentazzjoni dwar il-konformità ma' oqfsa regolatorji oħra (eż.
ir-REACH jew oqfsa legali oħra) u ġustifikazzjoni
tal-ħtieġa li jsir l-ittestjar fuq l-annimali (eż. proposta
tal-ittestjar skont ir-REACH). Il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013
tapplika għall-prodotti kosmetiċi kollha li tqiegħdu fis-suq
tal-Unjoni, u b'hekk, bl-istess mod, għal dawk prodotti fl-Unjoni u
għall-prodotti kosmetiċi importati. L-awtoritajiet kompetenti
għandhom jiżguraw kundizzjonijiet ekwi bejn il-prodotti differenti
fis-suq. Meta wieħed iqis li n-nuqqas ta'
disponibbiltà ta' metodi alternattivi għall-ittestjar jista' jħalli
impatt fuq l-innovazzjoni f'ingredjenti u prodotti kosmetiċi u fuq
il-kompetittività tas-settur, fis-snin li ġejjin il-Kummissjoni se
tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib. Għodda siewja
għall-monitoraġġ se tkun ir-rapporti annwali tal-Kummissjoni li
jeżiġi l-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kosmetika. Dawn
ir-rapporti jagħtu reviżjoni regolari tal-qagħda
tal-iżvilupp, il-validazzjoni u l-aċċettazzjoni regolatorja ta'
metodi alternattivi fil-qasam tal-kosmetika. Dawn, bħalma ġara fil-passat,
se jissejsu fuq ir-rapporti tekniċi li ħejja l-JRC tal-Kummissjoni
(EURL ECVAM). Peress li l-projbizzjonijiet tal-ittestjar huma applikabbli
bis-sħiħ, ir-rapporti mhux se jkun fihom aktar dejta statistika dwar
l-għadd u t-tip ta' esperimenti fuq l-annimali li jkunu saru u li jkunu
relatati ma' prodotti kosmetiċi fl-Unjoni. Ir-rapporti se jkopru derogi
mogħtija skont l-Artikolu 4a(2.4) tad-Direttiva tal-Kosmetika u l-Artikolu 18(2)
tar-Regolament tal-Kosmetika. B'dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri
jkunu jistgħu jitolbu deroga f'każ li problema
għas-saħħa tal-bniedem tkun sostanzjata għal ingredjent li
jintuża ħafna u li ma jkunx jista' jinbidel b'ingredjent ieħor
li kapaċi jaqdi funzjoni simili. S'issa waslet talba waħda biss, u
l-analiżi għadha għaddejja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tissorvelja
każijiet fejn valutazzjoni konklużiva tas-sikurezza mhix fattibbli
minħabba l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013. Bl-istess
mod, il-Kummissjoni se tissorvelja wkoll l-impatti soċjoekonomiċi
tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013, speċifikament
f'paragun mad-dejta mogħtija fil-Valutazzjoni tal-Impatt u l-istimi u
t-tbassir li jkunu saru f'dak il-kuntest. 3.2. Nimpenjaw
ruħna li nappoġġjaw ir-riċerka, l-iżvilupp u
l-validazzjoni ta' metodi alternattivi li jivvalutaw is-sikurezza tal-bniedem L-Unjoni tixtieq tagħti eżempju ta'
innovazzjoni responsabbli fil-kosmetika mingħajr testijiet dedikati ġodda
fuq l-annimali. Għaldaqstant huwa kruċjali li jkun hemm
appoġġ kontinwu lir-riċerka u żvilupp ta' metodi li
jivvalutaw aħjar is-sikurezza tal-bniedem u jisiltu l-aqwa frott
mill-isforzi tal-passat billi jiżguraw li l-aħħar żviluppi
xjentifiċi jissarrfu f'soluzzjonijiet mingħajr testijiet fuq
l-annimali. Il-Kummissjoni għamlet madwar EUR 238 miljun
disponibbli bejn l-2007 u l-2011 biex jintużaw esklussivament
għar-riċerka ta' metodi alternattivi għall-ittestjar fuq
l-annimali. Il-biċċa l-kbira ta' dan il-baġit, madwar EUR 198 miljun,
intefqet fuq proġetti ffinanzjati bis-6 u s-7 Programmi Kwadri u
bil-Programm LIFE+. It-tieni l-aktar parti importanti minn dan il-baġit,
madwar EUR 38 miljun, ġiet impenjata permezz tal-baġit
istituzzjonali tal-JRC, b'mod partikolari biex ikunu appoġġjati
l-attivitajiet tal-Istitut għall-Protezzjoni tas-Saħħa u
tal-Konsumatur fi ħdanu, li jkollhom x'jaqsmu mal-qasam tal-alternattivi,
inkluż l-operat tal-Laboratorju Ewropew ta' Referenza għal Metodi
Alternattivi tal-Ittestjar fuq l-Annimali (EURL ECVAM). L-inizjattiva SEURAT-1[24] ("Evalwazzjoni
tas-Sikurezza biex eventwalment tieħu post l-Ittestjar fuq
l-Annimali") hija unika peress li hija inizjattiva ffinanzjata b'mod
konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u l-industrija tal-kosmetika, b'kontribut
ta’ EUR 25 miljun mingħand kull waħda bejn l-2011 u l-2015.
Dan jixhed ir-rwol attiv li taqdi l-industrija tal-kosmetika fl-iżvilupp
ta' metodi alternattivi tal-ittestjar. SEURAT-1 tgħaqqad aktar minn 70 grupp
Ewropew tar-riċerka li jaħdmu flimkien f'xibka ta' sitt proġetti
kumplimentari, megħjuna minn azzjoni kkoordinata. Il-programm SEURAT-1,
mifrux fuq 5 snin, għandu l-għan li juża l-għarfien
dwar il-proċessi tossikoloġiċi biex jinħolqu u jinbnew
razzjonalment moduli teknoloġiċi ġodda li huma
meħtieġa biex ibassru tossiċità sistematika b'doża ripetuta
fil-bniedem, li x'aktarx tkun ġejja minn espożizzjoni
għall-kimiċi. Fl-aħħar mill-aħħar SEURAT-1
għandu l-għan li jsib provi għal kunċetti ewlenin li
jappoġġjaw l-użu kredibbli ta' kombinazzjonijiet ta' metodi
komputazzjonali u in vitro bħala appoġġ
għad-deċiżjonijiet fil-valutazzjoni tas-sikurezza. Bla dubju r-riċerka ta' metodi alternattivi ma waslitx fi tmiemha:
f'ħafna oqsma r-riċerka li għaddejja bħalissa għadha
biss fl-ewwel pass. Orizzont 2020[25] huwa
l-istrument finanzjarju li jwettaq l-Unjoni tal-Innovazzjoni[26] u se jiżgura l-qafas għall-attivitajiet tar-riċerka
bejn l-2014 u l-2020. Orizzont 2020 jagħti l-opportunità biex
jissokta u jitwessa' l-impenn tal-Unjoni li ssir riċerka ta' metodi
alternattivi aħjar tal-valutazzjoni tas-sikurezza tal-bniedem, filwaqt li
tibni fuq l-innovazzjoni possibbli f'dan il-qasam. Il-Kummissjoni tagħraf l-importanza
tar-riċerka f'dan il-qasam. Fl-istess waqt, hemm bżonn impenn qawwi
mis-setturi li se jgawdu mill-iżvilupp ta' metodi alternattivi ġodda,
inkluż is-settur tal-kosmetika. Il-Kummissjoni se tingħaqad ma' partijiet
interessati minn setturi bħal dawn biex tiddefinixxi l-prijoritajiet
tar-riċerka li trid issir u l-aħjar strumenti għall-implimentazzjoni
li, pereżempju, jaf ikollhom l-għamla ta' sħubija ġdida
pubblika-privata. Karta tad-Diskussjoni riċenti tal-Kumitati
Xjentifiċi bit-titlu "Addressing the New Challenges for Risk
Assessment" (Nindirizzaw l-Isfidi l-Ġodda tal-Valutazzjoni
tar-Riskju) tagħraf il-ħtiġijiet tar-riċerka li jkun hawn
bażijiet tad-dejta komprensivi b'aċċess miftuħ, metodi in
silico, studji (tossikoloġiċi) tal-mod t'azzjoni, u għodod
li jivvalutaw l-espożizzjoni. L-EPAA tista' wkoll taqdi rwol
fid-definizzjoni tal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tar-riċerka
fis-setturi tal-industrija, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali
dwar kif jistgħu jiġu involuti impriżi żgħar u medji
f'dawn l-isforzi. Fattur kruċjali biex dan kollu jirnexxi huwa
li jkun żgurat li l-metodi alternattivi, ġaladarba jinstabu, ikunu
disponibbli malajr għall-utenti finali biex jiġġeneraw
informazzjoni tossikoloġika aċċettabbli għar-regolaturi.
Għalhekk, il-Kummissjoni tintrabat li taħdem mal-korpi Ewropej u
internazzjonali rilevanti biex jibqa' jittejjeb il-proċess
tal-validazzjoni għal metodi ġodda tal-ittestjar. Il-validazzjoni hija parti intrinsika
tal-proċess xjentifiku u għandha importanza fundamentali biex
jiġu aċċettati metodi alternattivi u tinkiseb il-fiduċja
fl-informazzjoni li dawn jagħtu. Fl-aħħar snin, l-ECVAM EURL
tal-JRC baqgħet tirfina u tirrazzjonalizza l-proċessi tagħha
tal-validazzjoni, u żiedet ir-riżorsi li timpenja fil-qasam
tal-alternattivi, inkluż billi tiddedika l-isforzi ta' aktar minn 50 membru
tal-persunal xjentifiku u tekniku. L-ECVAM issa tissemma espressament
fid-Direttiva 2010/63/UE[27]
u r-responsabbiltajiet tagħha huma ċari. Minbarra li twettaq studji
ta’ validazzjoni, l-ECVAM taqdi wkoll rwol qawwi bħala gwida
fl-iżvilupp ta' alternattivi, u fl-inkarigu bikri u frekwenti ma' regolaturi
u partijiet interessati biex tiżgura li tingħata prijorità lill-aktar
metodi rilevanti li se jkollhom l-akbar impatt. Għal dan il-għan,
l-ECVAM stabbiliet il-korp konsultattiv regolatorju tagħha[28] u l-forum tagħha
tal-partijiet interessati[29].
Il-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku tal-ECVAM se
jibqa' jagħti pariri esperti imparzjali, b'mod partikolari waqt
ir-reviżjoni bejn il-pari tal-istudji tal-validazzjoni, filwaqt li
r-rakkomandazzjonijiet tal-ECVAM se jkunu l-istrument ewlieni biex jitwassal
ir-riżultat tal-istudji tal-validazzjoni u pariri addizzjonali dwar kif
metodu alternattiv għandu jintuża biex ikun l-iktar effettiv
possibbli. L-ECVAM se tkompli xxerred b'mod attiv informazzjoni komprensiva
dwar metodi disponibbli għall-utenti finali, permezz tas-servizz
pubblikament aċċessibbli tal-ECVAM ta' Bażi tad-Dejta dwar
Metodi Alternattivi[30],
u permezz tal-Gwida għat-Tiftix tal-ECVAM. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008[31] jiġbor kull metodu
tat-test aċċettat b'mod regolatorju fuq il-livell tal-Unjoni.
Ħarsa ġenerali lejn kif il-metodi mixjin fil-proċess
tal-aċċettazzjoni tista' tinstab fis-Sistema tar-Rintraċċar
għar-Reviżjoni, il-Validazzjoni u l-Approvazzjoni ta' Metodi
Alternattivi tal-Ittestjar fil-Kuntest tar-Regolamenti tal-Unjoni dwar il-Kimiċi[32]. Huwa importanti li
wieħed jinnota li għalkemm huma xierqa għall-valutazzjoni
tas-sikurezza tal-kosmetiċi, il-metodi alternattivi validati u
aċċettati s'issa mhumiex applikabbli biss għall-ingredjenti
kosmetiċi iżda jistgħu jintużaw b'suċċess
għal finijiet oħra. Għalhekk, l-Anness IX tad-Direttiva
tal-Kosmetika[33]
ma ġiex emendat u ma jelenkax metodi alternattivi speċifiċi. 3.3. Il-metodi
alternattivi bħala parti mill-aġenda internazzjonali u
kummerċjali tal-Unjoni Hemm raġunijiet b'saħħithom
għal koperazzjoni internazzjonali soda favur l-iżvilupp ta' metodi
alternattivi tal-ittestjar għall-kosmetika. Il-prodotti kosmetiċi u
l-ingredjenti tagħhom huma nnegozjati mad-dinja kollh, u l-Unjoni hija
d-dar tal-marki kummerċjali ewlenin fid-dinja fil-qasam tal-kosmetika.
Fehim komuni tal-valutazzjoni tas-sikurezza għall-kosmetika u
l-aċċettazzjoni ta' metodi alternattivi se jtejjeb is-sikurezza
tal-bniedem u se jgħin il-benessri tal-annimali u l-kummerċ,
iżda bilfors trid issir kooperazzjoni għax l-isfidi xjentifiċi
sottostanti huma kbar wisq biex jegħlibhom reġjun waħdu.
Għalhekk il-kooperazzjoni fuq il-livell ta' riċerka hija l-ewwel pass
importanti. Strument ewlieni fil-ftehim dwar l-għodod
għall-valutazzjoni tas-sikurezza huwa l-iżvilupp ta' Linji Gwida tal-OECD
għat-testijiet fil-qafas tal-Programm Eżistenti tal-Kimiċi u
l-Aċċettazzjoni Reċiproka tad-Dejta. Metodi alternattivi
ġew inklużi fil-Linji Gwida tal-OECD għat-testijiet, u dan kien
pass essenzjali lejn l-aċċettazzjoni internazzjonali tagħhom.
Is-servizzi tal-Kummissjoni huma involuti attivament fil-ħidma tal-OECD.
Biex isir progress sinifikanti, sfida partikolari li trid tiġi indirizzata
hija kif il-Linji Gwida tal-OECD għandhom jirriflettu l-Istrateġiji
tat-Testijiet Integrati, billi l-informazzjoni meħtieġa biex
jiġu indirizzati l-aktar punti tat-tmiem kumplessi tal-effett fuq
is-saħħa se jkollha bżonn l-aħjar kombinazzjoni
taż-żewġ metodi alternattivi, dak tal-ittestjar dak
mingħajr l-ittestjar. Fil-qasam tal-kosmetika, il-Kollaborazzjoni
Internazzjonali għar-Regolamentazzjoni tal-Kosmetika (ICCR) toħloq
forum importanti għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti tal-Amerika,
il-Kanada, il-Ġappun u l-Ewropa. L-alternattivi għall-ittestjar fuq
l-annimali kienu l-fokus ewlieni sa minn meta twaqqfet l-ICCR. Dan
l-aħħar l-ICCR bdiet taħdem fuq mudelli in silico
(komputazzjonali) tat-tbassir, xi ħaġa li, flimkien mal-metodi in
vitro, għandha importanza ċentrali fl-avvanz ta'
approċċi alternattivi tal-valutazzjoni tas-sikurezza. L-ICCR bdiet
ukoll tixref lil hinn mis-sħubija tagħha, lejn pajjiżi
bħall-Awstralja, il-Brażil u r-Repubblika Popolari
taċ-Ċina. Waħda mill-kisbiet ewlenin tal-ICCR fejn
jidħlu l-metodi alternattivi hija bla dubju t-twaqqif tal-Kooperazzjoni
Internazzjonali dwar Metodi Alternattivi tal-Ittestjar fl-2009. Din
tgħaqqad flimkien il-korpi tal-validazzjoni tal-Ewropa, l-Istati Uniti,
il-Ġappun u l-Kanada. Il-korp tal-validazzjoni tal-Korea t'Isfel
ingħaqad fl-2010. L-għan huwa li tiġi promossa u armonizzata
l-validazzjoni ta' metodi alternattivi mad-dinja kollha, li jkunu evitati
l-isforzi doppji, u li jkun żgurat li r-rakkomandazzjonijiet dwar metodi
vvalidati jkunu aċċettabbli b'mod reċiproku u jistgħu
jintużaw direttament f'ġuriżdizzjonijiet differenti. Huwa
importanti wkoll li din taħdem biex jinstabu pożizzjonijiet komuni
dwar metodi vvalidati bejn il-pajjiżi membri u l-organizzazzjonijiet
tal-OECD biex titħaffef l-aċċettazzjoni internazzjonali
tagħhom. L-EPAA kkonċentrat l-attivitajiet tagħha
fl-2012 fuq il-kooperazzjoni internazzjonali u se tibqa' tagħmel dan fl-2013
biex tagħti opportunità oħra għall-promozzjoni internazzjonali
tal-alternattivi. L-industrija tal-kosmetika (Cosmetics Europe[34] u bosta kumpaniji) hija
waħda mill-forzi mexxejja, u fl-2012 ingħaqdet magħha
l-Industrija tal-Fwejjaħ u t-Togħmiet (IFRA). Il-Kummissjoni hija konvinta li l-għan
ġenerali fit-tul li l-ittestjar fuq l-annimali jinbidel kull fejn huwa
possibbli u li ssir bidla lejn modi ġodda ta' valutazzjoni tas-sikurezza
mtejba, eventwalment se jinqasam bejn bosta sħab kummerċjali
tal-Unjoni, anke jekk reġjuni differenti jaf ikunu fi stadji differenti
tal-proċess, u anki jekk l-approċċi biex jintlaħaq
l-għan jaf ivarjaw. Fl-aħħar ġimgħat, kien hemm sinjali
inkoraġġanti li pajjiżi oħra, bħall-Iżrael jew
l-Indja, qed jikkunsidraw li jsegwu l-eżempju tal-Unjoni tat-testijiet fuq
l-annimali għall-kosmetika. Għalhekk, il-Kummissjoni hija konvinta li
l-kwistjoni tal-metodi alternattivi tal-ittestjar għall-kosmetika
jixirqilhom post prominenti fl-aġenda kummerċjali u tal-kooperazzjoni
internazzjonali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni se tagħmel minn kollox biex
dawn il-kwistjonijiet isibu posthom fuq l-aġenda tal-laqgħat
multilaterali u bilaterali rilevanti kollha fil-qasam tal-kosmetika fl-2013,
speċifikament mal-Istati Uniti u ċ-Ċina, iżda wkoll
f'kuntatti mal-Brażil u l-Indja. F'dan l-isforz, il-Kummissjoni se tfittex
sinerġiji ma' inizjattivi internazzjonali tal-industrija u
organizzazzjonijiet għall-benessri tal-annimali. 4. Konklużjonijiet L-iskadenza tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni
tal-2013 fid-Direttiva / Regolament tal-Kosmetika se tidħol
fis-seħħ fil-11 ta' Marzu 2013. Dan itemm proċess
twil ta' 20 sena għat-tneħħija gradwali tal-ittestjar fuq
l-annimali għall-finijiet tal-valutazzjoni tas-sikurezza tal-kożmetiċi.
Matul l-aħħar snin sar progress promettenti fl-avvanz ta' metodi
alternattivi tal-ittestjar fuq l-annimali, iżda sostituzzjoni
sħiħa għadha mhix possibbli u mhux se tkun possibbli għal
xi żmien. Madankollu, il-Kummissjoni temmen li l-aktar mod xieraq 'il
quddiem huwa li tħalli l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni
tidħol fis-seħħ u li ssarraf l-isfidi tal-projbizzjoni
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013 f'opportunità, b'mod partikolari billi: - tiżgura implimentazzjoni koerenti
tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-2013, u monitoraġġ
tal-impatti tagħha; - tissokta l-appoġġ
għar-riċerka, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' metodi
alternattivi ġodda għall-ittestjar tas-sikurezza tal-bniedem; u - il-metodi alternattivi tagħmilhom parti
integrali tal-aġenda kummerċjali u tal-kooperazzjoni internazzjonali
tal-Unjoni. Il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni
tagħti sinjal importanti, mhux biss fejn jidħol il-valur mogħti
lill-benessri tal-annimali fl-Unjoni Ewropea, iżda anke fejn tidħol
il-bidla ġenerali fil-mudell fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sikurezza
tal-bniedem. Anness Tabella 1. L-istatus tal-validazzjoni ta' metodi in vitro tal-ittestjar fil-EURL ECVAM mill-2010 Nru || Żona ta’ tossiċità || Deskrizzjoni tal-metodu tat-test || L-istatus tal-validazzjoni[35] 1 || Karċinoġeniċità || Test tat-Trasformazzjoni taċ-Ċelluli (CTA) SHE || Ir-rakkomandazzjoni tal-EURL ECVAM ippubblikata fl-2011 2 || || Test tat-Trasformazzjoni taċ-Ċelluli (CTA) Balb/C || Ir-rakkomandazzjoni tal-EURL ECVAM ippubblikata fl-2011 3 || || Test tat-Trasformazzjoni taċ-Ċelluli (CTA) BHAS || Reviżjoni bejn il-pari tal-ESAC iffinalizzata 4 || Sensitizzazzjoni tal-ġilda || Il-metodu tat-test Keratinosens || Reviżjoni bejn il-pari tal-ESAC iffinalizzata 5 || || Test Dirett tar-Reattività tal-Peptidi (DPRA) || Reviżjoni bejn il-pari tal-ESAC iffinalizzata 6 || || Test tal-Attivazzjoni ta' Linji taċ-Ċelluli fil-Bniedem (h-CLAT) || Reviżjoni bejn il-pari tal-ESAC maħsuba biex tibda fl-2013 7 || Tossiċità orali akuta || Il-metodu tat-test ta' 3T3 Assorbiment tal-Aħmar Newtrali (NRU) || L-abbozz tar-rakkomandazzjoni tal-EURL ECVAM tgħarbel mill-pubbliku fl-2012 8 || Tossikokinetika || Test ta' Induzzjoni taċ-Ċitokromu P450 (CYP) permezz ta' linja taċ-ċelluli HepaRG® krijopriservati tal-bniedem u epatoċiti krijopriservati tal-bniedem || Reviżjoni bejn il-pari tal-ESAC maħsuba biex tibda fl-2013 9 || Irritazzjoni tal-għajnejn || Mudell tat-tessut uman rikostruwit (EpiOcular™ EIT) || Reviżjoni bejn il-pari tal-ESAC maħsuba biex tibda fl-2013 10 || || Mudell tat-tessut uman rikostruwit (SkinEthic™ HCE) || Reviżjoni bejn il-pari tal-ESAC maħsuba biex tibda fl-2013 11 || Disturbi endokrinali || MELN® test tat-tranżattivazzjoni tar-reċettur tal-estroġenu (protokolli agonisti u antagonisti) || Reviżjoni bejn il-pari tal-ESAC maħsuba biex tibda fl-2013 12 || || Test tat-tranżattivazzjoni tar-reċettur tal-androġenu (protokolli agonisti u antagonisti) || Il-validazzjoni tal-EURL ECVAM maħsuba biex tibda fl-2013 13 || || Test tat-tranżattivazzjoni tar-reċettur tal-androġenu (protokolli agonisti u antagonisti) || Il-validazzjoni tal-EURL ECVAM maħsuba biex tibda fl-2013 Tabella 2. L-istatus tal-aċċettazzjoni regolatorja ta' metodi in vitro tal-ittestjar mill-2010 Nru || Żona ta’ tossiċità || Deskrizzjoni tal-metodu tat-test || L-istatus tal-aċċettazzjoni 1 || Korrużjoni tal-ġilda || Il-metodi tat-test tal-Epidermite umana rikostruwita (RhE) kif inklużi fl-OECD TG[36] 431/EU TM[37] B.40 bis || Aċċettati fl-2004, verżjoni aġġornata (is-sottokategorizzazzjoni, l-istandards tal-prestazzjoni, l-inklużjoni ta' SkinEthic™ RHE u epiCS®) se tkun diskussa f'WNT[38] fl-2013 2 || || Test tar-reżistenza elettrika transkutanea (TER) kif inkluż fl-OECD TG 430/EU TM B.40 || Aċċettat fl-2004, verżjoni aġġornata (l-istandards tal-prestazzjoni) se tkun diskussa f'WNT fl-2013 3 || Irritazzjoni tal-ġilda || Il-metodi tat-test tal-Epidermite umana rikostruwita (RhE) kif inklużi fl-OECD TG 439/EU B.46 || Aċċettati fl-2004, verżjoni aġġornata (l-istandards tal-prestazzjoni, l-inklużjoni tal-mudell LabCyte EPI-model) se tkun diskussa f'WNT fl-2013 4 || Irritazzjoni tal-għajnejn || Metodu tat-test tat-Tnixxija tal-Fluworexxina (FL) kif inkluż fl-OECD TG 460 || Aċċettat fl-2012 5 || || Il-metodu tat-test tal-Opaċità u l-Permeabbiltà tal-Kornea tal-Bovini (BCOP) kif inkluż fl-OECD TG 437/EU TM B.47 || Aċċettat fl-2009, verżjoni aġġornata (il-kontroll pożittiv, l-użu f'approċċ minn isfel għal fuq biex jiġu identifikati sustanzi kimiċi mhux klassifikati) se tkun diskussa f'WNT fl-2013 6 || || Il-metodu tat-test tal-Għajnejn tat-Tiġieġ Iżolati (ICE) kif inkluż fl-OECD TG 438/EU TM B.48 || Aċċettat fl-2009, verżjoni aġġornata (l-użu f'approċċ minn isfel għal fuq biex jiġu identifikati sustanzi kimiċi mhux klassifikati) se tkun diskussa f'WNT fl-2013 7 || || Il-metodu tat-test tal-Mikrofiżjometru Ċitosensur (CM) || Abbozz ġdid tat-TG se jkun diskuss f'WNT fl-2013 8 || Karċinoġeniċità || Test tat-Trasformazzjoni taċ-Ċelloli (CTA) SHE || Abbozz ġdid tat-TG se jkun diskuss f'WNT fl-2013 9 || Ġenotossiċità || TGs eżistenti tal-OECD li qed jiġu riveduti || Abbozz tal-OECD TG 473 (test in vitro tal-anormalità fil-kromożomi) u l-OECD TG 487 (test in vitro tal-mikronukleu) se jkunu diskussi f'WNT fl-2013 10 || Disturbi endokrinali || Test tat-transattivazzjoni tar-reċettur tal-estroġenu (BG1Luc ER TA; protokolli agonisti u antagonisti) kif inkluż fl-OECD TG 457 || Aċċettat fl-2012 11 || || Linja Gwida tat-Test Ibbażata fuq il-Prestazzjoni għal Testijiet In Vitro tat-Transattivazzjoni Trasfettata b'mod Stabbli li Jindividwaw Agonisti tar-Riċettur tal-Estroġenu (OECD TG 455) || Aċċettat fl-2012 [1] Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1976
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom
x'jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi, ĠU L 262, 27.9.1976,
p. 169. [2] Ir-Regolament (KE) 1223/2009 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti
kożmetiċi, ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59. [3] Rapport dwar l-Iżvilupp, il-Validazzjoni u
l-Aċċettazzjoni Legali ta' Metodi Alternattivi għat-Testijiet
fuq l-Annimali fil-Qasam tal-Kożmetika (2009), 13.9.2011, COM(2011) 558
finali. [4] "Alternative (non-animal) methods for cosmetics
testing: current status and future prospects—2010", (Metodi alternattivi
mingħajr annimali għall-ittestjar tal-kożmetiċi:
il-qagħda bħalissa u l-prospetti futuri—2010) ara: http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/files/pdf/animal_testing/final_report_at_en.pdf [5] Zuang
et al., 2010, ara: http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/files/pdf/animal_testing/at_ecvam_2008-2009_en.pdf [6] Ara: http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/documents/animal-testing/index_en.htm [7] In-Noti tal-SCCS dwar Gwida għall-ittestjar ta'
sustnazi kosmetiċi u evalwazzjoni tas-sikurezza tagħhom, it-8 Reviżjoni,
SCCS/1501/12, ara: http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_s_006.pdf [8] Gwida dwar il-Valutazzjoni tas-Sikurezza
tan-Nanomaterjali fi Prodotti Kożmetiċi, SCCS/1484/12, ara: http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_s_005.pdf [9] Ara: http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/animal-testing/index_en.htm
[10] Id-Direttiva 93/35/KEE, ĠU L 151, 23.6.1993,
p. 32. [11] Ara: http://ec.europa.eu/enterprise/epaa/ [12] Bejn l-2003 u l-2009 kien hemm 13-il metodu ġdid,
meta mqabbla mas-6 metodi biss li kien hemm bejn l-1998 u l-2002. [13] Ara l-Karta tad-Diskussjoni riċenti tal-Kumitati
Xjentifiċi "Addressing the New Challenges for Risk Assessment"
(Nindirizzaw l-Isfidi l-Ġodda tal-Valutazzjoni tar-riskju) http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/emerging/docs/scenihr_o_037.pdf [14] L-Artikolu 22 tar-Regolament 1223/2009/KE. [15] Kif inhu definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament 1223/2009/KE. [16] L-Artikolu 5(1) tar-Regolament 1223/2009/KE. [17] L-Artikolu 25(1)(g) u l-Artikolu 25(5)
tar-Regolament 1223/2009/KE. [18] L-Artikolu 37 tar-Regolament 1223/2009/KE. [19] L-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/768/KEE. [20] Ara: http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/files/pdf/animal_testing/annual_report2009.pdf
u
http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/files/pdf/animal_testing/at_report_2008.pdf [21] Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar
ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta'
sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea
għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li
jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament
(KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE
tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE
tal-Kummissjoni, ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3. [22] Ara l-Artikolu 4a(1(b)) tad-Direttiva tal-Kosmetika u
l-Artikolu 18 il-paragrafu 1(b) tar-Regolament tal-Kosmetika. [23] L-Artikolu 7a(2) tad-Direttiva 76/768/KEE u
l-Artikolu 10(3) tar-Regolament 1223/2009/KE. [24] Ara http://www.seurat-1.eu [25] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u
l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020), COM(2011) 809 finali. [26] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Inizjattiva Ewlenija
Ewropa 2020, Unjoni tal-Innovazzjoni, COM(2010) 546 finali. [27] Id-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni
tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi, ĠU
L 276, 20.10.2010, p. 33. [28] Il-PARERE (Valutazzjoni Preliminari tar-Rilevanza
Regolatorja). [29] L-ESTAF (il-Forum tal-ECVAM tal-Partijiet Interessati). [30] http://ecvam-dbalm.jrc.ec.europa.eu/ [31] Ara l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kosmetiċi, 22.12.2009,
ĠU L 342, p. 59-209. [32] Ara http://tsar.jrc.ec.europa.eu/ [33] Ekwivalenti għall-Anness VIII tar-Regolament
tal-Kosmetika, it-tnejn jelenkaw metodi alternattivi validati li mhumiex
elenkati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008. [34] Cosmetics Europe hija l-Assoċjazzjoni
tal-Kummerċ li tirrappreżenta l-industrija Ewropea tal-kosmetika. [35] "L-Istatus tal-Validazzjoni" jirreferi
għall-passi differenti tal-proċess tal-validazzjoni. [36] "OECD TG" jirreferi għal-Linji Gwida
tal-OECD għat-Testijiet. [37] "UNION TM" jirreferi għal metodi
inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008. [38] Grupp ta' Ħidma tal-Koordinaturi Nazzjonali
tal-Programm tal-Linji Gwida tal-OECD għat-Testijiet.