This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0023
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the voluntary ecodesign scheme for imaging equipment
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-iskema volontarja tal-ekodisinn għat-tagħmir tal-immaġni
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-iskema volontarja tal-ekodisinn għat-tagħmir tal-immaġni
/* COM/2013/023 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-iskema volontarja tal-ekodisinn għat-tagħmir tal-immaġni /* COM/2013/023 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-iskema volontarja tal-ekodisinn
għat-tagħmir tal-immaġni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. Introduzzjoni u l-qafas
legali Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas
għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti
relatati mal-enerġija (Id-Direttiva tal-Ekodisinn)[1] tipprovdi qafas legali biex
jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal gruppi
magħżula ta' prodotti prijoritarji. Skont l-Artikolu 15(2)(a) sa (c)
tad-Direttiva tal-Ekodisinn, grupp ta' prodotti prijoritarji għandu jkun
kopert minn miżura implimentattiva obbligatorja (jiġifieri Regolament
tal-Kummissjoni) jew minn miżura ta' awtoregolamentazzjoni (eż. ftehim
volontarju konkluż mill-industrija), sakemm jissodisfa tliet
kundizzjonijiet: li (i) jirrappreżenta volumi sinifikanti ta' bejgħ,
(ii) jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent u (iii) jkollu potenzjal
sinifikanti għal progress. Barra minn hekk, il-premessa 18
tad-Direttiva tal-Ekodisinn tistipula li l-gruppi ta' prodotti prijoritarji
għandhom ikunu soġġetti għal modi alternattivi ta' azzjoni
bħall-awtoregolamentazzjoni min-naħa tal-industrija jew ftehimiet
volontarji, aktar milli miżuri implimentattivi obbligatorji, fil-każ
li azzjonijiet bħal dawn x'aktarx jilħqu l-għanijiet
politiċi b'mod aktar mgħaġġel jew b'inqas spejjeż minn
dawk ir-rekwiżiti obbligatorji. Ftehimiet volontarji jew miżuri oħra
ta' awtoregolazzjoni jistgħu jitqiesu bħala alternattivi
għall-miżuri implimentattivi fil-kuntest tad-Direttiva tal-Ekodisinn,
diment li dawn ikunu konformi mal-kriterji stipulati fl-Anness VIII
tad-Direttiva tal-Ekodisinn. 2. Skema volontarja kif proposta
mill-industrija għat-tagħmir tal-immaġni L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva
tal-Ekodisinn jistipula li l-Kummissjoni għandha ddaħħal
miżuri implimentattivi għall-gruppi ta' prodotti tat-tagħmir
tal-uffiċċju u tal-apparat elettroniku għall-konsumatur li
joffru potenzjal għoli għat-tnaqqis kosteffikaċi fl-emissjonijiet
tal-gassijiet serra. Il-Kummissjoni kkummissjonat studji
preparatorji għall-gruppi ta' prodotti tat-tagħmir
tal-uffiċċju u tal-apparat elettroniku għall-konsumatur,
inkluż it-tagħmir tal-immaġni. L-istudju preparatorju dwar it-tagħmir
tal-immaġni[2]
kkonferma li dan il-grupp ta' prodott jilħaq il-kriterji elenkati
fl-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Ekodisinn. B'mod partikolari, dan
jirrappreżenta volumi sinifikanti ta' bejgħ, għandu impatt
sinifikanti fuq l-ambjent u għandu potenzjal sinifikanti għal progress.
Minħabba f'hekk, it-tagħmir tal-immaġni għandu jkun kopert
minn miżura ta' implimentazzjoni jew minn miżura ta'
awtoregolamentazzjoni. Il-kumpaniji attivi fis-suq tat-tagħmir
tal-immaġni pproponew skema volontarja għall-grupp ta' prodotti
tat-tagħmir tal-immaġni fl-UE u, għal dan il-għan, waslu
għal ftehim volontarju li jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi
tal-ekodisinn għat-tagħmir tal-immaġni li tqiegħed fis-suq
tal-UE. L-iskema volontarja ġiet miftiehma
fis-16 ta' Frar 2011. Huwa stmat li l-impenji li ħadu
l-firmatarji tal-ftehim volontarju se jiffrankaw 15 TWh fl-2020 li
jikkorrispondu għal 4.1 Mt emissjonijiet tas-CO2, u
130 TWh bejn l-2011 u l-2020 li jikkorrispondu għal 36 Mt
emissjonijiet tas-CO2. L-iskema volontarja li pproponiet l-industrija
kienet soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt sħiħa
mill-Kummissjoni[3]
u għal konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati waqt li kien
għaddej il-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn[4] stabbilit bl-Artikolu 18
tad-Direttiva tal-Ekodisinn. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li
l-iskema volontarja proposta għandha tikseb l-għanijiet politiċi
aktar malajr u bi spiża aktar baxxa milli bir-rekwiżiti obbligatorji.
Il-valutazzjoni kkonkludiet ukoll li, kif meħtieġ bl-Anness VIII
tad-Direttiva tal-Ekodisinn, l-iskema proposta hija konformi
mad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat (b'mod partikolari s-suq intern u
r-regoli tal-kompetizzjoni), kif ukoll ma' impenji internazzjonali tal-UE
(inklużi regoli tal-kummerċ multilaterali, l-għanijiet tad-Direttiva
tal-Ekodisinn, u l-kriterji speċifiċi tal-valutazzjoni,
jiġifieri (i) il-ftuħ għall-parteċipazzjoni, (ii) il-valur
miżjud, (iii) ir-rappreżentattività, (iv) l-għanijiet
kwantifikati u mqassma fi stadji, (v) l-involviment tas-soċjetà
ċivili, (vi) il-monitoraġġ u r-rappurtar, (vii)
il-kosteffikaċja fl-amministrazzjoni ta' inizjattiva awtoregolatorja,
(viii) is-sostenibbiltà, u (ix) il-kompatibbiltà tal-inċentivi. 3. Elementi tal-ftehim
volontarju Il-ftehim
volontarju konkluż mill-industrija jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi
tal-ekodisinn għat-tagħmir tal-immaġni li tqiegħed fis-suq
tal-UE. Il-prodotti koperti bil-ftehim huma soġġetti wkoll
għall-programm tal-ittikkettjar volontarju tal-użu effiċjenti
tal-enerġija ENERGY STAR, li jistabbilixxi r-rekwiżiti
għall-ittikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għal
tagħmir differenti tal-uffiċju, inkluż it-tagħmir
tal-immaġni. Kif inhu meħtieġ bid-Direttiva tal-Ekodisinn,
il-firmatarji ta' din l-iskema volontarja jirrappreżentaw
maġġoranza kbira tas-settur ekonomiku rilevanti. Permezz tal-ftehim,
kull firmatarju impenja ruħu li tal-anqas 90% tal-mudelli kollha
tat-tagħmir tal-immaġni li jqiegħed fis-suq ikunu konformi
mar-rekwiżiti minimi tal-effiċjenza fir-rigward tat-TEC (il-konsum
tipiku tal-enerġija) u l-OM (mod operattiv). Barra minn hekk, il-prodotti
kollha tal-istampar għandhom joffru l-kapaċità ta' "stampar
N-up"[5]
bħala karatteristika standard u għandhom ikunu konformi
mar-rekwiżiti tal-cartridges (eż. id-disinn ma għandux ixxekkel
ir-riċiklaġġ jew l-użu mill-ġdid tal-cartridges ta'
prodotti oħrajn). Il-prodotti ġodda kollha għandhom ikunu
konformi wkoll mar-rekwiżiti tar-riċiklaġġ (eż.
il-plastiks jiżżarmaw u jiġu identifikati faċilment).
Fl-aħħar nett, il-firmatarji impenjaw ruħhom li jkunu konformi
mar-rekwiżiti speċifiċi tal-informazzjoni (eż.
informazzjoni dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u
l-enerġija). Apparti li
stabbilixxa r-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-ftehim iwaqqaf żewġ
korpi amministrattivi: ·
il-Kumitat tat-Tmexxija, li jkun fih
rappreżentanti tal-firmatarji tal-ftehim u rappreżentanti
tal-Kummissjoni Ewropea, li jamministra l-ftehim[6],
u ·
l-Ispettur Indipendenti, li jivvaluta l-konformità
tal-firmatarji individwali mal-impenji stipulati fil-ftehim u lill-Kummissjoni
jagħtiha r-rapporti tal-konformità[7]. Il-ftehim jiddefinixxi wkoll l-obbligi
tar-rappurtar, billi jispeċifika li kull firmatarju għandu
jagħti l-informazzjoni meħtieġa lill-Ispettur Indipendenti,
inkella dan ikun qed jirriskja li jitlef l-istatus tiegħu ta' firmatarju. Barra minn hekk, il-ftehim jipprovdi għal
proċedura li biha l-Kumitat tat-Tmexxija jkun jista' jbiddel
id-dispożizzjonijiet tal-ftehim, b'mod partikolari biex jaġġusta
kemm ikunu stretti r-rekwiżiti skont is-sitwazzjoni fis-suq. Permezz ta'
din il-proċedura, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-ftehim volontarju se
jiġu riveduti tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta' verżjoni
ġdida tar-rekwiżiti tal-programm ENERGY STAR għat-tagħmir
tal-immaġni. Fil-każ tat-tagħmir tal-immaġni, huma
importanti li jintuża approċċ flessibbli fir-rigward
tad-definizzjoni tal-parametri rilevanti u fir-rigward tal-istabbiliment
tar-rekwiżiti applikabbli, peress li l-funzjonijiet ta' dan
it-tagħmir jevolvu malajr. Sabiex il-partijiet interessati kollha, b'mod
partikolari l-firmatarji potenzjali, ikollhom fil-ħin l-informazzjoni
korretta u aġġornata dwar ir-rekwiżiti li japplikaw
għat-tagħmir tal-immaġni, l-aktar verżjoni reċenti
tal-ftehim volontarju se tkun ippubblikata dejjem mal-valutazzjoni tal-impatt u
ma' dan ir-Rapport fuq is-sit elettroniku Europa tal-Kummissjoni fil-paġna
li hija ddedikata għall-politika tal-ekodisinn[8] u fuq is-sit iddedikat
għal din l-iskema[9]. 4. Aċċettazzjoni
tal-iskema volontarja Billi l-iskema volontarja li tipproponi
l-industrija għat-tagħmir tal-immaġni se tilħaq
l-għanijiet politiċi aktar malajr u bi spiża aktar baxxa milli
bir-rekwiżiti obbligatorji, u billi din hija konformi mal-kriterji kollha
speċifikati fl-Anness VIII tad-Direttiva tal-Ekodisinn,
il-Kummmissjoni tirrikonoxxi li t-tagħmir tal-immaġni li
tqiegħed fis-suq tal-UE huwa soġġett għall-iskema
volontarja tal-ekodisinn li stabbilixxiet l-industrija għat-tagħmir
tal-immaġni. Il-kundizzjonijiet għall-iskema huma stipulati
fil-ftehim volontarju konkluż mill-industrija. Il-Kummissjoni tqis din l-iskema volontarja
bħala alternattiva valida għal miżura ta' implimentazzjoni
tal-ekodisinn. Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni se tastjeni milli
tistabbilixxi r-rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn
għat-tagħmir tal-immaġni li tqiegħed fis-suq tal-UE diment
li l-ftehim volontarju u kull verżjoni sussegwenti konkluża skont
l-iskema volontarja proposta se jilħqu, fl-opinjoni tal-Kummissjoni,
l-għanijiet tagħhom u l-prinċipji ġenerali definiti
fid-Direttiva tal-Ekodisinn. B'mod partikolari, matul il-perjodu kollu
tal-applikazzjoni tagħha, l-iskema volontarja trid tibqa' tkun konformi
mal-prinċipji ġenerali ddefiniti fid-Direttiva tal-Ekodisinn, li
jinkludu: kontribuzzjoni għall-għanijiet politiċi tad-Direttiva
tal-Ekodisinn; ftuħ biex jieħdu sehem il-kumpaniji attivi kollha
fis-suq tat-tagħmir tal-immaġni; kopertura tal-biċċa
l-kbira tas-settur ekonomiku rilevanti[10];
ċarezza u nuqqas ta' ambigwità fit-termini u l-kundizzjonijiet
tagħha; trasparenza; sistema ta' monitoraġġ imfassla sew; u ebda
piż amministrattiv sproporzjonat. Barra minn hekk, kull rekwiżit
speċifiku tal-ekodisinn għat-tagħmir tal-immaġni li
tqiegħed fis-suq tal-UE u li hu ddefinit fil-ftehim volontarju u f'kull
verżjoni sussegwenti konkluża skont l-iskema volontarja għandhom
jagħtu valur miżjud mil-lat tal-prestazzjoni ambjentali ġenerali
mtejba tal-prodotti koperti. Barra minn hekk, kif inhu mitlub
mill-Kummissjoni u mill-partijiet interessati[11],
il-firmatarji tal-iskema volontarja huma meħtieġa li: ·
jivvalutaw kontinwament il-progress li sar
fl-applikazzjoni tal-iskema, ·
jikkoperaw mas-servizzi tal-Kummissjoni, mal-Istati
Membri u mal-partijiet interessati ħalli jtejbu kontinwament
il-prestazzjoni ambjentali tat-tagħmir tal-immaġni, b'mod partikolari
billi jnaqqsu kontinwament il-miri tal-konsum tal-enerġija ddefiniti
fil-ftehim volontarju, u ħalli jkunu jinkludu aspetti ambjentali rilevanti
oħrajn fejn xieraq, ·
jikkoperaw mas-servizzi tal-Kummissjoni, mal-Istati
Membri u mal-partijiet interessati ħalli jittejjeb il-mekkaniżmu
tar-rappurtar u r-regoli dwar il-monitoraġġ u l-awditjar, ·
jagħtu, sal-iskadenzi stipulati fil-ftehim
volontarju, id-dejta rilevanti ħalli l-Kummissjoni u l-partijiet
interessati jkunu jistgħu jissorveljaw il-kisba tal-għanijiet
tal-ftehim, billi kull firmatarju jimpenja ruħu li jagħti
informazzjoni dwar kull mudell tat-tagħmir tal-immaġni li
qiegħed fis-suq tal-UE u informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija u
karatteristiċi ambjentali oħrajn li jindirizza l-ftehim volontarju
(eż. rekwiżiti għal riċiklaġġ faċli u
tal-informazzjoni) għal kull mudell tat-tagħmir tal-immaġni
soġġett għall-ftehim volontarju, u ·
jagħmlu sforzi sabiex jiżguraw
l-involviment attiv tal-firmatarji potenzjali fl-iskema. 5. Monitoraġġ
tal-iskema volontarja Kif meħtieġ skont il-punt 6
tal-Anness VIII tad-Direttiva tal-Ekodisinn, il-Kummissjoni, bl-għajnuna
tal-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn u tal-Kumitat imsemmi
fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva tal-Ekodisinn, se tissorvelja
l-applikazzjoni tal-iskema volontarja, b'mod partikolari l-konformità
tagħha mal-prinċipji ġenerali, kif ukoll l-adegwatezza
tar-rekwiżiti tal-ekodisinn speċifikati fil-ftehim volontarju u kull
verżjoni sussegwenti. Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni
speċjali lill-obbligi tar-rappurtar u lir-regoli dwar
il-monitoraġġ stipulati fid-Direttiva tal-Ekodisinn, fil-linji gwida
eżistenti tal-Kummissjoni u fil-ftehim innifsu. B'mod partikolari,
il-Kummissjoni se tivverifika jekk id-dispożizzjonijiet tal-ftehim u
l-applikazzjoni tagħhom mill-firmatarji jippermettux lill-Kummissjoni u
lill-partijiet interessati (inklużi l-awtoritajiet nazzjonali)
jissorveljaw b'mod effettiv l-effikaċja tal-ftehim u kemm jilħaq sew
l-għanijiet tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li
l-għanijiet u l-prinċipji ġenerali tad-Direttiva tal-Ekodisinn,
kif riflessi fl-iskema volontarja, mhumiex se jintlaħqu u/jew li
l-firmatarji tal-iskema volontarja mhumiex se jnaqqsu kontinwament matul
iż-żmien il-miri tal-konsum tal-enerġija, mhumiex se jtejbu
r-rekwiżiti dwar aspetti li mhumiex relatati mal-enerġija u li huma
speċifikati fil-ftehim volontarju, jew mhumiex se jinkludu, fejn xieraq,
aspetti ambjentali rilevanti ġodda fil-verżjonijiet sussegwenti,
il-Kummissjoni se tadotta r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tagħmir
tal-immaġni pemezz ta' miżura ta' implimentazzjoni obbligatorja. 6. Konklużjonijiet L-iskema volontarja tal-ekodisinn proposta
mill-industrija għat-tagħmir tal-immaġni hija konformi
mad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat, mal-impenji internazzjonali
tal-UE u mal-kriterji speċifiċi tal-valutazzjoni, u għaldaqstant
titqies valida skont id-Direttiva tal-Ekodisinn. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni żvelat li
din l-iskema volontarja tal-ekodisinn se tilħaq l-għanijiet
politiċi aktar malajr u bi spiża aktar baxxa milli bir-rekwiżiti
obbligatorji. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li t-tagħmir
tal-immaġni li tqiegħed fis-suq tal-UE għandu jkun
soġġett għall-iskema volontarja tal-ekodisinn.
Il-kundizzjonijiet għall-iskema huma stipulati fil-ftehim volontarju
konkluż mill-industrija. Il-Kummissjoni tqis din l-iskema volontarja
bħal alternattiva valida għal miżura ta' implimentazzjoni
tal-ekodisinn, u għalhekk għalissa, se tastjeni milli tistabbilixxi
rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn għat-tagħmir
tal-immaġni li tqiegħed fis-suq tal-UE. Il-Kummissjoni se tissorvelja kontinwament
l-applikazzjoni tal-iskema volontarja. Jekk jinstab li l-għanijiet u
l-prinċipji ġenerali tad-Direttiva tal-Ekodisinn mhumiex qed
jintlaħqu, il-Kummissjoni se tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn
għat-tagħmir tal-immaġni f'miżura ta' implimentazzjoni
obbligatorja. [1] ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10. [2] Studju preparatorju tal-EuP "Lot 4 — Imaging
equipment, copiers, faxes, printers, scanners, MFD", li sar minn konsorzju
ta' sitt kumpaniji: Fraunhofer IZM, Öko-Institut, Bio Intelligence Service,
Deutsche Umwelthilfe, PE Europe, u CODDE. Ir-rapporti finali ġew
ippubblikati f'Diċembru 2007 u f'Mejju 2008. Id-dokumentazzjoni
tista' tinstab fil-websajt tal-istudju: http://www.ecoimaging.org/. [3] Il-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt ta opinjoni
favorevoli dwar il-valutazzjoni tal-impatt
fl-21 ta' Settembru 2012. [4] L-iskema volontarja għat-tagħmir
tal-immaġni ġie diskuss darbtejn mill-Forum Konsultattiv dwar
l-Ekodisinn, jiġifieri meta tlaqqa' fit-12 ta' Ottubru 2009
u fid-9 ta' Ottubru 2012. [5] Il-kapaċità li jiġu stampati bosta paġni
minn dokument fuq folja waħda, meta l-prodott imexxih softwer
oriġinali mogħti mill-manifattur. [6] Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE,
tal-pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE u tal-NGOs għandhom status ta'
osservaturi. [7] Ir-rapporti tal-konformità jkunu disponibbli
għall-partijiet interessati u jiġu diskussi magħhom. [8] http://ec.europa.eu/energy/efficiency/labelling/agreements_en.htm. [9] www.eurovaprint.eu
[10] Tal-anqas 70% tal-prodotti li tqiegħdu fis-suq. [11] Il-laqgħa tal-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn
tad-9 ta' Ottubru 2012.