Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0586

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13284/1/2013 – C7-0408/2013 – 2011/0153(COD))

    ĠU C 468, 15.12.2016, p. 340–341 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 468/340


    P7_TA(2013)0586

    Emenda ta' ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri ***II

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13284/1/2013 – C7-0408/2013 – 2011/0153(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

    (2016/C 468/80)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13284/1/2013 – C7-0408/2013),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0349,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0419/2013),

    1.

    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

    2.

    Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

    3.

    Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma’ din ir-riżoluzzjoni;

    4.

    Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    6.

    Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mad-dikjarazzjonijiet kollha mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni;

    7.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  Testi Adottati 22.11.2012, P7_TA(2012)0447.


    ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

    Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 u r-Regolament (KE) Nru 517/94

    Huwa nnotat li l-proċeduri previsti fl-Artikolu 2(6), Artikolu 6(2), Artikoli 8 u 10, Artikolu 13(3), Artikolu 15(3), (4) u (5) u Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, Artikolu 4(3) tal-Anness IV għar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, u Artikolu 2, Artikolu 3(1) u (3) tal-Anness VII, u Artikolu 3(3), Artikolu 5(2), Artikolu 12(3) u Artikoli 13 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 517/94, jinbidlu fi proċeduri għall-adozzjoni tal-atti ddelegati. Huwa nnotat li xi wħud minn dawn l-Artikoli jirreferu għal proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja fil-qasam tad-difiża kummerċjali.

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li l-miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu ttrattati bħala miżuri ta' implimentazzjoni. Eċċezzjonalment, fir-Regolamenti speċifiċi eżistenti msemmija hawn fuq, il-miżuri jieħdu l-forma ta' atti ddelegati, peress li l-introduzzjoni ta' miżura ta' salvagwardja tieħu l-forma ta' emenda għall-annessi għar-Regolamenti Bażiċi rilevanti. Dan huwa minħabba l-istruttura partikolari li hi speċifika għar-Regolamenti eżistenti msemmija hawn fuq u, bħala konsegwenza, mhux se jintużaw bħala preċedent għall-abbozzar ta' strumenti futuri ta' difiża kummerċjali u miżuri oħrajn ta' salvagwardja.

    Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kodifikazzjoni

    L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti tas-setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri se twassal għal għadd sostanzjali ta' emendi tal-atti inkwistjoni. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni se tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba dawk iż-żewġ Regolamenti jiġu adottati, u mill-inqas qabel l-1 ta' Ġunju 2014.

    Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar atti ddelegati

    Fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri+ u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti tas-setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri, il-Kummissjoni tfakkar l-impenn li għamlet fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi lill-Parlament kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija tal-atti ddelegati.


    Top