EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0507

P7_TA(2013)0507 Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (COM(2011)0874 – C7-0498/2011 – 2011/0428(COD)) P7_TC1-COD(2011)0428 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007

ĠU C 436, 24.11.2016, p. 392–393 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/392


P7_TA(2013)0507

Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (COM(2011)0874 – C7-0498/2011 – 2011/0428(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/61)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0874),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0498/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill,, permezz tal-ittra tas-17 ta' Lulju 2013 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0294/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 111.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 61.


P7_TC1-COD(2011)0428

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1293/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

STQARRIJIET TAL-KUMMISSJONI

Ammont massimu li jista' jirċevi Proġett Integrat wieħed

Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-fatt li tiżgura distribuzzjoni proporzjonata tal-fondi fost il-proġetti integrati sabiex jiġu ffinanzjati kemm jista' jkun proġetti integrati u tiġi garantita distribuzzjoni bilanċjata ta’ proġetti integrati fost l-Istati Membri kollha. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tipproponi, meta jiġi diskuss l-abbozz tal-programm ta’ ħidma mal-membri tal-Kumitat LIFE, l-ammont massimu li proġett integrat wieħed ikun jista' jirċievi. Din il-proposta se tkun ippreżentata bħala parti mill-metodoloġija għall-għażla tal-proġetti li għandha tiġi adottata bħala parti mill-programm ta’ ħidma multiannwali.

L-istatus tal-finanzjament tal-Bijodiversità fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej

Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej, kif jidher mill-proposta għal Deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li tinkludi dawn is-setturi fl-oqsma tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u tispjega l-azzjonijiet differenti li jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward.

L-azzjoni ta’ tħejjija BEST kienet inizjattiva ta’ suċċess li tħaddnet mill-pajjiżi u t-territorji ultraperiferiċi u tat riżultati tanġibbli għall-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema. Billi l-BEST qed tasal fi tmiemha, il-Kummissjoni qed tikkunsidra b’mod favorevoli li tagħtiha segwitu skont wieħed mill-istrumenti l-ġodda, jiġifieri programm dwar il-Beni u l-Isfidi Pubbliċi Globali taħt l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp.

Din il-possibbiltà speċifika għall-finanzjament tal-bijodiversità fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej se tkun ikkomplementata mill-opportunitajiet offruti taħt l-Artikolu 6 tal-Programm LIFE għall-perjodu 2014-2020.


Top