Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0254

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (14654/2/2012 – C7-0165/2013 – 2008/0244(COD))

    ĠU C 65, 19.2.2016, p. 208–209 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/208


    P7_TA(2013)0254

    L-istabbiliment ta' standards għall-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) ***II

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (14654/2/2012 – C7-0165/2013 – 2008/0244(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

    (2016/C 065/39)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14654/2/2012 – C7-0165/2013),

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2009 (1) u tas-26 ta’ Ottubru 2011 (2),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-7 ta' Ottubru 2009 (3),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (4) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0815),

    wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2011)0320),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0214/2013),

    1.

    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

    2.

    Jinnota li l-att huwa adottat skont il-pożizzjoni tal-Kunsill;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 110.

    (2)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 80.

    (3)  ĠU C 79, 27.3.2010, p. 58.

    (4)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 348.


    Top