Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0210

    P7_TA(2013)0210 Ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta' protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili (COM(2011)0276 – C7-0128/2011 – 2011/0130(COD)) P7_TC1-COD(2011)0130 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

    ĠU C 55, 12.2.2016, p. 143–144 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/143


    P7_TA(2013)0210

    Ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta' protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili (COM(2011)0276 – C7-0128/2011 – 2011/0130(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2016/C 055/34)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0276),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0128/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Frar 2012 (1),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Marzu 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0126/2013),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 113, 18.4.2012, p. 56.


    P7_TC1-COD(2011)0130

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 606/2013.)


    Top