Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0117

    P7_TA(2013)0117 Miżuri tekniċi u ta' kontroll fi Skagerrak ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll fi Skagerrak u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 u r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 (COM(2012)0471 – C7-0234/2012 – 2012/0232(COD)) P7_TC1-COD(2012)0232 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll fi Skagerrak u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1342/2008

    ĠU C 45, 5.2.2016, p. 154–168 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/154


    P7_TA(2013)0117

    Miżuri tekniċi u ta' kontroll fi Skagerrak ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll fi Skagerrak u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 u r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 (COM(2012)0471 – C7-0234/2012 – 2012/0232(COD))

    (Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2016/C 045/31)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0471),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0234/2012),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Novembru 2012 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0051/2013),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 87.


    P7_TC1-COD(2012)0232

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll fi Skagerrak u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1342/2008

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1)

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (-1)

    Peress li l-Iskagerrak tirrappreżenta l-uniku baħar komuni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi li mhuwiex regolat bi ftehim tas-sajd, fejn japplikaw il-kwoti u fejn pajjiżi terzi stabilixxew obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha, huwa raġonevoli li jkun previst sett speċifiku ta' regoli fir-rigward tal-kontroll u l-miżuri tekniċi għall-Iskagerrak li huwa differenti mir-regoli ġenerali applikabbli fl-Unjoni. [Em. 1]

    (1)

    B'riżultat tal-Konsultazzjonijiet dwar is-Sajd għall-2012 li saru fit-2 ta' Diċembru 2011 bejn l-Unjoni u n-Norveġja ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll applikabbli għal Skagerrak għandhom jiġu emendati bil-ħsieb li jittejbu x-xejriet tal-isfruttar u fejn possibbli biex jiġu allinjati r-regolamenti tal-Unjoni u dawk Norveġiżi.

    (2)

    Waqt il-Konsultazzjonijiet dwar is-Sajd bejn l-Unjoni u n-Norveġja tat-28 ta' Ġunju 2012, ġew speċifikati miżuri tekniċi u ta' kontroll komuni li għandhom jiġu applikati fi Skagerrak, lista ta’ speċijiet li għandhom ikunu koperti minn obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha u l-iskeda li biha dawn l-ispeċijiet għandhom ikunu progressivament inklużi fl-obbligu dwar il-ħatt l-art. B’konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u mal-Grupp ta’ Ħidma, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tneħħi speċijiet mil-lista. Ma għandux ikun possibbli li speċijiet ġodda jiżdiedu qabel ma ssir l-ewwel valutazzjoni tal-miżuri wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. [Em. 2]

    (2a)

    Is-settur tas-sajd ikollu jerfa' piż kbir iżżejjed jekk isiru tibdiliet fir-regoli attwali matul sena tal-kwota eżistenti. Tali tibdiliet għandhom għalhekk jiġu applikati mill-bidu tas-sena tal-kwota sħiħa li jmiss. Ir-regoli introdotti b’dan ir Regolament għandhom għaldaqstant japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014. [Em. 3]

    (3)

    Huma meħtieġa tibdiliet għall-miżuri tekniċi stabbliti fi Skagerrak sabiex jitnaqqas il-livell tal-qabdiet mhux mixtieqa u r-rimi tal-ħut peress li dawn jaffettwaw ħażin l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.

    (4)

    Jinħtieġ li jiġi stabblilit obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal-istokkijiet soġġetti għal-limiti tal-qbid, għajr għal speċijiet jew sajd fejn hemm evidenza xjentifika ta’ rati għoljin ta’ sopravvivenza ta' ħut skartat jew fejn il-piż għas-sajjieda biex ineħħu l-ispeċijiet mhux mixtieqa mill-qabda għal trattament separat huwa għoli f'livell mhux raġonevoli.

    (5)

    Is-sistema tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha tesiġi tibdliet sostanzjali għas-sajd attwali u l-ġestjoni tas-sajd ikkonċernat. Għalhekk, l-obbligu ta' ħatt l-art għandu jiġi introdott progressivament.

    (6)

    Għall-protezzjoni ta' ħut li għadu qed jikber, il-funzjonament tas-suq tas-sajd u biex jiġi żgurat li ma jkun jista’ jinkiseb l-ebda qligħ inġust minn qbid ta’ ħut taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni, l-immaniġġar ta’ tali qabdiet għandu jkun limitat għal ħut mitħun, ikel għall-annimali domestiċi jew prodotti oħra mhux maħsuba għall-konsum mill-bnedmin, jew għal finijiet ta’ karità.

    (7)

    Sabiex jiġi eliminat progressivament il-ħut skartat, is-selettività tal-irkapti tas-sajd għandha titjieb billi jiġu introdotti modifiki fl-irkaptu, inkluż billi jiżdied ir-rekwiżit ġenerali tad-daqs minimu tal-malji għas-sajd għall-ħut demersali iżda b'derogi li jippermettu l-użu ta’ rkapti, inklużi apparati ta' selezzjoni li jkollhom l-istess selettività f'dawn l-attivitajiet tas-sajd. [Em. 4]

    (8)

    Għall-aħjar effett possibbli u monitoraġġ u kontroll xierqa tal-miżuri tekniċi ġodda li għandhom jiġu stabbiliti, jeħtieġ li jiġi ristrett l-użu ta’ rkapti tas-sajd fi Skagerrak.

    (9)

    Sabiex jiġi indirizzat il-kunflitt tal-leġiżlazzjoni applikabbli fi Skagerrak u ż-żoni tal-viċinat tagħha u biex jiġi żgurat li jitħarsu r-regoli li jistabbilixxu l-miżuri tekniċi fi Skagerrak, jinħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti ċerti miżuri li jirregolaw kwistjonijiet meta, fuq vjaġġ tas-sajd partikolari, bastimenti tas-sajd jikkombinaw l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fi Skagerrak ma' sajd f'żoni fejn mhumiex applikati l-miżuri tekniċi ġodda adottati għal Skagerrak.

    (10)

    Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ kontroll barra dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (3)

    (11)

    Filwaqt li jirrikonoxxu li Skagerrak hija żona tas-sajd pjuttost żgħira fejn, fil-biċċa l-kbira, bastimenti iżgħar iwettqu vjaġġi qosra tas-sajd, l-użu ta' notifika minn qabel kif mitlub mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandu jiġi estiż biex ikopri l-bastimenti kollha b’tul kumplessiv ta’ 10 m jew aktar u n-notifiki minn qabel għandhom jitressqu sagħtejn bil-quddiem biex jadattaw għas-sajd.

    (12)

    Għall-monitoraġġ xieraq tal-attivitajiet tas-sajd b'attenzjoni speċjali lejn li jiġi vverifikat li fuq il-baħar jitħares l-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha ta’ stokkijiet soġġetti għal-limitazzjonijiet ta' qbid, jinħtieġ li titħaddem li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' Monitoraġġ Elettroniku mill-Bogħod ('Remote Electronic Monitoring’ – REM). għall-bastimenti operati fi Skagerrak. [Art. 11] Is-sistema REM għandha tkun ibbażata fuq kontroll awtomatizzat; id-dejta għandha tiġi ttrattata f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta u ssir disponibbli għal raġunijiet ta' riċerka. L-effiċjenza tal-miżuri ta' kontroll se tiġi vvalutata wkoll f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati relevanti u mal-Kummissjoni, il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Monitoraġġ, il-Kontroll u s-Sorveljanza, kif imsemmi fil-Minuti Maqbula tal-konklużjonijiet tal-kosultazzjonijiet tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja tat-3 ta' Diċembru 2010 (“il-Minuti Maqbula”), sentejn wara li dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ. Abbażi tal-informazzjoni li tinġabar, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-vijabbiltà ta' sistema ta' kontroll mifruxa li tarmonizza r-reġimi individwali. [Em. 5]

    (13)

    Biex jiġi żgurat li jitħarsu l-miżuri tekniċi ġodda, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddefinixxu miżuri ta' kontroll u spezzjoni għal Skagerrak u jinkorporaw dawk il-miżuri fil-programmi nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll rispettivi tagħhom.

    (14)

    Jinħtieġ li jiġu pprovduti regoli għal bastimenti li jgħaddu fi tranżitu minn Skagerrak sabiex jiġi żgurat li l-miżuri tekniċi ġodda huma rispettati.

    (15)

    Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-valutazzjoni perjodika mill-Kummissjoni tal-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri tekniċi. Huwa xieraq li tali valutazzjoni hija bbażata fuq rapporti tal-Istati Membri kkonċernati.

    (16)

    Sabiex jiġi ffaċilitat sajd aktar selettiv fil-kuntest ta' obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha, huwa xieraq li jiġu eżentati bastimenti li joperaw fi Skagerrak mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (4)

    (17)

    Jinħtieġ li jiġi pprovdut livell ta’ flessibilità għas-sajjieda biex jadattaw għar-reġim il-ġdid fi Skagerrak. Għaldaqstant, il-flessibbiltà permessa fl-użu tal-kwota minn sena għall-oħra stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (5) ma għandhiex titqies bħala sajd żejjed.

    (18)

    Sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u xjentifiku f’waqtu u b’mod proporzjonat u biex tkun żgurata l-flessibilità u tkun permessa l-evoluzzjoni ta' ċerti miżuri, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness I fir-rigward tal-iskeda ta' żmien u l-istokkijiet soġġetti għall-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha u fir-rigward ta' definizzjoni ulterjuri tal-eċċezzjoni li tippermetti r-rilaxx tal-ħut ta' stokk f'xi każijiet meta jkun ta' benefiċċju għall-irkupru sostenibbli tal-istokk, kif ukoll fir-rigward tal-emendar tal-Anness II li jikkonċerna id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 6]

    (19)

    Il-Kummissjoni, meta qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 6]

    (20)

    Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi u reazzjoni f'waqtha għar-realtà tas-sajd u l-informazzjoni xjentifika disponibbli, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi fuq il-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' natura teknika, id-determinazzjoni ta' livelli ta' selettività tal-irkapti u r-rekwiżiti minimi għall-REM. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (6).

    (21)

    Minħabba l-projbizzjoni taż-żamma abbord ta' ċerti speċijiet f'ċerti żminijiet fi Skagerrak u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jinħtieġu ċerti emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (7) u r-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

    (22)

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1342/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri tekniċi u ta’ kontroll ġodda fi Skagerrak.ġodda f'dawk iż-żoni tal-Iskagerrak li jaqgħu fi ħdan il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.[Em. 7]

    2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti kollha tas-sajd li joperaw fi Skagerrak . f'dawk iż-żoni tal-Iskagerrak li jaqgħu fi ħdan il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru. [Em. 8]

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 850/98 fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2371/2002 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (8), għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [Em. 9]

    (a)

    Nases u kavetti tfisser nases żgħar iddisinjati biex jaqbdu krustaċej jew ħut, fil-forma ta’ gaġeġ jew qfief b'diversi materjali li jitqiegħdu fuq qiegħ il-baħar jew waħedhom jew f'ringieli; konnessi bi ħbula (ħbula tal-gavitelli) sa gavitelli fuq il-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li għandhom fetħa waħda jew punt ta' dħul wieħed jew aktar.

    (b)

    Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tfisser id-daqs għal speċi partikolari ,fuq il-bażi tad-daqs tagħha meta tilħaq il-maturità, li taħtu l-bejgħ tal-qabdiet ikun ristett għal dak bħala ħut mitħun, ikel għall-annimali domestiċi jew prodotti oħra mhux maħsuba għall-konsum mill-bnedmin biss.[Em. 10]

    (c)

    Daqs tal-malji ta' kwalunkwe xibka tat-tkarkir, tartarun Daniż jew xibka rmunkata simili tfisser id-daqs il-fetħa mġebbda tal-malji ta' kwalunkwe manka jew biċċa tal-estensjoni li jinstabu abbord bastiment tas-sajd.[Am. 11]

    (d)

    Manka tfisser manka sensu stricto.

    (e)

    Biċċa tal-estensjoni tfisser il-parti tawwalija kif iddefinita fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 tas-6 ta' Diċembru 1984 dwar it-twaħħil ta' mekkaniżmu ma' gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili (9).

    (f)

    Xibka tat-tkarkir għall-ħut demersali tfisser irkaptu li huwa rmunkat b'mod attiv minn bastiment tas-sajd wieħed jew aktar ma' qiegħ il-baħar u li jikkonsisti f'xibka li jkollha struttura f'forma ta' kon jew ta' piramida (bħala struttura tax-xibka tat-tkarkir) magħluqa b’manka fuq wara li tinfetaħ orizzontalment minn diriġenti f'kuntatt mal-qiegħ jew fil-każ ta' żewġ bastimenti permezz tad-distanza bejn il-bastimenti.

    (g)

    Tartarun Daniż tfisser irkaptu ċirkondanti u rmunkat, imħaddem minn bastiment wieħed jew aktar permezz ta' żewġt iħbula twal (ħbula tat-tartarun) imfassal sabiex jidderiġi l-ħut lejn il-fetħa tat-tartarun. L-irkaptu magħmul minn xbiek, simili għal xibka tat-tkarkir tal-qiegħ fid-disinn u d-daqs, jinkludi żewġ ġwienaħ twal, korp u manka.

    (h)

    Xibka tat-tkarkir bit-travu tfisser rkaptu b'xibka tat-tkarkir miftuħa orizzontalment b'tubu tal-azzar jew tal-injam, mgħammra bi travu, u bi xbieki b'katini tal-art, twapet tal-ktajjen jew “tickler chains” rmunkata b'mod attiv fil-qiegħ mill-magna tal-bastiment.[Em. 12]

    (i)

    Xibka tat-tkarkir għall-ħut pelaġiku tfisser irkaptu li jkun irmunkat minn bastiment tas-sajd wieħed jew aktar li jikkonsisti f'xibka b'malji kbar fis-sezzjoni ta' quddiem li tidderieġi l-qabdiet lejn is-sezzjonijiet ta' wara tax-xibka li huma mibnija b'malji żgħar, li l-fond tas-sajd tagħhom huwa kkontrollat permezz ta’ skandaljar bil-lett u l-fetħa orizzontali hija kkontrollata minn diriġenti li normalment ma jmissux ma' qiegħ il-baħar.

    (j)

    Speċijiet pelaġiċi u industrijali tfisser l-aringa, il-kavall, il-laċċa kaħla, l-istokkafixx, in-Norway pout, iċ-ċiċċirell jew is-sawrell.

    (ja)

    Monitoraġġ Elettroniku mill-Bogħod (REM) ifisser sistema operata mill-awtoritajiet ta' Stat Membru li tissorvelja l-attivitajiet tas-sajd. [Em. 13]

    (jb)

    Tagħmir ta' Ġbir u Trasferiment (CTE) ifisser sistema li tiġbor dejta u tittrażmettiha lill-REM u li tinkludi kamera CCTV TV, sistema ta' pożizzjonar globali (GPS), sensers u tagħmir ta’ trażmissjoni.[Em. 14]

    KAPITOLU II

    MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI

    Artikolu 2a

    L-obbligu li jiġu minimizzati l-qabdiet ta' speċijiet mhux mixtieqa u ħut li għad irid jikber

    1.     Kwalukwe persuna li tkun qiegħda twettaq attivitajiet ta' sajd fl-Iskagerrak għandha, kemm jista' jkun, tevita qabdiet ta' speċijiet mhux mixtieqa u qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqa' taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut stipulat fl-Anness II, inter alia billi tagħżel tagħmir apposta u fejn u meta jsir l-isforz tas-sajd.

    2.     L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jimminimizzaw il-qabdiet ta' speċijiet mhux mixtieqa u ta' qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqa' taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut stipulat fl-Anness II, inkluż billi jagħmlu disponibbli tagħmir aktar selettiv, kif imsemmi fl-Artikolu 6.[Em. 15]

    Artikolu 2b

    L-obbligu li l-qabdiet kollha jiġu rapportati u rreġistrati

    1.     Kwalukwe persuna li twettaq attivitajiet ta' sajd fl-Iskagerrak għandha tirreġistra l-qabdiet kollha fil-ġurnal ta’ abbord, fejn tagħmel distinzjoni bejn:

    (a)

    ħut mill-istokkijiet imsemmija fl-Anness I;

    (b)

    qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqa' taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut; kif ukoll

    (c)

    ħut minn stokkijiet oħrajn.

    2.     Il-qabdiet kollha rreġistrati skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu rrapportati lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera. [Am. 16]

    Artikolu 3

    Obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha

    1.   B'deroga mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru  850/98 il-qabdiet kollha tal-istokkijiet tal-ħut elenkati fl-Anness I għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd u jinħattu l-art skont l-iskeda taż-żmien stipulat f'dak l-Anness, ħlief jekk il-ħut skartat ta’ tali stokkijiet għandu rata ta’ sopravvivenza għolja jew fejn il-piż għas-sajjieda biex ineħħu l-ispeċijiet mhux mixtieqa mill-qabda għal trattament separat huwa għoli f'livell mhux raġonevoli.

    1a.     Minkejja l-obbligu li l-qabdiet kollha għandhom jiġu rreġistrati skont l-Artikolu 2b, l-obbligu li l-qabdiet kollha jinħattu l-art skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal speċi ta' ħut f'post tas-sajd speċifiku fejn ikun ġie stabbilit skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, li għandu rata ta' sopravivenza għolja, sakemm jista' jiġi separat mill-qabda prinċipali.

    2.   Minkejja l-paragrafu 1, u b’deroga mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 850/98, meta jsir sajd bi rkaptu li jkollu daqs tal-malji ugwali għal 32 mm jew inqas, il-qabdiet kollha tal-istokkijiet, inklużi l-istokkijiet li għalihom ma japplikax l-obbligu tal-ħatt l-art ,mhux elenkati fl-Anness I, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd u jinħattu l-art.

    3.   Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għal sajd b'nases u kavetti.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda li jemendaw l-Anness I abbażi tal-progress fl-informazzjoni xjentifika jew fejn il-piż għas-sajjieda jidher li huwa sproporzjonat mal-vantaġġi. u tal-esperjenzi miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. madankollu, l-ebda speċi ma għandha tiġi miżjuda mal-Anness I qabel l-ewwel reviżjoni ma tkun tlestiet skont l-Artikolu 15. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, filwaqt li tispeċifika meta qabda tista' tiġi rilaxxata skont il-paragrafu 1a. Qabel ma tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa mal-partijiet kollha involuti fis-sajd fl-Iskagerrak, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-istess regoli japplikaw għaż-żona kollha tal-Iskagerrak.

    Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16. [Em. 17]

    Artikolu 4

    Kundizzjonijiet speċjali għall-ġestjoni tal-kwota

    1.   Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 3 imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jiġu attribwiti għall-kwoti applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta’ stokkijiet ikkonċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwota hija disponibbli għal bastimenti tas-sajd li joperaw fi Skagerrak għal kwalunkwe stokk soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art ta' dak li jistgħu jaqbdu, filwaqt li titqies l-kompożizzjoni probabbli tal-qbid tal-bastimenti.

    3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jieqfu mis-sajd immedjatament u jirritornaw lejn il-port il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom u li jżommu abbord ħut li l-Istat Membru ma jkollu l-ebda kwota għalih. [Em. 18]

    Artikolu 5

    Immaniġġar tal-ħut li għad irid jikber

    1.   Fejn id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni huwa stabbilit għal stokk soġġett għall-Artikolu 3, il-bejgħ ta' qabdiet ta' dak l-istokk taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandu jiġi limitat biss għall-ħut mitħun, ikel tal-annimali domestiċi, jew prodotti oħra mhux maħsuba għall-konsum mill-bnedmin. jew għal finijiet ta’ karità. Jekk jeħtieġ li tali qabdiet jnħażnu fuq l-art qabel ma jintremew, għandhom jinħażnu separatament minn qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqbeż id-daqs minimu għall-konservazzjoni tal-ħut. [Am. 19]

    2.   Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal stokkijiet fi Skagerrak huma elenkati fl-Anness II.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Anness II abbażi tal-progress fl-informazzjoni xjentifika. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16. sabiex tiżgura, wara konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha involuti f'attivitajiet ta' sajd fl-Iskagerrak, li d-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut huma konformi mad-daqs ta' ħut matur tal-ispeċijiet ikkonċernati, u tirrevedi d-daqsijiet tal-malji kif ikun xieraq. Meta tadotta atti ddelegati bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi daqsijiet minimi konġunti ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut man-Norveġja sabiex toħloq ambjent ekwu. [Am. 20]

    Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16.

    Artikolu 6

    Speċifikazzjonijiet ta' rkaptu tas-sajd

    1.   Il-ġarr abbord jew l-użu ta' xi xibka tat-tkarkir għall-ħut demersali, tartarun Daniż, xibka tat-tkarkir bit-travu jew xbieki rmunkati simili li għandhom daqs tal-malja ta' inqas minn 120 mm huwa pprojbit.

    2.   B’deroga mill-paragrafu 1:

    (a)

    Jistgħu jintużaw irkapti li jkollhom l-istess karatteristiċi ta' selettività bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 ikkonfermati minn vjaġġi tas-sajd sperimentali jew minn valutazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

    (b)

    Xbieki tat-tkarkir b'daqsijiet minimi tal-malji ta’ ugwali għal jew inqas minn 32 mm jistgħu jintużaw għas-sajd ta' speċijiet ta' ħut pelaġiċi u industrijali; madankollu, jekk il-qabda abbord fiha aktar minn 50 % ta' speċi pelaġika fi kwalunkwe ħin matul il-vjaġġ tas-sajd tikkonsisti f'inqas minn 80 % ta' wieħed jew aktar mill-ispeċijiet pelaġiċi jew industrijali, waħda jew aktar. il-bastiment tas-sajd għandu jirritorna fil-port.[Em. 21]

    3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar l-irkapti, inklużi l-apparati ta' selezzjoni mwaħħla ma' dawk l-irkapti, li jistgħu jintużaw billi għandhom karatteristiċi ta’ selettività ekwivalenti għall-irkapti imsemmijin fil-paragrafu 1.

    Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 17.

    Artikolu 7

    Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' rkaptu

    1.   Bastimenti tas-sajd li joperaw fi Skagerrak għandhom jużaw biss irkaptu wieħed tas-sajd waqt kwalunkwe vjaġġ tas-sajd.

    2.   B’deroga mill-paragrafu 1, bastimenti tas-sajd jistgħu jużaw kwalunkwe kombinazzjoni ta' rkapti tas-sajd speċifikati fl-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(2)(a).

    3.   Bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu iżommu abbord aktar minn irkaptu wieħed bil-kundizzjoni li jistivaw ix-xbieki mhux użati skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    Artikolu 8

    Vjaġġi tas-sajd imwettqa fi Skagerrak u żoni oħra

    1.   B'deroga mill-Artikoli 4, 15, 19(1), 35, 36, 37 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 dan il-Kapitolu għandu japplika wkoll għal żoni oħra minbarra Skagerrak għall-vjaġġ kollu tas-sajd ta' bastiment.

    2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għal żoni oħra biss fejn dak il-bastiment jistad fi Skagerrak u fiż-żona l-oħra fi kwalunkwe ħin waqt l-istess vjaġġ tas-sajd.

    KAPITOLU III

    MIŻURI TA’ KONTROLL

    Artikolu 9

    Relazzjoni ma' Regolamenti oħra

    Il-miżuri ta' kontroll previsti f'dan il-Kapitolu għandhom japplikaw flimkien ma' dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (10), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (11) u r-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għajr fejn previst mod ieħor fl-Artikoli ta’ dan il-Kapitolu.

    Artikolu 10

    Notifika minn qabel

    1.   B'deroga mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jżommu abbord stokkijiet tal-ħut soġġetti għall-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, sagħtejn qabel id-dħul fil-port.

    2.   B'deroga mill-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 (12), il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jżommu abbord stokkijiet tal-ħut soġġetti għall-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port li jixtiequ jużaw l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sagħtejn qabel id-dħul fil-port.

    Artikolu 11

    Monitoraġġ Elettroniku mill-Bogħod

    1.   L-Istati Membri għandhom joperaw sistema ta' Monitoraġġ Elettroniku mill-Bogħod (REM) għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom u li joperaw fi Skagerrak.

    2.   Bastiment tas-sajd b’tul kumplessiv ta’ 12-il metru jew aktar li jkun qiegħed iwettaq attivitajiet ta' sajd fil-parti tal-Iskagerrak li tinsab fl-ibħra tal-Unjoni, għandu jkollu installat abbord sistema REM li tiffunzjona bis-sħiħ li tikkonsisti f'għadd suffiċjenti ta' kameras ta' televiżjonijiet ta' ċirkwit magħluq (CCTV) abbord, sistema ta' pożizzjonar globali GPS, u sensers biex u tagħmir ta' trażmissjoni (CTE) qabel ma jingħata permess li jħalli l-port.

    3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

    (a)

    mill-1 ta’ Jannar 2014 mill-1 ta’ Jannar 2015 għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul kumplessiv ta’ 15-il metru jew aktar;

    (b)

    mill-1 ta’ Lulju 2015 mill-1 ta’ Lulju 2016 għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul kumplessiv ta’ 12-il metru jew aktar.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin tal-REM: l-affidabilità tas-sistema, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema, id-dejta li għandha tiġi rreġistrata u pproċessata, il-monitoraġġ tal-użu tal-REM, jew xi elementi oħra meħtieġa għall-funzjonalità tas-sistema .Dejta rreġistrata minn Kameras CCTV għandha tkun awtomizzata bl-użu ta' softwer għar-rikonoxximent tal-immaġini u għandha tiġi ttrattata f'konformità mar-regoli u l-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta

    5.     Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd għandu jipprovdi appoġġ għall-installazzjoni ta' kameras ta' televiżjonijiet b'ċirkwit magħluq (CCTV), ta' sistema ta' pożizzjonar globali GPS u ta' sensers u tagħmir għat-trażmissjoni tad-data (CTE).

    6.     Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin tal-REM: l-affidabilità tas-sistema, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema, id-dejta li għandha tiġi rreġistrata u pproċessata, il-monitoraġġ tal-użu tal-REM, jew xi elementi oħra meħtieġa għall-funzjonalità tas-sistema.

    Dawk l-atti ta' adozzjoni għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 17 .Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).[Em. 22]

    Artikolu 12

    Pjan ta' kontroll u spezzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri ta' kontroll u spezzjoni skont l-Anness III sabiex jiżguraw konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    2.   Miżuri ta’ kontroll u ta’ spezzjoni għandhom jiġu inklużi fi programm nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll kif previst fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, li huwa applikabbli għall-pjan multiannwali għall-istokkijiet tal-merluzz stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

    Artikolu 13

    Tranżitu

    Bastimenti tas-sajd li jgħaddu fi tranżitu minn Skagerrak b'ħut miżmum abbord maqbud f'żoni minbarra Skagerrak għandhom jorbtu u jistivaw ix-xbieki skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    KAPITOLU IV

    EVALWAZZJONI

    Artikolu 14

    Rappurtar mill-Istati Membri

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u sa …  (13) u kull tliet snin wara dan. L-ewwel rapport għadu jiffoka speċifikament fuq il-miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri biex jimminimizzaw il-qabdiet ta' speċijiet mhux mixtieqa u qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqa' taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut skont l-Anness II. [Em. 23]

    Artikolu 15

    Evalwazzjoni tal-pjan

    Il-Kummissjoni, abbażi tar-rapporti mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 14 u flimkien ma' pariri xjentifiċi, u fuq il-bażi ta' pariri mingħand l-STECF, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar tat-Tramuntana, għandha tevalwa l-impatt tal-miżuri fuq l-istokkijiet u s-sajd ikkonċernati fis-sena ta' wara dik li fiha tirċievi r-rapporti. L-ewwel evalwazzjoni għandha tiffoka fuq jekk il-miżuri f'dan ir-Regolament ikkontribwixxewx b'mod suffiċjenti għall-konservazzjoni sostenibbli tal-istokkijiet, dwar jekk miżuri addizzjonali biex jitnaqqsu l-qabdiet ta' speċijiet mhux mixtieqa u ta' qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqa' taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni skont l-Anness II, humiex meħtieġa kif ukoll fuq l-impatt soċjoekonomiku fuq is-settur tas-sajd. [Em. 24]

    KAPITOLU V

    DISPOSIZZJONIJIET TA’ PROĊEDURA

    Artikolu 16

    Eżerċitar tas-setgħat iddelegati

    1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħat li jiġu adottati atti delegati kif imsemmi msemmija fl-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(3) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat. ta' tliet snin minn …  (14) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu. [Em. 25]

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ.

    4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 17

    Proċedura tal-kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura mwaqqaf bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru. 182/2011.

    2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    KAPITOLU VI

    EMENDI

    Artikolu 18

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98

    Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa emendat kif ġej:

    1.

    Il-kelma “Skagerrak” hija mħassra mill-punt (ii) tal-Artikolu 4(a), mill-Artikolu 35 u mill-intestatura tal-Anness IV.

    2.

    Jitħassar l-Artikolu 38.

    3.

    L-intestatura tal-Anness X.B tinbidel b’dan li ġej:

    “B.

    KUNDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TA' ĊERTI KOMBINAZZJONIJIET TA' DAQSIJIET TAL-MALJI F'KATTEGAT”

    Artikolu 19

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1342/2008

    Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 huwa emendat kif ġej:

    1.

    Fl-Artikolu 11(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Ir-reġim tal-isforz tas-sajd msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal Skagerrak mill-1 ta’ Jannar 2013." mill-1 ta’ Jannar 2014.” [Em. 26]

    2.

    Fl-Artikolu 12(5), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Fejn Skagerrak hija eskluża mir-reġim tal-isforz tas-sajd skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, l-isforz tas-sajd li jista’ jiġi assoċjat ma' Skagerrak, u li kkontribwixxa għall-istabbiliment ta’ sforz ta' referenza, ma għandux jitqies aktar għall-fini tal-istabbiliment tal-isforz massimu permess tas-sajd.”

    KAPITOLU VII

    DEROGI

    Artikolu 20

    Derogi mir-Regolament (KE) Nru 847/96

    1.   Permezz ta' deroga minn:

    (a)

    L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, meta aktar minn 75 % ta' kwota għal stokk soġġett għall-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament tintuża qabel il-31 ta' Ottubru tas-sena tal-applikazzjoni tagħha, l-Istat Membru li tkun ġiet allokata lilu tali kwota jista' jitlob il-permess tal-Kummissjoni biex jinħattu l-art kwantitajiet addizzjonali tal-ħut tal-istess stokk biex jitnaqqsu mill-kwota ta' dak l-istokk fis-sena ta’ wara filwaqt li tiġi indikata l-kwantità addizzjonali meħtieġa (self), u

    (b)

    L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, Stat Membru li tkun ġiet allokata lilu kwota rilevanti jista' jitlob lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta' Ottubru tas-sena ta' applikazzjoni tal-kwota, biex iżomm parti tal-kwota tiegħu bil-ħsieb li tiġi trasferita għas-sena ta’ wara (ibbankjar).

    Il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (b) ma għandhomx jaqbżu

    (i)

    fl-2013, fl-2014, 20 % tal-kwota xierqa

    (ii)

    fl-2014 fl-2015, 15 % tal-kwota xierqa u

    (iii)

    u mill-2015, mill-2016, 10 % tal-kwota xierqa. [Em. 26]

    2.   Il-kwantità addizzjonali mislufa skont il-paragrafu 1 ma għandhiex titqies bħala li taqbeż il-ħatt l-art permess stabbilit fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    KAPITOLU VIII

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 21

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi,

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 87.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-16 ta’ April 2013.

    (3)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (4)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.

    (5)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

    (6)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

    (7)  ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.

    (8)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (9)  ĠU L 318, 7.12.1984, p. 23.

    (10)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

    (11)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.

    (12)  ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5.

    (13)   Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    (14)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    ANNESS I

    Lista ta' speċijiet li għandhom jiġu progressivament inklużi fl-obbligu ta' ħatt l-art

    Isem

    Isem xjentifiku

    Data minn meta tibda l-applikazzjoni

    Merluzz

    Gadus morhua

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Haddock

    Melanogrammus aeglefinus

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Aringa

    Clupea harengus

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Kavalli

    Scomber scombrus

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Gamblu tat-Tramuntana

    Pandalus borealis

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Pollakkju (Saithe)

    Pollachius virens

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Laċċa kaħla

    Sprattus sprattus

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Merlangu

    Merlangius merlangus

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Marlozz

    Merluccius merluccius

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Ling

    Molva molva

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Xkatlu komuni

    Lophius piscatorius.

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Pollakkju

    Pollachius pollachius

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Grenadieri

    Coryphaenoides rupestris

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Linarda

    Molva dypterygia

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    Tusk

    Brosme brosme

    L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014

    [Em. 28]

     

     

    Barbun tat-tbajja’

    Pleuronectes platessa

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Witch

    Glyptocephalus cynoglossus

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Barbun tat-tbajja' Amerikan

    Hippoglossoides platessoides

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Stokkafixx

    Micromesistius poutassou

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Norway pout

    Trisopterus esmarkii

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Arġentina

    Argentina spp.

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Lingwata

    Solea solea

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Ksampu

    Nephrops norvegicus

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Barbun lixx

    Scophthalmus rhombus

    L-1 ta' Jannar 2015

    Dab

    Limanda limanda

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Barbun imperjali

    Scophthalmus maximus

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Lemon Sole

    Microstomus kitt

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Ċiċċirell

    Ammodytidae

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Sawrell

    Trachurus trachurus

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Rajja (għajr dawk elenkati fir-Regolamenti dwar l-opportunitajiet tas-sajd bħala li għandhom jiġu rilaxxati)

    Raja spp.

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Barbun

    Platichthys flesus

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Lupi tal-baħar

    Anarhichas lupus

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Lipp Abjad

    Phycis blennoides

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Lumpsucker

    Cyclopterus lumpus

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    Redfish spp

    Sebastes spp.

    L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016

    [Em. 29]

    ANNESS II

    Daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni

    Speċi

    Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

    Merluzz (Gadus morhua)

    30 ċm

    Haddock ((Melanogrammus aeglefinus)

    27 ċm

    Merlangu (Merlangus merlangus)

    23 ċm

    Polakkju (Saithe) (polachius virensis)

    30 ċm

    Aringa (Clupea harengus)

    18 ċm

    Kavalli (Scomber spp.)

    20 ċm

    Marlozz (Merluccius merluccius)

    30 ċm

    Ling (Molva molva)

    63 ċm

    Linarda (Molva dipterygia)

    70 ċm

    Pollakkju (Pollachius pollachius)

    30 ċm

    Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

    27 ċm

    Lingwata (Solea spp.)

    24 ċm

    Sawrell (Trachurus spp.)

    15 ċm

    ANNESS III

    Miżuri ta' kontroll u spezzjoni

    1.

    Għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni biex jiġi vverifikat il-livell ta' konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 5, il-miżuri nazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni għandu jinkludi referenza għallinqas għal dan li ġej:

    (a)

    rekwiżiti ta' ġbir ta' kampjuni ta' qabda sħiħa fuq il-baħar u fil-port;

    (b)

    analiżi tad-dejta kollha elenkata fl-Artikolu 109(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

    (c)

    użu ta' sensers imwaħħla mal-irkapti;

    (d)

    użu ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod (REM) li jikkonsisti minn televiżjonijiet ta' ċirkwit magħluq (CCTV), GPS u sensers; CTE biex tinġabar u tiġi trasferita dejta fl-ordni mitlub lir-REM rilevanti;

    (e)

    flotta ta' referenza għall-attivitajiet ewlenin tas-sajd fi Skagerrak, jew bl-użu ta' REM inkella bl-osservaturi;

    (f)

    programm xjentifiku ta' ġbir ta' kampjuni dwar il-ħut skartat li jkopri l-attivitajiet ewlenin tas-sajd fi Skagerrak.

    2.

    Għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni biex jiġi vverifikat il-livell ta' konformità mal-Artikolu 6, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 8, il-miżuri nazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni għandu jinkludi referenza għallinqas għal dan li ġej:

    (a)

    il-mezzi umani u tekniċi allokati; u jekk ikun meqjus meħtieġ, CTE biex tinġabar u tiġi trasferita data fl-ordni preskritt għar-REM rilevanti;

    (b)

    l-istrateġija ta’ spezzjoni, inkluż il-livell ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar u fuq l-art u l-livell tas-sorveljanza.

    3.   Linji ta' referenza għal spezzjoni

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jassenjaw l-ogħla livell ta’ riskju għal sajd li jsir fi Iskagerrak, għajr jekk jitwettaq minn bastimenti tas-sajd mgħammra bis-CTE jew b'nases u kavetti, fis-sistema tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju stabbilita skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Fattur separat tar-riskju għandu jiġi stabbilit għal bastimenti li jistadu fi Skagerrak u ilmijiet oħra tal-Unjoni matul l-istess vjaġġ tas-sajd għajr bastimenti mgħammra bis-CTE jew b'nases u kavetti u għandhom jiġu assenjati ukoll għall-ogħla livell ta’ riskju. Is-sajd imwettaq permezz ta' bastimenti tas-sajd mhux mgħammra bis-CTE jew sajd b'nases u kavetti jista' jiġi assenjat l-ogħla livell ta' riskju, iżda biss wara valutazzjoni tal-bastiment jew speċifika għas-sajd.

    4.     Ugwaljanza fil-miżuri ta' kontroll

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piż tal-miżuri ta' kontroll huwa proporzjonali, b'mod raġonevoli, għall-livell ta' kontroll meħtieġ. F'dan ir-rigward, għandu jitqies b'mod speċifiku jekk il-bastiment huwiex mgħammar b'sistema CTE.[Em. 30]


    Top