This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AP0104
P7_TA(2013)0104 Incidental catches of cetaceans ***I European Parliament legislative resolution of 16 April 2013 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation (EC) No 812/2004 laying down measures concerning incidental catches of cetaceans in fisheries and amending Regulation (EC) No 88/98 (COM(2012)0447– C7-0213/2012 — 2012/0216(COD)) P7_TC1-COD(2012)0216 Position of the European Parliament adopted at first reading on 16 April 2013 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2013 of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation (EC) No 812/2004 laying down measures concerning incidental catches of cetaceans in fisheries and amending Regulation (EC) No 88/98
P7_TA(2013)0104 Il-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (COM(2012)0447 – C7-0213/2012 – 2012/0216(COD)) P7_TC1-COD(2012)0216 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98
P7_TA(2013)0104 Il-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (COM(2012)0447 – C7-0213/2012 – 2012/0216(COD)) P7_TC1-COD(2012)0216 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98
ĠU C 45, 5.2.2016, pp. 103–105
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
5.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/103 |
P7_TA(2013)0104
Il-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (COM(2012)0447 – C7-0213/2012 – 2012/0216(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 045/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0447), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0213/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-14 ta’ Novembru 2012 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0042/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P7_TC1-COD(2012)0216
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 (2) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ li s-setgħat kkonferiti lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 812/2004 jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Sabiex jiġu applikati jiġi żgurat li ċerti dispożizzjonijiet jistgħu jiġi emendati b'mod effiċjenti tar-Regolament (KE) Nru 812/2004 biex jirriflettu l-progress tekniku u xjentifiku , is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-apparat akustiku deterrenti. [Em. 1] |
|
(4) |
Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha għall-adozzjoni tal-atti ddelegati, inkluż f'livell ta' esperti. |
|
(5) |
Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(6) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 812/2004 li jikkonċernaw ir-regoli dwar il-proċedura u l-format għall-obbligazzjonijiet ta' rappurtar għall-Istati Membri, is-setgħat implimentattivi għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (3). |
|
(6a) |
Fid-dawl tar-rekwiżit għall-Istati Membri li jeħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta' protezzjoni stretta ta’ ċetaċji, fid-dawl tan-nuqqasijiet tar-Regolament (KE) Nru 812/2004 u tal-implimentazzjoni, indikata mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar qbid inċidentali ta' ċetaċji fis-sajd (4) , u mill-ICES fil-parir xjentifiku relatat teigħu tal-2010, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ integrazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (5) (“id-Direttiva dwar il-Ħabitats”), il-Kummissjoni għandha, sa tmiem l-2015 tressaq proposta leġiżlattiva għal qafas leġiżlattiv koerenti u predominanti biex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva taċ-ċetaċji minn kull theddida. [Em. 2] |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 812/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 812/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. L-apparat akustiku deterrenti użat fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kundizzjonijiet tal-użu. Il-kundizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet huma ddefiniti fl-Anness II. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa temenda l-Anness II permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 8a, sabiex dak l-Anness ikun adattat għall-progress tekniku u xjentifiku.”; |
|
(1a) |
Fl-Artikolu 7, ġie miżjud dan il-paragrafu li ġej: “3. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, tirrevedi l-effikaċja tal-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, kif ukoll tfassal proposta leġiżlattiva predominanti biex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva taċ-ċetaċji.” [Em. 3]; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8 Implimentazzjoni Ir-regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format għar-rappurtar, kif stipulati fl-Artikolu 6 jistgħu jkunu stabbiliti permezz tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8b(2).”; |
|
(3) |
Għandhom jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 8a Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħa Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat tliet snin minn … (6) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu . [Em. 4] 3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 3(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard li tkun speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 3(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 8b Proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura mwaqqaf bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7)]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (6) Data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. " |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2013.
(2) ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12.
(3) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-qabdiet inċidentali taċ-ċetaċji fil-meded tas-sajd: rapport dwar l-implimentazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 u dwar valutazzjoni xjentifika tal-effetti tal-użu, b’mod partikulari, tal-għeżula, tal-pariti u tax-xbieki tat-tħabbil għaċ-ċetaċji fil-Baħar Baltiku kif mitlub mir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (COM(2009)0368).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).