Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0065

    P7_TA(2013)0065 Soluzzjoni onlajn għat-tilwim tal-konsumaturi ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni online għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (COM(2011)0794 – C7-0453/2011– 2011/0374(COD)) P7_TC1-COD(2011)0374 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)

    ĠU C 36, 29.1.2016, p. 156–157 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 36/156


    P7_TA(2013)0065

    Soluzzjoni onlajn għat-tilwim tal-konsumaturi ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni online għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (COM(2011)0794 – C7-0453/2011– 2011/0374(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2016/C 036/29)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0794),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0453/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni bir-raġunijiet ippreżentata fil-qafas tal-Protokol Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta'sussidjarajetà u proporzjonalità, mis-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, li tgħid li l-abbozz ta'att leġiżlattiv mhux konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012 (1),

    wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsillb'ittra tat-12 ta' Diċembru 2012 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0236/2012),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha sustanzjalment jew tibdilha b’test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 99.


    P7_TC1-COD(2011)0374

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 524/2013.)


    Top