Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0063

    P7_TA(2013)0063 Ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjani ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija (COM(2012)0093 – C7-0074/2012 – 2012/0042(COD)) P7_TC1-COD(2012)0042 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li tiġi adottata id-Deċiżjoni (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet

    ĠU C 36, 29.1.2016, p. 154–155 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 36/154


    P7_TA(2013)0063

    Ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjani ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija (COM(2012)0093 – C7-0074/2012 – 2012/0042(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2016/C 036/27)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0093),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 192(1) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0074/2012),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2012 (1),

    wara li kkunsidra l-Kumitat tar-Reġjuni,

    wara li kkunsidra l-impenn megħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-21 ta' Diċembru 2012 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0317/2012),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 351, 15.11.2012, p. 85.


    P7_TC1-COD(2012)0042

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li tiġi adottata id-Deċiżjoni (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 529/2013/UE.)


    Top